This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017M8570
Prior notification of a concentration (Case M.8570 — CTDI EU/Regenersis EMEA) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8570 — CTDI EU/Regenersis EMEA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8570 — CTDI EU/Regenersis EMEA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 268, 12.8.2017, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 268/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8570 — CTDI EU/Regenersis EMEA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 268/06)
1. |
Fis-7 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża CTDI GmbH (“CTDI EU”, il-Ġermanja), ikkontrollata konġuntament minn Communication Test Design, Inc. (l-Istati Uniti) u minn Deutsche Telekom AG (il-Ġermanja), takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll tan-negozju EMEA ta’ Regenersis (Depot) Services Ltd. (ir-Renju Unit, “Regenersis EMEA”) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal CTDI EU: forniment ta’ tiswijiet u manutenzjoni f’rabta ma’ tagħmir tal-infrastruttura ta’ netwerks tat-telekomunikazzjoni kif ukoll prodotti elettroniċi oħra; — għal Regenersis EMEA: forniment ta’ servizzi ta’ tiswijiet u manutenzjoni fir-rigward ta’ prodotti elettroniċi, inklużi l-mowbajls, l-ismartphones, il-kaxxi tad-dekowder kif ukoll tagħmir ieħor tal-midja u tal-intratteniment, tagħmir għall-uffiċju bħal laptops, sistemi ta’ pagament elettroniku, applikazzjonijiet industrijali u apparat mediku. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8570 — CTDI EU/Regenersis EMEA, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.