Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DC0738

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI li jirrigwarda l-applikazzjoni fl-2016 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

    COM/2017/0738 final

    Brussell, 6.12.2017

    COM(2017) 738 final

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

    li jirrigwarda l-applikazzjoni fl-2016 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni


    Introduzzjoni

    Fl-2016, il-Kummissjoni kompliet tonora l-impenn sod tagħha favur aktar trasparenza u akkontabilità. Wieħed mill-mezzi li bih qed tfittex li tagħmel dan huwa billi trawwem l-eżerċitar effettiv tad-dritt għal aċċess għad-dokumenti 1 miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE. Dan id-dritt hu mnaqqax fl-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, fl-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE u fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2 .

    Aġenda għal Trasparenza Iktar Mifruxa

    Il-Kummissjoni ħadet diversi passi importanti biex issaħħaħ it-trasparenza tal-proċessi tagħha ta’ tfassil tal-liġijiet u ta’ implimentazzjoni tal-politika, inkluż fil-kuntatti tagħha mal-partijiet ikkonċernati u mal-lobbisti.

    Fl-2016, il-Kummissjoni kompliet twettaq l-Aġenda tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar, li għandha l-għan li tagħmel lill-Unjoni Ewropea taħdem aħjar u b’mod iktar trasparenti, b’enfasi qawwija fuq azzjoni b’mod iktar sempliċi u biss fejn dan huwa importanti għaċ-ċittadini. Il-programm tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) kompla jiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE tagħti riżultati liċ-ċittadini u lin-negozji b’mod effettiv, effiċjenti u bl-inqas kost. F’Jannar 2016, il-Pjattaforma REFIT tnediet b’mod uffiċjali, u din tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali, liċ-ċittadini u lil partijiet ikkonċernati oħra jinvolvu ruħhom fit-titjib tal-leġiżlazzjoni tal-UE b’mod trasparenti.

    F’April 2016, wara proposta tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Il-Ftehim ikompli jsaħħaħ it-trasparenza permezz ta’ sensiela ta' miżuri li jsaħħu l-aċċess miftuħ tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE.

    Sa minn meta ġew adottati d-Deċiżjonijiet C(2014) 9048 u 9051 3 f’Novembru 2014, fuq is-sit web Europa tqiegħdet għad-dispożizzjoni informazzjoni dwar iktar minn 11,000 laqgħa bilaterali tal-Kummissarji, tal-Membri tal-Kabinett u tad-Diretturi Ġenerali mar-rappreżentanti tal-interessi. Bħala regola ġenerali, dawn il-laqgħat jistgħu jsiru biss ma’ rappreżentanti tal-interessi rreġistrati fir-Reġistru ta’ Trasparenza 4 . Ir-Reġistru ta’ Trasparenza kompla jikber b’mod konsistenti u bħalissa fih aktar minn 11,000 entrata u minn Jannar 2016 attira aktar minn 3,500 reġistrant ġdid 5 .

    F'Mejju 2016, il-Kummissjoni adottat regoli ġodda dwar gruppi ta' esperti 6 , li jsaħħu r-rekwiżiti ta' trasparenza u jintroduċu sinerġiji mar-Reġistru ta' Trasparenza.

    F’Settembru 2016, wara li kkunsidrat ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-futur tar-Reġistru ta’ Trasparenza, il-Kummissjoni adottat proposta għal Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru ta’ Trasparenza obbligatorju, li hu pass importanti lejn reġim komuni u obbligatorju ta’ trasparenza fil-livell tal-UE. Il-Kummissjoni stiednet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jibdew bin-negozjati bl-għan li jistabbilixxu Reġistru bħal dan, li jkopri t-tliet istituzzjonijiet kollha kemm huma, mill-iktar fis possibbli.

    Biex tindirizza d-domandi pubbliċi għal iktar trasparenza dwar il-waqtiet possibbli ta’ “bibien iduru” (“revolving doors”), f’Diċembru 2016 il-Kummissjoni ppubblikat it-tieni Komunikazzjoni annwali tagħha 7 li fiha pprovdiet informazzjoni dwar l-uffiċjali għoljin li telqu mill-Kummissjoni għal impjiegi ġodda, filwaqt li spjegat id-dmirijiet preċedenti tagħhom, l-attivitajiet il-ġodda tagħhom barra mill-Kummissjoni, u d-deċiżjoni rispettiva tal-Awtorità tal-Ħatra. It-trasparenza hi żgurata wkoll fid-deċiżjonijiet kollha li jawtorizzaw attivitajiet ta’ wara t-tluq lill-eks Kummissarji, permezz ta’ paġna fuq il-web Europa ddedikata għal dan l-għan 8 .

    L-aċċess għad-dokumenti

    Fi ħdan l-aġenda usa’ għat-trasparenza, id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti jingħata parti prominenti fl-approċċ tal-Kummissjoni għat-trasparenza. Minbarra li tipprovdi aċċess għad-dokumenti fil-pussess tagħha skont ir-Regolament 1049/2001, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll b’mod proattiv, faċli għall-utent, firxa wiesa’ ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti, kemm fid-diversi reġistri pubbliċi tagħha kif ukoll fuq il-paġni fuq il-web tagħha.

    Dan ir-rapport hu mfassal skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament 1049/2001. Hu jipprovdi l-ħarsa ġenerali lejn kif il-Kummissjoni applikat ir-regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti fl-2016. Ir-rapport hu bbażat fuq data statistika li hija miġbura fil-qosor fl-Anness 9 . L-istatistiki jirriflettu n-numru ta’ applikazzjonijiet riċevuti fl-2016 u t-tweġibiet ipprovduti għalihom. Dawn ma jirriflettux in-numru ta’ dokumenti mitluba jew (parzjalment) iddivulgati, li kienu ferm iktar numerużi. Filwaqt li l-applikanti jistgħu jitolbu aċċess għal dokument wieħed, iktar sikwit dawn jitolbu aċċess għal għadd kbir ta’ dokumenti, jew saħansitra għal fajls sħaħ dwar suġġett speċifiku jew proċedura speċifika 10 . L-istatistiki juru l-importanza tad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti bħala parti mill-politika ġenerali tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza. Id-dokumenti mitluba ġew iddivulgati bis-sħiħ jew b’mod parzjali f’81,3% tal-każijiet fl-istadju inizjali, u ngħata aċċess usa’ jew saħansitra sħiħ fi 52% tal-każijiet rieżaminati fl-istadju konfermatorju.

    1.Reġistri u Siti fuq l-Internet

    11 12 13 Fl-2016, ġew miżjuda 18,523 dokument ġdid mar-reġistru ta’ dokumenti tal-Kummissjoni (ara l-Anness – Tabella 1), li jaqgħu taħt il-kategorija C, COM, JOIN, OJ, PV, SEC jew SWD. Fl-2016 il-Kummissjoni la ħolqot u lanqas ma rċiviet dokumenti sensittivi li jaqgħu fi ħdan dawk il-kategoriji.

    14 Fl-2016, is-sit web tal-Aċċess għad-Dokumenti fuq Europa rreġistra żieda ħafifa fin-numru ta’ żjarat (19,191 meta mqabbla mat-18,939 fl-2015), filwaqt li n-numru ta’ viżitaturi u l-paġni li nqraw baqgħu kostanti (ara l-Anness – Tabella 2).

    2.Kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet oħrajn soġġetti għar-Regolament

    Fl-2016, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni baqgħu jagħmlu laqgħat tekniċi regolari fuq livell amministrattiv biex jaqsmu l-esperjenza, jiżviluppaw l-aħjar prattiki u jiżguraw applikazzjoni konsistenti tar-Regolament 1049/2001.

    3.Analiżi tal-Applikazzjonijiet għall-Aċċess

    3.1.L-għadd ta’ applikazzjonijiet

    Fl-2016, in-numru ta’ applikazzjonijiet inizjali naqas bi kważi 10% (6,077 meta mqabbla ma’ 6,752 fl-2015). Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ tweġibiet inizjali bbażati fuq ir-Regolament 1049/2001 żdied b’iktar minn 2% (minn 5,819 fl-2015 għal 5,944 fl-2016 – l-ikbar numru ta’ tweġibiet fl-aħħar ħames snin).

    L-1,193 tweġiba li jifdal ġew ipprovduti barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 1049/2001, jew ikkonfermaw li d-dokumenti mitluba ma kinux fil-pussess tal-Kummissjoni (ara l-Anness – Tabella 3).

    Rigward l-applikazzjonijiet konfermatorji li talbu rieżami, mill-Kummissjoni, ta’ tweġibiet inizjali li jirrifjutaw l-aċċess kompletament jew b’mod parzjali, in-numru tagħhom żdied b’4% (295 fl-2016 meta mqabbla ma’ 284 fl-2015), biex b’hekk komplew bit-tendenza ta’ żieda kostanti li ilha mill-2012. Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ tweġibiet konfermatorji bbażati fuq ir-Regolament 1049/2001 naqas bi ftit, minn 230 fl-2015 għal 219 fl-2016, peress li wħud mit-talbiet dehru li kienu talbiet għal informazzjoni.

    F’każijiet oħra, diversi talbiet mingħand applikant wieħed ġew raggruppati u indirizzati bi tweġiba waħda (ara l-Anness – Tabella 5).

    3.2.Sehem ta’ applikazzjonijiet għal kull DĠ/Servizz tal-Kummissjoni (Anness – Tabella 10)

    Is-Segretarjat Ġenerali (SĠ) irċieva l-ikbar sehem ta’ applikazzjonijiet inizjali (8.6% meta mqabbel ma’ 8.7% fl-2015), filwaqt li d-DĠ SANTE kklassifika fit-tieni post, bi tnaqqis minn 9,2% fl-2015 għal 8% fl-2016. L-applikazzjonijiet inizjali għal dokumenti miżmuma mid-DĠ GROW naqsu min 8,6% għal 7,6% fl-2016, biex dan ikklassifika fit-tielet post.

    Id-DĠ COMP (7,2%) u d-DĠ FISMA (5,6%) kienu l-uniċi DĠ oħra li rċevew iktar minn 5% mill-applikazzjonijiet inizjali kollha kull wieħed. Kull wieħed mid-dipartimenti li jifdal tal-Kummissjoni jirrappreżenta 4% jew inqas mill-applikazzjonijiet inizjali kollha.

    Rigward l-applikazzjonijiet konfermatorji riċevuti mis-Segretarjat Ġenerali, l-ikbar sehem kien relatat mat-tweġibiet inizjali pprovduti mid-DĠ COMP (15,9% fl-2016, meta mqabbel ma’ 16,2% fl-2015). Dan kien segwit mid-DĠ SANTE (10,2%, meta mqabbel ma’ 7% fl-2015) u mis-SĠ (6,8%, meta mqabbel ma’ 10,2% fl-2015).

    Id-DĠ JUST u TAXUD (it-tnejn 6,1% fl-2016, meta mqabbla ma’ 7,4% u 6,3% rispettivament fl-2015) qasmu bejniethom ir-raba’ post. It-tweġibiet inizjali ta’ żewġ dipartimenti oħra tal-Kummissjoni kienu s-suġġett ta’ iktar minn 5% tal-applikazzjonijiet konfermatorji kollha (DĠ GROW u EPSO). Id-dipartimenti li jifdal tal-Kummissjoni rrappreżentaw inqas minn 5% tal-applikazzjonijiet konfermatorji kull wieħed.

    3.3.Il-profil soċjali u okkupazzjonali tal-applikanti 15 (Anness – Tabella 8)

    Ħafna mill-applikazzjonijiet inizjali fl-2016 baqgħu joriġinaw mingħand ċittadini. Dawn kienu jirrappreżentaw kważi 40% tal-applikazzjonijiet kollha (38,3% meta mqabbla ma’ 24,7% fl-2015). L-istituzzjonijiet akkademiċi u l-gruppi ta' riflessjoni kienu t-tieni l-iktar kategorija attiva, u rrappreżentaw 16% tal-applikazzjonijiet inizjali (meta mqabbla ma’ 21,3% fl-2015).

    It-tielet post kien okkupat minn professjonisti legali (13,5%, meta mqabbla ma’ 12,7% fl-2015), segwiti mis-soċjetà ċivili (NGOs) (11,9%, meta mqabbla ma’ 15,2% fl-2015), minn kumpaniji (9,7%, meta mqabbla ma’ 2% fl-2015) u minn ġurnalisti (5,9% fl-2016, meta mqabbla ma’ 7,1% fl-2015).

    Ħafna mill-applikazzjonijiet konfermatorji fl-2016 oriġinaw mingħand ċittadini. Dawn irrappreżentaw iktar minn 30% tal-applikazzjonijiet kollha (30,2%, meta mqabbla ma’ 24,3% fl-2015). Il-professjonisti legali, b’26,4% tal-applikazzjonijiet kollha (meta mqabbla ma’ 27,8% fl-2015) kienu t-tieni l-iktar kategorija attiva ta’ applikanti.

    Dawn kienu segwiti mill-qrib mis-soċjetà ċivili (NGOs), li rrappreżentaw 24,7% tal-applikazzjonijiet (24,6% fl-2015). Il-ġurnalisti okkupaw ir-raba’ post bi 8,1% (13% fl-2015), u l-istituzzjonijiet akkademiċi u l-gruppi ta' riflessjoni ġew fil-ħames post b’4,4% tal-applikazzjonijiet (5,6% fl-2015).

    3.4.L-oriġini ġeografika tal-applikanti (Anness – Tabella 9)

    Rigward id-disaggregazzjoni ġeografika tal-applikazzjonijiet inizjali, l-ikbar sehem baqa’ joriġina mill-applikanti fil-Belġju (27,2%, meta mqabbla ma’ 26,8% fl-2015), segwiti mill-Ġermanja (12,6%, meta mqabbla ma’ 11,7% fl-2015) u mir-Renju Unit (żieda sinifikanti, minn 7,6% fl-2015 għal 10% fl-2016). Franza, Spanja, l-Italja u n-Netherlands segwew, billi rrappreżentaw iktar minn 5% tal-applikazzjonijiet kollha kull wieħed. L-applikazzjonijiet li oriġinaw mill-21 Stat Membru li jifdal kienu jirrappreżentaw inqas minn 2% għal kull Stat Membru.

    Id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti baqa’ jiġi eżerċitat ukoll mill-applikanti li jirresjedu jew li għandhom uffiċċju reġistrat f’pajjiżi terzi, billi l-applikazzjonijiet inizjali tagħhom irrappreżentaw 4,1% tal-applikazzjonijiet inizjali kollha (4,4% fl-2015).

    Rigward id-disaggregazzjoni ġeografika tal-applikazzjonijiet konfermatorji, l-ikbar sehem bil-bosta baqa’ joriġina mill-applikanti fil-Belġju (33,2%, meta mqabbla ma’ 30,3% fl-2015), segwiti mill-Ġermanja (13,2%, meta mqabbla ma’ 15,1 fl-2015). L-Italja (9,8%), Spanja (8,8%), in-Netherlands (6,4%), ir-Renju Unit (5,8%) u Franza (5,1%) kienu l-uniċi Stati Membri oħra li minnhom oriġinaw iktar minn 5% tal-applikazzjonijiet.

    L-applikazzjonijiet li oriġinaw mill-21 Stat Membru li jifdal kienu jirrappreżentaw 2% jew inqas għal kull wieħed. Finalment, l-applikazzjonijiet mingħand applikanti li jirresjedu jew li għandhom uffiċċju reġistrat f’pajjiżi terzi rrappreżentaw 3,7% tal-applikazzjonijiet kollha (met mqabbla ma’ 2,5% fl-2015).

    4.L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjonijiet għad-Dritt ta' Aċċess

    4.1.Tipi ta’ aċċess ipprovdut

    Fl-2016, ingħata aċċess sħiħ jew parzjali f’iktar minn 80% tal-każijiet fl-istadju inizjali (81,3% meta mqabbla ma’ 84,7% fl-2015). L-aċċess sħiħ baqa’ jingħata fi kważi 61% tal-każijiet kollha. Dan jikkostitwixxi tnaqqis meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (68,8%), biex b’hekk kompliet it-tendenza ta’ tnaqqis li ilha għaddejja mill-2012, li f’parti minnha tista’ tiġi attribwita lill-applikazzjoni iktar stretta tal-politika tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

    Għall-istess raġuni, il-perċentwal ta’ tweġibiet parzjalment pożittivi żdied b’mod sinifikanti, minn 30% (20,4% fl-2016 meta mqabbel ma’ 15,9% fl-2015). 18,7% tal-applikazzjonijiet ġew irrifjutati kompletament (meta mqabbla ma’ 15,3% fl-2015) – ara l-Anness (Tabella 4).

    Fl-2016, waħda minn kull żewġ tweġibiet inizjali kkontestati minn applikazzjoni konfermatorja treġġgħet lura (kompletament jew parzjali) fi stadju konfermatorju (żieda sinifikanti minn 41.3% fl-2015 għal 52% fl-2016). F’47% tal-każijiet, ingħata aċċess usa’ (iżda mhux sħiħ) milli ngħata fil-livell inizjali (żieda konsiderevoli meta mqabbel ma’ 31.7% fl-2015). Fil-livell konfermatorju, ir-rifjut inizjali sħiħ ġie kkonfermat biss fi 48% tal-każijiet (meta mqabbel ma’ 58.7% fl-2015).

    Minn naħa l-oħra, in-numru ta’ applikazzjonijiet konfermatorji li wasslu għal tweġiba kompletament pożittiva kien inqas (5%) milli fl-2015 (9,6%) – ara l-Anness (Tabella 6).

    4.2.L-eċċezzjonijiet invokati għad-dritt ta' aċċess (Anness – Tabella 7)

    Il-protezzjoni tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu baqgħet ir-raġuni ewlenija għar-rifjut (sħiħ jew parzjali) ta’ aċċess fl-istadju inizjali, billi baqgħu kostanti għal kważi 30%. It-tieni eċċezzjoni l-iktar invokata spiss kienet il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-istituzzjoni (żieda ħafifa, minn 20,3% fl-2015 għal 21,7% fl-2016). L-eċċezzjoni li kellha l-għan li tħares l-iskop tal-ispezzjonijiet, tal-investigazzjonijiet u tal-awditi, li okkupat it-tielet post, ġiet invokata bi frekwenza konsiderevolment inqas milli fl-2015 (16,2% fl-2016 meta mqabbla ma’ 20,9% fl-2015).

    L-użu relattiv tal-eċċezzjoni li tħares l-interessi kummerċjali naqas bi ftit (13,7% fl-2016, meta mqabbel ma’ 14,7% fl-2015), iżda baqa’ fir-raba’ post. L-iktar żieda sinifikanti kienet tikkonċerna l-eċċezzjoni li tħares l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika (7,3% fl-2016 imqabbla ma’ 2,4% fl-2015).

    Fl-istadju konfermatorju, l-iktar raġuni ewlenija invokata ta’ spiss għall-ikkonfermar ta’ rifjut (sħiħ jew parzjali) ta’ aċċess kienet il-protezzjoni tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu, li rrappreżentat żieda ta’ 45% meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (28,3% fl-2016, meta mqabbla ma’ 15,6% fl-2015). Fit-tieni post kien hemm l-eċċezzjoni li tħares il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet (22,3%, meta mqabbla ma’ 16,4% fl-2015). L-eċċezzjoni li tipproteġi l-iskop tal-ispezzjonijiet, tal-investigazzjonijiet u tal-awditi ġiet invokata bi frekwenza konsiderevolment inqas (20,3% fl-2016, meta mqabbla ma’ 37,7% fl-2015), u b’hekk ikklassifikat fit-tielet post.

    Ir-raba’ u l-ħames ikklassifikati kienu, rispettivament, l-eċċezzjonijiet li jħarsu l-interessi kummerċjali (15,9%, meta mqabbla ma’ 13,1% fl-2015), u l-proċeduri tal-qorti u l-pariri legali (5,6%, meta mqabbla ma’ 4,9% fl-2015).

    5.Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew

    16 17 18 Fl-2016, l-Ombudsman għalaq 21 ilment kontra l-ipproċessar mill-Kummissjoni tat-talbiet għal aċċess għad-dokumenti. Sitta minn dawn ingħalqu b’kummenti ulterjuri jew kritiċi. Għat-tqabbil, fl-2015 l-Ombudsman għalaq 23 ilment, sitta minnhom b’kumment kritiku.

    Fl-2016, l-Ombudsman fetaħ 12-il investigazzjoni ġdida li fihom l-aċċess għad-dokumenti kien il-parti prinċipali jew inkella parti sussidjarja tal-ilment (żieda ħafifa meta mqabbla mal-2015, meta nfetħu 11-il investigazzjoni ġdida).

    6.Stħarriġ Ġudizzjarju

    Fl-2016, il-Qrati tal-UE pprovdew ġurisprudenza importanti ġdida li se tinfluwenza l-prattika tal-Kummissjoni skont ir-Regolament 1049/2001.

    6.1.Il-Qorti tal-Ġustizzja

    Il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħet tliet sentenzi ta’ appell li fihom il-Kummissjoni kienet parti għall-proċeduri.

    Fil-kawża Internationaler Hilfsfonds 19 , rigward l-aċċess għall-fajl li jikkonċerna kuntratt għal għajnuna umanitarja, din ikkonfermat l-ordni tal-Qorti Ġenerali li tiċħad ir-rikors tar-rikorrent ippreżentat kontra l-Kummissjoni.

    Fis-sentenza tagħha f’SeaHandling 20 , il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali li d-divulgazzjoni ta’ dokumenti fil-fajl amministrattiv ta’ investigazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-prinċipju jxxekkel l-iskop tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni. Din iġġudikat ukoll li interess possibbli fil-kisba ta’ dokument għall-finijiet tal-proċeduri tal-qorti ma jistax jikkostitwixxi interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni. Barra minn hekk, hi spjegat li, f’każ ta’ tweġiba mdewwma, ir-rikorrent jista’ jippreżenta lment mal-Ombudsman jew jieħu passi għad-danni biex jiġu infurzati d-dritt tiegħu ta' aċċess u d-dritt tiegħu għal proċess ġust.


    Fis-sentenza tagħha fi Stichting Greenpeace Nederland 21 , il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li l-kunċett ta’ “emissjonijiet fl-ambjent” skont ir-Regolament 1367/2006 22 mhuwiex limitat għal emissjonijiet konkreti, iżda jinkludi wkoll l-emissjonijiet prevedibbli fl-ambjent f’kundizzjonijiet normali jew realistiċi tal-użu ta’ prodott jew ta’ sustanza. Il-Qorti speċifikat ukoll li l-informazzjoni li “tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent” hi informazzjoni li tirrigwarda jew li hija marbuta ma’ tali emissjonijiet, u mhux l-informazzjoni li għandha rabta, diretta jew indiretta, mal-emissjonijiet fl-ambjent.

    6.2.Il-Qorti Ġenerali

    23 24 Il-Qorti Ġenerali qatgħet 12-il sentenza marbuta mad-dritt għall-aċċess għad-dokumenti fejn il-Kummissjoni kienet parti mill-proċedimenti. F’żewġ kawżi, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li r-rikors għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni kien inammissibbli. Kawża minnhom ma rriżultatx f’sentenza.

    25 26 F’sitt każijiet, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament tar-rikorrent għal annullament tad-deċiżjoni konfermatorja tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għad-dokumenti, billi kkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Fi tliet kawżi, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni b’mod parzjali.

    Dwar is-suġġett ta’ data personali, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-Kummissjoni ma tistax tgħatti d-data personali proprja tar-rikorrent, jekk ikun ċar li dan tal-aħħar ikun favur id-divulgazzjoni tagħha. Hi ċċarat ukoll li l-istituzzjoni m’għandhiex bżonn tivvaluta n-nuqqas ta’ preġudizzju għall-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data jekk l-applikant ma jkunx ipprovda xi ġustifikazzjoni espliċita u leġittima jew xi argument konvinċenti biex juri n-neċessità tat-trasferiment ta’ dik id-data personali 27 .

    Fir-rigward tal-interessi kummerċjali, il-Qorti Ġenerali fakkret il-presuppożizzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni tal-offerti sottomessi mill-offerenti fi proċeduri ta’ akkwist, peress li d-divulgazzjoni ta’ dawn tkun qed ixxekkel l-interessi kummerċjali tal-offerent li jirbaħ il-kuntratt u l-kompetizzjoni ġusta fost l-offerenti.


    Rigward l-iskop tal-investigazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ aċċessibilità tad-dokumenti investigattivi tal-OLAF għall-investigazzjonijiet kurrenti u, f’ċerti każijiet, magħluqa. Din iddikjarat ukoll li l-okkorrenza ta’ kxif mhux awtorizzat ta’ informazzjoni kunfidenzjali minnha nnifisha ma tiġġustifikax id-divulgazzjoni ta’ dawn id-dokumenti skont ir-Regolament 1049/2001. Il-Qorti Ġenerali ddikjarat ukoll li, anki jekk l-applikant ikun fil-pussess tad-dokumenti mitluba (jew ta’ parti minnhom), il-Kummissjoni ma tistax tirrifjuta li tittratta l-applikazzjoni tiegħu skont ir-Regolament 1049/2001 28 .

    Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali reġgħet ikkonfermat l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ dokumenti li jifformaw parti mill-fajl ta’ proċedura ta' ksur matul l-istadju ta’ prelitigazzjoni tagħha, peress li d-divulgazzjoni ta’ dawn fil-prinċipju tkun qed ixxekkel il-protezzjoni tal-iskop tal-investigazzjonijiet 29 .

    Fir-rigward tad-dokumenti li għandhom rabta rilevanti ma’ tilwima ġudizzjarja pendenti fil-livell tal-UE, jew ma’ proċedimenti nazzjonali li aktarx li jwasslu għal deċiżjoni preliminari, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li t-tali dokumenti jistgħu jkunu protetti kontra d-divulgazzjoni. L-għan hu li jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tal-amministrazzjoni soda tal-ġustizzja u, fuq l-istess nota, il-protezzjoni tal-proċedimenti tal-qorti 30 .

    Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li għall-finijiet ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ pariri legali, it-tempestività u l-mod (formali jew informali) li bih ingħata dan il-parir huma irrilevanti. Hi rrikonoxxiet ukoll li l-protezzjoni ta’ pariri legali tkopri l-pożizzjoni tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni fid-difiża tagħha tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, pari passu mal-partijiet l-oħrajn. Finalment, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li s-sempliċi fatt li l-parir legali tfassal fil-kuntest ta’ proċess leġiżlattiv mhuwiex minnu nnifsu biżżejjed biex jiġi stabbilit interess pubbliku prevalenti 31 .

    Fir-rigward tal-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet li l-Kummissjoni hi intitolata li tippreżumi, bla ma twettaq eżaminazzjoni speċifika u individwali tad-dokumenti mfassla fil-kuntest ta’ tħejjija ta’ valutazzjoni tal-impatt, li d-divulgazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn id-dokumenti fil-prinċipju tkun qed ixxekkel serjament il-proċess tagħha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-iżvilupp ta’ proposta ta’ politika 32 .


    Il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet ukoll l-importanza li l-persunal tal-UE jkollu l-possibbiltà li jesprimi l-fehmiet tiegħu b’mod indipendenti. Hi kkonfermat li d-divulgazzjoni tal-opinjonijiet tagħhom għal użu intern, bħala parti mid-deliberazzjonijiet u mill-konsultazzjonijiet preliminari, tista’ xxekkel serjament il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, peress li tkun qed iżżomm il-persunal milli jesprimi l-opinjoni tiegħu b’mod indipendenti u mingħajr ma jkun influwenzat kif mhux xieraq mill-prospettiva ta’ divulgazzjoni mifruxa li tesponi lill-istituzzjoni li hu parti minnha 33 .

    F’sentenza oħra, il-Qorti Ġenerali ċċarat li r-realtà tal-pressjoni esterna li għaliha jkun espost il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet trid tiġi stabbilita b’ċertezza u li l-evidenza trid tiġi addotta bl-għan li jintwera li kien hemm riskju raġonevolment prevedibbli li l-proċess ikun affettwat b’mod sostanzjali minħabba dik il-pressjoni esterna 34 .

    Fl-2016, il-Qorti Ġenerali ma qatgħet l-ebda sentenza relatata mad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti b’appell kontra deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fejn il-Kummissjoni kienet parti fil-proċedimenti.

    6.3.Kawżi ġodda quddiem il-Qorti

    35 36 Fl-2016 ġew ippreżentati dsatax-il kawża ġodda quddiem il-Qorti Ġenerali kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni skont ir-Regolament 1049/2001. Barra minn hekk, ġew ippreżentati erba’ appelli ġodda quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra sentenza tal-Qorti Ġenerali fejn il-Kummissjoni kienet parti fil-proċedimenti.

    7.Konklużjonijiet

    Fl-2016, il-Kummissjoni kompliet tonora l-impenn tagħha li żżid it-trasparenza, kemm skont ir-Regolament 1049/2001 kif ukoll fil-qafas tal-aġenda tagħha għal trasparenza iktar mifruxa.

    Dan kien rifless, fost l-oħran, fl-implimentazzjoni progressiva tagħha tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar; fil-pubblikazzjoni sistematika tagħha ta’ informazzjoni dwar il-laqgħat tal-mexxejja politiċi u tal-uffiċjali għoljin tagħha mal-partijiet ikkonċernati; fil-proposta tagħha għal Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru ta’ Trasparenza obbligatorju; u fil-politika tagħha rigward il-“bibien iduru”.

    Il-Kummissjoni kompliet ukoll tippubblika b’mod proattiv u faċli għall-utent firxa wiesa’ ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti dwar id-diversi attivitajiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tagħha.

    Id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti wara li tkun saret talba għalihom, kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, fit-Trattati u fir-Regolament 1049/2001, baqa' jkun strument importanti li permezz tiegħu l-Kummissjoni tonora l-impenji tagħha favur it-trasparenza.

    Fl-2016, il-Kummissjoni rċiviet iktar minn 6,000 applikazzjoni inizjali għall-aċċess għal dokumenti, u kważi 300 applikazzjoni konfermatorja. Dan juri li ċ-ċittadini tal-UE u benefiċjarji oħra qed jagħmlu użu attiv mid-dritt tagħhom li jaċċessaw dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni tibqa' bil-bosta l-istituzzjoni li tiġġestixxi l-akbar għadd ta' talbiet ta’ aċċess għal dokumenti. Ir-rata għolja ta’ divulgazzjoni ta’ dokumenti wara diversi talbiet ta’ aċċess wasslet għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ numru kbir ta’ dokumenti. Dan sar minbarra d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni li ġew ippubblikati b’mod proattiv mill-Kummissjoni fl-2016, jew li diġà huma disponibbli fuq id-diversi paġni fuq il-web tal-Kummissjoni u fid-diversi reġistri pubbliċi tagħha.

    (1)      Il-benefiċjarji tad-dritt ta' aċċess għal dokumenti huma ċittadini tal-UE u persuni li jirresjedu jew li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru. Barra minn hekk, ċittadini u persuni ġuridiċi ta’ pajjiżi terzi li ma jirresjedux jew li ma għandhomx uffiċċju reġistrat fi Stat Membru jgawdu minn dan id-dritt ukoll.
    (2)    Il-Ġurnal Uffiċjali L 145, 31.5.2001, p. 43 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament 1049/2001”).
    (3)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25.11.2014 dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew persuni li jaħdmu għal rashom (C(2014) 9048) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25.11.2014 dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn il-Membri tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew persuni impjegati għal rashom (C(2014) 9051).
    (4)      Ir-regola “mingħajr reġistrazzjoni, m’hemmx laqgħa” hi stabbilita fil-Komunikazzjoni mill-President lill-Kummissjoni: Il-Metodi ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea 2014-2019 (C(2014) 9004), p. 9.
    (5)    Id-data hi bbażata fuq ċifri estratti fl-1 ta’ Frar 2017.
    (6)      Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301 tat-30.5.2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.
    (7)      Komunikazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni li tikkonċerna attivitajiet okkupazzjonali ta’ uffiċjali għoljin wara li jitilqu mis-servizz (Artikolu 16(3) u (4) tar-Regolamenti tal-Persunal), C(2016) 8928, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/civil_service/docs/2016_annual_report_en.pdf .
    (8)       https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/ethics-and-integrity-eu-commissioners/former-european-commissioners-authorised-occupations_mt
    (9)    Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, l-istatistiċi ppreżentati f’dan ir-Rapport huma bbażati fuq iċ-ċifri misluta mill-applikazzjonijiet tal-IT tal-Kummissjoni fit-3 ta’ Mejju 2017. Il-perċentwali fil-parti narrattiva tar-Rapport huma arrotondati għall-eqreb deċimali.
    (10)      Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jkopru mijiet (jew, f’ċerti każijiet, anki eluf) ta’ dokumenti, fejn tinstab soluzzjoni ġusta mal-applikanti, l-applikazzjonijiet normalment jiġu indirizzati fl-istadji suċċessivi, b’kull waħda tkopri numru ta’ dokumenti li jistgħu jiġu indirizzati fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament 1049/2001.
    (11)      Numru simili bħal fl-2015 (18,945).
    (12)      C: Atti awtonomi tal-Kummissjoni; COM: Proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni u dokumenti oħra kkomunikati lil istituzzjonijiet oħra, bid-dokumenti preparatorji tagħhom; JOIN: Atti Konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli; ĠU: Aġendi tal-laqgħat tal-Kummissjoni; PV: Minuti tal-laqgħat tal-Kummissjoni; SEC: Dokumenti tal-Kummissjoni li ma jistgħux jiġu kklassifikati f’xi waħda mis-sensiliet l-oħra; SWD: Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni.
    (13)      Għall-finijiet tar-Regolament 1049/2001, id-dokumenti sensittivi huma dokumenti kklassifikati bħala "top secret", "secret" jew "confidential" (ara l-Artikolu 9(1) tar-Regolament 1049/2001).
    (14)    Aċċess għad-dokumenti: https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/transparency/access-documents_mt .
    (15) Fl-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti jistgħu (iżda mhumiex obbligati) jindikaw il-profil soċjali/okkupazzjonali tagħhom (jiġifieri jagħżlu waħda mis-seba’ kategoriji mogħtija). Għal skopijiet statistiċi, il-profil taċ-“ċittadini” jkopri l-applikanti li indikaw il-profil tagħhom bħala “ċittadini” flimkien mal-applikanti li ma indikawx il-profil soċjali/ekonomiku tagħhom (jiġifieri ma għażlu ebda waħda mis-seba’ kategoriji).
    (16)      L-istatistiċi jikkonċernaw il-każijiet tal-Ombudsman għad-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni ħlief l-OLAF.
    (17)      Is-sitt każijiet b’kumment ulterjuri/kritiku: 2012/0803/TN (+ 2013/369/TN), 2014/0852/LP, 2014/1871/JN, 2014/2063/PMC, u 2015/437/OMB. Tliet każijiet ingħalqu b'suġġerimenti għat-titjib u 12-il każ ingħalqu mingħajr ebda azzjoni ulterjuri.
    (18)    L-istatistiki, ipprovduti fir-Rapport annwali tal-2015, irreferew biss għall-każijiet li jirriżultaw mill-applikazzjonijiet konfermatorji u ġestiti ċentralment mis-Segretarjat Ġenerali (16-il ilment, li tnejn minnhom ingħalqu b’kumment kritiku). Dipartimenti oħra tal-Kummissjoni mmaniġġjaw seba' ilmenti addizzjonali, li erba’ minnhom ingħalqu b’kumment kritiku).
    (19)      Ordni tal-Qorti tal-21 ta’ Jannar 2016 f’Internationaler Hilfsfonds eV vs il-Kummissjoni, C-103/15 P.
    (20)      Sentenza tal-14 ta’ Lulju 2016 f’Sea Handling SpA, f’likwidazzjoni, preċedentement Sea Handling SpA vs il-Kummissjoni, C-271/15 P.
    (21)      Sentenza tat-23 ta’ Novembru 2016 f’il-Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe, C-673/13 P.
    (22)      Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (Il-Ġurnal Uffiċjali L 264 tal-25.9.2006, p. 13–19).
    (23)      Ordnijiet tal-Qorti Ġenerali f’(1) PITEE vs il-Kummissjoni, T-674/15 (taħt appell), u (2) Anikó Pint vs il-Kummissjoni, T-660/16 (taħt appell).
    (24)      Ordni tal-Qorti Ġenerali f’TMG Landelijke Media BV u Menzo Willems vs il-Kummissjoni, T-189/15, EU:T:2016:22.
    (25)      IMG vs il-Kummissjoni, T-110/15; Philip Morris Ltd vs il-Kummissjoni, T-796/14 u T-800/14; Herbert Smith Freehills vs il-Kummissjoni, T-755/14; Syndial SpA vs il-Kummissjoni, T-581/15; u Secolux vs il-Kummissjoni, T-363/14.
    (26)      Is-sentenzi f’PAN Europe vs il-Kummissjoni, T-51/15; Philip Morris Ltd vs il-Kummissjoni, T-18/15; u Strack vs il-Kummissjoni, T-221/08.
    (27)      Sentenza tas-26 ta’ April 2016 fi Strack vs il-Kummissjoni, T-221/08, u sentenza tal-21 ta’ Settembru 2016 f’Secolux vs il-Kummissjoni, T‑363/14.
    (28)      Sentenza tas-26 ta’ Mejju 2016 f’IMG vs il-Kummissjoni, T-110/15, u sentenza tas-26 ta’ April 2016 fi Strack vs il-Kummissjoni, T-221/08.
    (29)      Sentenza tal-25 ta’ Mejju 2016 f’Syndial SpA vs il-Kummissjoni, T-581/15.
    (30)      Sentenzi tal-15 ta’ Settembru 2016 f’Philip Morris Ltd vs il-Kummissjoni, T-18/15, T-796/14 u T-800/14.
    (31)      Sentenzi tal-15 ta’ Settembru 2016 f’Herbert Smith Freehills vs il-Kummissjoni, T-755/14, u f’Philip Morris vs il-Kummissjoni, T-796/14 u T-800/14.
    (32)      Sentenza tat-13 ta’ Novembru 2015 fi ClientEarth vs il-Kummissjoni, T-424/14 u T-425/14 (taħt appell).
    (33)      Sentenza tal-15 ta’ Settembru 2016 f’Philip Morris Ltd. vs il-Kummissjoni, T-18/15.
    (34)      Sentenza tal-20 ta’ Settembru 2016 f’Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs il-Kummissjoni Ewropea, T-51/15.
    (35)      Steven Verschuur vs il-Kummissjoni, T-877/16; Falcon Technologies Int. LLC vs il-Kummissjoni, T-875/16; Access Info Europe vs il-Kummissjoni, T-852/16 u T-851/16; Anikó Pint vs il-Kummissjoni, T-660/16; Malte vs il-Kummissjoni, T-653/16 u T-653/16R; ClientEarth vs il-Kummissjoni, T-644/16; Verein Deutsche Sprache e.V. vs il-Kummissjoni, T-468/16; Fabio De Masi vs il-Kummissjoni, T-423/16, T-341/16 u T-11/16; MS vs il-Kummissjoni, T-314/16; CEE Bankwatch Network vs il-Kummissjoni, T-307/16; Pagkyprios organismos ageladotrofon (POA) Dimosia Ltd vs il-Kummissjoni, T-74/16; European Environmental Bureau (EEB) vs il-Kummissjoni, T-38/16; Association Justice & Environment, z.s. vs il-Kummissjoni, T-727/15; PITEE vs il-Kummissjoni, T-674/15; Stichting Greenpeace Nederland and Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs il-Kummissjoni, T-545/11RENV.
    (36)      ClientEarth vs il-Kummissjoni, C-57/16 P; Syndial vs il-Kummissjoni, C-410/16 P; PITEE vs il-Kummissjoni, C-464/16 P; u Pint vs il-Kummissjoni, C-625/16 P.
    Top

    Brussell, 6.12.2017

    COM(2017) 738 final

    ANNESS

    tar-

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI


    li jirrigwarda l-applikazzjoni fl-2016 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni


    Statistika marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

    1.L-għadd ta’ dokumenti mniżżla fir-reġistru

    C

    COM

    JOIN

    ĠU

    PV

    SEC

    SWD

    Total

    2015

    15 558

    1 488

    91

    119

    87

    1 293

    309

    18 945

    2016

    14 458

    1 931

    115

    132

    93

    1 333

    461

    18 523

    2.Il-Konsultazzjoni tal-websajt dwar l-aċċess għad-dokumenti fuq is-server Europa



    Viżitaturi uniċi

    Żjarat

    Paġni konsultati

    2015

    2016

    2015

    2016

    2015

    2016

    Medja kull xahar

    1 294

    1 291

    1 578

    1 599

    1 944

    1 941

    Total

    15 525

    15 496

    18 939

    19 191

    23 324

    23 290

    3.L-Għadd ta’ applikazzjonijiet inizjali riċevuti u ttrattati

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    Applikazzjonijiet irreġistrati

    6 014

    6 525

    6 227

    6 752

    6 077

    Risposti mogħtija 1  

    6 334

    7 659

    7 156

    7 684

    7 137

    Ir-risposti mogħtija huma abbażi tar-Regolament 1049/2001 2

    5 274

    5 906

    5 637

    5 819

    5 944

    4.Tweġibiet mogħtija fl-istadju inizjali

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    Numru

    %

    Numru

    %

    Numru

    %

    Numru

    %

    Numru

    %

    Mogħti aċċess sħiħ

    3 928

    74,48

    4,400

    73,43

    4,096

    72.77

    4,003

    68.79

    3,622

    60.94

    Mogħti aċċess parzjali

    892

    16,91

    866

    14.45

    668

    11,87

    926

    15,91

    1,213

    20.41

    Aċċess rifjutat

    454

    8,61

    640

    10,68

    866

    15,36

    890

    15,29

    1 109

    18,66

    Total

    5 274

    100

    5 906

    100

    5 630

    100

    5 819

    100

    5 944

    100

    5.L-Għadd ta’ applikazzjonijiet konfermatorji riċevuti u ttrattati

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    Applikazzjonijiet irreġistrati

    229

    236

    300

    284

    295

    Tweġibiet mogħtija 3

    202

    252

    327

    291

    257

    Ir-risposti mogħtija huma abbażi tar-Regolament 1049/2001 4

    160

    189

    272

    230

    219

    6.Tweġibiet mogħtija fl-istadju konfermatorju

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    Numru

    %

    Numru

    %

    Numru

    %

    Numru

    %

    Numru

    %

    Reviżjoni sħiħa –

    Mogħti aċċess sħiħ

    30

    18,75

    38

    20,11

    51

    18,75

    22

    9,57

    11

    5,02

    Reviżjoni parzjali –

    Mogħti aċċess parzjali

    39

    24,38

    45

    23,81

    67

    24,63

    73

    31,74

    103

    47,03

    Konferma tar-risposta inizjali –

    Aċċess rifjutat

    91

    56,88

    106

    56,08

    154

    56,62

    135

    58,70

    105

    47,95

    Total

    160

    100

    189

    100

    272

    100

    230

    100

    219

    100

    7.Rifjut tal-aċċess skont l-eċċezzjoni applikata (%)

    Eċċezzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament 1049/2001

    L-ISTADJU INIZJALI

    STADJU KONFERMATORJU

    2015

    2016

    2015

    2016

    4.1 (a), l-ewwel inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna s-sigurtà pubblika

    2,43

    7,29

    2,05

    2,39

    4.1(a), it-tieni inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna d-difiża u l-kwistjonijiet militari

    0,15

    0,15

    0

    0

    4.1(a), 3, it-tielet inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali,

    4,92

    3,39

    7,38

    2,39

    4.1(a), ir-raba’ inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna l-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-UE jew ta’ Stat Membru

    0,71

    1,42

    2,87

    2,79

    4.1(b) – Protezzjoni tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu

    29,40

    29,76

    15,57

    28,29

    4.2, l-ewwel inċiż – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali

    14,75

    13,71

    13,11

    15,94

    4.2, it-tieni inċiż – Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u tal-pariri legali

    4,51

    4,70

    4,92

    5,58

    It-tielet inċiż – Protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet, investigazzjonijiet u awditi

    20,88

    16,23

    37,70

    20,32

    4.3, l-ewwel subparagrafu — Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fejn s’issa għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni

    17,69

    18,78

    13,93

    20,32

    4.3. it-tieni subparagrafu – Proċess ta’ teħid ta’deċiżjonijiet fejn diġà ttieħdet id-deċiżjoni (opinjonijiet għal użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari)

    2,58

    2,95

    2,46

    1,99

    4.4. u 4.5. – Rifjut minn Stat Membru jew minn parti terza 5

    1,98

    1,60

    /

    /

    Total (%)

    100

    100

    100

    100

    8.
    Il-profil soċjali u professjonali tal-applikanti (%)
    6

    STADJU INIZJALI

    STADJU KONFERMATORJU

    2015

    2016

    2015

    2016

    Istituzzjoni akkademika/Grupp ta’ riflessjoni

    21,33

    15,96

    5,63

    4,41

    Kumpanija/assoċjazzjoni ta’ Negozju

    2,03

    9,73

    0

    3,05

    Ġurnalista

    7,08

    5,89

    13,03

    8,14

    Kumpanija ġuridika/avukat indipendenti

    12,74

    13,46

    27,82

    26,44

    MEP, assistent MEP

    10,63

    4,77

    3,17

    3,05

    Organizzazzjoni nongovernattiva (NGO)

    15,18

    11,88

    24,65

    24,75

    Awtoritajiet nazzjonali/sottonazzjonali 7

    6,26

    0

    1,41

    0

    Mhux speċifikat (Ċittadini)

    24,75

    38,3

    24,29

    30,17

    Total (%)

    100

    100

    100

    100

    9.L-Oriġini ġeografika tal-applikanti (%)

     

    STADJU INIZJALI

    STADJU KONFERMATORJU

    2015

    2016

    2015

    2016

    L-Awstrija

    1,23

    1,35

    1,41

    1,02

    Il-Belġju

    26,78

    27,23

    30,28

    33,22

    Il-Bulgarija

    0,68

    0,59

    0,70

    1,36

    Ċipru

    0,07

    0,07

    0

    0

    Il-Kroazja

    0,33

    0,30

    0,35

    0,68

    Ir-Repubblika Ċeka

    0,86

    1,51

    2,11

    1,69

    Id-Danimarka

    1,63

    1,65

    1,06

    0

    L-Estonja

    0,22

    0,23

    0

    1,02

    Il-Finlandja

    0,68

    1,05

    0

    0,34

    Franza

    7,57

    7,95

    5,99

    5,08

    Il-Ġermanja

    11,74

    12,56

    15,14

    13,22

    Il-Ġreċja

    0,96

    1,51

    2,46

    1,69

    L-Ungerija

    1,29

    1,22

    0,70

    1,36

    L-Irlanda

    1,04

    1,53

    1,76

    1,36

    L-Italja

    7,26

    6,70

    4,23

    9,83

    Il-Latvja

    0,13

    0,23

    0

    0

    Il-Litwanja

    0,33

    0,43

    0

    0

    Il-Lussemburgu

    0,96

    0,82

    1,06

    0,34

    Malta

    0,28

    0,26

    0,35

    0,34

    In-Netherlands

    5,48

    5,20

    7,39

    6,44

    Il-Polonja

    3,04

    1,99

    5,99

    2,03

    Il-Portugall

    0,89

    1,07

    0,70

    0

    Ir-Rumanija

    0,46

    0,58

    0,70

    0

    Is-Slovakkja

    0,76

    0,28

    0,70

    0

    Is-Slovenja

    0,15

    0,21

    0,35

    0,34

    Spanja

    9,91

    7,54

    2,46

    8,81

    L-Iżvezja

    2,22

    1,27

    0,35

    0

    Ir-Renju Unit

    7,63

    10,04

    10,21

    5,76

    Pajjiżi Ewropej li mhumiex fl-UE

    1,81

    1,65

    1,76

    3,05

    L-Amerka ta' Fuq

    1,20

    0,99

    0,70

    0,34

    L-Awstralja u n-New Zealand

    0,03

    0,36

    0

    0

    L-Afrika

    0,36

    0,20

    0

    0

    L-Amerka t’Isfel

    0,09

    0,12

    0

    0

    L-Asja

    0,96

    0,84

    0

    0,34

    Mhux speċifikati 8

    0,99

    0,49

    1,06

    0,34

    Total (%)

    100

    100

    100

    100

    10.
    L-Applikazzjonijiet għal kull dipartiment tal-Kummissjoni (%)

    STADJU INIZJALI

    STADJU KONFERMATORJU

    2015

    2016

    2015

    2016

    AGRI – Agrikoltura u Żvilupp Rurali

    3,97

    3,21

    3,52

    1,69

    BUDG – Baġit

    0,47

    0,72

    0,70

    0,34

    CLIMA – Azzjoni Klimatika

    1,87

    1,28

    1,76

    1,36

    CNECT – Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija

    2,65

    2,19

    2,11

    2,71

    COMM – Komunikazzjoni

    0,33

    0,66

    0

    1,02

    COMP – Kompetizzjoni

    5,81

    7,22

    16,20

    15,93

    DEVCO – Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp

    5,35

    3,51

    1,06

    1,36

    DGT – Traduzzjoni

    0,06

    0,10

    0

    0,34

    DIGIT – Informatika

    0,10

    0,54

    0,70

    0

    EAC – Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport u Kultura

    0,71

    0,72

    0,35

    0,34

    ECFIN – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

    1,26

    1,25

    0,35

    0,34

    ECHO – Protezzjoni Ċivili Ewropea u Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja

    0,34

    0,56

    0,35

    1,02

    EMPL – Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

    2,68

    3,16

    2,11

    4,07

    ENER – Enerġija

    3,47

    2,86

    2,82

    2,03

    ENV – Ambjent

    5,79

    4,02

    3,52

    3,73

    EPSC – Ċentru Ewropew ta' Strateġija Politika

    0,10

    0,05

    0

    0

    EPSO – L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

    0,09

    0,89

    0,35

    5,42

    ESTAT – Eurostat

    0,44

    0,28

    0,35

    0

    FISMA – Stabbiltà Finanzjarja, Servizzi Finanzjarji u Unjoni tas-Swieq Kapitali

    2,59

    5,63

    1,06

    1,36

    FPI – Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija 9

    0,86

    1,35

    0,70

    0

    GROW – Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs

    8,58

    7,57

    10,56

    5,76

    HOME – Migrazzjoni u Affarijiet Interni

    4,21

    4,29

    3,87

    3,39

    HR – Riżorsi Umani u Sigurtà (inklużi l-OIL (l-Uffiċji għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu) + l-PMO (Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u Ħlas ta’ Drittijiet Individwali)

    2,31

    3,01

    3,87

    1,69

    IAS – Servizz tal-Awditjar intern

    0,09

    0,05

    0,35

    0,34

    JRC – Ċentru Konġunt tar-Riċerka

    0,24

    0,25

    0

    0

    JUST – Ġustizzja u Konsumaturi

    2,77

    3,26

    7,39

    6,10

    MARE – Affarijiet Marittimi u Sajd

    1,04

    0,66

    0

    0.34

    MOVE – Mobilità u Trasport 

    3,76

    4,67

    1,41

    3,05

    NEAR – Politika Ewropea tal-Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir

    1,38

    2,19

    1,76

    2,71

    OIB – Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell

    0,06

    0,08

    0

    0

    OLAF – Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi 10

    0,25

    0,33

    0

    0,34

    OP – L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

    0,15

    0,10

    0,70

    0

    REGIO – Politika Reġjonali u Urbana

    3,92

    3,34

    0,35

    1,36

    RTD – Riċerka u Innovazzjoni

    1,16

    1,43

    1,06

    2,37

    SANTE – Saħħa u Sikurezza Alimentari

    9,18

    8,01

    7,04

    10,17

    SCIC – Interpretazzjoni

    0,01

    0,07

    0

    0

    SG – Segretarjat Ġenerali

    8,74

    8,62

    10,21

    6,78

    SJ - Servizz Ġuridiku

    3,17

    3,65

    4,58

    4,41

    TAXUD – Tassazzjoni u Unjoni Doganali

    5,67

    4,18

    6,34

    6,10

    TRADE – Kummerċ

    4,38

    4,03

    2,46

    2,03

    Total (%)

    100

    100

    100

    100

    (1)    Rikjesta waħda tista’ tikkonċerna diversi dokumenti u tista’ konsegwentement twassal għal diversi risposti differenti. Min-naħa l-oħra, diversi rikjesti jistgħu jinġabru flimkien f’xi każijiet u jagħtu lok għal risposta waħda biss.
    (2)    Din il-kategorija tinkludi biss tweġibiet li jagħtu l-aċċess jew li (parzjalment) jirrifjutaw l-aċċess għad-dokumenti, mitluba taħt ir-Regolament 1049/2001. Din ma tinkludix it-tweġibiet fejn il-Kummissjoni indikat li hija ma tinsabx fil-pussess tad-dokumenti mitluba. Barra minn hekk, ma tinkludix tweġibiet għal applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti li kienu kkunsidrati li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 1049/2001 (pereżempju t-tweġibiet mogħtija skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali mal-Istati Membri jew ma’ istituzzjonijiet oħra, it-tweġibiet fuq il-bażi tal-Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba, eċċ.).
    (3)      Ara l-ispjegazzjoni fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.
    (4)    Ara l-ispjegazzjoni fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.
    (5)      Din il-kategorija ma għadhiex tintuża aktar, billi ma tikkostitwixxix eċċezzjoni fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament 1049/2001. Madankollu għadha tidher peress li d-dejta mhux ipproċessata mhux dejjem ippermettiet distribuzzjoni skont l-eċċezzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament 1049/2001.
    (6)      Fl-2016, il-kategoriji ta’ profili professjonali u soċjali ġew irranġati u m’għadhomx jikkorrispondu mal-kategoriji indikati fir-Rapport Annwali tal-2015. Konsegwentement, fir-Rapport Annwali tal-2016, l-istatistika tal-2015 hija kkonfermata mill-ġdid skont il-profili l-ġodda introdotti fl-2016.
    (7)      Fl-2015, l-applikazzjonijiet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali/sottonazzjonali ġew irreġistrati bħala applikazzjonijiet skont ir-Regolament 1049/2001. Fl-2016, dawn ma baqgħux jiġu rreġistrati bħala tali, peress li huma kkunsidrati bħala applikazzjonijiet magħmula skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
    (8)      Din il-kategorija tidher fl-istatistika billi f’każijiet fejn l-applikazzjoni inizjali ma kinitx ippreżentata permezz tal-għodda onlajn, ġiet ikkodifikata b’mod manwali u f’ċerti każijiet, minħabba żball klerikali, il-pajjiż tal-applikant ma kienx indikat fis-sistema tal-IT użata għall-ġestjoni tal-aċċess għad-dokumenti (GestDem).
    (9)    Mill-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (is-SEAE), id-dokumenti tal-FPI biss jinżammu fil-Kummissjoni.
    (10)      Id-dejta dwar l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) tikkonċerna l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti marbuta mal-attivitajiet amministrattivi tiegħu, li huma rreġistrati fl-istess sistema tal-IT kif użat minn dipartimenti oħra tal-Kummissjoni (GestDem). L-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti marbuta mal-attivitajiet investigattivi tal-OLAF mhumiex is-suġġett ta’ dan ir-rapport.
    Top