Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DC0458

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom

    COM/2017/0458 final

    Brussell, 30.8.2017

    COM(2017) 458 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom

    {SWD(2017) 286 final}


    Dan ir-rieżami ta’ nofs it-terminu jieħu nota tal-progress mit-tnedija tal-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni (NRISs) tar-Rom fl-2011. Dan hu bbażat fuq data dwar kif is-sitwazzjoni tar-Rom inbidlet u fuq input minn awtoritajiet nazzjonali, mis-soċjetà ċivili u minn sħab oħrajn. Dan ir-rieżami jikkonferma l-valur miżjud tal-qafas, ir-rilevanza tal-għanijiet tal-UE għall-integrazzjoni tar-Rom u l-ħtieġa kontinwa għal taħlita ta’ approċċi mmirati u ġenerali.

    L-aktar titjib importanti ispirat mill-qafas tal-UE inkluda:

    ül-impenn li l-integrazzjoni tar-Rom tiġi indirizzata bħala prijorità fil-livelli Ewropej u nazzjonali

    üstrutturi għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost partijiet ikkonċernati dwar l-inklużjoni tar-Rom

    ül-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ strateġiji nazzjonali u miżuri għall-integrazzjoni, u

    üil-mobilizzazzjoni u l-allinjament ta’ strumenti legali, ta’ politika u ta’ finanzjament sabiex ikun hemm ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u tiġi promossa l-inklużjoni tar-Rom

    Permezz tal-iżvilupp tal-istrutturi meħtieġa, il-kundizzjonijiet biex issir differenza fil-ħajja tar-Rom huma fis-seħħ.

    Madankollu, fir-rigward tal-bidla reali fis-sitwazzjoni tar-Rom bejn l-2011 u l-2016, hu ċar li perjodu ta’ ħames snin hu qasir wisq biex jitranġaw sekli ta’ diskriminazzjoni u deprivazzjoni. Il-progress jidher l-aktar fil-qasam tal-edukazzjoni; b’mod partikolari, il-parteċipazzjoni dejjem tikber ta’ tfal Rom fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal turi potenzjal qawwi għall-iżvilupp ulterjuri tagħhom. Min-naħa l-oħra, it-tluq bikri mill-iskola u r-riskju tal-faqar fost ir-Rom, minkejja li qed jonqsu, għadhom wisq għoljin. Il-proporzjon dejjem jikber ta’ żgħażagħ Rom li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) hu sinjal allarmanti li biex ir-riżultati fl-edukazzjoni jissarrfu f’impjieg u f’oqsma oħra hi meħtieġa ġlieda aktar effettiva kontra d-diskriminazzjoni.

    Ir-rieżami jidentifika wkoll prijoritajiet ewlenin li l-Istati Membri għandhom jindirizzaw u modi kif jissaħħaħ il-Qafas tal-UE għall-NRIS.

    1.    L-iżvilupp tal-qafas tal-UE

    Fl-2011, is-sitwazzjoni tar-Rom, 1 l-akbar minoranza tal-Ewropa (madwar 10-12-il miljun ruħ), spiċċat fiċ-ċentru tal-attenzjoni politika. Fil-kuntest tal-kriżi ekonomika, deher ċar li l-indirizzar tal-emarġinazzjoni u d-diskriminazzjoni ekonomika u soċjali kontra r-Rom mhuwiex biss dmir morali konformi mal-valuri fundamentali tal-UE, iżda wkoll obbligu ekonomiku li jwiegħed benefiċċji fit-tul għal soċjetajiet Ewropej li qed jixjieħu. Deher ċar li hi meħtieġa azzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE. Filwaqt li l-Istati Membri huma primarjament responsabbli u mgħammra biex ibiddlu s-sitwazzjoni tal-komunitajiet Rom tagħhom, il-Kummissjoni (f’konformità ma’ sejħa mill-Parlament Ewropew) 2 , ipproponiet strument ta’ politika ġdid immirat fil-livell Ewropew. il-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom (NRISs) 3 . 

    Il-qafas għandu l-għan li jagħlaq id-distakk bejn ir-Rom u dawk li mhumiex Rom f’erba’ oqsma ewlenin: l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni ġiet segwita minn konklużjonijiet tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew 4 li mmarkaw impenn li qatt ma kien hemm bħalu fil-livell tal-UE għal approċċ komprensiv għall-inklużjoni tar-Rom. Ir-rekwiżiti ewlenin inkludew:

    ·impenn mill-Istati Membri kollha li jiżviluppaw strateġiji nazzjonali

    ·taħlita ta’ approċċi bbażati fuq l-inklużjoni soċjali u fuq id-drittijiet, fejn il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni ssir rekwiżit orizzontali fl-oqsma kollha tal-politika.

    ·l-involviment ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali, is-soċjetà ċivili u r-Rom fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-NRIS

    ·finanzjament adegwat u sostenibbli (baġit nazzjonali li għandu jiġi ssupplimentat minn fondi tal-UE)

    ·monitoraġġ ta’ riżultati, u

    ·integrazzjoni tal-għanijiet għall-inklużjoni tar-Rom f’politiki pubbliċi

    Fl-2013, il-qafas tal-UE tar-Rom ġie msaħħaħ minn Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom. 5 Ir-Rakkomandazzjoni żiedet l-attenzjoni fuq l-antidiskriminazzjoni u estendiet il-ħidma fuq ir-Rom għal oqsma orizzontali u strutturali ġodda. Mill-2016, hi introduċiet ukoll obbligu ta' rapportar annwali fuq l-Istati Membri, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ sistema Ewropea ta’ monitoraġġ. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru 2016 dwar it-tħaffif tal-proċess ta' integrazzjoni tar-Rom 6 ikkonfermaw l-impenn tal-Istati Membri u sejħu għal rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas tal-UE.

    2.    Il-mobilizzazzjoni ta’ strumenti Ewropej legali, ta’ politika u ta’ finanzjament

    Mit-tnedija tal-qafas tal-UE, ġew immobilizzati u allinjati strumenti legali, ta’ politika u ta’ finanzjament biex tiġi promossa l-inklużjoni tar-Rom. Il-leġiżlazzjoni ġenerali tal-UE (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija) 7 tipprojbixxi diskriminazzjoni, diskors ta' mibegħda u reati ta’ mibegħda kontra r-Rom. Is-Semestru Ewropew jippromwovi riformi ta’ politiki ġenerali li jħeġġu l-inklużjoni tar-Rom. Il-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej (FSIE) tal-2014-2020 jinkludu diversi innovazzjonijiet biex prijoritajiet ta’ politika jintrabtu mal-finanzjament Ewropew.

    2.1.    Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni

    Wara l-adozzjoni tal-qafas tal-UE, il-Kummissjoni ħadet serje ta’ miżuri biex tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni tar-Rom. Hi saħħet il-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u kontra r-razziżmu u l-ksenofobija tal-Istati Membri.

    Il-Kumissjoni timmonitorja kontinwament il-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni. Hemm attenzjoni partikolari fuq l-oqsma tal-edukazzjoni u tal-akkomodazzjoni. Każijiet ta’ diskriminazzjoni sistematika kontra r-Rom minħabba l-etniċità tagħhom jiġu investigati fil-pront. Għaddejjin proċedimenti ta' ksur li jikkonċernaw id-diskriminazzjoni kontra tfal Rom fl-edukazzjoni 8 . Il-Kummissjoni enfasizzat li t-tqegħid ta’ tfal Rom fi skejjel segregati jew fi klassijiet bi studenti Rom biss b’kurrikuli tal-iskola substandardizzati, u d-dijanjosi tagħhom b’nuqqas mentali ħafif f’numri sproporzjonati abbażi tal-iżvantaġġ soċjali tagħhom, jiksru d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali.

    Il-Kummissjoni timmonitorja wkoll it-traspożizzjoni tal-Istati Membri tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, u tiġġieled sterjotipi razzisti u ksenofobiċi u diskors ta' mibegħda u reati ta’ mibegħda, inkluż meta jiġu indirizzati lir-Rom. Taħt dan il-qafas, il-Kummissjoni bdiet djalogu mal-Istati Membri li wassal għal bidliet fil-leġiżlazzjoni, stabbilixxiet grupp ta’ livell għoli tal-UE dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija biex titrawwem il-kooperazzjoni bejn atturi rilevanti u laħqet ftehim mal-fornituri ewlenin tal-midja soċjali dwar kodiċi ta' kondotta għall-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda online.

    Ittieħdu diversi passi importanti biex jiġi rikonoxxut u biex tiġi miġġielda l-fobija kontra ż-żingari, bħala forma partikolari ta’ razziżmu kontra r-Rom u waħda mill-kawżi prinċipali tal-esklużjoni soċjali tar-Rom u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom:

    ·ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 enfasizzat il-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-fobija kontra ż-żingari u ħeġġet lill-Istati Membri jadottaw miżuri li jipprevjenu jew jikkumpensaw għal żvantaġġi li jġarrbu r-Rom (azzjoni pożittiva)

    ·Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2015 9 stiednet lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-olokawst tar-Rom b’mod uffiċjali u jfasslu jum Ewropew ta’ tifkira

    ·il-fobija kontra ż-żingari ġiet diskussa aktar fil-pjattaforma Ewropea tal-2015 għall-inklużjoni tar-Rom

    ·Ir-Rom Ewropej u s-soċjetà ċivili ta’ favur ir-Rom ipproduċew dokument ta’ referenza dwar il-fobija kontra ż-żingari 10  

    ·il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2016 irreferew għall-fobija kontra ż-żingari u għar-rikonoxximent u t-tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom, u

    ·il-grupp ta’ livell għoli msemmi hawn fuq li jiġġieled kontra r-razziżmu u l-ksenofobija għandu l-għan li jipprevjeni u, inter alia, jiġġieled kontra l-fobija kontra ż-żingari

    Il-Kummissjoni ħadmet ukoll biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni multipla kontra tfal u nisa Rom, bħal gruppi esposti għal riskji kbar ta’ vjolenza, traffikar tal-bnedmin (THB), 11 sfruttament, u żwieġ prekoċi u furzat, u biex tiżgura li dawn jiġu protetti aħjar. Il-promozzjoni tal-għoti tas-setgħa liż-żewġ gruppi, kif ukoll liż-żgħażagħ Rom, kienet fil-qalba tal-konklużjonijiet tal-Kunsill imsemmija hawn fuq.

    2.2. Il-promozzjoni ta’ riforma inklussiva permezz tas-Semestru Ewropew

    Permezz tal-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni tmexxi u timmonitorja l-azzjoni tal-Istati Membri sabiex il-politiki ġenerali jinkludu aktar lir-Rom. Mill-2012, l-aktar ħames Stati Membri kkonċernati (jiġifieri bl-akbar komunitajiet tar-Rom u bl-akbar sfidi) 12 irċevew rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) dwar l-inklużjoni tar-Rom. Dawn iffukaw dejjem aktar fuq l-edukazzjoni, fejn għamlu talba għal miżuri sistemiċi biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni ta’ tfal Rom f'edukazzjoni ġenerali inklussiva ta’ kwalità.Is-CSRs mexxew il-prijoritajiet ta’ finanzjament fil-perjodu ta' programmazzjoni tal-2014-2020.

    2.3.    Il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament mill-UE

    Il-qafas tal-UE stieden lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-fondi tal-UE għall-inklużjoni tar-Rom. Fl-2007-2013, il-fondi ħadu approċċ ta’ integrazzjoni għal gruppi/reġjuni żvantaġġati, mingħajr ma mmiraw espliċitament lir-Rom, għalhekk l-ammonti preċiżi tal-finanzjament għall-inklużjoni tar-Rom ma jistgħux jiġu kkwantifikati. Il-gruppi żvantaġġati jistgħu jirċievu finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) primarjament fil-qasam tal-inklużjoni soċjali, iżda anki fl-oqsma tal-impjieg u tal-edukazzjoni. L-ammont allokat għall-integrazzjoni ta’ persuni żvantaġġati (inkluż ir-Rom) fl-impjieg kien ta’ madwar EUR 10 biljun. L-ammont allokat taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-infrastruttura soċjali (li fost oħrajn tibbenefika lir-Rom) kien ta’ madwar EUR 17-il biljun. Ir-Regolament tal-FEŻR ġie emendat fl-2010 u l-Kummissjoni ħarġet gwida fl-2011 biex jiġu appoġġjati interventi integrati għall-akkomodazzjoni għall-komunitajiet Rom. Il-politika tal-iżvilupp rurali appoġġjat l-inklużjoni ta’ minoranzi emarġinati, inkluż ir-Rom. 

    Għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2014-2020, il-qafas tal-UE u s-Semestru Ewropew żguraw li hemm rabta mill-qrib bejn prijoritajiet ta’ politika u ta’ finanzjament. Ir-rabta bejn l-implimentazzjoni ta’ CSRs u l-FSIE tiżgura li riformi tal-politika ġenerali jservu għanijiet ta’ inklużjoni. Pereżempju, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri li rċevew CSRs, li talbu għal titjib fil-parteċipazzjoni tar-Rom fl-edukazzjoni biex jagħżlu l-prijorità ta’ investiment “integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet emarġinati bħar-Rom” u biex jintegraw l-inklużjoni tar-Rom taħt prijoritajiet oħra rilevanti (bl-aktar waħda importanti, “il-ġlieda kontra tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni tal-aċċess ugwali għal edukazzjoni bikrija tat-tfal, primarja u sekondarja ta’ kwalità”). L-edukazzjoni inklussiva ma tistax tinkiseb permezz ta’ azzjonijiet immirati waħedhom, iżda teħtieġ riformi tal-edukazzjoni ġenerali. Il-programmi tal-iżvilupp rurali tal-2014-2020 tal-aktar Stati Membri kkonċernati jagħtu appoġġ taħt il-prijorità 6 lill-"promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku f’żoni rurali” li tinkludi miżuri biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi emarġinati inkluż, iżda mhux limitati għar-Rom 13 . Il-Kummissjoni ħeġġet ukoll l-involviment ta’ NRCPs fl-ippjanar tal-fondi tal-UE, inkluż bħala membri ta’ kumitati ta’ monitoraġġ.

    Għall-2014-2020, ġew introdotti diversi għodod ġodda (flimkien mal-prijorità ta’ investiment “integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet emarġinati”) sabiex titjieb l-effikaċja tal-FSIE fir-rigward tal-inklużjoni soċjali, inkluża dik tar-Rom:

    ·sett ġdid ta’ rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-Istati Membri li jallokaw fondi tal-UE għall-inklużjoni tar-Rom ikollhom oqfsa ta’ politika nazzjonali strateġiċi għall-inklużjoni tar-Rom u jissodisfaw il-prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom

    ·prinċipju ta’ sħubija aktar robust (bħala parti minn kodiċi ta’ kondotta Ewropea) sabiex tiġi ggwidata l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, mal-awtoritajiet lokali u mas-sħab soċjali fl-ippjanar, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ ta’ interventi ffinanzjati mill-UE

    ·żieda fil-finanzjament assenjat għall-bini tal-kapaċità għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

    ·proporzjonijiet ta’ allokazzjoni minimi obbligatorji għall-investiment fl-inklużjoni soċjali

    ·appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali ta’ komunitajiet fil-bżonn li jista’ jinvolvi miżuri ta’ akkomodazzjoni integrati aktar b’saħħithom

    ·approċċi territorjali u integrati li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ġeografiċi l-aktar affettwati mill-faqar u gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta’ esklużjoni soċjali, iffaċilitati minn approċċ ibbażat fuq diversi fondi

    ·ftehimiet ta’ monitoraġġ imtejjeb orjentat lejn ir-riżultati (indikaturi komuni li jiffukaw fuq l-outputs u r-riżultati) u rappurtar dwar prijorità ta' investiment speċifika għar-Rom, u

    ·gwida għall-Istati Membri dwar l-użu ta’ fondi tal-UE biex tiġi indirizzata s-segregazzjoni

    F’Ġunju 2016, il-Qorti tal-Awdituri ppubblikat ir-riżultati tal-awditu tagħha dwar inizjattivi ta’ politika u appoġġ finanzjarju tal-UE għall-inklużjoni tar-Rom, fejn ġie konkluż li progress sinifikanti fl-istabbiliment ta’ inizjattivi ta’ politika tal-UE li jippromwovu l-inklużjoni tar-Rom wassal għal titjib ċar għall-perjodu tal-2014-2020. Il-Qorti talbet li jsiru sforzi addizzjonali biex jiġi żgurat li l-għodod il-ġodda jtejbu r-riżultati fil-prattika. Hi għamlet ukoll rakkomandazzjonijiet speċifiċi rigward l-użu ta’ FSIE, il-ġbir ta’ data u l-monitoraġġ 14 .

    Il-Kummissjoni mmobilizzat finanzjament mill-UE ġestit direttament biex tiffinanzja proġetti li jrawmu l-inklużjoni tar-Rom u li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni madwar l-Ewropa:

    ·Il-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza jiffinanzja proġetti lokali, nazzjonali u transnazzjonali dwar l-inklużjoni u l-antidiskriminazzjoni tar-Rom

    ·Il-Programm tal-Ewropa għaċ-Ċittadini jappoġġja proġetti li jfakkru fl-olokawst tar-Rom

    ·Il-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EASI, employment and social innovation) jippromwovi innovazzjoni tal-politika soċjali mmirata lejn l-inklużjoni tar-Rom

    ·Erasmus+ jgħin jiżviluppa miżuri ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-inklużjoni tar-Rom

    ·Il-Programm dwar is-Saħħa Pubblika jappoġġja inizjattivi li jippromwovu l-aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa, u

    ·Il-Programm għar-riċerka u l-innovazzjoni Orizzont 2020 u s-Seba’ Programm Qafas dwar ir-Riċerka jiffinanzjaw riċerka dwar l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni, inklużi proġetti ta’ riċerka dwar il-mobbiltà tar-Rom lejn l-Ewropa tal-Punent u l-impatt ta’ politiki edukattivi fuq ir-Rom

    2.4.    Inizjattivi Ewropej għal politika ġenerali

    Inizjattivi Ewropej għal politika ġenerali fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjieg, soċjali u tas-saħħa jistgħu jgħinu jippromwovu l-inklużjoni tar-Rom.

    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola 15 tirrakkomanda l-inklużjoni ta’ miżuri mmirati lejn l-aktar gruppi vulnerabbli, inkluż ir-Rom. Bħala segwitu għad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi 16 , il-Kummissjoni żiedet l-appoġġ tagħha għal edukazzjoni inklussiva. Waħda mill-prijoritajiet hi li titrawwem l-edukazzjoni ta’ tfal u żgħażagħ żvantaġġati, inkluż ir-Rom, billi tiżgura li s-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom.

    Il-garanzija għaż-żgħażagħ u l-inizjattivi favur l-impjieg taż-żgħażagħ tal-2013 huma partikolarment rilevanti għar-Rom. Huma kellhom rwol kruċjali biex jgħinu liż-żgħażagħ jerġgħu lura fix-xogħol jew fl-edukazzjoni, iżda l-Kummissjoni rrikonoxxiet li jeħtieġ li jsir sforz akbar biex jiġu appoġġjati żgħażagħ “li diffiċli jintlaħqu”, bħar-Rom. Kategoriji ewlenin tal-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali jinkludu opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, u protezzjoni u inklużjoni soċjali.

    L-inizjattivi tal-Kummissjoni li huma mmirati lejn is-saħħa tar-Rom jitressqu ‘l quddiem taħt firxa ta’ politiki ġenerali u speċifiċi. Ir-rapport dwar is-saħħa tar-Rom tal-2014 jikkostitwixxi kontribuzzjoni importanti għat-titjib tal-bażi tal-għarfien u tal-mekkaniżmi għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-istat ta’ saħħa tar-Rom, b'attenzjoni fuq il-pajjiżi bl-akbar popolazzjonijiet Rom.  17

    2.5.    L-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-livell Ewropew

    Biex l-esklużjoni tar-Rom tingħeleb, il-partijiet ikkonċernati kollha għandhom jingħaqdu flimkien biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom fid-dawl tal-mandati, il-kompetenzi u l-kapaċitajiet tagħhom. Sabiex tippromwovi t-tagħlim reċiproku, id-djalogu u l-kooperazzjoni, il-Kummissjoni ffaċilitat u appoġġjat finanzjarjament id-djalogu mal-partijiet ikkonċernati permezz tal-pjattaforma Ewropea għall-inklużjoni tar-Rom, in-netwerk tal-NRCP u laqgħat ta’ konsultazzjoni regolari ma’ NGOs u organizzazzjonijiet internazzjonali ġeneriċi tal-UE tar-Rom u dawk favur ir-Rom. Matul is-snin, ġew rinfurzati l-approċċ parteċipatorju u l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali.

    2.6.    Il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni, il-parteċipazzjoni tar-Rom u l-bini tal-kapaċità għas-soċjetà ċivili u għall-awtoritajiet lokali

    Il-Kummissjoni żiedet l-isforzi tagħha biex tippromwovi s-sensibilizzazzjoni, il-parteċipazzjoni u r-responsabbilizzazzjoni tar-Rom, u l-bini tal-kapaċità għas-soċjetà ċivili u għall-awtoritajiet lokali. Il-kampanja tagħha “Għar-Rom, mar-Rom” (‘For Roma, with Roma’) appoġġjat attivitajiet ta’ komunikazzjonijiet immirati biex jiġġieldu kontra l-preġudizzji u d-diskriminazzjoni kontra popolazzjonijiet lokali tar-Rom.

    Il-Kummissjoni niedet programmi konġunti mal-Kunsill tal-Ewropa:

    ·JUSTROM jagħti lir-Rom u lil vjaġġaturi nisa aċċess akbar għall-ġustizzja

    ·ROMED jippromwovi l-inklużjoni bit-taħriġ ta’ medjaturi interkulturali

    ·ROMACT jibni l-kapaċità tal-awtoritajiet lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri ta’ inklużjoni

    ·ROMACTED jippromwovi l-governanza tajba u r-responsabbilizzazzjoni tar-Rom fil-livell lokali fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija

    Il-Kummissjoni nediet programm pilota biex tinbena l-kapaċità fost atturi lokali tas-soċjetà ċivili sabiex jissaħħaħ l-involviment tagħhom fil-monitoraġġ tal-NRISs.

    Fl-2016, il-Kummissjoni u l-Presidenza Slovakka organizzaw avveniment ta’ livell għoli dwar ir-responsabbilizzazzjoni taż-żgħażagħ li kkonferma l-ħtieġa urġenti li żgħażagħ Rom jiġu responsabbilizzati u jiġu involuti b’mod attiv fil-politika għall-inklużjoni tar-Rom.

    3.    Valutazzjoni tal-isforzi u tar-riżultati fl-Istati Membri 

    L-impenn politiku tal-Istati Membri, li sarraf fi strateġiji nazzjonali, kien l-ewwel pass sinifikanti lejn it-titjib tal-għajxien tar-Rom. Approċċi nazzjonali għall-inklużjoni tar-Rom ivarjaw fl-Istati Membri skont id-daqs u s-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-popolazzjonijiet lokali. Fir-rapporti annwali tagħha, il-Kummissjoni identifikat il-prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Istati Membri sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva. Dawn jinkludu l-iffissar ta’ miri, indikaturi u allokazzjonijiet tal-baġit kwantifikabbli, il-monitoraġġ tal-impatt ta’ miżuri ġenerali fuq ir-Rom, il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u mas-soċjetà ċivili, u l-involviment tar-Rom fil-fażijiet kollha tal-proċess tal-politika. L-Istati Membri indirizzaw uħud minn dawn l-isfidi, b’mod partikolari b’rispett għall-ftehimiet istituzzjonali, il-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, il-monitoraġġ u l-finanzjament tagħhom. Madankollu, l-impatt tal-miżuri tagħhom fuq is-sitwazzjoni tar-Rom fl-edukazzjoni, fl-impjieg, fil-kura tas-saħħa u fl-akkomodazzjoni jibqa’ limitat.

    3.1.    Oqsma ta’ politika sostantivi

    Il-qafas tal-UE jistabbilixxi għanijiet biex jitjieb l-aċċess tar-Rom għall-edukazzjoni, l-impjieg, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni, u biex ikun hemm ġlieda kontra d-diskriminazzjoni f'dawn l-oqsma. Hawn taħt hawn rieżaminazzjoni tal-bidliet fis-sitwazzjoni tar-Rom (mill-2011 għall-2016) 18 abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar miżuri ta’ integrazzjoni, kisbiet ewlenin u sfidi ta’ implimentazzjoni.

    3.1.1.    L-edukazzjoni

    L-edukazzjoni hi l-qasam ewlieni li fih s-sitwazzjoni tar-Rom tjiebet. Hu wkoll l-aktar qasam promimenti fit-taħlita ta’ politiki tal-Istati Membri għall-inklużjoni tar-Rom. Hemm progress ċar fil-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola, bi tnaqqis fir-rati fost ir-Rom fl-Istati Membri kollha mistħarrġa (l-aktar titjib sinifikanti fl-ES, SK, BG, CZ u RO). Dan hu konformi mal-fokus tal-politika tal-Istati Membri: il-maġġoranza tal-Istati Membri implimentaw strateġiji għal tluq bikri mill-iskola u bħala riżultat ta' dan, diversi ssodisfaw il-mira tal-Ewropa 2020 tagħhom f'dan il-qasam. Madankollu, minkejja t-titjib, ir-Rom għadhom jiġu rrappreżentati żżejjed fost dawk li jitilqu kmieni mill-iskola, b’rati sa 24 darba ogħla milli fil-popolazzjoni b’mod ġenerali.

    It-titjib ċar l-ieħor jinsab fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, fejn il-parteċipazzjoni ta’ tfal Rom kibret fil-parti l-kbira tal-Istati Membri (progress sinifikanti fil-BG, EL, ES, SK u HU, iżda deterjorament fil-PT u RO). Ir-rikonoxximent akbar tal-importanza tal-edukazzjoni bikrija hu rifless fin-numru kbir ta’ miżuri u fl-investiment miżjud f’dan il-qasam, appoġġjat minn bidliet leġiżlattivi bħall-introduzzjoni ta’ snin obbligatorji fl-edukazzjoni preprimarja (BG, CZ, FI, HU u LT). Madankollu, hu meħtieġ appoġġ finanzjarju ddedikat biex l-aktar familji deprivati jirċievu għajnuna għall-ispejjeż indiretti tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal (spejjeż, ikel, ilbies, trasport, eċċ.). Ġie rreġistrat titjib żgħir fl-edukazzjoni obbligatorja, fejn fil-parti l-kbira tal-Istati Membri (mhux EL u RO) aktar minn 9 minn 10 tfal Rom koperti minn dispożizzjonijiet għat-tagħlim obbligatorju jattendu l-edukazzjoni.

    Filwaqt li l-edukazzjoni hi l-qasam li fih sar l-aktar progress, għad fadal sfidi sistemiċi importanti. L-eliminazzjoni tas-segregazzjoni fl-edukazzjoni u t-tmiem tat-tqegħid mhux xieraq tar-Rom fi skejjel għal persuni bi bżonnijiet speċjali ġew enfasizzati bħala prijoritajiet taħt il-qafas tal-UE, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013, id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali u s-Semestru Ewropew. Għad hemm xejriet ta’ segregazzjoni persistenti, xi drabi anki segregazzjoni li qed tikber, fejn terz sa żewġ terzi ta’ tfal Rom jattendu skejjel fejn il-parti l-kbira tat-tfal jew it-tfal kollha huma Rom (SK, HU, BG: 60% jew aktar; EL, HR, ES, CZ, RO: 29-48 %) 19 . Dan jista’ jiġi spjegat biss parzjalment permezz ta’ segregazzjoni residenzjali. Minkejja n-numru li qed jiżdied ta’ Stati Membri li qed jinvestu f’miżuri li jippromwovu metodi inklussivi ta’ struzzjoni u tagħlim, hemm nuqqas ta’ miżuri ta’ desegregazzjoni attivi f’diversi mill-pajjiżi l-aktar ikkonċernati u f'ċerti każijiet il-fondi tal-UE intużaw għal faċilitajiet segregati. L-evidenza li ambjenti ta’ skejjel integrati u klassijiet imħallta huma ta’ benefiċċju reċiproku għal studenti Rom u dawk mhux Rom għadha mhix rikonoxxuta fuq firxa wiesgħa. Qed tingħata ftit wisq attenzjoni għal oqsma ewlenin oħra li huma indispensabbli biex titjieb l-impjegabbiltà, bħall-edukazzjoni li tagħti ċans ieħor u l-iżvilupp tal-ħiliet f’konformità mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

    Fost is-suċċessi fil-qasam tal-edukazzjoni, l-NRCPs isemmgħu:

    üriforma leġiżlattiva

    üstrutturi inklussivi

    üżieda fil-parteċipazzjoni tar-Rom (speċjalment fl-edukazzjoni bikrija, iżda anki f’dik obbligatorja u vokazzjonali)

    ükompetenzi multikulturali mtejba

    üappoġġ għal studenti u għalliema Rom, u

    üindirizzar lil ġenituri

    Fost l-isfidi li għad fadal, huma jsemmu:

    ûrati ta’ tluq bikri mill-iskola li, minkejja li qed jitbaxxew, għadhom għoljin

    ûdiffikultà fil-promozzjoni ta’ tranżizzjoni effettiva għar-Rom għall-edukazzjoni sekondarja għolja u terzjarja

    ûnuqqasijiet fil-lingwa, u

    ûdiskriminazzjoni

    3.1.2.    L-impjieg

    Titjib fl-edukazzjoni għadu ma ssarrafx b’mod effettiv fl-impjieg. Minkejja li l-livelli tal-impjieg tar-Rom għolew f’xi Stati Membri (PT u HU), bidliet f’postijiet oħra huma iżgħar jew saħansitra negattivi. Ir-rata NEET fost ir-Rom żgħażagħ għadha għolja b’mod allarmanti u fir-realtà żdiedet f’diversi Stati Membri (51-77% fl-ES, HR, BG, SK, RO, CZ u HU, fejn PT biss wera tnaqqis ċar). Raġuni waħda għan-nuqqas ta’ progress tista’ tkun li l-miżuri jiffukaw fuq il-lat tal-provvista, jiġifieri l-impjegabbiltà (permezz tat-taħriġ vokazzjonali, tat-tagħlim tul il-ħajja, eċċ.) u ma jindirizzawx b’mod proporzjonat l-ostakli fuq il-lat tad-domanda, eż. billi jimmonitorjaw u jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni. Miżuri ġenerali jistgħu ukoll jimmiraw aħjar lejn ir-Rom. Id-differenza kbira fl-impjiegi bejn in-nisa u l-irġiel Rom (l-aktar fl-EL, RO, PT u HU) 20 mhijiex indirizzata biżżejjed. Għandhom jiġu esplorati aktar toroq biex jiġi mobilizzat is-settur privat u jingħata inċentiv lill-impjegaturi biex jirreklutaw lir-Rom, li f’diversi Stati Membri jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti u li qed jikber tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, eż. permezz tal-immirar espliċitu tar-Rom taħt il-garanzija għaż-żgħażagħ u kunsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwist pubbliku.

    Reċentament, il-livelli nazzjonali tal-impjieg bdew jiżdiedu f’diversi mill-Istati Membri l-aktar ikkonċernati. Tkabbir ekonomiku msaħħaħ mill-ġdid joffri opportunità tant mistennija lir-Rom biex (jerġgħu) jidħlu fis-suq tax-xogħol, diment li l-Istati Membri japplikaw politiki intelliġenti b’inċentivi effettivi. Fejn il-pagi inizjali jkunu estremament baxxi, il-benefiċċji soċjali li ma jkunux marbuta ma’ miżuri ta’ attivazzjoni jistgħu jikkostitwixxu nassa tal-qgħad.

    Skont l-NRCPs, l-aktar fattur ta’ suċċess importanti hu:

    üit-tqegħid tar-Rom fil-mira permezz ta’ servizzi ġenerali għall-impjiegi, eż. permezz ta’ appoġġ individwali jew kuntatt permezz ta’ ħaddiem ta’ fuq il-post/uffiċjali tax-xogħol Rom.

    Fost l-isfidi, l-NRCPs jirreferu għal:

    ûnuqqas ta’ ħiliet u kompetenzi

    ûdiskriminazzjoni

    û ħtieġa li l-importanza tal-ġestjoni tad-diversità u tal-antidiskriminazzjoni tiġi stampata fuq l-impjegaturi, u

    ûimmirar aħjar lejn in-nisa Rom

    3.1.3.    Is-saħħa

    Fil-qasam tas-saħħa, il-kopertura bażika tas-sigurtà soċjali tibqa’ sfida, mingħajr titjib sinifikanti fil-pajjiżi l-aktar ikkonċernati, fejn madwar nofs il-popolazzjoni tar-Rom għad m'għandhiex kopertura bażika ta’ assigurazzjoni medika (BG u RO, iżda titjib ta’ 30 punt perċentwal fl-EL). Dan minkejja miżuri li jiffukaw fuq it-tneħħija ta’ ostakli li jipprevjenu lir-Rom milli jaċċessaw is-sistema tal-kura tas-saħħa, li ħafna drabi tinkludi nuqqas ta’ dokumentazzjoni ċivili. L-istat ta’ saħħa pperċeput mir-Rom stess tjieb b’mod ġenerali (bl-akbar żidiet fir-RO, BG, HU, PT u EL), li jindika xi suċċess minn miżuri oħra tas-saħħa, bħal dawk li jippromwovu s-sensibilizzazzjoni tas-saħħa, aċċess għal tilqim, spezzjonijiet mediċi, kura għal qabel u wara t-twelid u ippjanar tal-familja. Perċezzjonijiet imtejba tas-saħħa wkoll jistgħu jintrabtu mar-rata li qed tonqos ta’ Rom li jbatu l-ġuħ fuq bażi regolari fil-parti l-kbira tal-pajjiżi. Il-provvediment ċivili tas-servizzi u l-immirar ta’ nisa Rom huma l-aktar qawwijin fil-qasam tas-saħħa, iżda riformi tas-saħħa ġeneralment jonqsu milli jimmiraw il-ħtiġijiet tar-Rom b’mod espliċitu.

    Dawn is-sejbiet huma kkonfermati mill-NRCPs, li fost is-suċċessi jsemmgħu:

    üsensibilizzazzjoni tas-saħħa

    üpromozzjoni ta’ stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa

    üfokus fuq il-prevenzjoni

    ügħarfien dwar is-saħħa

    ümedjaturi tas-saħħa Rom

    üparteċipazzjoni ċivili, u

    ükooperazzjoni transettorjali ma’ diversi partijiet ikkonċernati

    Sfidi li tqajmu jinkludu:

    ûnuqqas ta’ kopertura tas-saħħa u prattikanti ġenerali f’żoni popolati mir-Rom

    ûnuqqas ta’ użu tas-servizz tas-saħħa

    ûproblemi ta’ saħħa mentali u fiżika

    ûtqala fl-adolexxenti, u

    ûħtieġa għal aktar professjoni tas-saħħa Rom

    3.1.4.    L-akkomodazzjoni

    Fil-qasam tal-akkomodazzjoni, jista’ jiġi osservat titjib żgħir fir-rigward tal-aċċess tar-Rom għal kumditajiet bażiċi, fejn ir-rata ta’ Rom li jgħixu fi djar mingħajr ilma tal-vit, tojlit, xawer jew kamra tal-banju qed tonqos f’diversi Stati Membri (speċjalment fil-BG, RO, SK u CZ). L-aċċess għall-provvista tal-elettriku wkoll qed jitjieb ftit, b'rati li jaqbżu d-90% fil-parti l-kbira tal-Istati Membri (mhux PT u EL). Madankollu, f’diversi Stati Membri (CZ, ES u PT), ir-Rom qegħdin jesperjenzaw diskriminazzjoni li qed tiżdied fejn jidħol l-aċċess għall-akkomodazzjoni. Fl-NRISs, l-Istati Membri ffukaw fuq il-promozzjoni tal-aċċess nondiskriminatorju għall-akkomodazzjoni soċjali, fejn xi wħud adottaw ukoll miżuri ta’ desegregazzjoni. Madankollu, uħud mill-pajjiżi l-aktar ikkonċernati ma jirrappurtawx miżuri għall-ġlieda kontra s-segregazzjoni, filwaqt li oħrajn ma jindirizzaw xejn l-aċċess nondiskriminatorju għall-akkomodazzjoni soċjali. Iż-żewġ oqsma għandhom importanza kruċjali għal azzjoni robusta ulterjuri, potenzjalment iffinanzjata mill-fondi tal-UE f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni dwar id-desegregazzjoni. Dan hu partikolarment importanti fil-kuntest ta’ żgumbramenti frekwenti f’diversi Stati Membri.

    Is-suċċessi msemmija mill-NRCPs (li għandhom tendenza li jkunu prekundizzjonijiet għal bidla futura) jinkludu:

    üallokazzjonijiet ta’ akkomodazzjonijiet għal komunitajiet emarġinati taħt il-programmi operattivi tal-FSIE tal-2014-2020

    üstħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni, u

    üpjanijiet ta’ azzjoni jew dokumenti strateġiċi ġodda dwar l-akkomodazzjoni

    Fost l-isfidi, huma jirreferu għal:

    ûid-disponibbiltà limitata u l-kwalità baxxa tal-akkomodazzjoni soċjali

    ûid-diskriminazzjoni fis-suq tal-akkomodazzjoni, u

    ûis-segregazzjoni u l-ħolqien ta’ gettos

    Prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Istati Membri:

    ØJippromwovu l-aċċess ugwali effettiv għar-Rom għal edukazzjoni ġenerali inklussiva ta’ kwalità permezz tal-leġiżlazzjoni, riformi inklussivi tal-edukazzjoni pubblika, finanzjament sostenibbli u miżuri espliċiti ta’ desegregazzjoni mħallta ma’ metodi inklussivi ta’ struzzjoni u ta’ tagħlim

    ØJimmonitorjaw u jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol bħala prerekwiżit biex jitjiebu l-livelli ta’ impjieg tar-Rom. Jiżviluppaw pakkett komprensiv ta’ miżuri ġenerali u mmirati li jindirizzaw kemm il-lat tal-provvista kif ukoll dak tad-domanda fis-suq tax-xogħol. Jindirizzaw id-disparità bejn is-sessi fl-impjieg permezz ta’ miżuri espliċiti li huma mmirati għal nisa Rom.

    ØJiżguraw kopertura bażika tas-sigurtà soċjali bħala prijorità urġenti, inkluż billi jsolvu kwistjonijiet ta’ dokumentazzjoni ċivili, u jtejbu l-aċċess għal servizzi oħra tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità. Jisfruttaw ir-riżultati fil-parteċipazzjoni tar-Rom fl-edukazzjoni u fil-kura bikrija tat-tfal billi jtejbu s-servizz tas-saħħa u jipprovdu tilqim mingħajr ħlas u spezzjonijiet mediċi għal tfal Rom u għall-familji tagħhom.

    ØJindirizzaw is-segregazzjoni spazjali b’approċċ fit-tul integrat u kumpless. Jipprevjenu żgumbramenti furzati għal raġunijiet ta’ etniċità u joffru akkomodazzjoni alternattiva għal familji li jkunu ġew żgumbrati (inkluż permezz ta’ investimenti tal-FSIE) biex jiġi evitat kemm li aktar nies jisfaw bla dar kif ukoll li jkun hemm aktar esklużjoni, u

    ØJintroduċu salvagwardji biex jiżguraw aċċess ugwali effettiv lir-Rom għal miżuri ġenerali u servizzi ta’ kwalità fl-edukazzjoni, fl-impjieg, fis-saħħa u fl-akkomodazzjoni. Jimmiraw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-Rom fil-kuntest ta’ riformi tal-politika pubblika

    3.2.    L-użu tal-fondi tal-UE

    Fl-2014-2020, l-Istati Membri allokaw total ta’ EUR 42,3 biljun fil-finanzjament tal-FSIE biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali u biex jiġġieldu kontra l-faqar u d-diskriminazzjoni, li ppermettew azzjonijiet immirati lejn persuni li huma soċjalment żvantaġġati (inkluż, iżda mhux limitati għar-Rom):

    ·EUR 21,2 biljun mill-FSE, jiġifieri 25.6 % tal-baġit totali tal-FSE–ferm ogħla mill-minimu ta’ 20% meħtieġ taħt ir-Regolament

    ·EUR 11,9 biljun mill-FEŻR, u

    ·EUR 9,2 biljun mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

    12-il Stat Membru allokaw EUR 1,5 biljun (jiġifieri 3,5% tal-allokazzjoni totali għall-inklużjoni soċjali) għall-prijorità li timmira b’mod espliċitu lir-Rom. Barra minn hekk, 11-il Stat Membru allokaw total ta’ EUR 447 miljun sabiex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni.

    Prijorità ta’ investiment (IP)

    Stati Membri li għażlu l-IP

    Allokazzjoni finanzjarja

    Integrazzjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati bħar-Roma

    AT, BE, BG, CZ, ES, FR, EL, HU, IT, PL, RO, SK

    EUR 1,5 biljun

    Il-parti l-kbira tal-finanzjament (EUR 1,2 biljun) hi kkonċentrata fil-BG, CZ, HU u RO.

    Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs

    BE, CY, CZ, DE, ES, FR, EL, IE, PL, PT, SK

    EUR 447 miljun

    Prijoritajiet rilevanti oħrajn għall-inklużjoni soċjali huma l-inklużjoni attiva, l-aċċess għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, u infrastruttura tas-saħħa u soċjali. Ir-Rom jistgħu jiġu appoġġjati wkoll taħt l-għan tal-”edukazzjoni” (eż. edukazzjoni bikrija tat-tfal u skejjel primarji) u l-għan tal-”impjieg” (fejn il-prijoritajiet rilevanti jinkludu l-aċċess għall-impjieg, u l-intraprenditorija soċjali). Diversi Stati Membri jiddependu b’mod predominanti fuq il-fondi tal-UE biex jimplimentaw miżuri ta’ integrazzjoni, mingħajr investimenti nazzjonali jew monitoraġġ u rappurtar adegwat tal-impatt ta’ interventi ffinanzjati mill-FSIE.

    Prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Istati Membri:

    ØJiżguraw finanzjament nazzjonali sostenibbli ta’ miżuri ta’ integrazzjoni

    ØIkejlu u jirrappurtaw l-impatt ta’ miżuri ta’ integrazzjoni dwar l-ilħuq edukattiv fl-iskejjel, il-livelli ta’ impjieg, id-desegregazzjoni, l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni u ta’ kwalità tar-Rom, u

    ØJużaw il-fondi tal-2014-2020 biex ikabbru, jestendu u jimmultiplikaw inizjattivi ta’ skala iżgħar li kellhom suċċess fl-2007-2013.

    3.3. Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni

    L-Istati Membri implimentaw oqfsa legali li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni, id-diskors ta' mibegħda u reati ta’ mibegħda, iżda l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE fir-rigward tar-Rom jibqa’ sfida serja. B’mod ġenerali, is-sitwazzjoni ma tjibitx matul is-snin. Id-diskriminazzjoni u r-razziżmu li jaffettwaw r-Rom għadhom preżenti u mifruxin fl-oqsma ewlenin kollha. Id-diskors ta' mibegħda u reati ta' mibegħda għadhom jaffettwaw b’mod sinifikanti lill-komunità tar-Rom.

    In-nuqqas ta’ progress jista’ jiġi spjegat minn diversi sfidi persistenti, inkluż:

    ûnuqqas ta’ rieda politika fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiġu żgurati n-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali

    ûprattiki amministrattivi li jistgħu jirriżultaw fi prattiki diskriminatorji jew f’segregazzjoni

    ûnuqqas ta' data

    ûnuqqas ta’ rappurtar

    ûskarsezza ta’ ġurisprudenza, u

    ûprotezzjoni inadegwata għal Rom li sfaw vittmi ta’ diskriminazzjoni u ta’ reati ta' mibegħda

    Minkejja n-nuqqas ta’ progress, għandhom jiġu rikonoxxuti xi żviluppi pożittivi:

    ül-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida u/jew emendi leġiżlattivi essenzjali li jkollhom impatt dirett fuq ir-Rom, b’mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni (HR, CZ, EL, HU, RO u SK)

    ükooperazzjoni u netwerking miżjuda bejn atturi prinċipali, bħall-NRCPs, korpi ta’ ugwaljanza, prattikanti legali, impjegati taċ-ċivil, pulizija, fornituri ta’ servizzi (inkluż għalliema), muniċipalitajiet u membri ta’ komunitajiet tar-Rom

    üsforzi minn korpi nazzjonali ta’ ugwaljanza biex jiġu appoġġjati vittmi Rom

    üil-prevenzjoni, is-sensibilizzazzjoni, il-promozzjoni ta’ standards u attivitajiet kontra d-diskriminazzjoni li jagħmlu lin-nies konxji tas-sitwazzjoni tar-Rom, inkluż vulnerabbiltà possibbli li jsiru vittimi ta’ traffikar ta’ bnedmin , il-promozzjoni tal-aqwa prattiki biex issir ġlieda kontra reati ta' mibegħda, diskors ta' mibegħda u sterjotipi negattivi, u

    ül-infurzar tal-ġurisprudenza nazzjonali dwar id-diskriminazzjoni (Madankollu, f’ħafna Stati Membri deċiżjonijiet tal-qrati u deċiżjonijiet li jirrikonoxxu d-diskriminazzjoni kontra r-Rom ma jiġux segwiti kif suppost).

    Il-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri f’numru ta’ modi, inkluż ix-xogħol, biex issaħħaħ ir-rwol tal-korpi nazzjonali ta’ ugwaljanza u tippromwovi l-ġbir ta’ data.

    Prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Istati Membri:

    ØJittrasponu u jinfurzaw bis-sħiħ leġiżlazzjoni u salvagwardji kontra d-diskriminazzjoni u kontra r-razziżmu, eż. permezz ta’ gwida li timmira għal-livelli reġjonali u lokali

    ØJappoġġjaw l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ korpi effettivi u indipendenti ta’ ugwaljanza, u

    ØJiġġieldu kontra l-fobija kontra ż-żingari permezz ta’ miżuri speċifiċi, indirizzati għall-parti l-kbira tas-soċjetà u l-partijiet ikkonċernati, biex jiġġieldu kontra l-isterjotipar negattiv u l-istigmatizzazzjoni tal-komunità tar-Rom, u jappoġġjaw lis-soċjetà ċivili

    3.4.    L-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-livell nazzjonali

    Wara l-gwida tal-Kummissjoni, l-Istati Membri bdew ipoġġu fis-seħħ il-prekundizzjonijiet strutturali għall-implimentazzjoni ta’ suċċess tal-istrateġiji tagħhom, inkluż kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Huma bdew jinvestu f’koordinazzjoni tal-politika interna, f’ippjanar strateġiku u fi djalogu mal-partijiet ikkonċernati. Fi ħdan l-istrutturi amministrattivi rispettivi tagħhom, huma fasslu NRCPs biex jikkoordinaw politiki relatati mar-Rom. L-NRCPs saru dejjem aktar involuti fil-koordinazzjoni u jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika u għall-użu ta’ fondi nazzjonali u tal-UE. It-tisħiħ tar-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom jippermettilhom iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod aktar effettiv.

    Il-parti l-kbira tal-Istati Membri stabbilixxew mekkaniżmi biex jikkoordinaw sforzi favur l-inklużjoni tar-Rom. L-istrutturi tad-djalogi tjiebu b’mod konsiderevoli permezz tal-appoġġ finanzjarju tal-UE għall-iżvilupp ta’ pjattaformi nazzjonali għall-inklużjoni tar-Rom. B’kollox, s’issa, 15-il Stat Membru ħadu vantaġġ minn dan u żviluppaw proċessi ta’ konsultazzjoni nazzjonali msejħa u mmaniġġjati mill-NRCPs. Madankollu, għad baqa' ostakli importanti, bħal nuqqas ta’ kapaċità u ta’ finanzjament sostenibbli, involviment tas-soċjetà ċivili li mhuwiex biżżejjed trasparenti u inklussiv, u kapaċità amministrattiva limitata tal-awtoritajiet lokali biex jimplimentaw miżuri integrati sostenibbli.

    Żgħażagħ Rom jistgħu jiġu mħeġġa aktar biex ikollhom rwol attiv fit-tfassil ta’ politiki li jħallu impatt dirett fuqhom. Minkejja li s-sitwazzjoni tat-tfal u n-nisa Rom tiġi indirizzata minn politiki ġenerali fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, huma meħtieġa wkoll interventi mmirati.

    Prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Istati Membri:

    ØIsaħħu r-riżorsi umani u finanzjarji tal-NRCPs, u jtejbu r-rwol ta’ koordinazzjoni tagħhom

    ØJippromwovu l-bini ta' kapaċità, il-finanzjament sostenibbli u l-involviment trasparenti u inklussiv tar-Rom, tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet lokali, u

    ØJagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ, lit-tfal u lin-nisa Rom kif ukoll lil membri attivi fil-proċess ta’ inklużjoni

    4.    Valutazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tal-kisbiet u tal-isfidi

    Il-Kummissjoni stiednet lil NGOs Ewropej u nazzjonali, organizzazzjonijiet internazzjonali, esperti u NRCPs jipprovdu l-valutazzjoni tagħhom tal-punti t-tajbin u n-nuqqasijiet tal-qafas tal-UE, modi kif dan jittejjeb u prijoritajiet għal azzjoni. Analiżi tal-kontribuzzjonijiet tagħhom tiżvela kunsens qawwi dwar il-kisbiet, l-isfidi u l-prijoritajiet fil-livelli Ewropej u nazzjonali, li jissuġġerixxu li l-partijiet ikkonċernati japprezzaw il-passi li ttieħdu s’issa, iżda jixtiequ jaraw aktar riformi/titijib fl-indirizzar tal-isfidi.

    4.1.    Kisbiet

    Hemm kunsens wiesa’ li l-akbar kisba tal-qafas tal-UE hi li l-inklużjoni tar-Rom tingħata importanza fl-aġendi politiċi Ewropej u nazzjonali, u dan joħloq impenn politiku għal azzjoni integrata konkreta, fuq skala kbira u fit-tul. Il-partijiet ikkonċernati jemmnu ferm li l-monitoraġġ u r-rappurtar annwali mill-Kummissjoni, gwida għall-politika mmirata għall-Istati Membri, il-ġbir ta’ data u l-obbligu tar-rappurtar aktar riċenti tal-Istati Membri huma kollha kruċjali biex tinżamm il-kwistjoni dwar l-aġenda għall-politika u jitjieb it-tfassil tal-politika bbażat fuq l-għarfien u l-evidenza.

    Il-mobilizzazzjoni ta’ strumenti Ewropej legali, ta’ politika u ta’ finanzjament ġenerali hi riżultat rikonoxxut ieħor. Il-partijiet ikkonċernati jagħtu importanza kbira lill-impenn tal-Kummissjoni li tinforza l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni u l-isforz tagħha għal riforma inklussiva tal-politiki ġenerali (permezz ta’ CSRs taħt is-Semestru Ewropew). L-allinjament tal-finanzjament mill-UE permezz ta’ prijoritajiet ta’ politika fl-2014-2020 saħansitra jitqies iktar importanti. Il-prijorità tal-investiment il-ġdida speċifika għar-Rom, il-kondizzjonalità ex ante assoċjata u l-prinċipju tas-sħubija taħt il-kodiċi ta' kondotta Ewropea jirċievu l-akbar rikonoxximent.

    L-iżvilupp ta’ strutturi Ewropej u nazzjonali ta’ koordinazzjoni, il-ħolqien ta’ spazji għall-parteċipazzjoni tar-Rom u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati huma rikonoxxuti. Il-ħatra tal-NRCPs biex jikkoordinaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ transettorjali tal-NRISs, u l-involviment tagħhom li dejjem qed jikber fl-ippjanar tal-użu tal-FSIE u tal-politiki ġenerali, huma apprezzati. Il-ħolqien tal-pjattaforma Ewropea għall-inklużjoni tar-Rom fl-2009 u tal-pjattaformi nazzjonali fl-2015, u r-rwol tal-korpi tal-ugwaljanza fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni huma punti pożittivi oħra li ssemmew.

    Finalment, hemm ir-rikonoxximent tal-fatt li maż-żmien, il-qafas tal-UE adatta biex jindirizza prijoritajiet u diskrepanzi emerġenti. B’mod partikolari, jispikkaw ir-rikonoxximent fil-livell tal-UE li qed jikber tal-fobija kontra ż-żingari u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li testendi l-qafas għal oqsma ġodda.

    Fir-rigward tal-kisbiet speċifiċi tal-NRISs, l-NRCPs jenfasizzaw il-progress fuq il-prerekwiżiti orizzontali u strutturali tal-implimentazzjoni:

    üir-reviżjoni tal-istrateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom

    ül-integrazzjoni tal-inklużjoni tar-Rom f’oqsma oħra

    üit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ azzjoni lokali

    ül-awtoritajiet lokali jsiru aktar attivi

    ül-iżvilupp tal-għarfien (stħarriġ, gwida, taħriġ)

    üir-rikonoxximent tal-minoranza, il-lingwa, il-kultura u l-istorja tar-Rom

    ül-iżvilupp ta’ strutturi ta’ koordinazzjoni

    üil-parteċipazzjoni tar-Rom, u

    üir-riforma leġiżlattiva

    Il-progress konkret fis-sitwazzjoni tar-Rom jissemma' ħafna inqas ta’ spiss.

    4.2.    Sfidi u prijoritajiet

    L-aktar sfida u prijorità importanti u ġenerali hi l-impatt li għadu limitat tal-qafas tal-UE fit-titjib tas-sitwazzjoni tar-Rom. Dan ħafna drabi jintrabat ma’ fatturi esterni, bħall-kriżi ekonomika jew iż-żieda allarmanti tal-ksenofobija u ta’ movimenti politiċi nazzjonalistiċi u populisti. Fatturi oħrajn enfasizzati jinkludu n-nuqqas ta’ impenn u kapaċità lokali biex jiġu implimentati miżuri ta’ integrazzjoni u jiġi aċċessat il-finanzjament.

    L-isfidi kkunsidrati jenfasizzaw l-importanza dejjiema tal-oqsma ewlenin tal-politika. Il-parti l-kbira tal-partijiet ikkonċernati jenfasizzaw l-edukazzjoni (b’mod partikolari, l-edukazzjoni bikrija u d-desegregazzjoni) u l-akkomodazzjoni (b’mod partikolari, evizzjonijiet sfurzati u segregazzjoni spazjali). Madankollu, jissemma' wkoll titjib fl-impjegabbiltà li jsarraf f’impjieg reali u fl-iżgurar tal-aċċess għal servizzi tas-saħħa bażiċi. Ħafna partijiet ikkonċernati ċivili jemmnu li l-qafas tal-UE jibbenefika minn attenzjoni akbar fuq il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, b’mod partikolari l-ġlieda kontra l-fobija kontra ż-żingari bħala kawża ewlenija tal-esklużjoni tar-Rom.

    Sfidi u prijoritajiet oħra jikkoinċidu ħafna mal-kisbiet. Il-partijiet ikkonċernati jirreferu għal-livelli ta’ impenn politiku li dejjem qed jonqsu, fejn prijoritajiet emerġenti, bħall-kriżi tar-refuġjati, jiġbdu l-attenzjoni tal-Istati Membri ‘l bogħod mill-inklużjoni tar-Rom. Fir-rigward tar-rappurtar mill-Istati Membri, huma jsejħu għal aktar trasparenza, żvilupp ulterjuri u involviment aktar mill-qrib tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ, li għandu jiffaċilita wkoll it-tagħlim bejn il-pari. Huma jseħju għal aktar attenzjoni fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, eż. billi jniedu aktar proċedimenti ta' ksur u billi jimponu sanzjonijiet fuq Stati Membri li ma jikkonformawx. Ġie espress dispjaċir rigward il-fatt li l-gwida għall-politika mmirata lejn ir-Rom u ġenerali tal-Kummissjoni taħt il-qafas tal-UE u l-Ewropa 2020 mhijiex infurzabbli. Hemm sejħiet biex ir-Rom jiġu mmirati b’mod aktar espliċitu taħt programmi Ewropej u nazzjonali, bħall-garanzija għaż-żgħażagħ u l-Erasmus+. Ħafna jindikaw żviluppi ulterjuri possibbli fl-użu tal-FSIE u jitolbu biex l-NGOs u l-awtoritajiet lokali jingħatalhom aċċess dirett għall-fondi, għal infurzar aħjar tal-kundizzjonalitajiet ex ante, sanzjonijiet għal nuqqas ta’ ħarsien tal-prinċipju tas-sħubija, monitoraġġ aħjar (permezz ta’ rwol miżjud għall-Kummissjoni u għar-Rom infushom) u azzjoni li tipprevjeni l-użu ineffettiv tal-fondi (eż. programmi ta’ taħriġ li ma jwasslux għall-impjieg) jew l-użu ħażin tagħhom (eż. interventi tal-FSIE li jiffinanzjaw settings segregati), inkluż permezz ta’ mekkaniżmu ta’ lmenti trasparenti.

    Fir-rigward tal-istrutturi ta’ koordinazzjoni, l-isfidi jinkludu l-mandat, il-kapaċità u r-riżorsi tal-NRCP li qed jevolvu iżda li għadhom insuffiċjenti, parteċipazzjoni tar-Rom insuffiċjenti u l-ħtieġa li jiġi żgurat involviment, bini tal-kapaċità u aċċess għall-finanzjament aktar trasparenti u inklussiv għas-soċjetà ċivili. Diversi partijiet ikkonċernati talbu għal appoġġ kontinwu u aktar flessibbli għal pjattaformi nazzjonali tar-Rom, li jestendu għal aktar Stati Membri u li jippermettu l-kooperazzjoni transnazzjonali. Jista’ jkun hemm aktar koordinazzjoni bejn il-pjattaformi nazzjonali u Ewropej tar-Rom. Fir-rigward tal-immirar tal-qafas tal-UE u l-NRISs, xi wħud jikkritikaw l-attenzjoni fuq ir-Rom marġinalizzati u jirrakkomandaw li jiżdied l-investiment fi, u li tingħata s-setgħa lil, żgħażagħ, nisa u tfal Rom, u li tingħata aktar attenzjoni għall-mobbiltà tar-Rom fl-UE.

    5.    L-inklużjoni tar-Rom fil-proċess ta' tkabbir

    Il-qafas tal-UE jistqarr li l-għanijiet tal-integrazzjoni tar-Rom japplikaw b’mod ugwali għall-pajjiżi tat-tkabbir. Il-Kummissjoni inkludiet l-integrazzjoni tar-Rom bħala prijorità ewlenija fl-istrateġija tat-tkabbir tagħha. 

    Minkejja li mill-2011, l-inklużjoni tar-Rom ingħatat prijorità fl-aġenda politika fir-reġjun tat-tkabbir, kien hemm progress limitat fil-prattika. Il-parti l-kbira tar-Rom għadhom qed ibatu minn esklużjoni soċjali multidimensjonali, b’mod partikolari fl-edukazzjoni, fl-impjieg, fis-saħħa u fl-akkomodazzjoni. Id-diffikultajiet ta’ integrazzjoni li jaffaċjaw ir-Rom spustati internament wara l-gwerer Balkani ma ġewx indirizzati kompletament u issa ggravaw f’ċerti pajjiżi bil-ħtieġa li jkollhom ilaħħqu ma’ persuni rimpatrijati. Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, in-nuqqas ta’ dokumentazzjoni ċivili għadu jirriżulta fi ’problemi reali għal xi Rom.

    Il-politika tal-Kummissjoni li tippromwovi l-integrazzjoni tar-Rom fir-reġjun tat-tkabbir involviet:

    ·l-għoti ta’ appoġġ lill-pajjiżi kollha biex jiżviluppaw strateġija u pjan ta’ azzjoni għall-integrazzjoni tar-Rom, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu

    ·il-ħidma ma’ kull gvern tal-Balkani tal-Punent biex jiġi organizzat seminar biennali dwar l-integrazzjoni tar-Rom mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-soċjetà ċivili u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. L-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tas-seminar tiġi mmonitorjata kull sena fis-sottokumitati rispettivi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

    ·it-tqegħid tal-integrazzjoni tar-Rom fil-qalba tal-proċess tat-tkabbir bl-identifikazzjoni ta’ miri konkreti relatati mar-Rom f’politiki ewlenin bħall-pjan direzzjoni tal-liberalizzazzjoni tal-viża u n-negozjati tal-kapitolu 23 (drittijiet ġudizzjarji u fundamentali), u

    ·il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament mill-UE għall-inklużjoni tar-Rom (Taħt l-istrument ta’ qabel l-adeżjoni (IPA I) tal-2007-2013, il-Kummissjoni allokat fondi sostanzjali għall-inklużjoni tar-Rom u kkummissjonat valutazzjoni indipendenti biex jiġi identifikat titjib possibbli għall-finanzjament tal-futur. Taħt l-IPA II (2014-2020), hi għandha l-għan li ttejjeb u timmira aħjar il-finanzjament għall-inklużjoni tar-Rom, permezz ta’ kooperazzjoni mtejba mal-organizzazzjonijiet internazzjonali.)

    Mill-2016, il-pajjiż tat-tkabbir kollha għandhom NRIS u pjanijiet ta’ azzjoni, u implimentaw strutturi tal-NRCP u strutturi nazzjonali għall-Pjattaforma tar-Rom. Il-Kummissjoni hi impenjata bis-sħiħ biex issostni appoġġ għall-partijiet ikkonċernati tal-inklużjoni tar-Rom, b’enfasi partikolari fuq l-involviment tas-soċjetà ċivili, il-kooperazzjoni ma’ donaturi oħra u għodod ta’ monitoraġġ imtejba.

    6.    Konklużjonijiet

    Dan ir-rieżami kkonferma l-valur miżjud tal-qafas tal-UE, ir-rilevanza tal-għanijiet tal-integrazzjoni tar-Rom fl-UE u l-ħtieġa kontinwa għal taħlita ta’ approċċi mmirati u ġenerali, fejn miżuri mmirati jistgħu jgħinu jeliminaw l-ostakli għall-aċċess ugwali effettiv għar-Rom għad-drittijiet u s-servizzi fil-politiki pubbliċi ġenerali. Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kkonfermaw ir-rikonoxximent ta’, u d-domanda kontinwa għal impenn Ewropew ibbażat fuq qafas imtejjeb tal-UE. Dan hu validu bl-istess mod għall-pajjiżi tat-tkabbir.

    Bi tweġiba għas-sejħa tal-Kunsill biex tipproponi approċċ strateġiku Ewropew ta’ wara l-2020 għall-inklużjoni tar-Rom, il-Kummissjoni ser tmur lil hinn minn dan ir-rieżami u ser tniedi valutazzjoni sħiħa fil-fond tal-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-Qafas tal-UE għall-NRIS, li tkopri l-elementi ewlenin kollha tal-approċċi Ewropej u nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom, inkluż l-istrumenti tal-politika, legali u tal-finanzjament li ġew allinjati u mobilizzati mit-tnedija tal-2011 tal-qafas tal-UE. Il-valutazzjoni ser tkompli tesplora modi kif jiġi żviluppat il-qafas tal-UE u ser tikkontribwixxi fl-ippjanar għal politika mmirata u ġenerali tal-UE, u strumenti legali u finanzjarji ta’ wara l-2020.

    Ir-riżultati ta’ dan ir-rendikont jenfassizaw il-konklużjonijiet li ġejjin bħala prijoritajiet biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-qafas tal-UE:

    OQSMA ORIZZONTALI

    ·Rinfurzar u distinzjoni tal-fokus tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u tal-fobija kontra ż-żingari kemm taħt il-Qafas tal-UE kif ukoll l-NRIS

    ·Promozzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Rom u l-għoti tas-setgħa lil tfal, żgħażagħ u nisa Rom

    Il-fobija kontra ż-żingari tmur lil hinn mill-kunċett legali ta’ diskriminazzjoni. Din tista’ tiġi indirizzata bħala qasam tematiku separat b’miżuri speċifiċi, bħas-sensibilizzazzjoni, l-infurmar dwar il-benefiċċji reċiproċi tal-inklużjoni tar-Rom u l-bini ta’ komunità interetnika. Il-ġlieda kontra l-fobija kontra ż-żingari għandha tinkludi miżuri li jipprevjenu u jiġġieldu kontra r-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta' mibegħda mmotivat bil-parzjalità li hu mmirat lejn ir-Rom. Fl-istess waqt, tista’ titqies ukoll bħala prijorità orizzontali li għandha tiġi indirizzata permezz ta’ indikaturi jew bil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Rom fl-oqsma ewlenin kollha tal-politika. Il-proġett ta’ monitoraġġ tas-soċjetà ċivili u t-tagħlim bejn il-pari ffaċilitat mill-Kummissjoni bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati l-ewlenin għandhom il-potenzjal li jkomplu jħaddmu l-azzjoni f'dan il-qasam. Il-ġlieda kontra l-fobija kontra ż-żingari u kontra l-isterjotipi bl-immirar lejn il-maġġoranza tas-soċjetà hi prekundizzjoni għall-ġenerazzjoni tar-rieda politika u għas-suċċess ta’ kwalunkwe intervent għall-esklużjoni tar-Rom.

    Sabiex tiġi żgurata interazzjoni mill-qrib ta’ approċċi kontra d-diskriminazzjoni u ta’ inklużjoni soċjali, ir-rappurtar taħt il-mekkaniżmi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jista’ jikkumplimenta b’mod aktar sistematiku l-monitoraġġ tad-diskriminazzjoni u tal-fobija kontra ż-żingari taħt il-qafas tal-UE, permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet bħall-Kunsill tal-Ewropa, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa. Aktar ħidma mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) dwar l-integrazzjoni ta’ indikaturi bbażati fuq id-drittijiet taħt il-qafas tar-rappurtar u analiżi aktar fil-fond tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-fobija kontra ż-żingari f’kull qasam tal-qafas huma milqugħin.

    Sabiex tiġi promossa l-parteċipazzjoni tar-Rom, gruppi speċifiċi li għandhom rwol attiv biex imexxu l-integrazzjoni tar-Rom għandhom jingħataw aktar setgħa. Dan jinkludi t-teħid ta’ approċċ integrat tul iċ-ċiklu tal-ħajja f’interventi ta’ politika li għandhom iż-żgħażagħ, in-nisa u t-tfal Rom fil-mira tagħhom, u t-titjib tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-istadji kollha tal-proċess tal-politika u d-deċiżjonijiet li jaffettwawhom.

    OQSMA STRUTTURALI

    ·Rinfurzar tas-sħubija u għoti ta’ appoġġ lil strutturi ta’ koordinazzjoni aktar inklussivi

    ·Konsolidazzjoni ta’ sistema trasparenti ta’ rappurtar u monitoraġġ li jikkontribwixxu għal tagħlim dwar il-politika

    ·Għoti ta’ appoġġ lis-soċjetà ċivili indipendenti

    Għandhom jiġu organizzati fora għall-kooperazzjoni kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali u għandhom isiru aktar trasparenti u inklussivi. Aktar Stati Membri għandhom jistabbilixxu pjattaformi nazzjonali tar-Rom, b’appoġġ aktar flessibbli u b’rabtiet aktar mill-qrib mal-pjattaforma Ewropea. Segwitu konkret għall-ħidma tal-grupp ta’ livell għoli tal-UE dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta’ intolleranza jista’ jikkontribwixxi għal risponsi aħjar fil-livell nazzjonali għal diskors ta' mibegħda u għal reati ta’ mibegħda li jimmiraw lejn ir-Rom.

    Rappurtar nazzjonali aktar trasparenti, involviment akbar tas-soċjetà ċivili fir-rappurtar u l-monitoraġġ, u l-iżvilupp ta’ għodda ta’ tagħlim dwar il-politika ta’ integrazzjoni tar-Rom biex jagħtu gwida għall-politika bbażata fuq l-evidenza u jappoġġjaw it-tagħlim reċiproku jistgħu jtejbu l-impenn politiku u r-responsabbiltà dwar l-integrazzjoni tar-Rom.

    Jista’ jintuża aktar finanzjament dirett mill-UE, inkluż taħt il-programm tad-drittijiet, tal-ugwaljanza u taċ-ċittadinanza, biex jiġu appoġġjati l-għoti tas-setgħa u l-bini tal-kapaċità lis-soċjetà ċivili lokali, li jtejjeb l-aċċess għall-fondi, il-kwalità tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ indipendenti.

    OQSMA EWLENIN TAL-POLITIKA U L-UŻU TA’ STRUMENTI TA’ POLITIKA, LEGALI U TA’ FINANZJAMENT

    ·Fokus fuq numru limitat ta’ oqsma ewlenin li għandhom jiġu indirizzati mill-użu kkoordinat tal-għodod ta’ politika, legali u ta’ finanzjament għal riżultati viżibbli

    ·Żgurar ta’ użu aktar effettiv ta’ u aċċess aħjar għall-fondi tal-UE

    Filwaqt li l-għanijiet ta’ integrazzjoni tar-Rom tal-UE fl-oqsma ewlenin ta’ politika tal-edukazzjoni, tal-impjiegi, tas-saħħa u tal-akkomodazzjoni jibqgħu rilevanti, sabiex jitħaffef it-titjib tas-sitwazzjoni tal-komunitajiet Rom, l-isforzi għandhom jiffukaw fuq numru limitat ta’ oqsma u miri kritiċi, li jippermettu l-użu mħallat u l-monitoraġġ allinjat tal-għodod ta’ politika, legali u ta’ finanzjament immirati u ġenerali. L-iffissar ta’ numru limitat ta’ miri kwantitattivi nazzjonali speċifiċi b’indikaturi għal riformi inklussivi magħżula u b’interventi kbar immirati taħt kull qasam jista’ jgħin jiffoka l-azzjoni u jinkiseb impatt akbar.

    L-allinjament aktar mill-qrib tar-riformi inklussivi tal-politiki ġenerali permezz tal-prijoritajiet ta’ integrazzjoni tar-Rom taħt l-NRIS u l-aċċess għall-FSIE f’oqsma speċifiċi, imħallta ma’ kundizzjonalitajiet rinforzati u l-prinċipju tas-sħubija jistgħu jiffukaw l-attenzjoni u jagħtu riżultati viżibbli.

    (1)

         F’konformità mat-terminoloġija tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, it-terminu “Rom” hawnhekk jintuża biex jirreferi għal numru ta’ gruppi differenti (eż. Rom, Sinti, Kalés, Żingari, Romanichels, Boyash, Ashkali, Eġizzjani, Yenish, Dom, Lom, Rom, Abdal) u jinkludi vjaġġaturi, mingħajr ma jiċħad l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn il-gruppi.

    (2)

          2010/2276(INI) .

    (3)

         COM(2011) 133.

    (4)

         EUCO 23/11, EPSCO 106665/11. F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill, l-Istati Membri kollha kienu mistiedna "biex iħejju, jaġġornaw jew jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-inklużjoni tar-Rom, jew settijiet integrati ta’ miżuri ta’ politika fi ħdan il-politiki usa’ tagħhom dwar l-inklużjoni soċjali", Sal-2012, l-Istati Membri kollha ħlief Malta kienu ppreżentaw strateġiji jew settijiet integrati ta’ miżuri ta’ politika. It-termini “NRIS” u “strateġija” jkopru wkoll settijiet integrati ta’ miżuri ta’ politika.

    (5)

         ĠU C 378

    (6)

         14294/16

    (7)

         2000/43/KE, 2008/913/ĠAI

    (8)

    CZ, HU, SK

    (9)

          2015/2615(RSP) .

    (10)

       www.antigypsyism.eu

    (11)

         L-istrateġija tal-UE lejn il-qerda tat-traffikar tal-bnedmin 2012–2016 (COM(2012) 286 final) wasslet għal diversi riżultati, bħal studju tal-2015 dwar gruppi b’riskju kbir għal traffikar tal-bnedmin u r-Rapport dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin COM(2016) 267 final u SWD(2016) 159 final. 

    (12)

    BG, CZ HU, RO, SK

    (13)

     Ibid – L-immirar isir matul il-proċedura tal-għażla fejn tingħata prijorità lil proġetti li jindirizzaw problemi ta’ gruppi emarġinati f’żoni rurali, l-aktar taħt il-miżura 7 “Servizzi bażiċi u tiġdid ta’ villaġġi f’żoni rurali” u l-miżura 19 “Żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.”

    (14)

         MT 2016, no. 14

    (15)

         2011/C 191/01

    (16)

     17.03.2015, laqgħa informali tal-ministri tal-edukazzjoni tal-UE

    (17)

         Ir-Rapport dwar is-Saħħa tar-Rom tal-2014

    (18)

         Abbażi tal-istħarriġ pilota dwar ir-Rom tal-2011 tal-FRA u l-istħarriġ EU-MIDIS II fl-2016, ara l-SWD fl-anness.

    (19)

         EUMIDIS II (sejbiet magħżula).

    (20)

         Ibid.

    Top