IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.6.2017
COM(2017) 600 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
RAPPORT ANNWALI TAL-2016
DWAR IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017DC0600
REPORT FROM THE COMMISSION ANNUAL REPORT 2016 ON SUBSIDIARITY AND PROPORTIONALITY
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI TAL-2016 DWAR IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI TAL-2016 DWAR IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ
COM/2017/0600 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.6.2017
COM(2017) 600 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
RAPPORT ANNWALI TAL-2016
DWAR IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ
RAPPORT ANNWALI TAL-2016
DWAR IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ
1. introduzzjoni
Dan huwa l-24 rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fit-tfassil tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Ir-rapport qiegħed jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rapport iħares lejn il-mod kif l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea implimentaw dawn iż-żewġ prinċipji fl-2016 u kif evolviet il-prattika meta mqabbel mas-snin ta’ qabel. Jipprovdi wkoll analiżi tal-proposti tal-Kummissjoni li kienu s-suġġett ta’ opinjonijiet motivati mill-Parlamenti nazzjonali matul is-sena. Minħabba r-rabtiet mill-qrib bejn il-mekkaniżmi ta’ kontroll tas-sussidjarjetà u d-djalogu politiku bejn il-Parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni, dan ir-rapport għandu jitqies bħala kumplimentari għar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet mal-Parlamenti nazzjonali għas-sena 2016 1 .
2. applikazzjoni tal-prinċipji mill-istituzzjonijiet
2.1. Il-Kummissjoni
Il-verifika tal-konformità tal-inizjattivi tal-Kummissjoni mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità hija parti integrali mill-prattiki regolatorji tal-Kummissjoni. Fl-2016, il-Kummissjoni kompliet timplimenta l-aġenda msaħħa tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar, li tinkludi gwida msaħħa dwar kif għandhom jiġu vvalutati s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fil-proċess tat-tfassil tal-politika u opportunitajiet ġodda għaċ-ċittadini u għall-partijiet interessati biex jipprovdu kummenti. Il-Kummissjoni qiegħda ssegwi wkoll il-prattika tagħha ta’ evalwazzjoni tal-oqfsa politiċi eżistenti, qabel ma tippreżenta reviżjonijiet leġislattivi. Dawn il-evalwazzjonijiet jinkludu valutazzjonijiet dwar jekk il-miżuri politiċi eżistenti għadhomx ‘adattati għall-iskop tagħhom’ u sa liema punt jikkonformaw mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Il-prinċipji u l-istrumenti għal regolamentazzjoni aħjar, fosthom il-valutazzjonijiet tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, jiġu applikati f’diversi stadji tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-analiżi u l-input rilevanti pprovduti mill-partijiet interessati:
1.Fl-istadju bikri tal-proċess tal-ippjanar tal-politika, il-pjanijiet direzzjonali jew il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu jiġu ppubblikati fuq is-sit web Ewropa tal-Kummissjoni 2 għal kull inizjattiva ġdida kbira. Dawn jipprovdu deskrizzjoni preliminari tal-inizjattiva ppjanata u jiddeskrivu l-pjanijiet tal-Kummissjoni għal ħidma ta’ valutazzjoni tal-impatt u ta’ konsultazzjoni. Il-pjanijiet direzzjonali jew il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu jinkludu wkoll ġustifikazzjoni inizjali għall-azzjoni fir-rigward tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.
2.Matul il-proċess tal-iżvilupp tal-politika, issir analiżi tal-aspetti tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fil-valutazzjonijiet tal-impatt, li huma akkumpanjati wkoll minn konsultazzjoni pubblika miftuħa. Il-valutazzjonijiet tal-impatt jindirizzaw il-mod kif il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità japplikaw f’kull każ konkret. Il-kwalità ta’ din l-analiżi hija soġġetta għall-iskrutinju indipendenti tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju.
3.Fl-aħħar nett, il-memorandum ta’ spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni jippreżenta fil-qosor il-mod kif il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità jiġu ssodisfati. Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni, il-partijiet interessati xorta jistgħu jipprovdu kummenti dwar il-proposta u l-valutazzjoni tal-impatt relatata, inkluż dwar kwistjonijiet ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità. Kwalunkwe kumment bħal dan imbagħad jiġi pprovdut bħala input għall-proċess leġiżlattiv 3 .
Is-sit web tal-Kummissjoni "Ħaffef il-piż – Semma’ leħnek" 4 , li tnieda fl-2015, kif ukoll il-Pjattaforma dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), li bdiet topera fl-2016, jipprovdu wkoll modi kif il-pubbliku u l-partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw mal-Kummissjoni dwar piżijiet eċċessivi possibbli jew ineffiċjenzi ta’ miżuri regolatorji eżistenti, fosthom mistoqsijiet dwar is-sussidjarjetà jew il-proporzjonalità. Fl-2016, il-Pjattaforma REFIT ippreżentat l-ewwel sett ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar kif jistgħu jiġu ssimplifikati u jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, li għalihom il-Kummissjoni qiegħda twieġeb permezz tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2017. F’April 2016, il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ffirmaw il-Ftehim Interistituzzjonali ġdid dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li juri l-impenn tat-tliet istituzzjonijiet għal Regolamentazzjoni Aħjar. Dan il-ftehim jinkludi impenji mit-tliet istituzzjonijiet biex josservaw u jimplimentaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u, b’mod aktar partikolari, għall-Kummissjoni sabiex, fil-memorandum ta’ spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposti tagħha, tippreżenta l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ dawn l-aspetti.
Analiżi tas-sussidjarjetà
Il-linji gwida dwar Regolamentazzjoni Aħjar u s-‘sett ta’ għodod’ 5 li jakkumpanjahom li ġew adottati f’Mejju 2015, jenħtieġu lill-Kummissjoni twettaq analiżi tas-sussidjarjetà meta tkun qed titqies inizjattiva ġdida f’oqsma fejn l-Unjoni ma għandhiex kompetenza esklużiva, u waqt il-valutazzjoni tar-rilevanza u tal-valur miżjud Ewropew ta’ intervent eżistenti. Il-Kummissjoni tindirizza s-sussidjarjetà kemm fir-rigward ta’ inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi. L-objettiv tal-analiżi għandu żewġ għanijiet: l-ewwel nett, biex jiġi vvalutat jekk azzjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali hijiex biżżejjed sabiex jintlaħaq l-objettiv segwit; it-tieni nett, biex jiġi vvalutat jekk l-azzjoni tal-Unjoni tipprovdix valur miżjud meta mqabbla ma’ azzjoni meħuda mill-Istati Membri.
Skont il-linji gwida u s-sett ta’ għodod għar-Regolamentazzjoni Aħjar, parti prinċipali tal-analiżi hija l-valutazzjoni tar-‘rilevanza tal-Unjoni’ tal-inizjattiva inkwistjoni. Il-kunsiderazzjonijiet prinċipali huma: l-ambitu ġeografiku, l-għadd ta’ partijiet affettwati, l-għadd ta’ Stati Membri kkonċernati u l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali prinċipali. Barra minn hekk, l-analiżi tiddetermina f’termini kwalitattivi – u sa fejn ikun possibbli f’termini kwantitattivi – jekk hemmx problema transfruntiera sinifikanti. L-analiżi għandha tkopri wkoll kemm il-vantaġġi kif ukoll l-iżvantaġġi ta’ azzjoni tal-Unjoni meta mqabbla ma’ azzjoni mill-Istati Membri.
Analiżi tal-proporzjonalità
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni ma għandhomx jeċċedu dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattati 6 . Ir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità jfisser li jiġi żgurat li l-approċċ u l-livell ta’ intervent regolatorju ta’ politika jkunu jaqblu mal-objettiv tagħha. Fil-valutazzjonijiet tal-impatt 7 , fil-valutazzjonijiet u fil-kontrolli tal-idoneità għandu jkun hemm referenza ċara għall-proporzjonalità.
B’mod partikolari, il-linji gwida u s-sett ta’ għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar jeħtieġu li fl-analiżi tagħha tal-proporzjonalità l-Kummissjoni tqis:
·jekk il-miżuri jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tiġi indirizzata l-problema u jintlaħaq l-objettiv b’mod sodisfaċenti;
·jekk l-ambitu tal-inizjattiva huwiex limitat għal dawk l-aspetti li l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu b’mod sodisfaċenti weħidhom u fejn l-UE tista’ tagħmel aħjar;
·jekk l-azzjoni jew l-għażla tal-istrument hijiex sempliċi kemm jista’ jkun, u konsistenti mal-kisba sodisfaċenti tal-objettiv u infurzar effettiv;
·jekk il-kostijiet jinżammux baxxi kemm jista’ jkun u humiex proporzjonati tajjeb mal-objettiv li jrid jinkiseb;
·jekk hemmx ġustifikazzjoni soda għall-għażla tal-istrument (Regolament, Direttiva jew metodi regolatorji alternattivi); u
·jekk ikunux rispettati l-arranġamenti nazzjonali stabbiliti sew u ċ-ċirkostanzi partikolari fi Stati Membri individwali.
Valutazzjonijiet tal-impatt
Valutazzjonijiet tal-impatt huma meħtieġa kull darba li inizjattiva tkun mistennija li jkollha impatti ekonomiċi, soċjali jew ambjentali sinifikanti. Dawn jinkludu valutazzjoni tal-problema, l-għażliet politiċi possibbli, u l-impatti probabbli tagħhom u kif dawn jikkonformaw mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.
F’Lulju 2015 il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħa post il-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Fl-2016, il-Bord kien magħmul minn President (livell ta’ Direttur Ġenerali) u ħames membri full-time, li tnejn minnhom kienu minn barra l-Kummissjoni. Fl-2017 inħatar it-tielet u l-aħħar membru estern. Il-membri kollha tal-Bord huma indipendenti u jaħdmu f’kapaċità personali abbażi tal-għarfien espert individwali tagħhom. Il-Bord jirrevedi l-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt, ta’ valutazzjonijiet ewlenin u tal-kontrolli tal-idoneità. Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma parti minn dan il-kontroll tal-kwalità.
Fl-2016, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju eżamina 60 valutazzjoni tal-impatt. Disgħa minn dawn il-każijiet (15 %) ġew iġġudikati bħala li jeħtieġu titjib fl-analiżi tagħhom tal-aspetti tas-sussidjarjetà u/jew tal-proporzjonalità. Filwaqt li l-għadd totali ta’ każijiet ivvalutati fl-2015 kien aktar baxx (29) is-sehem ta’ każijiet bi kwistjonijiet ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità kien ogħla (23 %). L-eżempji li ġejjin mill-2016 juru kif il-Bord ivvaluta tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità:
·Fl-opinjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt dwar il-proposta li temenda d-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema 8 , il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju saħaq li r-rapport għandu jissostanzja aħjar l-argumentazzjoni dwar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Il-Bord talab għal ġustifikazzjoni għaliex l-għażliet alternattivi ma ġewx inklużi fl-analiżi. Dwar il-kwistjoni tal-proporzjonalità, il-Bord talab għal kjarifika dwar il-mod kif ir-rapport indirizza t-tħassib tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fir-rigward tal-piżijiet proċedurali. F’verżjoni li reġgħet ġiet ippreżentata tar-rapport, li kisbet opinjoni pożittiva tal-Bord, iż-żewġ kwistjonijiet kienu indirizzati aħjar, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġustifikazzjoni ġenerali tal-proposta. Żdiedet ukoll taqsima dwar l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-piżijiet probabbli mill-proċeduri amministrattivi. Filwaqt li r-rapport rivedut kien jiġġustifika aħjar it-twarrib ta’ xi għażliet, il-Bord xorta talab sabiex ir-rapport jispjega aħjar għaliex ma ġietx ikkunsidrata eżenzjoni għal stazzjonar fuq żmien qasir. Rapport emendat ġie adottat f’Marzu 2016 9 .
·Fil-valutazzjoni tal-impatt dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar mekkaniżmu ġenerali tar-reverse charge għat-taxxa fuq il-valur miżjud 10 , il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju sab li l-proporzjonalità ma kinitx iġġustifikata biżżejjed għall-għażliet politiċi individwali, speċjalment fir-rigward tal-impatti. Ir-rapport irċieva opinjoni negattiva u l-verżjoni li reġgħet ġiet ippreżentata mill-ġdid ġiet imtejba biż-żieda ta’ analiżi tal-proporzjonalità li wasslet għal valutazzjoni aktar b’saħħitha tal-għażliet u tar-riskji. Pereżempju, il-konsegwenzi sekondarji kienu deskritti aħjar fir-rigward tal-impatti fuq il-kostijiet tal-konformità għan-negozji u fuq Stati Membri oħra li ma jużawx il-mekkaniżmu ġenerali tar-reverse charge.
·Fil-valutazzjoni tal-impatt dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar imblukkar ġeografiku 11 abbażi tal-prinċipju tar-residenza u n-nazzjonalità, il-Bord talab għal ġustifikazzjoni aħjar ta’ kif l-għażla preferuta kienet proporzjonata meta mqabbla mal-problema identifikata. Il-Bord talab għal spjegazzjoni aħjar tad-differenza li l-inizjattiva hija mistennija tagħmel peress li l-kummerċjanti mhumiex ser ikunu meħtieġa jikkonsenjaw fi Stat Membru ieħor u għal evidenza aktar sostantiva dwar ir-raġuni għaż-żieda fil-kummerċ transfruntier anki fejn il-konsumaturi huma meħtieġa jiġbru oġġetti f’pajjiż barrani. Ir-rapport irċieva opinjoni negattiva. Sussegwentement ir-rapport ġie mtejjeb u verżjoni emendata kisbet opinjoni pożittiva mill-Bord.
·Dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-modernizzazzjoni tar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali 12 , il-Bord ta opinjoni pożittiva dwar il-valutazzjoni tal-impatt, bil-kundizzjoni li r-rapport jiġi mtejjeb b’mod speċifiku f’dak li għandu x’jaqsam ma’ evidenza li tappoġġa l-bżonn għal azzjoni tal-UE u l-proporzjonalità tal-miżuri proposti. B’mod partikolari, il-Bord talab lill-Kummissjoni biex tipprovdi aktar evidenza fir-rigward tal-użu tal-kontenut protett, tal-kontenut li jtellgħu l-utenti, tar-remunerazzjoni ġusta tal-awturi u tal-artisti u tal-kontenut awdjoviżiv fuq pjattaformi ta’ Vidjow b’Talba. It-tħassib tal-Bord wassal għal reviżjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja l-abbozz ta’ proposti leġiżlattivi li ġie adottat mill-Kummissjoni f’Settembru 2016.
·Fil-kuntest tal-proposta għal Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli 13 , il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju qajjem tħassib dwar il-proporzjonalità ta’ wħud mill-għażliet u l-punt safejn kien ġie ssodisfat il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kummissjoni ħadet kont debitu tar-riżervi tal-Bord fil-proposta tagħha. B’mod partikolari, rigward id-dispożizzjonijiet dwar it-tisħin u t-tkessiħ, il-Kummissjoni ma pproponiet ebda obbligi vinkolanti imma minflok introduċiet diversi alternattivi għall-Istati Membri, u b’hekk ipprovdiet flessibilità fl-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali. Dawn id-dispożizzjonijiet aktar proporzjonati u anqas tqal saru flimkien ma’ dispożizzjonijiet imsaħħa fil-qafas ta’ governanza biex jissalvagwardaw il-kisba tal-miri tal-2030.
Kif muri minn dawn l-eżempji, fl-2016 il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju għen sabiex titjieb l-analiżi ta’ kif il-proposti jikkonformaw mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Permezz ta’ dan, il-Bord ipprovda informazzjoni kritika għall-proċess tal-Kummissjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi.
Evalwazzjonijiet u kontrolli tal-idoneità
Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kienu wkoll essenzjali għall-evalwazzjonijiet retrospettivi u l-kontrolli tal-idoneità mwettqa fl-2016. Dawn l-għodod jivvalutaw jekk l-azzjonijiet Ewropej hux qed jagħtu r-riżultati mistennija f’termini ta’ effiċjenza, effettività, koerenza, rilevanza u valur miżjud Ewropew. Jivvalutaw ukoll jekk għadx hemm il-ħtieġa ta’ azzjonijiet, jew jekk l-objettivi jistgħux jintlaħqu aħjar b’modi oħra. Il-Kummissjoni hija impenjata li tħares il-prinċipju ta’ ‘l-ewwel tivvaluta’ - fi kliem ieħor, li l-ewwel tiġi analizzata l-prestazzjoni fl-imgħoddi ta’ politiki eżistenti qabel ma jiġu kkunsidrati miżuri ġodda. Permezz tal-ġbir ta’ evidenza u l-identifikazzjoni ta’ tagħlimiet li jistgħu jikkontribwixxu għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-UE qed tagħmel il-valutazzjoni parti integrali u permanenti mit-tfassil tal-politika tagħha.
Normalment il-Kummissjoni tipproduċi bejn 100 u 120 valutazzjoni fis-sena. Fl-2016, il-Kummissjoni ppubblikat 43 valutazzjoni u Kontrolli tal-Idoneità 14 . Il-Kummissjoni temmet żewġ kontrolli tal-idoneità (evalwazzjonijiet ta’ oqsma politiċi usa’); wieħed dwar l-Obbligi ta’ Rapportar, ta’ Ppjanar u ta’ Monitoraġġ fl-acquis tal-UE dwar l-Enerġija u ieħor dwar id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats. L-eżempji li ġejjin minn 2016 jenfasizzaw l-evalwazzjonijiet fejn tqajmu kwistjonijiet tas-sussidjarjetà, tal-valur miżjud Ewropew u tal-proporzjonalità:
·Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar Infurzar Transfruntier tal-Multi tat-Traffiku 15 kkonkludiet li d-Direttiva tiġġenera valur miżjud Ewropew minħabba li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni tad-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, ħaġa li hija kruċjali biex jiġu segwiti r-reati mwettqa b’vetturi rreġistrati fi Stati Membri oħra. Il-kisba tal-istess riżultati b’mezzi oħra minbarra direttiva kienet tkun kważi impossibbli meta wieħed iqis: a) l-għadd ta’ ftehimiet li l-Istati Membri jkollhom jiffirmaw sabiex jiskambjaw l-istess tip ta’ data; b) il-ħin meħtieġ għar-ratifika ta’ ftehimiet simili fl-Istati Membri kollha; u c) l-eżiti possibbli ta’ tali ftehimiet kif ukoll in-nuqqas ta’ trasparenza li xi ftehimiet bilaterali jew multilaterali jistgħu jinvolvu.
·Evalwazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni kontra ż-żieda fit-theddid minn reżistenza għall-antimikrobiċi 16 kkonkludiet li l-Pjan ta’ Azzjoni kellu valur miżjud Ewropew ċar. Dan stimula azzjonijiet fl-Istati Membri, kooperazzjoni internazzjonali msaħħa u pprovdew qafas biex l-attivitajiet dwar ir-reżistenza antimikrobika jiġu kkoordinati fil-livell internazzjonali. Kollox ma’ kollox, għalhekk, is-sejbiet tal-evalwazzjoni jappoġġjaw it-tkomplija tal-azzjoni fil-livell tal-UE. L-evalwazzjoni turi li hemm ħtieġa ċara li l-Istati Membri jingħataw appoġġ u għajnuna biex jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali biex jitnaqqsu d-differenzi bejn l-użu ta’ aġenti antimikrobiċi u l-prevalenza ta’ infezzjonijiet, sabiex titrawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi, biex jitjieb l-għarfien taċ-ċittadini u biex jissaħħu s-sistemi tal-monitoraġġ u tas-sorveljanza permezz tal-iżvilupp tal-għarfien espert dwar metodoloġiji, indikaturi u strumenti b’sodi. Il-evalwazzjoni wriet il-ħtieġa għal koordinazzjoni u kollaborazzjoni kontinwa fir-riċerka u dwar l-iżvilupp ta’ aġenti antimikrobiċi, testijiet dijanjostiċi rapidi, vaċċini u trattamenti alternattivi ġodda, u mudelli kummerċjali ġodda biex isostnu l-investiment u jżidu l-għarfien dwar it-trażmissjoni tar-reżistenza għall-antimikrobiċi.
·L-evalwazzjoni ex post tas-seba' Programm Kwadru għar-Riċerka 17 kkonkludiet li l-indirizzar tal-isfidi pan-Ewropej permezz ta’ riċerka Ewropea huwa fost l-aktar oqsma importanti tal-valur miżjud Ewropew meta mqabbel ma’ azzjoni mill-Istati Membri. Il-programmi ta’ Riċerka Ewropej jinkludu sett ta’ premijiet għall-‘isfidi tas-soċjetàli’, li joffru premjijiet fi flus lil dawk li jegħlbu bl-aktar mod effettiv sfida definita. Dawn iservu ta’ inċentiv għall-innovazzjoni. Huma jippreskrivu l-għan iżda mhux il-mod kif għandu jintlaħaq l-għan. Fl-2014, il-kumpanija Ġermaniża tal-bijofarmaċewtika CureVac GmbH rebħet il-Premju għall-Innovazzjoni u ngħatat EUR 2 miljuni għall-progress favur teknoloġija ġdida sabiex tilqim li jista’ jsalva l-ħajjiet jinżamm stabbli fi kwalunkwe temperatura ambjentali, u b’hekk jingħeleb wieħed mill-akbar ostakoli għall-użu tat-tilqim fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Fl-2015, il-premju ingrana investiment privat addizzjonali fir-riċerka meta l-Bill and Melinda Gates Foundation ħabbret impenn li tinvesti EUR 46 miljun fi CureVac sabiex jitħaffef l-iżvilupp tat-teknoloġija innovattiva tagħha fil-qasam tat-tilqim u l-produzzjoni ta’ bosta tilqim kontra mard infettiv.
2.2. Segwitu għal opinjonijiet motivati mill-Parlamenti nazzjonali
Fl-2016, il-Kummissjoni rċeviet 65 18 opinjoni motivata mill-Parlamenti nazzjonali dwar il-prinċipju tas-sussidjarjetà 19 . Dan kien 713 % aktar mit-tmien opinjonijiet motivati li waslu fl-2015. L-għadd ta’ opinjonijiet motivati li waslu fl-2016 huwa t-tielet l-ogħla f’sena kalendarja minn meta l-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà ġie introdott bit-Trattat ta’ Lisbona fl-2009 (wara 84 fl-2012 u 70 fl-2013). L-opinjonijiet motivati li daħlu fl-2016 kienu jammontaw ukoll għal proporzjon ogħla (10.5 %) tal-għadd totali ta’ opinjonijiet li waslu għand il-Kummissjoni fl-istess sena fil-kuntest tad-djalogu politiku (620). Għandu jiġi nnotat li anke l-għadd totali ta’ opinjonijiet ippreżentati mill-Parlamenti nazzjonali taħt id-djalogu politiku żdied b’mod sinifikanti fl-2016 20 .
Il-65 opinjoni motivata li waslu fl-2016 kienu jinkludu 38 opinjoni relatata ma’ erba’ proposti tal-Kummissjoni. Il-proposta li tat lok għal l-aktra opinjonijiet motivati kienet il-proposta għal rieżami tad-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema 21 , li ġġenerat 14-il opinjoni motivata, u b’hekk skattat il-proċedura skont l-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2 għat-Trattati (l-hekk imsejħa proċedura tal-“karta s-safra”). Il-proposta għal rieżami tar-Regolament ta’ Dublin 22 irċeviet tmien opinjonijiet motivati, filwaqt li ż-żewġ proposti li jistabbilixxu l-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva rċeviet tmien opinjonijiet motivati 23 . Proposti oħra rċevew bejn opinjoni motivata waħda u erbgħa. Il-każijiet li dwarhom il-Kummissjoni rċeviet l-ogħla għadd ta’ opinjonijiet motivati huma deskritti f’aktar dettall fil-Kapitolu 3.
Iż-żieda sinifikanti fl-għadd totali ta’ opinjonijiet motivati maħruġa fl-2016 wasslet għal żieda sostanzjali fl-għadd ta’ opinjonijiet motivati maħruġa minn kull kamra. Fl-2016, 26 kamra biss minn 41 ħarġu opinjonijiet motivati (meta mqabbel ma’ 8 fl-2015). L-opinjonijiet motivati nħarġu min-Narodno sabranie Bulgaru (3), mis-Senát Ċek (3), mill-Poslanecká sněmovna Ċeka (4), mill-Folketing Daniż (2), mir-Riigikogu Estonjan (1), mid-Dáil Éireann Irlandiż (2), mis-Seanad Éireann Irlandiż (1), mis-Sénat Franċiż (3), mill-Hrvatski sabor Kroat (1), mis-Senato della Repubblica Taljan (3), mis-Saeima Latvjan (1), mis-Seimas Litwan (1), mix-Chambre des Députés tal-Lussemburgu (2), mill-Országgyűlés Ungeriż (2), mill-Kamra tad-Deputati Maltija (5), mill-Eerste Kamer Olandiż (1), mit-Tweede Kamer Olandiż (3), mill-Bundesrat Awstrijak (4), mis-Senat Pollakk (2), mis-Sejm Pollakk (2), mill-Assembleia da República Portuġiża (1), mill-Camera Deputaților Rumena (2), mis-Senat Rumen (1), mis-Národná rada Slovakka (2), mir-Riksdag Svediż (12) u mill-House of Commons Brittannika (1).
Ir-Riksdag Svediż kien il-Parlament nazzjonali li ħareġ bil-bosta l-akbar għadd ta’ opinjonijiet motivati (12). Il-Kamra tad-Deputati Maltija ħarġet it-tieni l-ogħla għadd ta’ opinjonijiet motivati (5) segwita mill-Poslanecká sněmovna Ċeka u l-Bundesrat Awstrijak (4 kull wieħed).
Barra minn hekk, xi parlamenti reġjonali ħadu l-opportunità biex jinformaw lill-Kummissjoni direttament dwar l-opinjonijiet tagħhom dwar ċerti proposti tal-Kummissjoni, u f’xi każijiet kienu wkoll ġew ippreżentati lill-kmamar parlamentari nazzjonali rispettivi tagħhom bħala parti mill-proċedura ta’ skrutinju tas-sussidjarjetà skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 għat-Trattati. Il-Kummissjoni tqis dawn l-opinjonijiet f’kunsiderazzjoni fejn xieraq.
2.3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
a) Il-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew ħa serje ta’ miżuri biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-Trattati fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. B’referenza partikolari għall-opinjonijiet motivati tal-Parlamenti nazzjonali, attwalment hemm il-proċedura segwenti fis-seħħ:
·l-opinjonijiet motivati jiġu trażmessi lill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Legali u lill-kumitat parlamentari responsabbli minn dan is-suġġett biex jitqassmu lill-Membri kollha tal-kumitat; jiġu inklużi wkoll fil-fajl tal-laqgħa;
·l-opinjonijiet motivati jiġu sistematikament tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE (ħlief l-Irlandiż u l-Malti);
·il-preamboli għar-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi jagħmlu referenza għall-opinjonijiet motivati li jkunu waslu;
·il-kumitat parlamentari responsabbli mis-suġġett jiżgura li l-Parlament Ewropew ma jgħaddix għall-votazzjoni finali tiegħu qabel jiskadi l-perjodu ta’ tmien ġimgħat għas-sottomissjoni tal-opinjonijiet motivati skont il-Protokoll Nru 2 tat-Trattati 24 .
Fl-2016, il-Parlament Ewropew irċieva formalment 410 sottomissjoni mill-Parlamenti nazzjonali 25 . Minn dawn, 76 26 kienu opinjonijiet motivati ppreżentati skont il-Protokoll Nru 2 tat-Trattati, filwaqt li t-334 l-oħra kienu kontribuzzjonijiet (sottomissjonijiet mhux relatati mal-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà). Dawn iċ-ċifri żdiedu meta mqabbla mal-2015, meta ġew trażmessi uffiċjalment lill-Parlament Ewropew disa’ opinjonijiet motivati u 242 kontribuzzjoni. Is-sottomissjonijiet kollha mill-Parlamenti nazzjonali lill-Parlament Ewropew huma disponibbli f’bażi tad-dejta interna (CONNECT).
Skont l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali huwa l-kumitat parlamentari b’responsabbiltà orizzontali biex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Kull sitt xhur Membru tal-Kumitat jinħatar bħala rapporteur permanenti għas-sussidjarjetà abbażi ta’ rotazzjoni fost il-gruppi politiċi. Is-Sur Gilles LEBRETON (ENF) inħatar bħala r-rapporteur permanenti għall-ewwel nofs tal-2016. Warajh inħatar is-Sur Kostas CHRYSOGONOS (GUE/NGL). Ir-rapporteur isegwi l-opinjonijiet motivati li jkunu waslu u għandu l-opportunità li jqajjem kwistjonijiet li jkunu tqajmu fl-opinjonijiet motivati għal dibattitu fil-kumitat u għal rakkomandazzjonijiet possibbli lill-kumitat responsabbli mis-suġġett tal-proposta inkwistjoni.
B’mod regolari, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jfassal ukoll rapport dwar ir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Is-Sur Sajjad KARIM (ECR) inħatar bħala rapporteur għar-Rapport Annwali tal-2014 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità. Is-Sinjura Mady DELVAUX (S&D) inħatret bħala rapporteur għar-Rapport Annwali tal-2015. Il-Kumitat jikkontribwixxi wkoll għar-rapporti biennali mfassla mill-Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej (COSAC) dwar kwistjonijiet relatati mas-sussidjarjetà.
Fl-24 ta’ Mejju 2016, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali organizza skambju ta’ fehmiet dwar l-opinjonijiet motivati li waslu skont il-proċedura koperta mill-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2, l-hekk imsejħa proċedura tal-“karta s-safra” dwar il-proposta għal reviżjoni mmirata tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema (ara wkoll aktar ’l isfel taħt il-kapitolu 3 ta’ dan ir-rapport). Fit-12 ta’ Ottubru 2016, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali stieden lill-Parlamenti nazzjonali għal skambju ta’ fehmiet dwar il-proposta.
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali huwa responsabbli wkoll għall-iżgurar tar-rispett lejn il-prinċipju tal-proporzjonalità, li jqis waqt it-twettiq tal-kompitu tiegħu tal-verifika tal-bażi ġuridika tal-proposti u fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà tiegħu għal tfassil aħjar tal-liġijiet.
Barra minn hekk, is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew kompla jassisti lill-Parlament Ewropew fit-teħid inkunsiderazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fil-ħidma tiegħu:
·billi analizza fil-fond u b'mod sistematiku l-aspetti tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni u ġibed l-attenzjoni għal xi tħassib espress f’dan ir-rigward, b’mod partikolari mill-Parlamenti nazzjonali u mill-Kumitat tar-Reġjuni;
·billi żgura li dawn il-prinċipji jiġu rispettati b’mod sħiħ fil-ħidma proprja tal-Parlament Ewropew, pereżempju fit-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-impatt tal-emendi sostantivi proprji jew analizza l-valur miżjud tal-proposti tal-Parlament għal leġiżlazzjoni ġdida, abbażi tal-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni fil-livell tal-UE;
·billi analizza fil-fond l-aspetti tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità waqt l-abbozzar tal-valutazzjonijiet tal-impatt, b’enfasi fuq il-valur miżjud tal-UE pjuttost milli fuq in-nefqa jew fuq l-azzjonijiet nazzjonali.
Fl-2016, il-Parlament Ewropew ipproduċa 36 Evalwazzjoni Inizjali, Valutazzjoni tal-Impatt waħda ta' emendi parlamentari sostantivi u 14-il Valutazzjoni tal-Impatt Ewropea ex post. Barra minn hekk, tlestew seba’ rapporti dwar il-kost tan-non-Ewropa u erba’ Valutazzjonijiet tal-Valur Miżjud Ewropew. Is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, li jiskrutinja wkoll l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE kull meta l-Kummissjoni Ewropea tħabbar fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha li din il-leġiżlazzjoni se tiġi emendata. Fl-2016, ġew prodotti madwar 28 “Evalwazzjoni tal-Implimentazzjoni” bħal dawn.
Kull sena, il-Parlament Ewropew iġedded l-istedina tiegħu lill-Parlamenti nazzjonali biex jgħaddu kwalunkwe informazzjoni li jqisu utli f’dan il-kuntest.
(b) Il-Kunsill
L-obbligi tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà min-naħa tal-Parlamenti nazzjonali huma stabbiliti fil-Protokolli Nru 1 u 2 tat-Trattati. Ir-responsabbiltajiet tal-Kunsill jikkonsistu prinċipalment fit-trażmissjoni lill-parlamenti nazzjonali tal-abbozz tal-atti leġiżlattivi li ma jkunux ġejjin mill-Kummissjoni.
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattati, il-Kunsill irid jgħaddi lill-Parlamenti nazzjonali l-abbozzi tal-atti leġiżlattivi kollha li joriġinaw minn grupp ta’ Stati Membri, mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Bank Ewropew tal-Investiment. Bħala korollarju għall-obbligu ta’ hawn fuq, skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2, il-Kunsill irid jgħaddi kull opinjoni ta’ Parlament nazzjonali dwar proposta leġiżlattiva li toriġina minn grupp ta’ Stati Membri lill-Istati Membri proponenti. Bl-istess mod, il-Kunsill jgħaddi l-opinjonijiet tal-Parlamenti nazzjonali dwar il-proposti leġiżlattivi mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Bank Ewropew tal-Investiment lill-istituzzjoni kkonċernata. Fl-2016, ma wasal l-ebda tali abbozz ta’ att leġislattiv jew opinjoni 27 .
Minbarra r-rekwiżiti tiegħu skont it-Trattat, il-Kunsill iżomm ukoll lill-Istati Membri infurmati dwar l-opinjonijiet tal-Parlamenti nazzjonali dwar il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni. Fl-2016, is-Segretarjat tal-Kunsill qassam lid-delegazzjonijiet 69 28 opinjoni motivata li kienu waslu fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 u 280 opinjoni maħruġa fil-qafas tad-djalogu politiku 29 .
Fl-aħħar nett, bħala parti mill-ħidma leġiżlattiva tiegħu, il-Kunsill jivverifika l-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità meta jirrevedi l-valutazzjonijiet tal-impatt li jakkumpanjaw il-proposti tal-Kummissjoni.
2.4. Il-Kumitat tar-Reġjuni
F’konformità referenza għal-livell lokali u reġjonali fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kumitat tar-Reġjuni fl-2016 mmonitorjata l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà permezz tad-diversi strumenti tiegħu. Permezz tal-Programm ta’ Ħidma tas-Sussidjarjetà 30 , erba’ inizjattivi magħżula mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016 li ġew analizzati b’attenzjoni partikolari. Barra minn hekk, permezz tar-regoli interni tiegħu stess 31 , il-Kumitat tar-Reġjuni jkun ivvaluta l-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tal-proposti leġiżlattivi kollha li fuqhom ikun ħareġ opinjonijiet. Fl-2016, inħarġu 13-il opinjoni dwar proposti leġiżlattivi, fejn disa’ minnhom kienu rilevanti f’termini ta’ monitoraġġ tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, b’żieda ma’ dawk inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tas-Sussidjarjetà. Fil-maġġoranza tal-proposti, il-Kumitat tar-Reġjuni sab li kienu konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. F’żewġ każijiet, u fi gradi differenti, il-Kumitat tar-Reġjuni qajjem xi kwistjonijiet, notevolment dwar il-Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari 32 u dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva 33 . Dwar l-istabbiliment ta’ Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti 34 , il-Kumitat tar-Reġjuni sab li din il-ġustifikazzjoni ma kinitx kompluta, u talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta ġustifikazzjoni aktar sostanzjata biex tkun possibbli valutazzjoni infurmata dwar il-konformità tagħha mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.
Konsultazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti tas-Sussidjarjetà
Għal kull inizjattiva inkluża fil-Programm ta’ Ħidma dwar is-Sussidjarjetà saret konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti tas-Sussidjarjetà 35 . Il-Grupp ta’ Esperti tas-Sussidjarjetà ġie l-ewwel ikkonsultat dwar il-proposti għal Direttivi fil-pakkett ġdid tal-Ekonomija Ċirkolari. Il-maġġoranza tal-esperti qiesu li l-miri dwar l-immaniġġjar tal-iskart ma kinux jagħtu lok għal tħassib f’termini ta’ sussidjarjetà. Madankollu, fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità, uħud kienu tal-fehma li l-miri inklużi fil-proposta leġiżlattiva mill-2014 kienu sproporzjonati. L-opinjoni 36 kkonkludiet li: “l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea ma jqajmux tħassib dwar ir-rispett tas-sussidjarjetà iżda jqajmu tħassib dwar ir-rispett tal-proporzjonalità”.
It-tieni konsultazzjoni fl-2016 kienet tittratta r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema. Dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni enfasizzaw li l-proposta kienet tinkludi elementi ġodda sinifikanti u l-miżuri proposti ma kinux ġustifikati b’mod adegwat u sostanzjat. F’termini ta’ aspetti materjali tas-sussidjarjetà, l-opinjoni 37 ma qajmet l-ebda kwistjoni u qablet mal-proposta tal-Kummissjoni “li l-għan tar-reviżjoni proposta tad-Direttiva, jiġifieri definizzjoni komuni tar-regoli applikabbli għall-istazzjonar tal-ħaddiema, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-UE”.
Fir-rigward tal-proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva, l-esperti kkonkludew li l-proposta kienet tidher li tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà iżda li r-regoli estremament dettaljati dwar l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma jħallux biżżejjed lok għal teħid ta’ deċiżjonijiet nazzjonali, u li minħabba dan il-proposta tqajjem tħassib dwar il-proporzjonalità 38 .
L-aħħar konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sussidjarjetà fl-2016 kienet dwar il-proposta għal Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali. Ma tqajmet l-ebda kwistjoni fir-rigward tas-sussidjarjetà jew tal-proporzjonalità. L-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ġiet adottata fit-8 ta’ Frar 2017 39 .
REGPEX — il-pjattaforma għal reġjuni b’setgħat leġiżlattivi
Fl-2016, il-Kumitat tar-Reġjuni kompla jaġġorna u jiżviluppa r-REGPEX - is-sottonetwerk tan-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà miftuħ għall-parlamenti u l-gvernijiet tar-reġjuni b’setgħat leġislattivi li fl-aħħar tal-2016 kien jgħodd 76 sieħeb (47 assemblea reġjonali u 29 gvern reġjonali). Il-magna tat-tiftix ta’ REGPEX tiffaċilita għażla ta’ prijoritajiet għall-monitoraġġ tas-sussidjarjetà u skambju ta’ informazzjoni bejn is-sħab billi tipprovdi aċċess dirett għall-informazzjoni għall-analiżi tas-sussidjarjetà. REGPEX jinqa’ għodda importanti għall-monitoraġġ tas-sussidjarjetà. Irawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki u approċċ aktar komuni għall-monitoraġġ tas-sussidjarjetà.
Fl-2016 fil-pjattaforma ttellgħu total ta’ 28 kontribuzzjoni ppreżentati mis-sħab tar-REGPEX. Il-Parlament tal-Istat Superjuri tal-Awstrija, l-Assemblea leġiżlattiva Reġjonali tal-Emilia Romagna u l-Parlament tal-Istat tal-Bavarja kienu fost l-aktar sħab attivi. Fl-2016, il-proposta għal Direttiva dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema rċeviet tliet kontribuzzjonijiet minn parlamenti reġjonali. Il-Parlament tal-Istat tal-Bavarja argumenta li minħabba li l-Unjoni ma għandhiex kompetenza fil-qasam tar-remunerazzjoni, kwalunkwe azzjoni fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-istazzjonar tal-ħaddiema kienet inammissibbli. L-assemblea reġjonali tal-Friuli Venezia Giulia laqgħet tajjeb l-applikazzjoni tas-sistema tal-ħlas tal-pajjiż ospitanti għall-ħaddiema stazzjonati. L-assemblea reġjonali tal-Marche kienet tal-fehma li r-relazzjonijiet industrijali (inkluż l-ambitu tal-ftehimiet kollettivi) jistgħu jkunu regolati l-aħjar fil-livell nazzjonali, minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi nazzjonali ta’ negozjar kollettiv. Dawn il-pożizzjonijiet kienu riflessi fir-rapport ta’ konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-proposta dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema.
Konferenza dwar is-Sussidjarjetà, ir-Regolamentazzjoni Aħjar u d-Djalogu Politiku
Il-Konferenza dwar is-Sussidjarjetà, ir-Regolamentazzjoni Aħjar u d-Djalogu Politiku koorganizzata mill-Konferenza tal-Parlamenti Reġjonali Taljani, mis-Senato della Repubblica Taljan u mill-Kumitat tar-Reġjuni, saret f’Ruma fid-19 ta’ Frar 2016. Dan il-proġett pilota ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sussidjarjetà u avveniment ta’ taħriġ kien żviluppat bħala parti minn kunċett ġdid għat-tlaqqigħ tal-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-isfond tar-riforma maħsuba tas-Senato della Repubblica Taljan. L-avveniment laqqa’ flimkien 150 parteċipant u enfasizza r-rwol tal-parlamenti reġjonali fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE u enfasizza l-monitoraġġ tas-sussidjarjetà bħala eżerċizzju kostruttiv.
Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-attivitajiet relatati mas-sussidjarjetà hija pprovduta fir-Rapport Annwali dwar is-Sussidjarjetà tal-2016 maħruġ mill-Kumitat tar-Reġjuni 40 .
2.5. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji ewlenin mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-2016 fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà kienu s-sentenzi tal-Qorti tal-4 ta’ Mejju 2016, 41 dwar il-legalità tad-Direttiva dwar il-prodotti tat-tabakk. 42 Il-Qorti qieset li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien irrispetta s-sussidjarjetà.
Biex tasal għal dik il-konklużjoni, il-Qorti għamlet distinzjoni bejn ir-reviżjoni ex-ante tal-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà “eżerċitat, inizjalment, fil-livell politiku, mill-parlamenti nazzjonali skont il-proċeduri stabbiliti għal dan il-għan minn dan il-protokoll (Nru 2)”, u r-reviżjoni ġudizzjarja ex-post, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja “għandha tivverifika kemm l-osservanza tar-rekwiżiti sostantivi tal-Artikolu 5(3) TUE, kif ukoll l-osservanza tal-garanziji proċedurali previsti minn dan il-protokoll”. 43
Rigward il-kundizzjonijiet sostantivi, il-Qorti applikat test sempliċi: kellha “tivverifika jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kienx intitolat jikkunsidra, fuq il-bażi ta’ elementi dettaljati, li l-għan tal-azzjoni proposta seta’ jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Unjoni”. Il-Qorti fakkret li d-Direttiva għandha żewġ objettivi: li jiġi faċilitat “[i]l-funzjonament tajjeb tas-suq intern […], filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ”. Anke kieku kellu jiġu preżunt li t-tieni objettiv jista’ jintlaħaq aħjar mill-Istati Membri, “t-tfittxija ta’ dan l-għan f’tali livell jista’ jikkonsolida, jekk ma jikkawżax, sitwazzjonijiet li fihom ċerti Stati Membri jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk li fihom ċerti togħmiet karatterizzanti, fil-waqt li Stati Membri oħra jipprojbixxuhom, biex b’hekk imur l-oppost preċiż tal-għan prinċipali tad-Direttiva 2014/40, jiġifieri t-titjib tal-funzjonament tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u tal-prodotti relatati.” Għall-Qorti, l-“interdipendenza taż-żewġ għanijiet […] tirriżulta f’li l-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ jqis leġittimament li l-azzjoni tiegħu kellha tinkludi wkoll l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ tqegħid fuq is-suq tal-Unjoni tal-prodotti tat-tabakk li fihom togħma karatterizzanti u li, minħabba din l-interdipendenza, dan l-għan doppju seta’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni”. Barra minn hekk, il-Qorti kkonfermat li [il-prinċipju tas-sussidjarjetà] “ma għandux l-għan li jillimita l-kompetenza tal-Unjoni skont is-sitwazzjoni ta’ xi Stat Membru partikolari meħud individwalment”. 44
Dwar is-salvagwardji proċedurali u, b’mod partikolari, l-obbligu li tiġi ddikjarata x’inhi l-motivazzjoni fir-rigward tas-sussidjarjetà, il-Qorti fakkret li l-osservanza ta’ dak l-obbligu “għandha tiġi evalwata mhux biss b’referenza għall-kliem tal-att ikkontestat, iżda wkoll għall-kuntest tiegħu u għaċ-ċirkustanzi tal-każ”. Il-Qorti sabet li l-proposta tal-Kummissjoni u l-valutazzjoni tal-impatt tagħha kienet tinkludi “biżżejjed elementi li b’mod ċar u inekwivoku juru l-vantaġġi marbuta ma’ azzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni iktar milli fil-livell tal-Istati Membri.” Dan “ippermetta kemm lil-leġiżlatur tal-Unjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali jevalwaw jekk din il-proposta kinitx konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, filwaqt li tippermetti lill-individwi jsiru jafu bir-raġunijiet relatati ma’ dak il-prinċipju u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha.” 45
Is-sentenzi ċaħdu wkoll il-motivi ta’ ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità minn diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-prodotti tat-tabakk. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-proporzjonalità tal-għażliet magħmula mil-leġiżlatur, li għandu diskrezzjoni wiesgħa fl-oqsma li fihom għandu jwettaq valutazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali kumplessi, bħar-regolamentazzjoni tas-suq fis-settur tal-prodotti tat-tabakk. Għall-Qorti, il-miżuri adottati ma kinux ta’ natura manifestament inadegwata meta jitqies l-għan tagħhom u miżuri inqas restrittivi ma dehrux li jkunu daqstant adatti biex jintlaħaq dak l-għan. 46
3. każijiet ewlenin fejn tqajjem tħassib dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità
·Proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema
Fit-twettiq tal-impenn magħmul fil-Linji Gwida Politiċi tal-Kummissjoni għall-promozzjoni tal-prinċipju li l-istess xogħol fl-istess post għandu jiġi remunerat bl-istess mod, fit-8 ta’ Marzu 2016 il-Kummissjoni adottat proposta 47 għal reviżjoni mmirata tad-Direttiva tal-1996 dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema. 48 Essenzjalment, l-għan tar-rieżami huwa li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fl-Unjoni sseħħ skont kundizzjonijiet li jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwi għan-negozji u r-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema. F’dak ir-rigward, il-proposta tintroduċi tibdil fi tliet oqsma ewlenin: (i) ir-remunerazzjoni tal-ħaddiema stazzjonati, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ subkuntrattar, (ii) ir-regoli dwar il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija, u (iii) l-istazzjonar fit-tul. B’mod partikolari l-proposta tipprovdi li r-regoli mandatorji kollha dwar ir-remunerazzjoni fl-Istat Membru ospitanti japplikaw għall-ħaddiema stazzjonati f’dak l-Istat Membru.
Il-proposta tal-Kummissjoni attirat 14-il opinjoni motivata 49 minn Parlamenti nazzjonali fi 11-il Stat Membru. Dawn l-opinjonijiet motivati jirrappreżentaw 22 minn total ta’ 56 vot, biex b’hekk ingħata bidu għall-proċedura taħt l-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2 għat-Trattati (l-hekk imsejħa proċedura tal- “karta safra”) 50 . Fl-opinjonijiet motivati tagħhom, il-Parlamenti nazzjonali kkonċernati qalu b’mod partikolari (i) li r-regoli eżistenti kienu suffiċjenti u adegwati, (ii) li l-Unjoni ma kinitx il-livell adegwat ta’ azzjoni, (iii) li l-proposta ma tirrikonoxxix b’mod espliċitu l-kompetenzi tal-Istati Membri dwar ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-impjieg u (iv) li l-ġustifikazzjoni tal-proposta fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà kienet konċiża wisq.
F’konformità ma’ dan l-impenn tal-Kummissjoni li titjieb l-interazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali, il-Kummissjoni involviet ruħha b’mod dirett mal-Parlamenti nazzjonali. Waqt il-Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej (COSAC) tat-13 ta’ Ġunju 2016, skambju preliminari mal-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans, iffoka fuq l-aspetti proċedurali, u fil-11 ta’ Lulju 2016 saret diskussjoni sostantiva fil-kuntest ta’ dibattitu usa' mal-Kummissarju Marianne Thyssen dwar id-dimensjoni soċjali tal-UE.
Wara analiżi bir-reqqa tal-opinjonijiet motivati, fl-20 ta’ Lulju 2016 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni li fiha kkonkludiet li l-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u li l-proposta għandha tinżamm kif inhi. 51 Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni fakkret li l-proposta hija bbażata fuq bażi ġuridika tas-Suq Intern, u li l-istazzjonar, b’definizzjoni, huwa ta’ natura transfruntiera. Tenfasizza li l-proposta għandha l-għan li tiffaċilita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, filwaqt li jiġu żgurati aktar kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri nazzjonali u transfruntiera tas-servizzi u filwaqt li jiġi żgurat li l-ħaddiema li jagħmlu xogħol fl-istess post ikunu protetti bl-istess regoli mandatorji, irrispettivament minn jekk humiex ħaddiema lokali jew ħaddiema stazzjonati. Il-Komunikazzjoni tispjega wkoll għaliex ir-regoli fis-seħħ mhumiex biżżejjed u adegwati biex jintlaħaq dak l-objettiv. Il-Komunikazzjoni barra minn hekk tikkonferma li l-proposta tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri li jistabbilixxu r-remunerazzjoni u termini u kondizzjonijiet oħrajn, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali u l-prattika tal-Istati Membri. L-istess jgħodd għall-kompetenza tagħhom biex jiddeterminaw it-termini u kundizzjonijiet li japplikaw għall-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija. Fl-aħħar nett, il-Komunikazzjoni indirizzat il-kwistjoni tal-ġustifikazzjoni tal-konformità tal-proposta mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi fakkret fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u rreferiet għall-memorandum ta’ spjegazzjoni u r-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt.
·Proposta għal rieżami tar-Regolament ta’ Dublin
L-ewwel pakkett ta’ miżuri leġiżlattivi 52 li għandhom l-għan li jagħmlu s-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil 53 aktar ġusta u sostenibbli tinkludi proposta għal rieżami tar-Regolament ta’ Dublin 54 . Il-proposta, li ġiet adottata fl-4 ta’ Mejju 2016, hija parti mir-rispons komprensiv tal-Kummissjoni għall-wasla diżorganizzata u fuq skala kbira ta’ migranti u ta’ dawk li jfittxu asil fl-2015 li esponiet nuqqasijiet strutturali fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Dublin eżistenti. Il-proposta għandha l-għan li tintlaħaq kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri billi tintroduċi “mekkaniżmu korrettiv ta’ allokazzjoni” ġdid, għall-prevenzjoni ta’ abbużi tas-Sistema Ewropea tal-Asil, kif ukoll movimenti sekondarji.
Il-Parlamenti Nazzjonali ħarġu tmien opinjonijiet motivati 55 dwar il-proposta, u b’mod partikolari sostnew li mhijiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà minħabba li l-mekkaniżmu korrettiv ta’ allokazzjoni huwa wiesgħa wisq u li d-deċiżjonijiet dwar ir-rilokazzjoni għandhom jibqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri.
Bi tweġiba, il-Kummissjoni qalet li l-proposta kienet neċessarja u proporzjonata biex tiġi żgurata sistema Ewropea Komuni tal-Asil sostenibbli u ġusta. Il-Kummissjoni saħqet ukoll li l-iżgurar tal-applikazzjoni korretta tas-sistema ta’ Dublin fi żminijiet ta’ kriżi u l-indirizzar ta’ movimenti sekondarji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bejn l-Istati Membri kienu kwistjonijiet transfruntieri li ma setgħux jiġu solvuti permezz ta’ azzjonijiet meħuda individwalment jew b’mod bilaterali mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li l-proposta kienet konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kummissjoni spjegat ukoll li l-proposta tista’ tipprovdi sistema aktar ġusta, effiċjenti u sostenibbli u sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-asil, filwaqt li jinżamm il-prinċipju li dawk li jkunu qed ifittxu ażil għandhom, sakemm ma jkollhomx il-familja xi mkien ieħor, japplikaw għall-ażil fl-ewwel pajjiż li jidħlu fih. Il-mekkaniżmu l-ġdid għal tqassim ġust se jiżgura solidarjetà, kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà fl-Unjoni u l-eliminazzjoni ta’ pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tal-ażil ta’ Stati Membri li qegħdin fuq il-fruntiera.
·Proposta għall-istabbiliment ta’ Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva
Għall-għan li titwaqqaf Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva huwa li l-kumpaniji jingħataw ġabra unika ta’ regoli għall-kalkolu tal-profitti taxxabbli tagħhom fl-Unjoni Ewropea kollha. Imressqa fl-2011, l-ewwel proposta għal Direttiva li tistabbilixxi Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva 56 kien imfassal biex issaħħaħ is-Suq Uniku għan-negozji. Filwaqt li l-Istati Membri għamlu progress fil-Kunsill dwar diversi elementi tal-proposta, huma ma rnexxilhomx jaslu għal ftehim finali. Fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2016, il-Kummissjoni ħabbret li kienet ser tirtira l-proposta u terġa’ tniedi l-ħidma b’approċċ f’fażijiet ġdid 57 .
Fil-25 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni nediet mill-ġdid l-inizjattiva tagħha għal Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, u adottat żewġ proposti leġislattivi ġodda 58 . Permezz tal-proposti l-Kummissjoni biħsiebha ssaħħaħ l-elementi pronegozju tal-proposta mill-2011 sabiex tgħin lill-kumpaniji transfruntiera jnaqqsu l-kostijiet, il-burokrazija u tappoġġja l-innovazzjoni. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tixtieq issaħħaħ il-potenzjal tal-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva bħala għodda kontra l-evitar tat-taxxa. Ir-rati tat-taxxa korporattiva mhumiex koperti mill-proposti, minħabba li dawn jibqgħu qasam ta’ sovranità nazzjonali.
Il-Kummissjoni rċeviet tmien opinjonijiet motivati 59 b’risposta għal żewġ proposti ġodda 60 . L-opinjonijiet motivati kienu kkaratterizzati minn tħassib li l-Istati Membri se jitilfu l-kontroll fuq is-sistemi tat-taxxa korporattiva tagħhom. Il-Parlamenti nazzjonali argumentaw li l-proposti kienu bla bżonn, u li saħansitra jistgħu anki jirriżultaw ineffettivi fl-indirizzar tal-evitar tat-taxxa u li d-Direttiva eżistenti Kontra l-Evitar tat-Taxxa 61 , flimkien mal-azzjoni miftiehma fil-qafas tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), kienet biżżejjed f’dan ir-rigward.
Fit-tweġibiet tagħha lill-Parlamenti nazzjonali, il-Kummissjoni enfasizzat li l-proposti ma jittrattawx il-livelli li fihom għandhom jiġu stabbiliti r-rati tat-taxxa fil-livell nazzjonali iżda pjuttost jarmonizzaw il-bażi tat-taxxa korporattiva, prerekwiżit għall-korrezzjoni tad-distorsjonijiet identifikati fis-suq intern. F’dak ir-rigward, id-Direttiva Kontra l-Evitar tat-Taxxa tkun azzjoni immedjata biex jiġu trattati ħtiġijiet urġenti. Ir-regoli joffru għażliet, fil-forma ta’ standard minimu, li jimlew il-vojt fir-28 sistema fiskali nazzjonali eżistenti. Il-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva se tkun sistema ta’ taxxa korporattiva kompluta b’dimensjoni transfruntiera u b’objettivi li jilħqu lil hinn minn azzjoni kontra l-evitar tat-taxxa. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-OECD ma tqisx karatteristiċi speċifiċi li huma rilevanti għal suq uniku, bħal dak tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għamlitha ċara li hija żżomm l-awtorità li tipproponi leġiżlazzjoni – fil-limiti tal-kompetenza tagħha bbażata fuq it-Trattati – sabiex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-suq intern. Madankollu, il-Kummissjoni kkonfermat li l-prinċipji ta’ pprezzar tat-trasferimenti miftiehma fl-OECD ser ikomplu japplikaw għal tranżazzjonijiet ma’ intrapriżi assoċjati barra mill-grupp konsolidat tat-taxxa fl-UE u f’pajjiżi terzi.
4. konklużjoni
Kif ikkonfermat l-iffirmar tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet fl-2016, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom b’mod konġunt li jiżguraw li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità jibqgħu fil-qalba tat-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropew u li dawn il-prinċipji jiġu osservati bis-sħiħ matul il-proċess leġiżlattiv.
Fl-2016 il-Parlament Ewropew kompla l-iskrutinju tiegħu tal-konformità tal-proposti leġiżlattivi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità permezz tal-kumitati parlamentari rilevanti kif ukoll mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali li għandu responsabbiltà orizzontali biex jiżgura r-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
Barra minn hekk, il-Kumitat tar-Reġjuni kompla bil-ħidma tiegħu ta’ monitoraġġ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, b’mod partikolari billi adotta u implimenta l-Programm ta’ Ħidma dwar is-Sussidjarjetà tal-2016, inkluż konsultazzjonijiet mal-Grupp ta’ Esperti tas-Sussidjarjetà. Fl-opinjonijiet tiegħu, il-Kumitat tar-Reġjuni qies it-tħassib dwar is-sussidjarjetà espress mill-parlamenti u mill-awtoritajiet tar-reġjuni b’setgħat leġiżlattivi. Fl-2016, il-Kumitat organizza Konferenza f’Ruma dwar is-Sussidjarjetà, ir-Regolamentazzjoni Aħjar u d-Djalogu Politiku, f’kooperazzjoni mal-parlamenti reġjonali u mas-Senato della Repubblica Taljan.
Fl-2016, il-Kummissjoni kompliet timplimenta l-aġenda msaħħa tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar mill-2015, li tinkludi gwida msaħħa dwar kif għandhom jiġu vvalutati s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fil-proċess tat-tfassil tal-politika. Fl-2016, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju għarbel 60 valutazzjoni tal-impatt u f’għadd ta’ każijiet talab għal titjib tal-argumentazzjoni dwar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.
Fl-2016 il-Parlamenti nazzjonali esprimew interess akbar fit-teħid ta’ deċiżjonijiet Ewropej, b’mod partikolari fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà, bl-għadd ta’ opinjonijiet motivati jiżdied minn 8 fl-2015 għal total ta’ 65 fl-2016. Minn dawn, 14-il opinjoni motivata kienu relatati mal-proposta għal reviżjoni mmirata tad-Direttiva dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema, u ġiet skattata, għat-tielet darba l-proċedura skont l-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattati. F’konformità mal-impenn li sar mill-Kummissjoni Juncker sabiex fil-każ tal-proċedura msemmija hawn fuq isiru djalogi mal-Parlamenti nazzjonali, l-argumenti mressqa mill-Parlamenti nazzjonali ġew diskussi b’mod wiesa’ inkluż waqt laqgħat tal-Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej (COSAC) u fil-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Legali u fil-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Għalkemm fl-aħħar mill-aħħar wara dawn id-diskussjonijiet u rieżami bir-reqqa tal-opinjonijiet kollha li waslu, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-proposta inizjali tagħha, tirrikonoxxi li għadd ta’ Parlamenti nazzjonali għadhom mhumiex konvinti dwar il-merti tagħha. Din il-proposta għadha qed tiġi diskussa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Iż-żewġ koleġiżlaturi, bħall-Kummissjoni, huma impenjati li jżommu f’moħħhom il-kummenti mill-Parlamenti nazzjonali matul il-proċess leġiżlattiv.
Hekk kif l-Unjoni Ewropea tfittex li tiddefinixxi viżjoni għall-futur tagħha, id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma, iffirmata mill-mexxejja ta’ 27 Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill Ewropew u mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Marzu 2017 sabiex jitfakkar is-60 anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma, tikkonferma mill-ġdid li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità ser ikomplu jirfdu u jiffurmaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet Ewropej fis-snin li ġejjin.
COM(2017) 601 final.
http://ec.europa.eu/smart-regulation/roadmaps/index_en.htm.
Ara wkoll il-Kapitolu 2.2. fir-rigward tas-segwitu tal-Kummissjoni għall-opinjonijiet motivati mill-Parlamenti nazzjonali.
http://ec.europa.eu/smart-regulation/refit/simplification/consultation/contributions_mt.htm
http://ec.europa.eu/info/better-regulation-guidelines-and-toolbox_mt.
L-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Fil-kuntest tal-valutazzjonijiet tal-impatt, il-proporzjonalità hija kriterju ewlieni li għandu jiġi kkunsidrat fit-tqabbil tal-għażliet ta’ politika.
SWD(2016) 52 final.
Ara wkoll il-Kapitolu 3 fir-rigward tas-segwitu tal-Kummissjoni għall-opinjonijiet motivati mill-Parlamenti nazzjonali dwar il-proposta dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema.
SWD(2016) 457 final.
COM(2016) 289 final.
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta’ drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju - COM(2016) 594 final.
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) — COM(2016) 767 final.
Mal-pakkett dwar Regolamentazzjoni Aħjar ta’ Mejju 2015, ġiet introdotta politika ġdida dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal ma’ kull evalwazzjoni. Madankollu, l-2016 kienet għadha sena tranżizzjonali u għadd ta’ evalwazzjonijiet ġew ippubblikati mingħajr Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal. L-għadd totali ta’ evalwazzjonijiet u ta’ kontrolli tal-Idoneità fid-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal u studji esterni ta’ evalwazzjoni kien ta’ 111 fl-2016.
SWD(2016) 347 final.
https://ec.europa.eu/research/evaluations/index_en.cfm?pg=fp7 .
Dan l-ammont jirreferi għall-għadd totali ta’ opinjonijiet li waslu mill-kmamar parlamentari skont il-Protokoll Nru 2 tat-Trattati. Għalhekk opinjonijiet motivati li jittrattaw b’mod konġunt aktar minn dokument wieħed tal-Kummissjoni jgħoddu biss bħala opinjoni motivata waħda. Ara l-Anness ta’ dan ir-rapport għal aktar dettalji.
Ara l-Anness ta’ dan ir-rapport.
fl-2016 waslu 620 opinjoni fil-kuntest tad-djalogu politiku meta mqabbel ma’ 350 opinjoni li waslu fl-2015.
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi — {COM(2016) 128 final}.
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid){COM(2016) 270 final}.
Proposti għal Direttivi tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva u dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva – {COM(2016) 683 final u COM(2016) 685 final}.
Ħlief f’każijiet ta’ urġenza kif imsemmi fit-Titolu I, Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 tat-Trattati dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.
Il-Parlament Ewropew irċieva wkoll għadd ta’ sottomissjonijiet mingħand il-Parlamenti nazzjonali dwar il-proposta tal-Parlament Ewropew għal riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara r-Rapport Annwali tal-Parlament Ewropew 2014–2015 dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali skont it-Trattat ta’ Lisbona: http://www.europarl.europa.eu/relnatparl/en/about/annual-reports.html
Hemm diskrepanza fl-għadd ta’ opinjonijiet motivati rreġistrati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, minħabba li mhux l-istituzzjonijiet kollha rċevew l-opinjonijiet motivati kollha jew l-istituzzjonijiet jgħoddu l-għadd ta’ opinjonijiet motivati li jirċievu b’mod differenti.
F’dan il-kuntest qiegħed jiġi mfakkar li fl-aħħar tal-2015, il-Kunsill bagħat lill-Parlamenti nazzjonali proposta mill-Qorti tal-Ġustizzja għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-kompetenza sabiex tiddeċiedi, fl-ewwel istanza, f’każ ta’ tilwim bejn l-Unjoni u l-aġenti tagħha (dok. 14306/15).
Hemm diskrepanza fl-għadd ta’ opinjonijiet motivati rreġistrati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, minħabba li mhux l-istituzzjonijiet kollha rċevew l-opinjonijiet motivati kollha jew l-istituzzjonijiet jgħoddu l-għadd ta’ opinjonijiet motivati li jirċievu b’mod differenti.
Is-Segretarjat tal-Kunsill ma jirċevix b’mod sistematiku l-opinjonijiet kollha mill-Parlamenti nazzjonali.
COR-2016-00911-09-00-NB adottata mill-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-4 ta’ April 2016.
Ir-regola 55.2 tar-Regoli tal-Proċedura ĠU L 65, 5.3.2014, p. 41–64, http://www.toad.cor.europa.eu/pdf/rop_en.pdf .
COM(2015) 593 final, COM(2015) 594 final, COM(2015) 595 final u COM(2015) 596 final.
COM(2016) 287 final.
COM(2015) 586 final.
Il-Grupp ta’ Esperti tas-Sussidjarjetà li jagħmel parti min-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà tal-Kumitat tar-Reġjuni, attwalment huwa magħmul minn 12-il espert li jipprovdu appoġġ fuq livell tekniku u huma l-punti ta’ kuntatt tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-monitoraġġ tas-sussidjarjetà fl-Istati Membri.
COR-2016-00585.
COR-2016-02881.
COR-2016-04093.
COR-2016-05114.
Disponibbli wara l-adozzjoni mill-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni fuq http://portal.cor.europa.eu/subsidiarity/Pages/default.aspx.
Il-Każijiet C-358/14, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, EU:C:2016:323; C-477/14, Pillbox 38, EU:C:2016:324; u C-547/14, Philip Morris, EU:C:2016:325.
Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1–38).
Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, il-paragrafi 112 u 113; Pillbox 38, il-paragrafi 145 u 146; u Philip Morris, il-paragrafi 216 u 217.
Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, il-paragrafi 115 u 121; Philip Morris, il-paragrafi 219 sa 224; b’referenza għall-Kawża C-508/13, L-Estonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, EU:C:2015:403, il-paragrafi 48 u 53.
Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, il-paragrafi 122 u 125; Philip Morris, il-paragrafi 225 sa 227;
Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, il-paragrafi 78 u 104; Philip Morris, il-paragrafi 164 sa 212; Pillbox 38, il-paragrafi 48 sa 141;
COM(2016) 128 final.
Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi, ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.
In-Narodno sabranie Bulgaru, il-Poslanecká sněmovna Ċeka, is-Senát Ċek, il-Folketing Daniż, ir-Riigikogu Estonjan, il-Hrvatski sabor Kroat, is-Saeima Latvjana, is-Seimas Litwan, l-Országgyűlés Ungeriż, is-Sejm Pollakk, is-Senat Pollakk (opinjoni motivata u opinjoni), il-Camera Deputaților Rumena (opinjoni motivata u opinjoni), is-Senat Rumen u n-Národná rada Slovakka.
Il-Kummissjoni rċeviet ukoll disa’ opinjonijiet fil-qafas tad-djalogu politiku. L-opinjonijiet li waslu huma eżaminati fir-Rapport Annwali tal-2016 dwar ir-relazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-Parlamenti nazzjonali – COM(2017) 601 final.
COM(2016) 505 final.
COM(2016) 270 final, COM(2016) 271 final u COM(2016) 272 final.
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u għat-tisħiħ ta' rotot legali lejn l-Ewropa COM(2016) 197 final.
COM(2016) 270 final.
Il-Poslanecká sněmovna, tar-Repubblika Ċeka, is- Senát tar-Repubblika Ċeka, is-Senato della Repubblica tal-Italja,l-Országgyűlés, tal-Ungerija, is-Sejm, tal-Polonja, is- Senat tal-Polonja, il-Camera Deputaților tar-Rumanija u n- Národna rada, tas-Slovakkja.
COM(2011) 121 final.
L-Anness 4 tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2016 — COM(2015) 610 final.
COM(2016) 683 final u COM(2016) 685 final.
Il-Folketing tad-Danimarka, il-Dáil Éireann, tal-Irlanda, is-Seanad Éireanntal-Irlanda, ix-Chambre des Députés tal-Lussemburgu, il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta, l-Eerste Kamer tan-Netherlands, it-Tweede Kamer tan-Netherlands u r-Riksdag tal-Iżvezja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet opinjoni mingħand tal-British House of Commons li qajmet kwistjonijiet tas-sussidjarjetà. Madankollu din l-Opinjoni waslet wara li kien skada t-terminu ta’ tmien ġimgħat għas-sottomissjoni ta’ opinjonijiet motivati.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċiviet erba’ opinjonijiet fil-kuntest tad-djalogu politiku, jiġifieri mill-Bundesrat Ġermaniż, mill-Cortes Generales ta’ Spanja, mill-Bundesrat Awstrijak (waslu fl-2017) u mill-Assembleia da República tal-Portugall.
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern, ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.6.2017
COM(2017) 600 final
ANNESS
tar-
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
Rapport Annwali tal-2016
dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità
Anness
Lista ta’ dokumenti tal-Kummissjoni li dwarhom il-Kummissjoni rċeviet opinjonijiet motivati
1
dwar il-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà mill-Parlamenti nazzjonali fl-2016
Dokument tal-Kummissjoni |
Titolu |
Għadd ta’ opinjonijiet motivati (Protokoll Nru 2) |
Għadd ta' voti (Protokoll Nru 2) 2 |
Kmamar nazzjonali li ressqu opinjonijiet motivati |
|
1 |
COM(2016) 128 |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi |
14 |
22 |
BG Narodno sabranie (2 voti) HR Hrvatski sabor (2 voti) CZ Poslanecká sněmovna (vot) CZ Senát (vot) DK Folketing (2 voti) EE Riigikogu (2 voti) HU Országgyűlés (2 votes) LV Saeima (2 voti) LT Seimas (2 voti) PL Sejm (vot) PL Senat (vot) RO Camera Deputaților (vot) RO Senat (vot) SK Národná rada (2 votes) |
2 |
COM(2016) 683 3 |
Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) |
8 |
12 |
DK Folketing 4 (2 voti) IE Dáil Éireann 5 (vot) IE Seanad Éireann 6 (vot) LU Chambre des Députés (2 voti) MT Kamra tad-Deputati (2 voti) NL Eerste Kamer 7 (vot) NL Tweede Kamer (vot) SE Riksdag (2 voti) |
3 |
COM(2016) 685 8 |
Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva |
8 |
12 |
DK Folketing 9 (2 voti) IE Dáil Éireann 10 (vot) IE Seanad Éireann 11 (vot) LU Chambre des Députés (2 voti) MT Kamra tad-Deputati (2 voti) NL Eerste Kamer 12 (vot) NL Tweede Kamer (vot) SE Riksdag (2 voti) |
4 |
COM(2016) 270 |
Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) |
8 |
10 |
CZ Poslanecká sněmovna (vot) CZ Senát (vot) HU Országgyűlés (2 voti) IT Senato della Repubblica (vot) PL Sejm (vot) PL Senat (vot) RO Camera Deputaților (vot) SK Národná rada (2 voti) |
5 |
COM(2016) 53 13 |
Proposta għal Deċiżjoni dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE |
4 |
6 |
AT Bundesrat 14 (vot) FR Sénat (vot) MT Kamra tad-Deputati (2 voti) PT Assembleia da República (2 voti) |
6 |
COM(2016) 283 |
Proposta għal Regolament dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi |
4 |
6 |
AT Bundesrat (vot) BG Narodno sabranie (2 voti) CZ Poslanecká sněmovna (vot) SE Riksdag (2 voti) |
7 |
COM(2016) 378 |
Proposta għal Direttiva dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg b’ħiliet għolja |
3 |
4 |
BG Narodno sabranie (2 voti) CZ Poslanecká sněmovna (vot) CZ Senát (vot) |
8 |
COM(2016) 687 15 |
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/1164 fir-rigward ta’ diskrepanzi ibridi ma’ pajjiżi terzi |
3 |
4 |
NL Eerste Kamer 16 (vot) NL Tweede Kamer (vot) SE Riksdag (2 voti) |
9 |
COM(2016) 26 |
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli kontra prattiki tal-evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern |
2 |
4 |
MT Kamra tad-Deputati (2 voti) SE Riksdag (2 voti) |
10 |
COM(2015) 613 |
Proposta għal Regolament dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
2 |
3 |
IT Senato della Repubblica (vot) MT Kamra tad-Deputati (2 voti) |
11 |
COM(2016) 198 |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat |
2 |
3 |
IE Dáil Éireann(vot) SE Riksdag (2 voti) |
12 |
COM(2015) 595 17 |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart |
2 |
2 |
AT Bundesrat (vot) FR Sénat 18 (vot) |
13 |
COM(2015) 750 |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi |
1 |
2 |
SE Riksdag (2 voti) |
14 |
COM(2016) 25 |
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni |
1 |
2 |
SE Riksdag (2 voti) |
15 |
COM(2016) 551 |
Proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni. |
1 |
2 |
SE Riksdag (2 voti) |
16 |
COM(2016) 589 |
Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali |
1 |
2 |
SE Riksdag (2 voti) |
17 |
COM(2016) 590 |
Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi |
1 |
2 |
SE Riksdag (2 voti) |
18 |
COM(2016) 686 |
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea |
1 |
2 |
SE Riksdag (2 voti) |
19 |
COM(2015) 594 19 |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f’terraferma |
1 |
1 |
FR Sénat 20 (vot) |
20 |
COM(2015) 596 21 |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ |
1 |
1 |
FR Sénat 22 (vot) |
21 |
COM(2015) 634 23 |
Proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali |
1 |
1 |
FR Sénat 24 (vot) |
22 |
COM(2015) 635 25 |
Proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi onlajn u bejgħ b’distanza ta’ merkanzija oħra |
1 |
1 |
FR Sénat 26 (vot) |
23 |
COM(2016) 52 27 |
Proposta għal Regolament dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010 |
1 |
1 |
AT Bundesrat 28 (vot) |
24 |
COM(2016) 289 |
Proposta għal Regolament dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE |
1 |
1 |
AT Bundesrat (vot) |
25 |
COM(2016) 465 |
Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) |
1 |
1 |
IT Senato della Repubblica (vot) |
26 |
COM(2016) 491 |
Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta' sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni għall-apparat ta' kontroll tas-sigurtà tal-avjazzjoni |
1 |
1 |
UK House of Commons (vot) |
Għadd ta’ opinjonijiet motivati dwar dokumenti tal-Kummissjoni magħduda b'mod individwali 29 |
74 |
||||
TOTAL ta’ opinjonijiet motivati rċevuti 30 |
65 |
Biex tikkwalifika bħala opinjoni motivata kif definit fil-Protokoll Nru 2, opinjoni tkun trid tiddikjara għaliex Parlament nazzjonali jkun iqis li proposta leġiżlattiva ma tkunx konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u trid tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat mit-trażmissjoni tal-proposta leġiżlattiva lill-Parlamenti nazzjonali.
Skont il-Protokoll Nru 2, kull Parlament nazzjonali għandu żewġ voti; fil-każ ta’ sistema bikamerali, kull kamra jkollha vot wieħed. Meta opinjonijiet motivati joriġinaw minn mill-inqas terz (għal proposti skont l-Artikolu 76 tat-TFUE kwart) tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali, ikun intlaħaq il-livell limitu tal-karta s-safra u l-abbozz tal-att leġiżlattiv ikollu jiġi rieżaminat. 19 minn 56 vot jirrappreżentaw terz tal-voti kollha allokati.
L-opinjonijiet motivati mill-Folketing tad-Danimarka, Dáil Éireann tal-Irlanda u Seanad Éireanntal-Irlanda dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2016) 685 ukoll. L-opinjoni motivata mill-Eerste Kamer NL kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 685 u COM(2016) 687 ukoll.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Folfeting tad-Danimarka kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Dáil Éireann tal-Irlanda kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mis-Seanad Éireann tal-Irlanda kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Eerste Kamer tan-Netherlands kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 685 u COM(2016) 687.
L-opinjonijiet motivati mill-Folketing tad-Danimarka, Dáil Éireann tal-Irlanda u Seanad Éireanntal-Irlanda dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2016) 683 ukoll. L-opinjoni motivata mill-Eerste Kamer tan-Netherlands kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 687 ukoll.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Folfeting tad-Danimarka kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Dáil Éireann tal-Irlanda kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mis-Seanad Éireann tal-Irlanda kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Eerste Kamer tan-Netherlands kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 685 u COM(2016) 687.
L-opinjoni motivata mill-Bundesrat tal-Awstrija dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 52 ukoll.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Bundesrat tal-Awstrija kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 52 u COM(2016) 53.
L-opinjoni motivata mill-Eerste Kamer tan-Netherlands kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685 ukoll.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Eerste Kamer tan-Netherlands kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 685 u COM(2016) 687.
L-opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 594 u COM(2015) 596 ukoll.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 595 u COM(2015) 596.
L-opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 595 u COM(2015) 596 ukoll.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 595 u COM(2015) 596.
L-opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 594 u COM(2015) 595 ukoll.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 595 u COM(2015) 596.
L-opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 635 ukoll.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 634 u COM(2015) 635.
L-opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 634 ukoll.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 634 u COM(2015) 635.
L-opinjoni motivata mill-Bundesrat tal-Awstrija dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 53 ukoll.
Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Bundesrat tal-Awstrija kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2016) 52 u COM(2016) 53.
Dan l-għadd fih opinjonijiet motivati li jikkonċernaw b’mod konġunt aktar minn dokument tal-Kummissjoni wieħed: opinjoni motivata minnhom mis-Sénat ta’ Franza kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2015) 594, COM(2015)595 u COM(2015) 596; opinjoni oħra mis-Sénat ta’ Franza kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2015) 634 u COM(2015) 635; opinjoni waħda mill-Bundesrat tal-Awstrija kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 52 u COM(2016) 53; Opinjoni waħda, mill-Eerste Kamer tan-Netherlands kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 683, COM(2016) 685 u COM(2016) 687; opinjoni waħda mill-Folketing tad-Danimarka kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685; opinjoni motivata waħda mill-Dáil Éireann tal-Irlanda kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685 u opinjoni motivata waħda mis-Seanad Éireann tal-Irlanda kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685.
Biex tikkalkula l-għadd totali ta’ opinjonijiet motivati, il-Kummissjoni skont l-għadd ta’ opinjonijiet motivati rċevuti. Għalhekk opinjonijiet motivati li jittrattaw b’mod konġunt aktar minn dokument wieħed tal-Kummissjoni jgħoddu biss bħala opinjoni motivata waħda.