This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017DP0317
European Parliament decision of 12 September 2017 on the request for waiver of the immunity of Marie-Christine Boutonnet (2017/2063(IMM))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2017 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marie-Christine Boutonnet (2017/2063(IMM))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2017 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marie-Christine Boutonnet (2017/2063(IMM))
ĠU C 337, 20.9.2018, p. 154–156
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 337/154 |
P8_TA(2017)0317
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marie-Christine Boutonnet
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2017 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marie-Christine Boutonnet (2017/2063(IMM))
(2018/C 337/21)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marie-Christine Boutonnet mibgħuta fl-14 ta' April 2017 mill-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża, fuq il-bażi ta' talba mill-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell ta' Pariġi, u mħabbra fis-seduta plenarja tas-26 ta' April 2017 b'rabta ma' każ pendenti quddiem il-Maġistrati Inkwirenti tal-Qorti Reġjonali ta' Pariġi (“pôle financier”) li jirrigwarda investigazzjoni ġudizzjarja fuq il-bażi ta', inter alia, ksur ta' fiduċja b'rabta ma' fondi mogħtija bis-saħħa ta' kuntratt ta' assistent parlamentari ta' individwu speċifiku, |
— |
wara li sema' lil Jean-François Jalkh, li ssostitwixxa lil Marie-Christine Boutonnet skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0259/2017), |
Α. |
billi l-Maġistrati Inkwirenti tal-Qorti Reġjonali ta' Pariġi talbu t-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Marie-Christine Boutonnet sabiex tinstema' b'rabta ma' reat kriminali suspettat; |
Β. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lid-deputati tal-parlament nazzjonali tagħhom; |
C. |
billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża jgħid li fil-qasam kriminali jew penali, Membru tal-Parlament jista' jiġi arrestat jew suġġett għal kull miżura li ċċaħħad jew li tirrestrinġi l-libertà biss bl-awtorizzazzjoni tal-Kumitat tal-Assemblea li jagħmel parti minnu. Din l-awtorizzazzjoni ma hijiex meħtieġa fil-każ ta' flagranza tar-reat jew ta' kundanna definittiva; |
D. |
billi l-maġistrati inkwirenti jqisu li l-investigazzjonijiet imwettqa matul l-inkjesta preliminari u l-investigazzjoni ġudizzjarja jissuġġerixxu li s-suspetti inizjali mqajma mill-Parlament Ewropew fir-rigward ta' ċertu għadd ta' assistenti parlamentari tal-Membri tal-Parlament Ewropew affiljati mal-Front Nazzjonali jistgħu jiġu ġġustifikati; |
E. |
billi, b'mod partikolari, jidher li l-organigramma tal-Front Nazzjonali, ippubblikata fi Frar 2015, uriet li l-Front elenka 15-il Membru tal-Parlament Ewropew, 21 assistent parlamentari lokali u 5 assistenti parlamentari akkreditati; billi ċertu għadd ta' assistenti parlamentari ddikjaraw li l-post tal-impjieg tagħhom kien il-kwartieri ġenerali tal-Front Nazzjonali f'Nanterre, u f'xi każijiet indikaw li huma kienu impjegati hemm full-time; billi l-parti l-kbira tal-kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari ddeskrivew kompiti identiċi u ġenerali mingħajr ma daħlu fl-ebda dettall; |
F. |
billi l-investigazzjonijiet żvelaw ukoll tliet sitwazzjonijiet li għamluha tidher improbabbli li l-assistenti kkonċernati kienu ġenwinament qed jaħdmu fuq dmirijiet marbuta mal-Parlament Ewropew:
|
G. |
billi waqt perkwiżizzjoni mwettqa fil-kwartieri ġenerali tal-Front Nazzjonali fi Frar 2016, ġew issekwestrati għadd ta' dokumenti fl-uffiċċju tat-teżorier tal-Front Nazzjonali, li taw/ipprovdew prova tax-xewqa ta' dan il-partit li “inaqqas l-ispejjeż” bis-saħħa tal-ħlas mill-Parlament Ewropew tar-remunerazzjoni tal-impjegati tal-partit permezz tal-kariga tagħhom bħala assistenti parlamentari; |
H. |
billi l-maġistrati inkwirenti jikkunsidraw neċessarju li jisimgħu l-ispjegazzjonijiet ta' Marie-Christine Boutonnet b'rabta mal-fondi li rċeviet skont il-kuntratt ta' assistent parlamentari msemmi individwalment; billi fis-6 ta' Marzu 2017 tressaq att ta' akkuża kontra dak l-assistent għal ħabi ta' ksur ta' fiduċja bejn Settembru 2014 u Frar 2015; billi meta ġie interrogat miż-żewġ maġistrati inkwirenti, l-assistent invoka d-dritt tiegħu li jibqa' sieket; |
I. |
billi Marie-Christine Boutonnet rrifjutat li tissottometti ruħha li tidher skont it-taħrikiet mill-investigaturi u l-maġistrati inkwirenti maħruġa bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk jenħtieġx li hi tiġi akkużata bi ksur ta' fiduċja bejn Settembru 2014 u Frar 2015; |
J. |
billi jidher li Marie-Christine Boutonnet minn dakinhar ġiet mismugħa mill-maġistrati inkwirenti f'Pariġi; |
K. |
billi huwa madankollu xieraq li titneħħa l-immunità tal-Membru kkonċernat, peress li l-Parlament biss huwa intitolat ineħħi l-immunità ta' Membru; |
L. |
billi huwa ċar li hemm kawża sabiex tingħata risposta għat-talba għat-tneħħija tal-immunità u billi ma hemm l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, partikolarment minħabba l-fatt li hemm proċedimenti pendenti fuq il-bażi ta' akkużi simili kontra Membri li jappartjenu għal Gruppi Politiċi oħra u ta' ċittadinanzi oħra; |
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Marie-Christine Boutonnet; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Franċiża u lil Marie-Christine Boutonnet . |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.