Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8621

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8621 — Apollo Management LP/Aegon Ireland plc) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 356, 21.10.2017, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 356/23


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8621 — Apollo Management LP/Aegon Ireland plc)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 356/10)

    1.

    Fit-13 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Athene Holding Ltd (“Athene Holding”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li tappartjeni għall-grupp Apollo Management LP (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

    Aegon l-Ireland plc (“Aegon Ireland”, l-Irlanda),

    Athene Holding takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Aegon Ireland kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Apollo: investimenti privati; fondi ta’ investiment ġestiti minn affiljati ta’ Apollo jinvestu f’kumpaniji u f’dejn maħruġ minn kumpaniji involuti f’bosta negozji madwar id-dinja.

    —   għal Aegon Ireland: prodotti u servizzi tal-assigurazzjoni. Aegon Ireland għandha żewġ linji ta’ prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u bħalissa qed twettaq kummerċ fir-Renju Unit u l-Ġermanja. Aegon Ireland għandha fergħa Ġermaniża li tqassam il-prodotti tagħha tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.8621 — Apollo Management LP/Aegon Ireland plc

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top