Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8664

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8664 — WME IMG/Perform/PIMGSA) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 406, 30.11.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 406/5


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8664 — WME IMG/Perform/PIMGSA)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 406/05)

    1.

    Fit-23 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Perform Group Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata mill-grupp Access Industries, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika),

    WME Entertainment Parent, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata mis-Silver Lake Group, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika),

    PIMGSA LLP (ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt mill-Perform Group Limited u WME Entertainment Parent, LLC.

    Perform Group Limited u WME Entertainment Parent, LLC, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ PIMGSA LLP (ir-Renju Unit).

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Access Industries, Inc.: grupp ta’ kumpaniji azzjonarji b’interessi f’industriji differenti,

    —   għal Perform Group Limited: kumpanija azzjonarja b’sussidjarji b’interessi prinċipalment fis-setturi tal-kontenut tal-isports diġitali u l-midja,

    —   għas-Silver Lake Group, LLC: grupp ta’ investiment iffukat fuq it-teknoloġija u l-industriji tal-midja

    —   għal WME Entertainment Parent, LLC: kumpanija attiva mad-dinja kollha fil-qasam tal-isport, id-divertiment, il-mezzi tax-xandir u l-industriji tal-moda,

    —   għal PIMGSA LLP: impriża konġunta (joint venture) bejn Perform u WME li se tkun attiva fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ drittijiet sportivi tal-futbol tal-Amerika t’Isfel.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.8664 — WME IMG/Perform/PIMGSA

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top