Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8545

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8545 — Bain Capital Investors/REIFF Tyre) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 251, 2.8.2017, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 251/13


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8545 — Bain Capital Investors/REIFF Tyre)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 251/06)

    1.

    Fil-25 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bain Capital Investors, L.L.C. (“Bain Capital” tal-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tan-negozju tat-tyres tal-grupp Reiff (“REIFF” tal-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Bain Capital: impriża ta’ investiment ta’ ekwità privata attiva f’ħafna industriji;

    —   għal REIFF: distributur ta’ tyres ta’ sostituzzjoni fil-livell ta’ bejgħ bl-ingrossa u bejgħ bl-imnut, il-parti l-kbira fil-Ġermanja. Huwa jissupplixxi wkoll rimmijiet tar-roti, roti kompluti u servizzi anċillari u jħaddem negozju tar-re-treading tat-tyers tat-trakkijiet.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8545 — Bain Capital Investors/REIFF Tyre, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top