EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8600

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8600 — Artsana/Prénatal Retail Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 295, 6.9.2017, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8600 — Artsana/Prénatal Retail Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 295/06)

1.

Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Artsana SpA (“Artsana”, l-Italja), ikkontrollata b’mod konġunt minn Investindustrial Group (ir-Renju Unit) u Catelli Srl (l-Italja), takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Prénatal Retail Group SpA (“PRG”, l-Italja), bħalissa kkontrollata b’mod konġunt minn Artsana u Giochi Preziosi SpA permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Artsana: il-manifattura u l-provvista ta’ prodotti għall-kura tat-trabi u l-prodotti għall-kura tas-saħħa, kif ukoll bejgħ bl-imnut ta’ prodotti għall-kura tat-trabi permezz ta’ ħwienet speċjalizzati;

—   għal PRG: bejgħ bl-imnut ta’ prodotti għall-kura tat-trabi u l-ġugarelli permezz ta’ ħwienet speċjalizzati Prénatal, Bimbo Store, Toys Center u King Jouet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8600 — Artsana/Prénatal Retail Group, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top