Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DC0195

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 u tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2013-2016: ħtieġa kontinwa għal Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2017-2020

    COM/2017/0195 final

    Brussell, 15.3.2017

    COM(2017) 195 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 u tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2013-2016: ħtieġa kontinwa għal Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2017-2020

    {SWD(2017) 95 final}


    I.L-evalwazzjoni u l-ħtieġa għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-drogi mill-2017 sal-2020

    L-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 1 u l-ewwel Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar id-Drogi 2013-2016 2 stipulaw il-qafas politiku u l-prijoritajiet tal-politika tal-UE dwar id-drogi. L-Istrateġija tipprovdi qafas uniku u bbażat fuq l-evidenza għall-indirizzar tad-drogi fl-UE u barra mill-UE, u hija bbażata fuq struttura b’ħames pilastri, li jikkonsistu fi:

    żewġ oqsma ewlenin tal-politika

    it-tnaqqis tad-domanda għad-droga u

    it-tnaqqis tal-provvista tad-droga;

    u tliet temi orizzontali:

    koordinazzjoni,

    kooperazzjoni internazzjonali u

    riċerka, informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni.

    L-Istrateġija tirrikjedi lill-Kummissjoni “tibda valutazzjoni esterna tal-Istrateġija ta’ nofs il-mandat, bil-għan li jitħejja t-tieni Pjan ta’ Azzjoni għall-perjodu 2017-2020”. L-Aġenda Ewropea dwar is-Sikurezza 3 tipprevedi li l-Kummissjoni tivvaluta l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2013-2016 u fuq din il-bażi hija tiddeċiedi jekk tipproponix Pjan ta’ Azzjoni ġdid tal-UE mill-2017 sal-2020.

    Il-Kummissjoni, bl-appoġġ ta’ kuntrattur estern 4 , wettqet il-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija u l-evalwazzjoni finali tal-Pjan ta’ Azzjoni bejn April u Novembru 2016 5 . Minħabba l-kumplimentarjetà u l-interkonnessjoni tagħhom, dawn huma ppreżentati fil-forma ta’ evalwazzjoni konġunta u komprensiva.

    Din il-komunikazzjoni tistabbilixxi r-riżultati tal-evalwazzjoni 6 u tipproponi l-pass li jmiss. Fid-dawl tas-sejbiet ġenerali tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi Pjan ta’ Azzjoni ġdid għall-perjodu mill-2017 sal-2020. Il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid propost, b’segwitu għar-riżultati tal-evalwazzjoni, u minħabba li l-qafas strateġiku mhux se jinbidel qabel l-2020, huwa verżjoni aġġornata tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2013-2016 b’għadd ta’ modifiki. Jirrifletti s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjoni li l-Kummissjoni sabet pertinenti kif ukoll għadd ta’ azzjonijiet addizzjonali biex jindirizza prijoritajiet ġodda u emerġenti li għadhom ma ġewx koperti biżżejjed mill-Pjan ta’ Azzjoni preċedenti, iżda li huma rilevanti fid-dawl tal-isfidi li qed jiffaċċjaw bħalissa l-Istati Membri tal-UE. L-abbozz propost tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-drogi mill-2017 sal-2020 tal-Kummissjoni huwa stabbilit fl-anness hawn taħt 7 .

    II.Kuntest

    Is-suq għad-drogi illeċiti huwa l-aktar suq kriminali dinamiku, kif ikkonfermat ukoll fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà. Huwa stmat ukoll li ċ-ċittadini tal-UE jonfqu aktar minn EUR 24 biljun kull sena fuq drogi illeċiti 8 . Il-kostijiet umani u soċjali tal-vizzju tad-droga huma għoljin ħafna u jiġġenera kostijiet għas-saħħa pubblika (il-prevenzjoni tad-droga, il-kura tas-saħħa u t-trattament), is-sikurezza pubblika u l-produttività tax-xogħol 9 .

    Fir-rigward tad-domanda tad-droga, l-użu tad-drogi illeċiti jibqa’ wieħed mill-żktar theddidiet li ilhom jeżistu għas-soċjetajiet tagħna u, direttament jew indirettament, taffettwa l-ħajjiet ta’ miljuni ta’ persuni. Tal-inqas 83,2 miljun Ewropew irrappurtaw li użaw il-kannabis tal-inqas darba f’ħajjithom, filwaqt li 17,1 u 12-il miljun rispettivament ippruvaw il-kokaina u l-amfetamini. Barra minn hekk, 1.3 miljun adult jinsabu f’riskju kbir li jużaw l-oppjojde. Il-prevalenza tal-użu reġistrat tal-opjojdi ta’ riskju għoli ġiet stabilizzata u f’xi pajjiżi naqset; il-prevalenza tal-mard infettiv bdiet tonqos, b’mod ġenerali, mill-2013. Huwa stmat li fl-2014 mietu tal-inqas 6 800 persuna b’overdose fl-UE 10 . L-użu tad-drogi huwa kkonċentrat l-aktar fost iż-żgħażagħ (bejn il-15 u l-34 sena); huwa stmat li 17,8-il miljun żagħżugħ użaw id-drogi matul l-aħħar sena. Jidher li kien hemm żieda fl-imwiet relatati mad-drogi mill-2013 u ebda tnaqqis reġistrat fl-użu tad-drogi 11 . 

    Fir-rigward tal-forniment tad-droga, għal dawn l-aħħar erba’ snin, is-sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ) saru dejjem aktar disponibbli fis-suq miftuħ u/jew onlajn, u jippreżentaw riskji serji għas-saħħa. Fl-2015, ġew identifikati 98 sustanza psikoattiva ġdida, u dan tella’ l-għadd ta’ sustanzi ġodda ssorveljati għal aktar minn 560, u 70 % minn dawn ġew identifikati fl-aħħar ħames snin. Is-sekwestri rreġistrati ta’ drogi illeċiti ma nbidlux b’mod sostanzjali fl-2013 u fl-2014 meta mqabbel mas-sena preċedenti, iżda nqabad il-volum totali ta’ drogi akbar.

    Fir-rigward tal-koordinazzjoni, il-mekkaniżmi fil-livell tal-UE, li ħafna minnhom ġew qabel l-Istrateġija attwali, huma effettivi. Il-korp ta’ koordinazzjoni l-aktar prominenti tagħha, il-Grupp ta’ Ħidma Orizzontali dwar id-Drogi (GOD), jitqies effettiv biex jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni u jiffaċilita d-djalogu dwar l-istat tal-fenomenu tad-drogi fl-Ewropa. Hemm evidenza ta’ konsistenza matul iż-żmien u kontinwità minn presidenza għall-oħra. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha rrappurtaw li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kienu involuti fl-iżvilupp, fil-monitoraġġ u/jew fl-evalwazzjoni tal-politika tad-droga nazzjonali tagħhom.

    Fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali,il-prijoritajiet relatati mad-drogi ġew inkorporati fil-politiki esterni, strateġiji u azzjonijiet tal-UE mmirati għall-pajjiżi terzi u għar-reġjuni. Barra minn hekk, dawn l-aħħar snin tejbu l-kooperazzjoni tal-UE sabiex titkellem b’vuċi waħda fil-fora internazzjonali.

    Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-informazzjoni, ir-riċerka, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni,f’dawn l-aħħar ħames snin l-UE pprovdiet appoġġ għal diversi proġetti ta’ riċerka taħt diversità ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament 12 li jkopru diversi aspetti mill-kwistjoni tad-droga u dixxiplini relatati. Jenħtieġu sforzi sostnuti biex il-prijoritajiet tal-Istrateġija u tal-Pjan ta’ Azzjoni jinbidlu f’riċerka. L-eżistenza u l-operazzjoni tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għal sustanzi psikoattivi ġodda fiċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, EMCDDA) huma riflessjoni ta’ kondiviżjoni mtejba ta’ dejta forensika u tossikoloġika fil-livell tal-UE matul dawn l-aħħar snin. L-attività ta’ twissija bikrija jippermettu li l-UE tieħu deċiżjonijiet infurmati u rapidi dwar sustanzi kimiċi.

    III.Is-sejbiet tal-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija u l-evalwazzjoni finali tal-Pjan ta’ Azzjoni 2013-2016

    L-evalwazzjoni kopriet il-perjodu mill-2013 sal-2016 u t-28 Stat Membru kollha. Indirizzat kemm id-dimensjonijiet interni kif ukoll dawk esterni tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni. L-evalwazzjoni kienet ibbażata fuq eżami estensiv tad-dejta u d-dokumenti rilevanti tal-UE u tal-Istati Membri relatati mas-swieq tad-droga, ix-xejriet u l-istrateġiji dwar id-drogi 13 . Is-sejbiet tal-evalwazzjoni indirizzat kemm il-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 kif ukoll l-evalwazzjoni finali tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drogi tal-UE 2013-2016.

    Uħud mill-isfidi ewlenin tal-evalwazzjoni kienu l-fatt li d-dejta miġbura mill-Istati Membri kollha biex tiġi inkluża fiha mhux dejjem kienet paragunabbli, kif ukoll nuqqas ta’ miżuri ta’ linja bażi u statistiki aġġornati għal ċerti oqsma 14 . Dan jagħmel l-attribuzzjoni u l-valutazzjoni ta’ xejriet u żviluppi possibbli għall-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni diffiċli, u dan kellu impatt fuq l-analiżi tal-effettività tal-Istrateġija u tal-Pjan ta’ Azzjoni f’termini ta’ kwantifikazzjoni tal-effetti u l-akkreditar ta’ bidliet li jikkorrispondu għall-objettivi biss tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni. Madankollu, il-metodi ta’ riċerka diversi 15 ntużaw għall-evalwazzjoni u s-sejbiet minn kull sors tad-dejta ġew ikkombinati, u dan ikkontribwixxa għall-piż tal-evidenza.

    L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni għadhom adegwati għall-iskop tagħhom f’termini tal-ilħiq tar-rekwiżiti tal-politika dwar id-drogi fil-livelli tal-UE, nazzjonali u internazzjonali. L-oqsma kollha li jindirizzaw jibqgħu rilevanti għall-indirizzar tal-aspetti kollha tal-fenomenu tad-drogi.

    L-evalwazzjoni applikat il-ħames kriterji standard: l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE.

    A.L-effettività

    Bħala l-ewwel pass biex tiġi vvalutata l-effettività, l-evalwazzjoni vvalutat il-livell ta’ implimentazzjoni tal-54 azzjoni kollha tal-Pjan ta’ Azzjoni, kif ukoll l-impatt tagħhom. Il-graff ta’ hawn taħt turi l-progress li sar fil-Pjan ta’ Azzjoni għal kull wieħed mill-ħames pilastri:

    L-evalwazzjoni sabet li l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u l-Pjan ta’ Azzjoni kienu effettivi, f’livelli differenti, fil-ħames pilastri kollha.

    Il-maġġoranza tal-azzjonijiet ġew implimentati - 53 % tal-azzjonijiet tlestew jew mexjin tajjeb, filwaqt li għal 47 % tal-azzjonijiet sar xi progress iżda l-implimentazzjoni għadha aktar lura milli ppjanat - u sar progress konsiderevoli fil-15-il objettiv tal-Pjan ta’ Azzjoni.

    Fil-qasam tat-tnaqqis tad-domanda għad-droga, id-dewmien jirreferi għall-objettivi għall-prevenzjoni tal-użu tad-droga u d-dewmien tal-bidu tal-użu tad-droga, u għat-titjib tal-effettività tat-trattament tad-droga u riabilitazzjoni. L-objettiv ta’ integrazzjoni ta’ approċċi koordinati bl-aħjar prattiki u kwalità fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi tinsab fit-triq it-tajba.

    Fil-qasam tat-tnaqqis tal-provvista, l-objettivi biex jittejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni effettivi tal-eżekuzzjoni tal-liġi u jittejbu l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-leġiżlazzjoni effettivi jinsabu aktar lura milli ppjanat, filwaqt li dawk relatati mar-reazzjoni effettiva għax-xejriet attwali u emerġenti fl-attività tad-droga illeċita kienu vvalutati li mexjin kif ippjanat.

    Fil-qasam tal-koordinazzjoni, l-objettivi relatati mal-iżgurar tal-koordinazzjoni effettiva fil-politiki relatati mad-droga fil-livell tal-UE u dak nazzjonali u li jiżguraw il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-formulazzjoni tal-politika dwar id-droga ġew ivvalutati li mexjin kif ippjanat.

    Fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali, l-objettiv tal-integrazzjoni tal-Istrateġija fil-qafas ta’ politika barranija ġenerali tal-UE ġie vvalutat li jinsab lura, filwaqt li l-objettivi relatati mat-titjib fil-koeżjoni tal-approċċ u l-viżibilità tal-UE fin-Nazzjonijiet Uniti (NU), u tal-appoġġ lill-proċess għall-pajjiżi ta' adeżjoni, il-pajjiżi kandidati, u l-kandidati potenzjali sabiex jadattaw u jallinjaw ruħhom mal-acquis tal-UE fil-qasam tad-drogi jinsabu fit-triq it-tajba.

    Fil-qasam tal-informazzjoni, tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni, jenħtieġ aktar progress biex jiġi żgurat investiment adegwat fir-riċerka, fil-ġbir tad-dejta, fil-monitoraġġ, fl-evalwazzjoni u fl-iskambju tal-informazzjoni u biex jittejjeb it-tixrid tar-riżultati tal-monitoraġġ, tar-riċerka u tal-evalwazzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Il-progress fiż-żamma ta’ netwerking u kooperazzjoni u fl-iżvilupp tal-kapaċità fi ħdan il-komponenti tal-infrastruttura tal-għarfien tal-UE u bejniethom għall-informazzjoni, ir-riċerka, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tad-drogi, b’mod partikolari d-drogi illeċiti, kien wieħed tajjeb.

    B.L-effiċjenza

    Fin-nuqqas ta’ deskrizzjoni komprensiva u aġġornata tal-ispiża relatata mad-drogi, l-evalwazzjoni pprovdiet indikazzjonijiet tal-punt sa fejn kienu ġew allokati biżżejjed riżorsi finanzjarji fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri.

    L-evalwazzjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar l-effiċjenza tal-intervent billi ma hemmx dejta kwantitattiva armonizzata disponibbli fir-rigward tan-nefqa u benefiċċji relatati ta’ azzjonijiet rilevanti madwar l-Istati Membri tal-UE. Madankollu, l-Istrateġija dwar id-Drogi u l-Pjan ta’ Azzjoni rnexxielu jistabbilixxi qafas komuni mifrux mal-UE kif spjegat fit-taqsima dwar il-”valur miżjud tal-UE” hawn taħt. Fin-nuqqas ta’ deskrizzjoni komprensiva u aġġornata tal-ispiża relatata mad-drogi, l-evalwazzjoni ffukat minflok fuq il-punt sa fejn l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri kienet meqjusa bħala suffiċjenti. B’mod ġenerali, il-partijiet ikkonċernati qiesu r-riżorsi bħala suffiċjenti għall-Istrateġija tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni, b’mod partikulari fir-rigward tad-domanda u l-provvista tad-droga.

    C.Koerenza

    Instab li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet fl-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni kienu koerenti mal-maġġoranza tal-politiki u l-istrateġiji l-oħrajn rilevanti tal-UE, bħall-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà u l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp 16 , filwaqt li għandhom jinbnew aktar sinerġiji mal-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa 17 . Pereżempju, l-evalwazzjoni tindika l-fatt li l-isfidi tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-Ewropa jew l-impatt potenzjali tat-teknoloġiji l-ġodda fil-qasam tal-prevenzjoni kif identifikat fl-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa mhumiex riflessi.

    D.Rilevanza

    Skont l-evalwazzjoni, il-partijiet ikkonċernati qiesu li l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni huma rilevanti daqs meta ġew adottati. L-istruttura tal-ħames pilastri tkompli tindirizza l-aktar rekwiżiti attwali tal-politika dwar id-drogi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. L-oqsma kollha indirizzati fil-Pjan ta’ Strateġija u Azzjoni 2013-2016 jibqgħu rilevanti għall-indirizzar tal-aspetti kollha tal-fenomenu tad-drogi.

    E.Valur miżjud tal-UE

    L-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni pprovdew valur miżjud lill-istrateġiji tal-Istati Membri individwali (u atturi mhux tal-Istat) billi jistabbilixxu qafas komuni għall-UE kollha u jistituzzjonalizzaw proċess ta’ bini tal-kunsens għall-politika dwar id-drogi.

    Ħadd minnhom ma jimponi obbligi ġuridiċi fuq l-Istati Membri tal-UE, iżda l-evalwazzjoni sabet li rnexxielhom jidderieġu b’mod ġenerali azzjoni kollettiva fil-qasam tad-drogi, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali, u rnexxielhom jippromwovu mudell kondiviż b’kultura ta’ prijoritajiet definittivi, objettivi, azzjonijiet u indikaturi biex titkejjel il-prestazzjoni.

    L-evalwazzjoni sabet ukoll li l-valur miżjud tal-UE jinħass aktar evidenti f’termini tal-attivitajiet tat-tnaqqis fid-domanda u sfidi emerġenti. Fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp internazzjonali, l-Istati Membri rrikonoxxew il-valur miżjud li jitwaqqaf qafas strateġiku komuni kollettivament għall-azzjonijiet fil-livell tal-UE.

    L-UE issa għandha aktar “vuċi” fil-fora internazzjonali u relazzjonijiet internazzjonali. Dan jipprovdi sors importanti ta’ gwida għall-pajjiżi kandidati, u qafas għal kooperazzjoni bilaterali mal-pajjiżi mhux tal-UE.

    F.Konklużjoni

    B’mod ġenerali, l-evalwazzjoni kkonfermat li l-partijiet ikkonċernati jaċċettaw b’mod ġenerali Pjan ta’ Azzjoni ġdid 2017-2020. Huma kkunsidraw li huwa neċessarju li jibqgħu jiġu stabbiliti prijoritajiet preċiżi u azzjonijiet relatati ma’ kull objettiv, sabiex tiġi assenjata r-responsabbiltà u jiġu fformulati indikaturi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu. In-natura komprensiva tal-Istrateġija tippermetti li l-partijiet ikkonċernati jirfinaw il-fokus tal-prijoritajiet tul il-ħajja tagħha filwaqt li jinżamm livell raġjonevoli ta’ koerenza. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati ppreferew jaġġornaw il-Pjan ta’ Azzjoni 2013-2016 b’reazzjoni għall-iżviluppi l-ġodda u l-kwistjonijiet emerġenti.

    L-evalwazzjoni sabet li jeħtieġ li xi azzjonijiet jissaħħu jew jiżdiedu biex tlaħħaq ma’ kwistjonijiet li jiżviluppaw u joħolqu aktar sinerġiji b’aktar oqsma ta’ politika tal-UE bħall-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa. Tindika wkoll il-ħtieġa għal livell ogħla ta’ attenzjoni għall-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni fil-produzzjoni u t-traffikar ta’ drogi illeċiti u r-rwol tal-internet fil-prevenzjoni tad-drogi. L-evalwazzjoni turi li l-omissjoni ta’ diskussjoni dwar xejriet riċenti fil-politika tal-kannabis kienet innutata minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u rrappreżentat waħda mill-aktar kwistjonijiet frekwenti mqajma meta ġie esplorat jekk kienx hemm kwistjonijiet mhux koperti mill-Istrateġija.

    L-evalwazzjoni tindika wkoll li hemm lok għal titjib fl-implimentazzjoni u fl-aċċess għal miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju u tal-ħsara madwar diversi Stati Membri u li partijiet ikkonċernati mis-soċjetà ċivili esprimew tħassib dwar il-limitu u l-kwalità ta’ dawn il-miżuri.

    Fl-aħħar nett, l-evalwazzjoni sabet li Pjan ta’ Azzjoni futur għandu jkompli jinkludi azzjonijiet biex jiġu ssorveljati SPĠ, biex titnaqqas id-domanda u l-provvista għalihom, u biex titnaqqas il-ħsara assoċjata mal-użu tagħhom.

    IV.L-abbozz ta’ Pjan ta’ Azzjoni ġdid għall-2017-2020 - x’inhuwa ġdid u x’ġie aġġornat?

    Abbażi tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni qed tipproponi abbozz ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drogi 2017-2020, u b’hekk tkopri s-snin li fadal tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi, li hija fis-seħħ sal-2020. Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni, l-abbozz ta’ Pjan ta’ Azzjoni jżomm u jsaħħaħ azzjonijiet eżistenti biex jindirizza sfidi li jkomplu jheddu s-saħħa u s-sigurtà. Jinkludi wkoll azzjonijiet ġodda biex jirrifletti żviluppi mill-2013 u jindirizza sfidi emerġenti mhux koperti preċedentement. Uħud mill-azzjonijiet ġodda introdotti, bħal dawk li jindirizzaw l-użu ta’ teknoloġiji ġodda għall-prevenzjoni jew l-analiżi komprensiva ta’ żviluppi relatati mal-mudelli tal-politika tal-kannabis, huma bbażati fuq is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Oħrajn jirriżultaw minn riflessjonijiet li joħorġu minn sorsi bħar-Rapport tas-Suq tad-Drogi, żviluppi ta’ politika fil-livell tal-UE, speċjalment fil-kuntest tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà u kontribuzzjonijiet mis-soċjetà ċivili. Dawn l-azzjonijiet jinkludu:

    Il-ġbir ta’ evidenza tal-konnessjonijiet potenzjali bejn it-traffikanti tad-droga u

    il-finanzjament ta’ gruppi u attivitajiet terroristiċi;

    il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali; u

    it-traffikar ta' bnedmin

    l-inklużjoni espliċita ta’ gruppi vulnerabbli fl-azzjonijiet tad-domanda għad-drogi

    L-azzjonijiet il-ġodda u l-aġġornamenti kif jirrelataw għall-ħames pilastri tal-Istrateġija huma miġburin fil-qosor hawn taħt.

    A.Tnaqqis fid-domanda għad-drogi

    Se jinħolqu sinerġiji aktar b’saħħithom bejn il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid u l-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (information and comunications technologies, ICT) għal skopijiet ta’ prevenzjoni. L-użu tal-ICT huwa fundamentali fit-tkabbir tal-għarfien, speċjalment fost it-tfal u ż-żgħażagħ, dwar ir-riskji u l-konsegwenzi tal-użu tad-drogi illeċiti 18 .

    Titqies il-ħidma riċenti tal-Grupp ta’ Ħidma Orizzontali dwar id-Drogi (GOD) dwar l-użu ħażin ta’ opjojdi bir-riċetta u mediċini oħra psikoattivi 19 .

    Fid-dawl tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE jeħtieġ li tiġi indirizzata l-isfida emerġenti tat-tixjiħ ta’ min jieħu d-droga, kif enfasizzat ukoll fl-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa 20 .

    L-użu tad-droga f’komunitajiet vulnerabbli se tiġi indirizzata billi jiġu rfinuti l-miżuri mmirati fil-Pjan ta’ Azzjoni 2013-2016 21 .

    Aktar attenzjoni fuq miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju u tal-ħsara, bil-għan li jitnaqqsu l-konsegwenzi avversi ta’ saħħa u dawk soċjali ta’ użu ħażin tad-drogi, għandha rwol ċentrali fil-politika effettiva dwar id-drogi, inkluż f’ambjenti ta’ ħabs 22 .

    Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2015 23 dwar standards ta’ kwalità minimi fit-tnaqqis tad-domanda għad-droga fl-UE 24 .

    B.Tnaqqis fil-provvista tad-droga

    Jeħtieġ aktar attenzjoni għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’każijiet relatati mad-drogi fil-livell tal-UE. Sabiex jiksbu stampa aktar komprensiva tal-impatt tal-isforzi għat-tnaqqis tal-provvista, il-Europol, il-Eurojust u l-EMCDDA għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom sabiex jiġbru indikaturi u jikkumplimentaw il-ġbir tad-dejta , fejn possibbli, b’informazzjoni kwalitattiva u kuntestwali 25 .

    Għandha tingħata attenzjoni lill-implimentazzjoni kontinwa tal-indikaturi ewlenin adottati mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2013 dwar it-titjib tal-monitoraġġ tal-provvista tad-droga fl-UE 26 . Ġew żviluppati seba’ indikaturi flimkien ma’ pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-ġbir ta’ dejta sħiħa għall-maġġoranza tagħhom jinsab għaddej jew se jibda fl-2017 27 .

    Il-pakkett leġiżlattiv tas-Sustanzi Pikoattivi Ġodda (SPĠ) għandu jiġi adottat u implimentat b’mod rapidu; fis-snin li ġejjin se jkun meħtieġ ukoll il-monitoraġġ tal-effetti tal-miżuri leġiżlattivi ġodda 28 .

    L-implimentazzjoni 29 tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prekursuri tad-droga li ssaħħet fl-2013 bl-adozzjoni tal-emendi sinifikanti għaż-żewġ Regolamenti 30 .

    Għandha tingħata aktar attenzjoni għal sanzjonijiet alternattivi għal awturi ta’ reati li jikkunsmaw drogi. L-Istati Membri kollha għandhom tal-inqas sanzjoni waħda disponibbli u ħafna minnhom għandhom aktar minn waħda 31 . L-iktar sanzjonijiet disponibbli b'mod komuni huma l-kura għad-drogi u sentenzi sospiżi bl-opzjoni tal-kura 32 .

    Għandha tingħata aktar attenzjoni għall-użu tal-ICT fil-produzzjoni u t-traffikar tad-drogi illeċiti 33 kif stabbilit fil-laqgħa esperta ta’ Ġunju 2016 organizzata mill-Kummissjoni 34 fil-kuntest tal-Forum tal-UE dwar l-Internet.

    C.Koordinazzjoni

    Koerenza u koordinazzjoni akbar mal-gruppi ta’ ħidma l-oħrajn tal-Kunsill ikunu ta’ għajnuna biex il-GOD iwettaq ir-rwol tiegħu ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Strateġija u biex jiżgura koerenza bejn l-attivitajiet ta’ tnaqqis tad-domanda u l-provvista u biex jiġu identifikati sinerġiji rilevanti 35 .

    Għandu jingħata aktar ħin u attenzjoni għad-diskussjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni matul il-laqgħat tal-GOD 36 .

    Kif mitlub mill-UE fil-forum globali, għandhom jiġu mfittxija opportunitajiet ulterjuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki dwar id-drogi fil-livell tal-UE u nazzjonali 37 .

    D.Kooperazzjoni internazzjonali

    L-evalwazzjoni sabet li hemm lok biex titjieb il-kapaċità tad-delegazzjonijiet tal-UE biex jimpenjaw ruħhom fi kwistjonijiet dwar id-drogi u jseħħ netwerking bejniethom fuq bażi reġjonali 38 .

    Għandu jkun hemm aktar attenzjoni biex tiġi miġġielda l-kultivazzjoni tal-għelejjel ta’ drogi illegali u jittejjeb l-iżvilupp alternattiv 39 .

    Sabiex jiġi indirizzat b’mod adegwat it-tħassib dwar l-eżekuzzjonijiet extralegali relatati mad-drogi u l-użu tal-piena tal-mewt, l-UE għandha tesplora mezzi kif tinvolvi ruħha ma’ pajjiżi oħra kull meta jitqajmu kwistjonijiet serji relatati mad-droga 40 .

    Tqiesu wkoll żviluppi riċenti fil-Grupp ta’ Dublin 41 , li qed iħares lejn mezzi biex jimmodernizza l-metodi ta’ ħidma tiegħu 42 .

    L-atturi rilevanti ma ħassux li huwa essenzjali li jinżamm djalogu annwali dwar l-assistenza relatata mad-droga tal-UE u tal-Istati Membri ma’ pajjiżi oħra, b’hekk l-azzjoni twaqqgħet mill-abbozz tal-Pjan ta’ Azzjoni 43 .

    Hemm kunsens wiesa’ li qasam ewlieni li fih l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni jżidu l-valur qed jippermetti li l-UE "titkellem b’vuċi waħda” fil-fora internazzjonali, kif jidher fil-preparazzjoni għall-UNGASS 2016. Issa jenħtieġ aktar attenzjoni għall-implimentazzjoni tal-eżitu tal-UNGASS u għat-tħejjija tal-proċess ta’ eżami tal-2019 tad-Dikjarazzjoni Politika u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-2009 lejn strateġija integrata u bbilanċjata għall-ġlieda kontra l-problema dinjija tad-drogi, adottata fl-2009 44 .

    E.Ir-Riċerka, l-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

    Għandu jkun hemm indikaturi ċari biex jitkejjel l-impatt tal-proġetti ffinanzjati mill-UE 45 .

    Tqieset il-ħidma biex tiġi promossa l-evalwazzjoni xjentifika ta’ politika u interventi fil-livell nazzjonali, tal-UE u internazzjonali 46 .

    Sabiex tindirizza nuqqas ta’ evidenza solida 47 , azzjoni ġdida 48 tiffoka fuq id-dokumentazzjoni ta’ konnessjonijiet potenzjali bejn it-traffikar ta’ droga u:

    il-finanzjament tal-gruppi u l-attivitajiet terroristiċi, inkluż kwalunkwe trikkib bejn ir-rotot stabbiliti għall-produzzjoni tad-drogi u ż-żoni tat-traffikar u ż-żoni ta’ kunflitt u sorsi ta’ finanzjament ta’ ċelloli terroristiċi fl-UE;

    il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li toħloq sinerġiji mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE biex tiġġieled il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali 49 ; u

    it-traffikar ta’ bnedmin, li toħloq sinerġiji mal-Istrateġija tal-UE 2012-2016 lejn l-Eradikazzjoni tat-Traffikar ta’ Bnedmin 50 .

    Fid-dawl tad-dibattitu attwali f’xi Stati Membri u internazzjonalment, il-mudelli ta’ politika dwar il-kannabis madwar id-dinja u l-impatt tagħhom se jiġu analizzati f’aktar dettall 51 .

    Tqieset il-ħidma biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-laboratorji doganali u n-netwerks tal-laboratorji forensiċi, u bejn is-servizzi tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra s-Sustanzi Psikoattivi Ġodda (SPĠ) 52 .

    V.Konklużjonijiet

    Il-valutazzjoni ta’ terminu medju tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drogi 2013-2020 u l-evalwazzjoni finali tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2013-2016 ikkonfermaw ir-rilevanza kontinwa tal-Istrateġija eżistenti filwaqt li jindikaw ukoll kunsens fost ħafna partijiet ikkonċernati favur Pjan ta’ Azzjoni aġġornat għas-snin li fadal mid-durata tal-Istrateġija.

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni qed tipproponi Pjan ta’ Azzjoni għall-2017-2020 li jżomm u jsaħħaħ l-azzjonijiet eżistenti biex jindirizza l-isfidi li jkomplu jheddu s-saħħa u s-sigurtà. Jinkludi wkoll azzjonijiet ġodda biex jirrifletti żviluppi mill-2013 u jindirizza sfidi emerġenti mhux koperti preċedentement.

    L-evalwazzjoni finali tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni 2017-2020, kif meħtieġ mill-Istrateġija stess, se tiġi ppreżentata fl-2020. Fl-2019 se titwettaq evalwazzjoni tal-EMCDDA, inkluż is-sistema Reitox 53 , kif meħtieġ mir-Regolament li waqqaf l-EMCDDA 54 . Billi l-evalwazzjonijiet ta’ hawn fuq se jipprovdu informazzjoni prezzjuża dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal- UE 2017-2020, mhux se jkun meħtieġ analiżi ta’ progress ta’ nofs it-terminu.

    Issa l-Kummissjoni se tidħol fi djalogu fuq l-abbozz propost tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2017-2020 mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.

    ANNESS 55

    1.Tnaqqis fid-domanda għad-drogi

    Kontribut għal tnaqqis li jista’ jitkejjel fl-użu tad-drogi illeċiti, fl-użu problematiku tad-drogi, fid-dipendenza fuq id-drogi u fid-danni soċjali u għas-saħħa marbuta mad-drogi kif ukoll kontribut għal dewmien fil-bidu tal-użu tad-drogi

    Objettiv

    Azzjoni

    Skeda ta’ żmien

    Il-parti responsabbli

    Indikatur(i)

    Mekkaniżmi għall-ġbir/valutazzjoni tad-data

    1.Prevenzjoni tal-użu tad-drogi u, it-tieni, dewmien fil-bidu tal-użu tad-drogi

    1.Jitjiebu d-disponibbiltà u l-effikaċja ta’ miżuri ta’ prevenzjoni bbażati fuq l-evidenza 56 li jqisu:

    a.fatturi ta’ riskju tal-popolazzjoni bħall-età; is-sess; fatturi kulturali u soċjali;

    b.fatturi ta’ sitwazzjoni ta’ riskju bħal min m’għandux fejn jgħix; il-migrazzjoni u t-tfittxija għall-ażil, użu ta’ drogi f’ambjenti ta’ divertiment u divertiment billejl; il-post tax-xogħol; u sewqan taħt l-influwenza tad-drogi; u

    c.fatturi ta’ riskju individwali bħas-saħħa mentali; imġiba u żvilupp psikosoċjali problematiċi; u fatturi oħra magħrufin li jaffettwaw il-vulnerabbiltà individwali għall-użu tad-drogi bħal influwenzi ġenetiċi u ċirkostanzi familjari

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    L-indikaturi ġenerali 1, 11, 12

    Il-livell ta’ provvediment f’livell ta’ Stati Membri ta’ miżuri ta’ prevenzjoni universali u ambjentali bbażati fuq l-evidenza

    Il-livell ta’ provvediment f’livell ta’ Stati Membri ta’ miżuri ta’ prevenzjoni mmirati bbażati fuq l-evidenza, inkluż miżuri abbażi ta’ familja u ta’ komunità

    Il-livell ta’ provvediment f’livell ta’ Stati Membri ta’ miżuri ta’ prevenzjoni indikati bbażati fuq l-evidenza

    Rapporti tal-EMCDDA

    Rapporti Nazzjonali tar-Reitox

    Rapporti mill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-miżuri

    1.

    2.Minbarra l-prevenzjoni tal-użu tad-drogi, jissaħħu u jkunu mmirati aħjar miżuri ta’ prevenzjoni u diversivi biex tiddewwem l-età tal-ewwel użu ta’ drogi illeċiti

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    L-indikaturi ġenerali 1, 5, 12

    Il-livell ta’ provvediment f’livell ta’ Stati Membri ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u diversivi bbażati fuq l-evidenza li jiffokaw fuq żgħażagħ f’ambjenti ta’ familja, komunità u edukazzjoni formali/nonformali

    Rapporti tal-EMCDDA

    Rapporti mill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-miżuri

    2.

    3.L-iskambju tal-aħjar prattiki dwar il-mira tat-tfal u taż-żgħażagħ fl-azzjonijiet ta’ prevenzjoni, inkluż:

    a.il-programmi u l-kampanji f’ambjenti edukattivi formali u mhux formali;

    b.il-programmi u l-kampanji onlajn;

    c.il-kooperazzjoni mal-kumpaniji tal-internet għal skopijiet ta’ prevenzjoni; u

    d.modi kif il-midja soċjali tintuża biex jinftiehem aħjar l-użu tad-drogi u ttejjeb ir-rispons tat-tnaqqis tad-domanda

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    Is-soċjetà ċivili

    EMCDDA

    Tip ta’ skambji tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri

    Evalwazzjonijiet pożittivi ta’ eżiti komportamentali ta’ interventi tal-aħjar prattiki (meta disponibbli)

    Il-portal tal-aħjar prattika tal-EMCDDA

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    Ir-rapportar tas-soċjetà ċivili

    3.

    4.Titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji u l-konsegwenzi marbuta mal-użu ta’ drogi u sustanzi oħra psikoattivi illeċiti, inkluż billi jkun hemm kooperazzjoni mal-kumpaniji tal-internet u l-esperti tal-prevenzjoni biex jiġu mmirati aħjar it-tfal u ż-żgħażagħ

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    KOM

    EMCDDA

    L-indikaturi ġenerali 5, 12

    Il-livell ta’ kuxjenza b’mod ġenerali u fost iż-żgħażagħ dwar stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u dwar ir-riskji u l-konsegwenzi tal-użu ta’ drogi u sustanzi oħra psikoattivi illeċiti 

    Rapporti tal-EMCDDA

    Stħarriġ tal-Ewrobarometru

    ESPAD

    HBSC

    5.Abilitazzjoni ta’ tweġiba aktar informata għall-isfida tal-abbuż ta’ opjojdi bir-riċetta u mingħajr riċetta u ta’ mediċini oħra psikoattivi 

    2017-2020

    Stati Membri

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    EMA

    EMCDDA

    Kompilazzjoni ta’ data mill-Istati Membri dwar il-kwantitajiet u x-xejriet ta’ preskrizzjoni ta’ mediċini psikoattivi
    sa tmiem l-2014

    In-numru ta’ inizjattivi li jiffokaw fuq il-promozzjoni tal-użu xieraq ta’ opjojdi bir-riċetta ta' tabib u mingħajr riċetta ta' tabib u ta’ mediċini psikoattivi oħrajn 

    Il-ġabra tal-evidenza u ta' eżempji internazzjonali ta’ kif jitnaqqsu r-riskji tad-diverżjoni u l-abbuż tal-mediċini psikoattivi

    It-taħriġ tal-prattikanti tal-mediċina u professjonisti oħra fil-kura medika fl-użu tal-medikazzjoni għall-kontroll tal-uġigħ u t-trattament tat-tbatija

    Rapporti mill-Istati Membri

    EMCDDA

    Ir-rapport tal-proġett Alice RAP

    2. Titjib tal-effikaċja tal-kura għad-droga u r-riabilitazzjoni mid-droga, inklużi s-servizzi għan-nies b’komorbożità, biex jonqos l-użu tad-drogi illeċiti; l-użu problematiku tad-drogi; l-inċidenza tad-dipendenza fuq id-drogi u r-riskji u d-danni soċjali u ta’ saħħa marbuta mad-drogi u appoġġ għall-irkupru u ri/integrazzjoni soċjali ta’ konsumaturi tad-drogi problematiċi u dipendenti u tal-komunitajiet vulnerabbli, inkluż ukoll bil-bini ta' sinerġiji mal-Korpi tas-Solidarjetà tal-UE.

    6.Żvilupp u espansjoni tad-diversità, disponibbiltà, kopertura u aċċessibbiltà ta’ servizzi ta’ trattament komprensivi u integrati bbażati fuq l-evidenza. L-iżgurar li dawn is-servizzi jindirizzaw il-polikonsum ta’ drogi (użu mħallat ta’ sustanzi illeċiti u/jew leċiti inkluż l-alkoħol u t-tabakk) u l-ħtiġijiet emerġenti tal-popolazzjoni anzjana li tagħmel użu mid-droga u kwistjonijiet speċifiċi għas-sessi. Żvilupp ta’ intervent/trattament bikri u programmi ta’ terapija għal konsumaturi tad-drogi tfal u adoloxxenti.

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    L-indikaturi ġenerali 1, 6, 11

    Il-firxa tad-diversità ta’ servizzi ta’ trattament komprensivi u integrati bbażati fuq l-evidenza fil-livell tal-Istati Membri jinkludu dawk li jindirizzaw l-użu ta’ drogi mħallta u l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni anzjana li tagħmel użu mid-droga

    Data mill-Istati Membri dwar iż-żamma għal trattament u r-riżultati tiegħu

    Rapporti tal-EMCDDA

    Reitox

    Rapporti Nazzjonali

    Portal tal-Aħjar Prattika tal-EMCDDA

    Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u tal-Pjan ta’ Azzjoni finali

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    7.Espansjoni tal-provvediment ta’ servizzi ta’ riabilitazzjoni/irkupru b’enfasi fuq servizzi li:

    a.jiffokaw fuq l-għoti ta’ kura kontinwa għall-individwi permezz tal-ġestjoni tal-każijiet u l-kollaborazzjoni bejn l-aġenziji għall-individwi;

    b.iffokar fuq l-appoġġ għar-riintegrazzjoni soċjali (inkluż l-impjegabbiltà u l-akkomodazzjoni) tal-konsumaturi tad-drogi problematiċi u dipendenti inklużi ħabsin u persuni anzjani li jużaw id-droga, fejn ikun rilevanti;

    c.Jissaħħaħ il-proċess dijanjostiku u t-trattament ta’ komorbożità psikjatrika u fiżika li tinvolvi l-użu tad-drogi, pereżempju b’ittestjar veloċi għall-epatite B u Ċ u l-HIV kif ukoll infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment u t-tuberkulożi, f’konformità mal-istandards ta’ kwalità minimi għat-tnaqqis tad-domanda għad-droga adottata mill-Kunsill fl-2015;

    d.jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi għas-sessi; u

    e.isir kuntatt mal-komunitajiet vulnerabbli, inklużi t-tfal u l-adoloxxenti, il-minoritajiet etniċi, il-migranti u dawk li qed ifittxu l-ażil, il-persuni LGBTI, il-ħaddiema tas-sess kummerċjali u l-ħabsin, in-nies li jgħixu bl-HIV u l-AIDS u l-persuni bla dar.

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    L-indikatur ġenerali 11

    Data tal-Istati Membri dwar:

    Il-livell ta’ żieda f’servizzi ta’ riabilitazzjoni/ irkupru li jadottaw approċċi ta’ ġestjoni tal-każ u bejn l-aġenziji

    Il-livell ta’ żieda fin-numru ta’ programmi ta’ rijabilitazzjoni/irkupru speċifiċi għas-sessi

    Il-livell ta’ żieda fl-għadd ta’ programmi ta’ kura komunitarja komprensiva, speċifikament immirati għall-utenti tad-drogi b’komorbożità, li jinvolvu sħubijiet bejn servizzi tas-saħħa mentali u ta’ riabilitazzjoni/ irkupru b’rabta mad-drogi u l-ħabsijiet

    Il-livell u d-dewmien ta’ astinenza mill-konsum ta’ drogi illeċiti u/jew leċiti min-nies li jtemmu t-trattament b’rabta mad-drogi

    Id-disponibbiltà ta’ opzjonijiet ta’ trattament li jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ min jirkadi għall-konsum tad-drogi u tal-persuni anzjani li jużaw id-droga

    Rapporti tal-EMCDDA

    Ir-rapportar tal-Istati Membri fuq

    ir-riżultati tas-servizzi 

    8.(a) Jiżdied l-aċċess għas-servizzi ta’ tnaqqis tal-ħsara, pereżempju programmi ta’ skambju tal-labar u s-siringi, terapija ta’ sostituzzjoni bl-opjojdi, programmi ta’ naloxonum għall-konsum fid-dar Jiġi żgurat li s-servizzi ta’ trattament u ta’ tagħrif jinkludu aktar aċċess għal għażliet ta’ tnaqqis tar-riskji u d-danni biex jittaffew il-konsegwenzi negattivi tal-konsum tad-drogi u jonqos sostanzjalment l-għadd tal-imwiet b’rabta diretta jew indiretta mad-drogi u l-mard infettiv li jinġarr fid-demm assoċjat mal-konsum tad-drogi iżda mhux limitat biss għall-HIV u l-epatite virali, kif ukoll il-mard li jittieħed mill-kuntatt sesswali u t-tuberkulożi

    (b) Jiġu identifikati u megħluba l-ostakoli fl-aċċess għall-kura għall-epatite Ċ fost il-persuni li jinjettaw id-drogi, inklużi l-priġunieri u gruppi vulnerabbli oħrajn

    (c) L-iskambju tal-aħjar prattiki fuq il-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju u l-ħsara, pereżempju programmi ta’ skambju tal-labar u s-siringi, trattament ta’ sostituzzjoni tal-opjojdi, kmamar għall-konsum tad-drogi, programmi ta’ naloxonum għall-konsum fid-dar, interventi fuq il-bażi ta' pari, programmi ta’ kura ta' lħuq, trattament għall-epatite Ċ, ittestjar tal-pilloli, awtotestjar għall-HIV/AIDS, eċċ.

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    EMCDDA

    COM

    Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

    Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar l-HIV/AIDS, L-Epatite Virali u t-Tuberkolożi

    L-indikaturi ġenerali 2, 3, 4, 11

    Firxa tad-disponibbiltà miżjuda ta’ u l-aċċess għal miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju u l-ħsara bbażati fuq il-provi fl-Istati Membri

    Tip ta’ skambji tal-aħjar prattiki dwar il-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju u l-ħsara

    In-numru ta’ Stati Membri li jissodisfaw ir-rakkomandazzjoni tal-livell limitu minimu tad-WHO ta’ 200 labra u siringa sterili mqassma għal kull persuna li tinjetta d-droga fis-sena

    Kopertura tal-programmi ta’ trattament ta’ sostituzzjoni tal-oppjojde fost il-persuni dipendenti fuq l-oppjojde

    Il-punt safejn żdiedet id-disponibbiltà tal-programmi tan-naloxone għall-użu mid-dar u l-programmi ta’ tnaqqis tal-ħsara fl-ambjenti tad-divertiment notturn

    In-numru ta’ programmi li jiffaċilitaw l-aċċess tal-persuni li jinjettaw id-drogi għall-kura għall-virus tal-epatite C (HCV) u l-persuni koperti

    In-numru ta’ programmi għat-tnaqqis tal-ħsara li jimmiraw komunitajiet vulnerabbli, pereżempju minoritajiet etniċi, il-migranti u dawk li qed ifittxu l-ażil, il-persuni LGBTI, il-ħaddiema tas-sess kummerċjali u l-ħabsin

    Il-grad ta’ implimentazzjoni tal-gwida ECDC/EMCDDA fuq il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard infettiv fost il-persuni li jinjettaw id-drogi

    Il-grad ta’ implimentazzjoni tal-istandard ta’ kwalità minimi fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi fl-UE III (Servizzi ta’ trattament jipprovdu ttestjar voluntarju għall-mard infettiv li jinxtered permezz tad-demm, konsulenza kontra mġiba riskjuża u assistenza għall-ġestjoni tal-mard)

    Rapporti tal-EMCDDA

    Rapporti Nazzjonali tar-Reitox

    Rapporti mill-Istati Membri dwar is-servizzi

    9.Tkabbir tal-iżvilupp, id-disponibbiltà u l-kopertura tal-miżuri ta’ kura tas-saħħa għall-utenti tad-drogi fil-ħabs u wara li joħorġu mill-ħabs bil-għan li tinkiseb kwalità ta’ kura ekwivalenti għal dik ipprovduta fil-komunità

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    L-indikatur ġenerali 10

    Id-disponibbiltà ta’ servizzi għal utenti tad-drogi f’ħabsijiet (inkluż it-trattament tas-sostituzzjoni tal-opjojde u l-programmi ta’ skambju tal-labar u siringi) u l-livell ta’ kemm il-politiki u l-prattiki tal-kura tas-saħħa fil-ħabsijiet jinkorporaw mudelli ta’ kura li jinkludu l-aħjar prattiki fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-kontinwità tal-kura għall-ħabsin waqt il-priġunija

    Il-kwantità tat-tnaqqis fi problemi ta’ saħħa fiżika u mentali b’rabta mad-drogi fost il-ħabsin

    Il-livell ta’ kemm is-servizzi bbażati fil-ħabsijiet u s-servizzi bbażati fil-komunità jipprovdu kontinwità ta’ kura għall-priġunieri wara li joħorġu mill-ħabs b’enfasi partikolari fuq li jiġu evitati dożi eċċessivi ta’ drogi

    Rapporti tal-EMCDDA

    Rapporti Nazzjonali tar-Reitox

    Rapporti mill-Istati Membri dwar is-servizzi 

    3. Integrazzjoni ta’ approċċi koordinati bl-aħjar prattiki u kwalità fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi

    10.Bidu tal-implimentazzjoni ta’ standards ta’ kwalità minimi tal-UE adottati mill-Kunsill fl-2015 57  li jgħinu biex jingħalaq id-distakk bejn ix-xjenza u l-prattika, għal:

    a.miżuri ta’ prevenzjoni ambjentali, universali, selettivi u indikati;

    b.miżuri ta’ kxif u ta’ intervent bikrija;

    c.miżuri ta’ tnaqqis ta’ riskju u danni; u

    d.miżuri ta’ trattament, riabilitazzjoni, integrazzjoni soċjali u rkupru

    u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

    2017-2020

    Kunsill

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    Stati Membri

    COM

    EMCDDA

    Kunsens miksub mill-Istati Membri dwar standards ta’ kwalità minimi bbażati fuq studji preparatorji preċedenti tal-UE

    Analiżi tal-evidenza ta’ priogrammi ta’ tnaqqis tad-domanda għad-drogi implimentati f’konformità mal-istandards;

    Numru ta’ programmi ta’ taħriġ speċjalizzat disponibbli għall-prattikanti fit-tnaqqis għad-domanda għad-drogi u/jew numru stmat ta’ prattikanti milħuqa minn programmi ta’ taħriġ speċjalizzat;

    L-involviment tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-istandards, inkluż fl-ippjanar u l-introduzzjoni

    In-numru u l-impatt tal-proġetti u l-programmi appoġġjati fil-livell tal-UE li jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards

    L-involviment fil-kooperazzjoni interministerjali biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards.

    Portal tal-Aħjar Prattika tal-EMCDDA

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u tal-Pjan ta’ Azzjoni finali

    2.Tnaqqis fil-provvista tad-droga

    Kontribut għal tnaqqis li jitkejjel tad-disponibbiltà u l-provvista ta’ drogi illeċiti fl-UE

    Objettiv

    Azzjoni

    Skeda ta’ żmien

    Il-parti responsabbli

    Indikatur(i)

    Mekkaniżmi għall-ġbir/valutazzjoni tad-data

    4. Tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni effikaċi fl-infurzar tal-liġi fl-UE biex jikkumbattu l-attività b’rabta mad-drogi illeċiti, b’mod koerenti, kif meħtieġ, mal-azzjonijiet rilevanti determinati permezz taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE

    11.L-użu bl-aktar mod effettiv tal-istrumenti, il-kanali u l-għodod ta’ komunikazzjoni disponibbli tal-infurzar tal-liġi għall-qsim tal-intelligence miksuba u tal-informazzjoni użati għall-komplikazzjoni u l-analiżi ta’ informazzjoni marbuta mad-drogi

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    Europol

    Eurojust

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (COSI)

    L-indikatur ġenerali 7

    Il-kwantità ta’ attivitajiet immirati u mħaddma minn intelligence miksuba ta’ impatt qawwi, ta’ operazzjonijiet konġunti, skwadri ta’ investigazzjoni konġunti u inizjattivi ta’ kooperazzjoni transkonfinali li jiffokaw fuq organizzazzjonijiet kriminali involuti f’attività marbuta ma’ drogi illeċiti

    Użu miżjud tas-sistemi tal-Europol ta’ qsim tal-informazzjoni, analiżi u esperti b’rabta mad-drogi

    Ir-riżultati miksuba mill-proġetti EMPACT u minn inizjattivi bilaterali u multilaterali

    In-numru ta’ każijiet relatati mad-drogi riferuti lill-Eurojust u l-Europol, inkluża l-informazzjoni kwalitattiva u kontestwali dwar il-każijiet

    Rapporti tal-EMCDDA

    L-Aġenziji tal-UE

    Rapportar tal-Europol 

    Rapportar tal-Eurojust

    Rapporti tal-Ixprunatur ta' EMPACT

    (a)

    12.Jiġu identifikati u prijoritizzati l-perikli l-aktar urġenti assoċjati ma’ kriminalità organizzata b’rabta mad-drogi

    2017

    Kunsill

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (COSI)

    Europol

    Stati Membri

    COM

    Il-prijoritajiet għall-2017-2021 taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE għall-Kriminalità jkunu fis-seħħ

    Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Ċiklu ta’ Politika tal-UE

    EU SOCTA

    Pjanijiet Strateġiċi Pluriennali (MASPs)

    Evalwazzjoni tal-EMPACT

    Rapporti tal-Ixprunatur ta' EMPACT

    Rapport tad-Diretturi tal-Europol

    1.

    13.Tisħiħ tat-taħriġ tas-CEPOL għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi b’rabta mal-produzzjoni u t-traffikar ta’ drogi illeċiti u l-kriminalità finanzjarja, b’mod partikolari tekniki u metodi ta’ taħriġ

    a.biex jiġi miġġieled l-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni fil-produzzjoni u t-traffikar ta’ drogi illeċiti;

    b.biex tissaħħaħ il-konfiska tal-assi;

    c.biex jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus;

    d.għall-kxif u l-iżmantellament ta’ laboratorji klandestini illeċiti u siti ta’ kultivazzjoni tal-kannabis.

    2017-2020

    Stati Membri

    CEPOL

    Europol

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (COSI)

    COM

    Issir valutazzjoni tal-bżonnijiet ta’ taħriġ regolarment

    Disponibbiltà u attendenza ta’ korsijiet rilevanti ta’ taħriġ

    In-numru ta’ uffiċjali tal-infurzar tal-liġi mħarrġa u stazzjonati effettivament b’riżultat

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Rapport

    Rapport annwali tas-CEPOL

    Kurrikuli tas-CEPOL

    Evalwazzjoni tal-EMPACT

    Rapporti tal-Ixprunatur ta' EMPACT

    14.Titjib tal-attivitajiet kontra n-narkotiċi permezz tat-tisħiħ u l-monitoraġġ tal-effikaċja ta’ pjattaformi ta’ qsim ta’ informazzjoni u pjattaformi reġjonali ta’ qsim tas-sigurtà bl-għan li jitħarbtu u jitrażżnu theddidiet emerġenti minn rotot li jinbidlu tat-traffikar tad-drogi

    Għaddejja bħalissa

    COM

    Stati Membri

    Europol

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (COSI)

    Pjattaformi Reġjonali ta’

    Qsim ta’ Informazzjoni

    Pjattaformi Reġjonali ta’ Qsim tas-Sigurtà

    L-indikatur ġenerali 7

    In-numru ta’ attivitajiet imħaddma minn intelligence miksuba li jwasslu għat-tħarbit u t-trażżin ta’ rotot ta’ traffikar tad-drogi

    Il-livell ta’ kondiviżjni ta’ informazzjoni permezz ta’ attività effettiva tan-netwerk ta’ uffiċjali ta’ kollegament

    Rapporti tal-EMCDDA

    Pjattaformi ta’ Qsim ta’ Sigurtà/ Informazzjoni u Rapporti ta’ Evalwazzjoni

    EU SOCTA

    Evalwazzjoni tal-EMPACT

    Rapporti tal-Ixprunatur ta' EMPACT

    Rapport tad-Diretturi tal-Europol

    MAOC(N) 58

    35.

    15.Tisħiħ tal-azzjonijiet li jimpedixxu d-devjazzjoni ta’ prekursuri u pre-prekursuri għall-użu fil-manifattura illeċita ta’ drogi

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    Europol

    COM

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (Grupp dwar l-Unjoni Doganali)

    COSI)

    In-numru ta’ każijiet u l-kwantità ta’ kunsinni mwaqqfa jew sekwestrati ta’ prekursuri intenzjonati għal użu illeċitu

    Riżultati miksuba minn proġetti EMPACT

    L-użu tas-Sistema Online ta’ Notifikazzjoni Qabel l-Esportazzjoni (PEN) u ż-żieda fl-użu tas-Sistema ta’ Komunikazzjoni dwar Inċidenti li jinvolvu Prekursuri (PICS)

    In-numru ta’ laqgħat konġunti ta’ segwitu u attivitajiet oħrajn marbuta mal-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ prekursuri u pre-prekursuri

    Rapporti mill-Aġenziji tal-Infurzar tal-Liġi tal-UE u tal-Istati Membri

    Evalwazzjoni tal-EMPACT

    EMPACT

    Rapporti tad-Driver

    Rapport tad-Diretturi tal-Europol

    36.

    16.Ħidma kontra t-traffikar transkonfinali tad-drogi inkluż dak li jsir permezz tal-kunsinni tal-kontejners u l-pakketti, u titjib tas-sigurtà fil-fruntieri speċjalment f’portijiet marittimi, ajruporti u punti ta’ qsim tal-fruntiera mill-art tal-UE permezz ta’ sforzi intensifikati, inkluż qsim ta’ informazzjoni u intelligence miksuba, mill-aġenziji rilevanti tal-infurzar tal-liġi

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    Europol

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill

    (CCWP

    COSI)

    Żieda fl-għadd ta’ operazzjonijiet konġunti bejn diversi dixxiplini/aġenziji u ta’ inizjattivi ta’ kooperazzjoni transkonfinali

    Għadd ta’ Memoranda ta’ Qbil (MtQ) effettivi miftehmin bejn aġenziji tal-infurzar tal-liġi u korpi rilevanti bħal linji tal-ajru, couriers express bl-ajru, kumpaniji tat-tbaħħir, awtoritajiet ta’ portijiet u kumpaniji tal-kimiċi

    Riżultati miksuba minn proġetti EMPACT

    Titjib fil-qsim tal-intelligence miksuba u l-informazzjoni dwar traffikar transkonfinali tad-drogi bl-użu, fost oħrajn, ta’ sistemi disponibbli ta’ sorveljanza tal-fruntieri

    ajruporti u punti ta’ qsim tal-fruntiera mill-art

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Rapport

    Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-EMPACT u Driver Reports

    Rapport tad-Diretturi tal-Europol

    Rapporti tal-Europol

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    37.

    17.Implimentazzjoni tal-indikaturi ewlenin dwar it-tnaqqis tal-provvista tad-drogi adottati mill-Kunsill fl-2013 59

    2017-2020

    COM

    Stati Membri

    Kunsill

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    EMCDDA

    Europol

    Pjan direzzjonali żviluppat u maqbul dwar l-implimentazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-provvista tad-drogi

    numru u kwantità tas-sekwestri tad-drogi

    purezza u kontenut tad-drogi

    prezzijiet tad-drogi

    faċilitajiet tal-produzzjoni tad-drogi żmantellati

    reati kontra l-liġi dwar id-droga

    disponibbiltà tad-drogi fl-istħarriġ fuq il-popolazzjoni

    stimi fuq id-daqs tas-suq 

    Perspettiva tal-ġbir ta’ data eżistenti dwar il-provvista fl-Istati Membri

    Rapporti tal-EMCDDA

    Rapporti tal-Europol

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    5. Tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva u l-leġislazzjoni fl-UE

    18.Tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE fl-indirizzar tat-traffikar transkonfinali tad-drogi, il-ħasil tal-flus, u fil-konfiska tar-rikavati ta’ kriminalità organizzata b’rabta mad-drogi

    2017-2020

    Kunsill

    COM

    Stati Membri

    Eurojust

    Adozzjoni u Implimentazzjoni puntwali tal-miżuri u l-leġislazzjoni maqbula tal-UE dwar (a) konfiska u rkupru ta’ assi kriminali 60 ; (b) il-ħasil ta’ flus 61 ; (c) approssimazzjoni ta’ reati u sanzjonijiet dwar it-traffikar ta’ drogi madwar l-UE 62

    Żieda fl-għadd ta’ investigazzjonijiet finanzjarji u konfiski fir-rigward tar-rikavati ta’ kriminalità organizzata b’rabta mad-drogi permezz ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja fl-UE

    Tweġibiet puntwali u effettivi għal talbiet ta’ assistenza reċiproka u Mandati ta’ Arrest Ewropej b’rabta mat-traffikar illeċitu ta’ drogi

    Rapportar tal-Eurojust

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    38.

    19. Adozzjoni u introduzzjoni ta’ miżuri leġislattivi ġodda tal-UE biex jindirizzaw it-tfaċċar, l-użu u t-tifrix rapidu ta’ sustanzi psikoattivi ġodda

    2017-2020

    COM

    Id-Deċiżjoni

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    Stati Membri

    EMCDDA

    Europol

    Leġislazzjoni tal-UE fis-seħħ

    Implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE fl-Istati Membri

    Żvilupp tal-linji gwida tal-UE għall-iskambju tal-informazzjoni u l-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju

    Monitoraġġ tal-effetti tal-miżuri leġiżlattivi ġodda b’fokus speċjali fuq l-effett sostituttiv fis-suq tad-drogi illegali

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    19.

    20. Implimentazzjoni effettiva tal-leġislazzjoni tal-UE dwar prekursuri ta’ drogi biex timpedixxi d-devjazzjoni tagħhom mingħajr ma tfixkel il-kummerċ legali

    Għaddejja bħalissa

    Id-Deċiżjoni

    COM

    Stati Membri

    Implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri ta’ drogi li jemendaw kemm ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 273/2004

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Rapport Annwali tal-UE dwar Prekursuri ta’ Drogi

    20.

    21. Ġlieda kontra l-użu ta’ ċerti sustanzi farmakoloġikament attivi (kif definiti fid-Direttiva 2011/62/UE) bħala aġenti ta’ qtugħ għal drogi illeċiti

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    COM

    EMA

    EMCDDA

    Europol

    L-għadd ta’ sekwestri ta’ sustanzi attivi użati bħala aġenti ta’ qtugħ għal drogi illeċiti

    Implimentazzjoni puntwali ta’ rekwiżiti leġislattivi ġodda tal-UE mmirati għas-sikurizzazzjoni tal-katina tal-provvista għal sustanzi attivi taħt id-Direttiva 2011/62/UE, id-Direttiva dwar Mediċini Falsifikati

    Rapporti mis-CCWP u l-Grupp dwar l-Unjoni Doganali

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    22. L-Istati Membri jipprovdu u japplikaw, fejn ikun adatt u f’konformità mal-oqfsa legali tagħhom, alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi (bħal edukazzjoni, trattament, riabilitazzjoni, kura ta’ segwitu u integrazzjoni soċjali) għall-awturi ta’ reati li jikkunsmaw drogi, inklużi:

    a.Edukazzjoni

    b.(Sospensjoni tas-sentenza b’) trattament

    c.Sospensjoni tal-investigazzjoni jew prosekuzzjoni

    d.Riabilitazzjoni

    e.Kura ta’ segwitu u integrazzjoni soċjali

    u jiżviluppaw id-dimensjoni tad-Drittijiet fundamentali bħala fattur ewlieni li jibbilanċja aħjar it-trażin u jipprmwovi r-riabilitazzjoni.

    2017-2020

    Stati Membri

    Kunsill (GOD)

    Żieda fid-disponibbiltà u l-implimentazzjoni ta’ alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi ħabs għall-awturi ta’ reati li jikkunsmaw drogi fl-oqsma tal-edukazzjoni, trattament, riabilitazzjoni, kura ta’ segwitu u integrazzjoni soċjali

    Żieda fil-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi

    Tip u għadd ta’ alternattivi għas-sanzjonijiet koerċittivi previsti minn u implimentati mill-Istati Membri

    Informazzjoni dwar il-benefiċjarji tas-sentenzi alternattivi li jerġgħu jagħmlu reat fi żmien ħames snin

    Rapporti Nazzjonali tar-Reitox

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    6. Tweġiba effettiva għal xejriet attwali u emerġenti fl-attività b’rabta ma’ drogi illeċiti

    23. Identifikazzjoni ta’ tweġibiet strateġiċi li jindirizzaw ir-rwol ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni u l-ħolqien ta’ siti web assoċjati, fil-produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, xiri u distribuzzjoni ta’ drogi illeċiti, inkluż sustanzi psikoattivi ġodda kkontrollati fil-livell nazzjonali u tal-UE, billi:

    a.Kooperazzjoni mal-industrija

    b.Finanzjament mill-UE u nazzjonali għar-riċerka rilevanti u l-iżvilupp ta’ għodod biex tiġi appoġġjata l-ħidma tal-infurzar tal-liġi

    c.L-istabbiliment ta’ glossarju tat-termini

    d.L-istabbiliment ta’ inventorju tal-għodod ta’ monitoraġġ eżistenti għall-web u d-darknet

    e.L-għoti ta’ taħriġ speċjalizzat għall-infurzar tal-liġi, il-gwardji tad-dwana u tal-fruntieri, il-prosekuturi u l-imħallfin

    f.Il-monitoraġġ kontinwu u proattiv tas-suq online mill-infurzar tal-liġi

    g.L-iskambju tal-aħjar prattiki mas-sħab internazzjonali

    h.Is-semplifikazzjoni tal-proċedimenti tal-assistenza legali reċiproka (u fejn huwa applikabbli, ir-rikonoxximent reċiproku), f’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2016 dwar it-titjib tal-ġustizzja kriminali fiċ-ċiberspazju 63

    2017-2020

    Kunsill

    COM

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (HDG, COSI)

    Stati Membri

    Europol

    CEPOL

    EMCDDA

    Riżultati miksuba minn azzjonijiet tal-infurzar tal-liġi

    indirizzati lejn kriminalità b’rabta mad-drogi permezz tal-internet

    Żieda fl-għadd ta’ operazzjonijiet kunġunti u

    fl-inizjattivi ta’ kooperazzjoni transkonfinali

    In-numru u l-impatt tal-proġetti ta’ riċerka ffinanzjati u l-għodod żviluppati għall-appoġġ tal-infurzar tal-liġi

    Numru ta’ ftehimiet/diskussjonijiet mal-imsieħba rilevanti fl-industrija

    L-istabbiliment ta’ glossarju tat-termini

    L-istabbiliment ta’ inventarju tal-għodod ta’ monitoraġġ

    Numru ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ għall-partijiet interessati rilevanti

    Numru ta’ laqgħat mal-imsieħba internazzjonali li fihom ġiet diskusssa l-azzjoni

    Eżami tal-Progress Interim tal-Prijoritajiet taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE

    Evalwazzjoni tal-EMPACT u

    Rapporti tad-Driver

    Rapport tad-Diretturi tal-Europol

    Statistiċi/Rapport annwali tas-CEPOL

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    Rapporti mill-Aġenziji tal-UE

    COM



    3.    Koordinazzjoni

    L-Istati Membri u l-UE jikkoordinaw b’mod effettiv il-politika dwar id-drogi

    Objettiv

    Azzjoni

    Skeda ta’ żmien

    Il-parti responsabbli

    Indikatur(i)

    Mekkaniżmi għall-ġbir/valutazzjoni tad-data

    7. Koordinazzjoni effettiva tal-UE fil-qasam tad-drogi

    24. Jitjieb il-qsim tal-informazzjoni bejn il-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi u Gruppi ta’ Ħidma oħra rilevanti tal-Kunsill u b’mod partikolari l-COSI biex titjieb il-koordinazzjoni relatata mal-pilastru tat-tnaqqis tal-provvista tad-droga

    Titjib tal-qsim tal-informazzjoni bejn il-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi u Gruppi ta’ Ħidma ġeografiċi u tematiċi oħrajn rilevanti tal-Kunsill inklużi: COAFR, COASI, COEST, COLAT, COWEB, CONUN and COHOM

    Għaddejja bħalissa

    PRES

    Kunsill

    SEAE

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    Il-livell ta’ konsiderazzjoni li qed tingħata lill-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi fil-Programmi ta’ Gruppi ta’ Ħidma oħra tal-Kunsill, inklużi l-COSI, COAFR, COASI, COEST, COLAT, COWEB, CONUN u COHOM.

    Punt ta’ informazzjoni regolari dwar l-aġenda tal-GOD (darba f’kull Presidenza) dwar attivitajiet marbutin mal-prijoritajiet relatati mad-droga taċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE (abbażi tar-rapporti tal-EMPACT) fil-preżenza tal-presidenza tal-Grupp ta’ Appoġġ tal-COSI, jekk ikun rilevanti.

    Rapporti tal-Gruppi ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    Rapporti tal-Presidenza

    1.

    25. Kull Presidenza tista’ ssejjaħ laqgħat tal-Koordinaturi Nazzjonali dwar id-Drogi, u ta’ gruppi oħrajn kif meħtieġ, biex jikkunsidraw xejriet emerġenti, interventi effettivi u żviluppi oħrajn ta’ politika ta’ valur miżjud għall-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u għall-Istati Membri

    Darbtejn fis-sena

    PRES

    Stati Membri

    Il-livell ta’ kemm l-aġenda tal-laqgħa tal-Koordinaturi Nazzjonali dwar id-Drogi tirrifletti l-iżviluppi, ix-xejriet u intuwizzjonijiet ġodda fit-tweġibiet tal-politika u ta’ kemm tipprovdi għal titjib fil-komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni

    Rapporti tal-Presidenza

    2.

    26. Il-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi ser jiffaċilita (a) monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni permezz ta’ dibattiti tematiċi; u (b) djalogu annwali dwar l-istat tal-fenomenu tad-drogi fl-Ewropa

    (a) Darbtejn fis-SenaGħaddejja bħalissa

    (b) Darba fis-sena

    PRES

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)
    Stati Membri

    COM

    EMCDDA

    Europol

    Livell ta’ implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni

    Numru ta’ azzjonijiet mill-Pjan ta’ Azzjoni indirizzati fid-dibattiti tematiċi fil-GOD

    Il-puntwalità tad-djalogu fil-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi rigward ix-xejriet u d-data l-aktar reċenti rigward id-drogi

    Rapporti tal-Presidenza

    3.

    27. Żgurar tal-konsistenza u kontinwità tal-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-UE minn Presidenza għal oħra sabiex jissaħħaħ l-approċċ integrat, ibbilanċjat u bbażat fuq l-evidenza rigward id-drogi fl-UE

    Darbtejn fis-SenaGħaddejja bħalissa

    PRES

    Triju ta’ PRES

    Stati Membri

    COM

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    EMCDDA

    Europol

    Il-livell ta’ konsistenza u kontinwità tal-azzjonijiet minn Presidenza għal oħra

    Il-progress fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi minn Presidenza għal oħra

    Rapporti tal-Presidenza

     

    4.

    28. Żgurar tal-koordinazzjoni tal-politiki u t-tweġibiet tal-UE fil-qasam tad-drogi, b’appoġġ għal kooperazzjoni internazzjonali bejn l-UE, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

    Għaddejja bħalissa

    SEAE

    COM

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    Stati Membri

    Il-livell ta’ konsistenza u koerenza fl-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-miżuri previsti fl-azzjonijiet tal-UE dwar id-drogi

    L-inklużjoni ta’ prijoritajiet li jirrigwardaw id-drogi fl-istrateġiji tal-korpi rilevanti tal-UE

    Kooperazzjoni intensifikata bejn il-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi u l-gruppi ta’ ħidma ġeografiċi/reġjonali u tematiċi, inkluż il-COAFR, COASI, COEST, COLAT, COWEB, CONUN u COHOM

    Rapport Annwali tas-SEAE lill-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    29. Il-ksib ta' livell ta’ riżorsi koordinati u adatti fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jissodisfa l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE rigward id-drogi

    Annwali

    Stati Membri

    COM

    SEAE

    Kunsill

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    L-indikatur ġenerali 14

    L-ammont ta’ fondi fil-livell tal-UE u, fejn ikun adatt, fil-livell tal-Istati Membri

    Il-livell ta’ koordinazzjoni dwar programmi finanzjarji relatati mad-drogi fost il-Gruppi ta’ Ħidma tal-Kunsill u tal-COM

    Rapporti tal-EMCDDA

    Rapportar tal-COM

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    8. Koordinazzjoni effettiva tal-politika dwar id-drogi f’livell nazzjonali

    30. Koordinazzjoni tal-azzjonijiet dwar il-politika fil-qasam tad-drogi bejn id-Dipartimenti u l-Ministeri tal-Gvern u l-aġenziji rilevanti fil-livell tal-Istati Membri u l-iżgurar ta' rappreżentanza multidixxiplinari xierqa fi, jew input fid-delegazzjonijiet għall-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    L-indikatur ġenerali 14

    L-effikaċja ta’ mekkaniżmu orizzontali ta’ koordinazzjoni tal-politika dwar id-drogi fil-livell tal-Istati Membri

    In-numru ta’ azzjonijiet trasversali fil-livell tal-Istati Membri għat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi u l-provvista tagħhom

    Rapporti tal-EMCDDA

    Rapporti Nazzjonali tar-Reitox

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    9. Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-politika dwar id-drogi

    31. Promozzjoni u appoġġ tisħiħ ta’ djalogu mas-soċjetà ċivili u l-komunità xjentifika, u l-involviment tagħhom, fil-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni fl-iżvilupp tal-politiki dwar id-drogi fil-livelli tal-Istati Membri u tal-UE

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    COM

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    PRES

    Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

    Djalogi puntwali bejn il-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-UE dwar id-Drogi u l-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi matul kull perijodu ta' Presidenza

    Involviment tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-UE fl-eżami tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi

    Il-livell ta’ involviment tas-soċjetà ċivili fil-formulazzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-Istati Membri u tal-UE dwar id-drogi fir-rigward b’mod partikolari tal-involviment tal-utenti ta’ drogi, il-klijenti ta’ servizzi b’rabta mad-drogi u ż-żgħażagħ

    Djalogu puntwali bejn il-komunità xjentifika (xjenzi naturali u soċjali, inklużi n-newroxjenza u r-riċerka fl-imġiba) u l-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi

    Żvilupp ta’ bażi tad-dejta biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni fi ħdan is-soċjetà ċivili tal-UE dwar kwistjonijiet relatati mal-politiki tal-UE u l-Istati Membri dwar id-drogi

    Rapport tal-Progress

    ta’ Kull Sentejn

    mill-COM

    Reazzjonijiet mill-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-UE dwar id-Drogi u mir-Rappreżentanti tas-Soċjetà Ċivili fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE

    Rapporti mill-Istati Membri

    Reazzjonijiet mill-Komunità Xjentifika permezz tal-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA



    4.    Il-Kooperazzjoni Internazzjonali

    Tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar kwistjonijiet fil-qasam tad-drogi b’mod komprensiv u bbilanċjat

    Objettiv

    Azzjoni

    Skeda ta’ żmien

    Il-parti responsabbli

    Indikatur(i)

    Mekkaniżmi għall-ġbir/valutazzjoni tad-data 

    10. Integrazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi fil-qafas ta’ politika barranija ġenerali tal-UE bħala parti minn approċċ komprensiv li jagħmel użu sħiħ mill-firxa ta’ politiki u strumenti diplomatiċi, politiċi u finanzjarji disponibbli għall-UE b’mod koerenti u koordinat

    32. L-iżgurar ta' koerenza bejn l-aspetti interni u esterni tal-politiki tal-UE dwar id-drogi u li jiġu integrati b’mod sħiħ kwistjonijiet mill-qasam tad-drogi fid-djalogi politiċi u l-ftehimiet qafas bejn l-UE u s-sħab tagħha fil-ħidma tal-UE dwar kwistjonijiet jew sfidi globali

    Għaddejja bħalissa

    COM

    SEAE

    PRES

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    Stati Membri

    L-indikatur ġenerali 13

    Il-prijoritajiet tal-politika dwar id-drogi riflessi dejjem aktar fil-politiki u l-azzjonijiet esterni tal-UE

    L-inklużjoni ta’ prijoritajiet b’rabta mad-drogi fl-istrateġiji tal-UE ma’ reġjuni u pajjiżi terzi

    In-numru ta’ ftehimiet, dokumenti ta’ strateġija u pjanijiet ta’ azzjoni stabbiliti

    Rapporti tas-SEAE

    Eżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    10.

    33.Ikun żgurat li l-prijoritajiet tal-politika u l-bilanċ bejn it-tnaqqis fid-domanda u l-provvista jkunu riflessi tajjeb fl-għażliet ta’ politika u fl-ipprogrammar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-assistenza esterna, b’mod partikolari f’pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, permezz ta’ proġetti li jinvolvu:

    a.żvilupp ta’ politiki fil-qasam tad-drogi li jkunu integrati, bilanċjati u bbażati fuq l-evidenza;

    b.tnaqqis fil-provvista;

    c.il-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ prekursuri u pre-prekursuri tad-droga;

    d.tnaqqis fid-domanda għad-droga; u

    e.miżuri ta’ żvilupp alternattivi

    Għaddejja bħalissa

    COM

    Stati Membri

    SEAE

    Il-livell ta’ kemm il-prijoritajiet tal-politika tal-UE dwar id-drogi, speċjalment il-bilanċ fit-tnaqqis bejn id-domanda u l-provvista, huma riflessi fil-prijoritajiet u l-proġetti ffinanzjati

    Il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ azzjonijiet koordinati fil-pjanijiet ta’ azzjoni bejn l-UE u reġjuni u pajjiżi terzi

    In-numru ta’ strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li jinkorporaw politiki integrati dwar id-drogi

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Rapporti mis-SEAE dwar l-Ipprogrammar

    Rapporti mill-COM u mill-Istati Membri dwar il-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni tal-Programm

    11.

    34. Titjib fil-kapaċità u t-tisħiħ tar-rwol tad-Delegazzjonijiet tal-UE biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod proattiv rigward kwistjonijiet ta’ politika dwar id-drogi u jirrapportaw lura b’mod effikaċi dwar is-sitwazzjoni lokali tad-drogi

    2017-2020

    SEAE

    COM

    Stati Membri

    Kompetenza esperta, taħriġ u gwida ta’ politika rilevanti pprovduti lid-Delegazzjonijiet tal-UE

    Tisħiħ tan-netwerking reġjonali fost id-Delegazzjonijiet tal-UE rigward kwistjonijiet ta’ drogi

    Tisħiħ tal-koordinazzjoni mal-Istati Membri

    Rappurtar mis-SEAE

    tal-COM

    id-Delegazzjonijiet tal-UE

    11

    Jiġi żgurat livell adatt ta’ finanzjament u kompetenza esperta mill-UE u l-Istati Membri biex ikomplu jiġu msaħħin u appoġġati l-isforzi ta’ pajjiżi terzi fl-indirizzar u l-prevenzjoni tal-koltivazzjoni ta' għelejjel ta' produzzjoni ta' droga illeċita, permezz ta’ miżuri għall-iżvilupp rurali, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi għas-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà pubbliċi

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    SEAE

    COM

    In-numru ta’ politiki nazzjonali, strateġiji u pjani ta’ azzjoni ta’ pajjiżi terzi li jinkludu approċċi integrati għall-problema tal-koltivazzjoni ta' għelejjel ta' produzzjoni ta' droga illeċita

    Titjib fl-indikaturi dwar l-iżvilupp tal-bniedem f’żoni fejn jiġu kkoltivati d-drogi

    In-numru ta’ proġetti u programmi għall-iżvilupp rurali, iffinanzjati mill-UE u l-Istati Membri f’reġjuni fejn tkun qiegħda sseħħ il-koltivazzjoni ta' għelejjel ta' produzzjoni ta' droga illeċita, jew f’reġjuni li jinsabu f’riskju ta’ koltivazzjoni ta' għelejjel ta' produzzjoni ta' droga illeċita

    Rappurtar ta’ tnaqqis lokali fil-koltivazzjoni illeċita tad-drogi fuq perijodu ta’ żmien twil

    Sistemi u Rapporti ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni ta’ Proġetti u Programmi tal-UE u l-Istati Membri

    Rapporti tal-UNDP dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem

    Rapporti minn pajjiżi terzi

    12

    35. Il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-approċċ tal-UE għall-iżvilupp alternattiv (b'mod konsistenti mal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020; l-Approċċ tal-UE għal Żvilupp Alternattiv; u l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Alternattiv 2013) f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tal-bniedem u l-kondizzjonijiet qafas speċifiċi, inkluż:

    a.l-inkorporazzjoni tal-iżvilupp alternattiv fl-aġenda usa’ tal-Istati Membri, filwaqt li l-pajjiżi terzi li jixtiequ jagħmlu dan jiġu mħeġġin jintegraw l-iżvilupp alternattiv fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom;

    b.billi jsir kontribut għall-inizjattivi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-faqar, il-konflitti u l-vulnerabbiltà permezz ta’ appoġġ għal mezzi ta’ għajxien sostenibbli, legali u sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi għal nies li kienu preċedentement, jew li huma attwalment, involuti fil-produzzjoni illeċita tad-drogi

    c.jiġi pprovdut livell adatt ta’ finanzjament u kompetenza esperta mill-UE u l-Istati Membri biex ikomplu jiġu msaħħin u appoġġati l-isforzi ta’ pajjiżi mhux tal-UE fl-indirizzar u l-prevenzjoni tal-koltivazzjoni ta' għelejjel ta' produzzjoni ta' droga illeċita, permezz ta’ miżuri għall-iżvilupp rurali, u tal-produzzjoni illeċita tad-drogi permezz tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    KOM

    SEAE

    L-għadd ta’ politiki, strateġiji u pjani ta’ azzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li jinkorporaw:

    oapproċċi integrati għall-problema tal-koltivazzjoni illeċita tad-drogi u

    oinizjattivi rigward l-iżvilupp alternattiv li ġew organizzati b’mod effettiv

    In-numru ta’ proġetti evalwati li juru eżiti pożittivi relatati ma’ mezzi ta’ għajxien sostenibbli, legali u sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi

    Titjib fl-indikaturi rigward l-iżvilupp tal-bniedem

    In-numru ta’ proġetti u programmi għall-iżvilupp rurali, iffinanzjati mill-UE u l-Istati Membri f’reġjuni fejn tkun qiegħda sseħħ il-koltivazzjoni ta' għelejjel ta' produzzjoni ta' droga illeċita, jew f’reġjuni li jinsabu f’riskju ta’ koltivazzjoni ta' għelejjel illeċiti  

    Rappurtar ta’ tnaqqis lokali fil-kultivazzjoni illeċita tad-drogi fuq perjodu ta’ żmien twil

    Rapporti ta’ pajjiżi terzi rigward l-implimentazzjoni ta’ Strateġiji Nazzjonali dwar id-Drogi

    Rapporti ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni ta’ Proġetti u Programmi tal-UE u l-Istati Membri

    Rapporti tal-UNDP dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem

    Rapporti minn pajjiżi mhux tal-UE

    13

    36. Jingħata appoġġ lil pajjiżi terzi, inkluż lis-soċjetà ċivili f’dawk il-pajjiżi, biex jiġu żviluppati u implimentati inizjattivi biex jitnaqqsu r-riskji u d-danni, partikolarment fejn hemm theddida dejjem akbar ta’ trasmizzjoni ta’ virusijiet li jittieħdu mid-demm u li huma relatati mad-drogi u assoċjati mal-konsum tad-drogi inkluż, iżda mhux limitati biss għall-HIV u l-epatite virali, kif ukoll il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    COM

    SEAE

    In-numru ta’ inizjattivi li jnaqqsu r-riskji u d-danni li ġew żviluppati u l-kwalità tagħhom

    Il-prevalenza ta’ mwiet relatati mad-drogi f’pajjiżi terzi u virusijiet li jittieħdu mid-demm u li huma relatati mad-drogi, inkluż, iżda mhux limitati biss għall-HIV u l-epatite virali, kif ukoll il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi

    Rapporti minn pajjiżi terzi

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Rapporti tal-WHO

    14

    37. Jingħata appoġġ lil pajjiżi terzi biex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata relatata mad-drogi, inkluż it-traffikar tad-drogi, permezz ta’:

    a.il-qsim ta’ intelligence miksuba u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

    b.tisħiħ tal-kapaċità kontra s-sustanzi narkotiċi u żvilupp ta’ kompetenza esperta fil-pajjiżi tal-oriġini u dawk tat-tranżitu;

    c.ħidma mas-sħab internazzjonali biex jiġu indirizzati l-fatturi li jikkontribwixxu għat-traffikar tad-drogi bħall-korruzzjoni, l-istituzzjonijiet dgħajfin, il-governanza dgħajfa u nuqqas ta’ kontrolli regolatorji finanzjarji;

    d.tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-identifikazzjoni u l-irkupru tal-assi, b’mod partikolari permezz tal-ħolqien ta’ pjattaformi nazzjonali speċifiċi; u

    e.intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali u intrareġjonali

    f.inkorporazzjoni tal-istat tad-dritt u tal-istandards u l-prinċipji internazzjonali tal-bniedem f’miżuri tal-infurzar tal-liġi relatati amd-drogi

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    SEAE

    COM

    Europol

    S

    In-numru ta’ proġetti u programmi u kemm huma effettivi

    Tnaqqis sostnut fit-traffikar tad-drogi

    COM

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn

    Rapporti mill-COM u mill-Istati Membri

    Rapportar tal-Europol

    Rapporti tas-SEAE

    Rapport Dinji Annwali tal-UNODC rigward id-Drogi

    38. (a) Tisħiħ tal-kooperazzjoni u t-twettiq ta' djalogi ta' aġġornament u implimentazzjoni, Dikjarazzjonijiet u Pjani ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi mas-sħab, inklużi:

    il-pajjiżi ta' adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali

    il-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat

    l-Istati Uniti tal-Amerika

    Il-Federazzjoni Russa

    pajjiżi jew reġjuni ta’ prijorità oħrajn, speċjalment:

    ol-Afganistan u l-Pakistan

    oir-Repubbliki tal-Asja Ċentrali

    oIċ-Ċina

    ol-Amerika Latina u l-Karibew (CELAC)

    ol-Afrika, b’mod partikolari l-Afrika tal-Punent

    oL-Iran

    (b) Esplorazzjoni tal-possibbiltajiet għal involviment (bħal djalogi bilaterali, proġetti konġunti) ma’ pajjiżi oħra mhux tal-UE dwar kwistjonijiet serji relatati mad-drogi

    Għaddejja bħalissa

    Triju ta’ PRES

    COM

    SEAE

    Stati Membri

    L-indikatur ġenerali 13

    Tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-drogi mas-sħab rilevanti

    Djalogi organizzati

    Dikjarazzjonijiet maqbula

    Programmi u Pjanijiet ta’ Azzjoni implimentati

    Rapporti tas-SEAE

    Eżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Matriċijiet ta’ Rappurtar tal-UE

    Rapporti dwar l-Implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni rilevanti

    15

    39. Titjib tal-mekkaniżmu konsultattiv tal-Grupp ta’ Dublin permezz ta’ kooperazzjoni u parteċipazzjoni intensifikati tal-UE, titjib fil-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u t-tqassim tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu tar-rapporti tal-Mini Grupp ta’ Dublin

    Għaddejja bħalissa

    Grupp ta’ Dublin

    COM

    SEAE

    Stati Membri

    Il-livell ta’ attività fl-istrutturi kollha tal-Grupp ta’ Dublin inkluż in-numru ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Dublin implimentati b’mod effettiv

    Modernizzazzjoni miksuba tal-metodi ta’ ħidma tal-Grupp ta’ Dublin

    Rapporti tal-Grupp ta’ Dublin

    16

    Jiġi organizzat djalogu annwali dwar l-assistenza mill-UE u l-Istati Membri relatata mad-drogi għal pajjiżi terzi akkumpanjat minn aġġornament bil-miktub

    Minn

    2014

    COM

    SEAE

    Stati Membri

    Organizzazzjoni ta’ djalogu annwali dwar il-finanzjament

    COM

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    Rapporti tas-SEAE

    Sistemi u Rapporti ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni ta’ Proġetti u Programmi

    17

    40. Jiġi żgurat li l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jiġu integrati kompletament fi djalogi politiċi u fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ programmi u proġetti rilevanti relatati mad-drogi inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet (rights-based approach, RBA) u ta’ gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem u għodda għall-valutazzjoni tal-impatt imfassla apposta 

    Għaddejja bħalissa

    COM

    SEAE

    Stati Membri

    Integrazzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem fl-azzjoni esterna tal-UE dwar id-drogi

    Żvilupp u Implimentazzjoni tal-għodda ta’ gwida u valutazzjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Rapport Annwali tal-COHOM dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    12. Titjib tal-koeżjoni tal-approċċ tal-UE u l-viżibbiltà tal-UE fin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-UE mal-korpi internazzjonali relatati mal-qasam tad-droga

    41. Isir kontribut għat-tfassil tal-aġenda dwar il-politika internazzjonali rigward id-drogi, inkluż permezz ta’:

    a.azzjoni mill-UE u d-Delegazzjonijiet tal-Istati Membri fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u l-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi (CND);

    b.azzjoni mill-UE u d-Delegazzjonijiet tal-Istati Membri fil-fora kollha tan-NU li tindirizza kwistjonijiet relatati mad-drogi (pereżempju l-Assemblea Ġenerali tan-NU, l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Forum Politiku ta’ Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli)

    c.tħejjija, koordinazzjoni u adozzjoni tal-pożizzjonijiet komuni u r-riżoluzzjonijiet konġunti tal-UE fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u s-CND, inklużi, qabel is-CND, dwar l-iskedar tas-sustanzi, u l-iżgurar li l-UE titkellem b’vuċi waħda b’saħħitha f’dawn il-fora internazzjonali u oħrajn;

    d.l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tad-Dokument dwar l-Eżitu tal-UNGASS 2016

    e. il-proċess ta’ eżami tal-2019 tad-Dikjarazzjoni Politika u l-Pjan ta’ Azzjoni tan-NU tal-2009 dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali għal Strateġija Integrata u Bbilanċjata biex Tiġi Miġġielda l-Problema Dinjija tad-Drogi; u

    f.l-iżgurar tal-involviment sinifikanti tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ eżami

    Għaddejja bħalissa

    SEAE

    PRES

    Stati Membri

    COM

    Kunsill

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    L-indikatur ġenerali 13

    Numru ta’ dikjarazzjonijiet tal-UE fil-fora tas-CND u n-NU

    In-numru ta’ pożizzjonijiet komuni tal-UE appoġġati minn reġjuni u korpi internazzjonali oħrajn

    Numru ta’ pożizzjonijiet komuni li jikkonċernaw id-deċiżjonijiet tas-CND dwar l-iskedar tas-sustanzi

    Ir-riżultat tad-deċiżjonijiet tas-CND dwar l-iskedar tas-sustanzi

    Il-frekwenza li biha l-UE titkellem b’vuċi effettiva waħdanija f’fora internazzjonali u fi djalogi ma’ pajjiżi terzi

    Livell ta’ adozzjoni b’suċċess ta’ riżoluzzjonjiet tal-UE fin-NU inkluż fis-CND

    Promozzjoni effettiva tal-politiki tal-UE fin-NU, inkluż fis-CND

    Adozzjoni ta’ Dokument dwar il-Pożizzjoni Komuni tal-UE fil-proċess ta’ eżami tal-2019; Kontribuzzjoni tal-UE għad-definizzjoni mis-CND tal-modalitajiet għall-proċess tal-2019

    L-eżitu tal-eżami tal-2019 tad-Dikjarazzjoni Politika u l-Pjan ta’ Azzjoni tan-NU tal-2009 dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali għal Strateġija Integrata u Bbilanċjata biex Tiġi Miġġielda l-Problema Dinjija tad-Drogi

    Rapporti tas-SEAE

    Eżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Indikatur ta’ konverġenza

    Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu

    UNGASS

    Eżitu tal-eżami tal-2019

    18

    42. It-tisħiħ tas-sħubiji mal-UNODC, WHO UNAIDS u aġenziji rilevanti oħrajn tan-NU, korpi internazzjonali u reġjonali u organizzazzjonijiet u inizjattivi (bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-Inizjattiva tal-Patt ta’ Pariġi)

    Għaddejja bħalissa

    Kunsill

    SEAE

    COM

    PRES

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

    EMCDDA

    L-indikaturi ġenerali 13, 15

    In-numru ta’ skambji ta’ informazzjoni u attivitajiet bejn l-UE u l-korpi u l-organizzazzjonijiet u l-inizjattivi internazzjonali u reġjonali rilevanti

    L-effikaċja tas-sħubiji ma’ korpi rilevanti

    Rapporti tas-SEAE

    Eżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    13. Jingħata appoġġ għall-proċess tal-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali biex jadattaw għall-acquis tal-UE u jikkonformaw miegħu fil-qasam tad-drogi, permezz ta’ assistenza mmirata u monitoraġġ

    43. Tingħata assistenza teknika mmirata, u assistenza oħra u appoġġ kif meħtieġ, lill-pajjiżi ta' adeżjoni, lill-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali biex jiġi ffaċilitat l-adattament tagħhom għall-acquis tal-UE u l-konformità miegħu fil-qasam tad-drogi

    Għaddejja bħalissa

    COM

    Stati Membri

    EMCDDA

    Europol

    Eurojust

    FRONTEX

    SEAE

    L-indikatur ġenerali 15

    Konformità akbar mill-pajjiżi mal-acquis tal-UE

    In-numru u l-kwalità ta’ proġetti kkompletati

    Stabbiliment ta’ Strateġiji Nazzjonali dwar id-Drogi u strutturi nazzjonali ta’ koordinazzjoni fil-qasam tad-drogi

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Rapporti tal-pajjiżi ta' adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali


    5.Informazzjoni, riċerka, monitoraġġ u evalwazzjoni

    Kontribut biex jinftiehmu aħjar l-aspetti kollha tal-fenomenu tad-drogi u l-impatt tal-miżuri sabiex tingħata evidenza soda u komprensiva għall-politiki u l-azzjonijiet

    Objettiv

    Azzjoni

    Skeda ta’ żmien

    Il-parti responsabbli

    Indikatur(i)

    Mekkaniżmi għall-ġbir/valutazzjoni tad-data

    14. L-iżgurar ta' investiment adegwat fir-riċerka, il-ġbir ta’ data, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aspetti kollha tal-fenomenu tad-drogi

    44.Issir promozzjoni ta’ finanzjament adatt ta’ riċerka u studji multidixxiplinari fil-livell tal-UE relatati mad-drogi inkluż permezz ta’ programmi finanzjarji relatati mal-UE (2014-2020)

    2017-2020

    Stati Membri

    COM

    EMCDDA

    L-ammont u t-tip ta’ finanzjament tal-UE mogħti lill-programmi u l-proġetti differenti

    COM

    rapportar

    tad-djalogu annwali dwar ir-riċerka Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn 

    45. Jiġi żgurat li l-proġetti b’appoġġ mill-UE:

    a.jikkunsidraw il-prijoritajiet tal-Istrateġija dwar id-Drogi u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-ġlieda kontra d-Drogi tal-UE;

    b.jikkunsidraw il-lakuni fil-formulazzjoni tal-politika;

    c.jagħtu valur miżjud ċar u jiżguraw koerenza u sinerġija; u

    d.jevitaw duplikazzjoni mar-riċerka taħt programmi u korpi oħrajn

    e.jieħdu kont tal-importanza tar-riċerka fl-imġiba u n-newroxjenza 64  

    f.jinkludu indikaturi ċari għall-kejl tal-impatt tagħhom

    2017-2020

    COM

    EMCDDA

    L-inklużjoni tal-prijoritajiet tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ġlieda kontra d-Drogi fil-finanzjament u l-valutazzjoni tal-kriterji tar-riċerka ffinanzjata mill-UE u relatata mad-drogi

    In-numru, l-impatt, il-kumplimentarjetà u l-valur ta’ għotjiet u kuntratti ta’ riċerka mogħtija ffinanzjati mill-UE u relatati mad-drogi

    In-numru ta’ artikli u rapporti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE u relatati mad-drogi ppubblikati f’ġurnali riveduti mill-pari b’fatturi ta’ impatt qawwi

    Dibattitu annwali tal-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi dwar proġetti ta’ riċerka relatati mad-drogi ffinanzjati mill-UE inklużi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA dwar il-prijoritajiet tar-riċerka

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Rapporti ta’ proġetti ta’ riċerka

    Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA dwar il-prijoritajiet tar-riċerka

    Indiċi ta’ Ċitazzjoni Xjentifika u għodod biblijometriċi simili



    Aġenda ta’ riċerka strateġika żviluppata mill-ERANID 

    46. Jiġu promossi evalwazzjonijiet xjentifiċi bbażati fuq l-evidenza tal-politiki u l-interventi fil-livell nazzjonali, tal-UE u internazzjonali

    2017-2020

    COM

    Stati Membri
    EMCDDA

    L-indikatur ġenerali 14

    Eżami regolari tal-progress għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni

    Numru ta’ pajjiżi li jsegwu approċċ strutturat, kif deskritt fil-gwida għall-ikummissjunar u l-ġestjoni ta’ evalwazzjonijiet maħruġa mill-EMCDDA

    Valutazzjoni esterna ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija/Pjan ta’ Azzjoni kkompletati – 2016

    Linji gwida Ewropej għall-evalwazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali dwar id-drogi u pjanijiet ta’ azzjoni ppubblikati

    Studji speċifiċi pprovduti dwar l-effikaċja u l-impatti tal-politiki tal-UE u internazzjonali dwar id-drogi

    Evalwazzjoni kkompletata tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2003 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ ħsara relatata mas-saħħa assoċjata mad-dipendenza fuq id-drogi

    Rapporti tal-EMCDDA

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    Rapport ta’ Valutazzjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi

    Rapporti tal-EMCDDA

    Rapporti tal-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA

    Rapporti ta’ Alice RAP u LINKSCH u ERA-net

    Rapporti Nazzjonali tar-Reitox

    47.Tinġabar prova tal-konnessjonijiet potenzjali bejn it-traffikanti tad-droga u:

    a.il-finanzjament tal-gruppi u l-attivitajiet terroristiċi, inkluż kwalunkwe trikkib bejn ir-rotot stabbiliti għall-produzzjoni tad-drogi u ż-żoni tat-traffikar, u ż-żoni tal-kunflitt; u s-sorsi ta’ finanzjament taċ-ċelloli terroristiċi fl-UE mill-attivitajiet illeċiti inkluż it-traffikar tad-drogi;

    b.is-sinerġiji ta’ żvilupp dwar it-traffikar tal-bnedmin mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-migranti (2015-2020) li jipprevedi riċerka u analiżi tar-riskju bejn il-kuntrabandu u reati oħrajn bħat-traffikar tad-droga, u inkluż:

    Iffokar fuq il-migranti vulnerabbli u l-isfruttament potenzjali tagħhom għal skopijiet ta’ traffikar tad-droga u/jew bħala utenti finali tad-drogi, b’mod partikolari l-minuri u n-nisa.

    L-esplorazzjoni ta’ kwalunkwe trikkib bejn it-traffikar tad-drogi u ċ-ċrieki kriminali tal-kuntrabandu tal-migranti, il-modi operandi u r-rotot.

    c.it-traffikar f’sinerġiji ta’ żvilupp tal-bnedmin mal-oqfsa legali u politiċi tal-UE li jindirizzaw it-traffikar tal-bnedmin inkluż l-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012–2016

    2017-2020

    Stati Membri

    Kummissjoni

    EU ATC

    EMCDDA

    Europol

    Frontex

    FRA

    EIGE

    Numru ta’ proġetti ffinanzjati fil-livell tal-UE u nazzjonali

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    Rapportar tal-COM

    aġenziji tal-UE li jirrappurtaw (EMCDDA Europol

    FRONTEX u FRA fil-qafas tal-attivitajiet ta’ rappurtar regolari tagħhom

    EIGE fil-qafas tal-attivitajiet ta’ rappurtar regolari tagħhom

    15. Jinżammu netwerking u kooperazzjoni u tiġi żviluppata kapaċità fi ħdan il-komponenti tal-infrastruttura tal-għarfien tal-UE u bejniethom għall-informazzjoni, ir-riċerka, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tad-drogi, b’mod partikolari d-drogi illeċiti

    48.F’kollaborazzjoni mal-partijiet rilevanti kif adatt, jibqgħu jiġu pprovduti analiżijiet komprensivi ta’:

    a.is-sitwazzjoni tad-drogi fl-UE;

    b.id-dinamika tal-konsum tad-drogi f’popolazzjonijiet ġenerali u gruppi fil-mira inklużi l-minoranzi etniċi, il-migranti u dawk li qed ifittxu l-ażil, il-persuni LGBTI, il-ħaddiema tas-sess kummerċjali u l-ħabsin; u

    c. reazzjonijiet għall-konsum tad-drogi

    d.l-iżviluppi fl-UE u internazzjonali relatati mal-mudelli tal-politika dwar il-kannabis u l-impatti tagħhom

    Għaddejja bħalissa

    EMCDDA

    Europol

    Stati Membri

    Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

    COM

    L-indikaturi ġenerali 1-15

    Stabbiliment tan-nuqqasijiet attwali fil-bażi tal-għarfien u żvilupp ta’ qafas fil-livell tal-UE biex isiru kemm jista’ jkun analiżijiet mill-ħażniet attwali ta’ data

    In-numru ta’ studji ġenerali u analiżijiet ta’ temi rigward is-sitwazzjoni tad-drogi

    Rapporti tal-EMCDDA

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

    COM

    49. Jissaħħaħ it-taħriġ għal dawk involuti fir-rispons għall-fenomenu tad-drogi

    2017-2020

    Stati Membri

    EMCDDA

    CEPOL

    In-numru ta’ inizjattivi fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE biex jitħarrġu professjonisti f’aspetti tat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi u t-tnaqqis tal-provvista għad-droga

    In-numru ta’ inizjattivi fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE implimentati biex jitħarrġu professjonisti b’rabta mal-ġbir ta’ data u rappurtar tat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi u t-tnaqqis tal-provvista tad-drogi

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    Rapport ta’ taħriġ tal-EMCDDA

    Rapport annwali tas-CEPOL

    Rapporti Annwali tar-Reitox

    50. Tisħiħ tal-ġbir ta’ data, ir-riċerka, l-analiżi u r-rappurtar dwar:

    a.tnaqqis fid-domanda għad-droga;

    b.tnaqqis fil-provvista tad-droga;

    c.ix-xejriet emerġenti, bħall-polikonsum ta’ drogi u l-abbuż ta’ mediċini kkontrollati preskritti psikoattivi li jkunu ta’ riskju għas-saħħa u s-sikurezza;

    d.virusijiet li jittieħdu mid-demm u assoċjati mal-konsum tad-drogi inkluż iżda mhux limitati biss għall-HIV u l-epatite virali, kif ukoll il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi;

    e.komorbożità psikjatrika u fiżika;

    f.il-problemi tad-droga fost il-priġunieri u d-disponibbiltà u l-kopertura tal-interventi u s-servizzi għat-tnaqqis tad-domanda għad-droga fil-ħabsijiet; u

    g.konsegwenzi relatati mad-drogi oħrajn problemi u konsegwenzi relatati mas-sustanzi leċiti u illeċiti

    h.il-konformità tal-politiki dwar id-drogi mal-istandards u l-prinċipji internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    KOM

    EMCDDA

    Europol

    ECDC

    EMA

     

    Disponibbiltà akbar u implimentazzjoni ta’ indikaturi bbażati fuq l-evidenza u xjentifikament solidi rigward it-tnaqqis tal-provvista tad-drogi u t-tnaqqis tad-domanda għad-drogi

    Fil-livell tal-Istati Membri, il-firxa ta’ riċerka ġdida mibdija rigward ix-xejriet emerġenti bħall-polikonsum tad-drogi u l-abbuż ta’ mediċini kkontrollati preskritti; virusijiet li jittieħdu mid-demm u assoċjati mal-konsum tad-drogi inkluż iżda mhux limitati biss għall-HIV u l-epatite virali, kif ukoll il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi; komorbożità psikjatrika u fiżika; u konsegwenzi oħrajn relatati mad-drogi

    twettiq ta’ studju għall-UE kollha rigward l-intimidazzjoni tal-komunitajiet relatata mad-drogi, l-impatti tagħha fuq l-individwi, il-familji u l-komunitajiet l-aktar affettwati u r-reazzjonijiet effettivi għaliha

    Adozzjoni ta’ indikaturi bbażati fuq l-evidenza u xjentifikament solidi dwar il-problemi tad-drogi fost il-priġunieri 

    Rapporti tal-EMCDDA

    Ir-rapportar tal-Istati Membri

    Rapporti ta’ data armonizzati mill-korpi tal-UE inkluż l-EMCDDA

    EU SOCTA

    51. Titjib tal-kapaċità ta’ kxif, valutazzjoni u rispons effettivi għat-tfaċċar u l-konsum ta’ sustanzi psikoattivi ġodda u jiġi ssorveljat il-livell tal-impatt li jħallu dawn is-sustanzi l-ġodda fuq in-numru u l-profil tal-utenti

    Għaddejja bħalissa

    COM

    Stati Membri

    EMCDDA

    Europol

    L-indikatur ġenerali 6

    Il-firxa ta’ riċerka epidemjoloġika, farmakoloġika u tossikoloġika mibdija fir-rigward ta’ sustanzi psikoattivi ġodda u appoġġata mill-Programmi ta’ riċerka tal-Istati Membri u tal-UE

    Il-kwantità ta’ informazzjoni, prattiki tajba u skambju ta’ intelligence miksuba

    Il-livell ta’ qsim mil-laboratorji tat-tossikoloġija u mill-Istituti tar-Riċerka ta’ analiżijiet ta’ data tossikoloġika u relatata mas-saħħa rigward sustanzi psikoattivi ġodda

    Rapporti tal-EMCDDA

    Rapport ta’ Implimentazzjoni tal-EMCDDA – Europol

    Rapporti mil-laboratorji u l-istituti tar-riċerka

    Rapporti Nazzjonali tar-Reitox

    52. Jissaħħu l-isforzi ta’ kondiviżjoni ta’ data ta’ xjenza forensika, inklużi l-appoġġ għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, standards ta’ referenza tal-laboratorji rigward sustanzi psikoattivi ġodda, u l-iżvilupp tal-metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni tas-sustanzi ġodda billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni, u permezz ta’ netwerks eżistenti, bħall-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Drogi tan-Netwerk Ewropew tal-Istituti tax-Xjenza Forensika fil-qafas tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI dwar il-Viżjoni għal Xjenza Forensika Ewropea 2020 u n-Netwerk Ewropew tal-Laboratorji Doganali

    2017-2020

    COM

    Stati Membri

    EMCDDA

    L-indikatur ġenerali 15

    Il-livell ta’ qsim ta’ data ta’ xjenza forensika dwar sustanzi psikoattivi ġodda, li jappoġġja l-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda 

    Faċilità ta’ aċċess għall-istandards ta’ referenza tal-laboratorji minn laboratorji u istituti tax-xjenza forensika, laboratorji doganali u istituti

    Progress dwar l-iżvilupp ta’ metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda

    Rapporti tal-EMCDDA/Europol

    Rapportar tal-COM

    Rapport ta’ Progress ta’ Kull Sentejn mill-COM

    53. Titjieb tal-kapaċità ta’ identifikazzjoni, valutazzjoni u rispons fil-livell tal-Istati Membri u dak tal-UE għal (a) tibdil fl-imġiba fir-rigward tal-konsum tad-drogi u (b) tfaqqigħ ta’ mard epidemiku relatat mad-droga

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    EMCDDA

    ECDC

    EMA

    In-numru u l-effikaċja ta’ inizjattivi ġodda għas-saħħa pubblika relatati mad-drogi li jkunu ġew żviluppati u implimentati

    In-numru u l-effikaċja ta’ inizjattivi eżistenti li jiġu aġġustati biex jitqies il-konsum tad-drogi jew tifqigħat ta’ mard epidemiku

    In-numru u l-impatt ta’ rapporti ta’ twissija bikrija, valutazzjonijiet tar-riskji u twissijiet

    Rapporti Nazzjonali tar-Reitox

    Rapporti tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija

    Rapporti tal-EMCDDA

    16. Tissaħħaħ id-disseminazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ, ir-riċerka u l-evalwazzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali

    54. L-Istati Membri jibqgħu jappoġġaw l-isforzi ta’ monitoraġġ u skambju ta’ informazzjoni tal-UE, inkluża l-kooperazzjoni mal-Punti Fokali Nazzjonali tar-Reitox u l-għoti ta’ appoġġ adegwat lil dawn il-Punti Fokali

    Għaddejja bħalissa

    Stati Membri

    EMCDDA

    COM

    Riżultati aċċessibbli mill-istudji ffinanzjati mill-UE li jkunu ġew iddisseminati

    Il-livell ta’ kemm il-finanzjament u riżorsi oħra tal-Punti Fokali Nazzjonali Reitox jissodisfaw il-ħtieġa

    In-numru u l-effikaċja ta’ inizjattivi ta’ disseminazzjoni tal-Punti Fokali Nazzjonali Reitox

    Disseminazzjoni permezz tal-internet inkluż OpenAire, Cordis

    Sit tal-internet tal-EMCDDA

    Rapporti Nazzjonali tar-Reitox

    6.Anness 1 – 15 Indikaturi ġenerali għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2017-2020 65  

    1.Perċentwal tal-popolazzjoni li attwalment jużaw id-drogi (matul dan l-aħħar xahar), użaw id-drogi reċentement (matul din l-aħħar sena), u li xi darba użaw id-drogi (użu matul ħajjithom) ikklassifikati skont id-droga u l-grupp tal-età (EMCDDA – Stħarriġ tal-Popolazzjoni Ġenerali mill-EMCDDA)

    2.Xejriet previsti fil-prevalenza tal-konsum problematiku u injettat ta’ drogi (EMCDDA – Użu Problematiku tad-Drogi)

    3.Xejriet fl-imwiet ikkawżati mid-drogi u l-mortalità fost l-utenti tad-drogi (skont definizzjonjiet nazzjonali) (EMCDDA – Imwiet relatati mad-drogi)

    4.Prevalenza u inċidenza, fost utenti ta’ drogi injettati, ta’ mard li jittieħed li jista’ jiġi attribwit lill-konsum tad-drogi, inkluż l-HIV u l-Epatite virali, il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi (EMCDDA – Mard li Jittieħed Relatat mad-Drogi)

    5.Xejriet fl-età tal-ewwel użu ta’ drogi illeċiti (Proġett Ewropew ta’ Stħarriġ Skolastiku dwar l-Alkoħol u Drogi Oħrajn (ESPAD), Stħarriġ dwar l-Imġiba marbuta mas-Saħħa fi Tfal tal-Età tal-Iskola (HBSC) u Stħarriġ tal-Popolazzjoni Ġenerali dwar il-Konsum tad-Drogi (EMCDDA – Indikatur Epidemjoloġiju Ewlieni) 

    6.Xejriet fin-numri ta’ nies li jieħdu kura għad-drogi (EMCDDA – Domanda għal Kura) u n-numru totali stmat ta’ nies li qegħdin jirċievu trattament għad-drogi (EMCDDA – Domanda għat-Trattament u Rispons tas-Saħħa u Soċjali)

    7.Xejriet fin-numru u l-kwantitajiet ta’ qabdiet ta’ drogi illeċiti (EMCDDA Qabdiet tad-Drogi: kannabis inklużi weraq tal-kannabis, eroina, kokaina, il-kokaina crack, l-amfetamina, il-metaamfetamina, l-ecstasy, l-LSD u sustanzi oħrajn)

    8.Xejriet fil-prezzijiet bl-imnut u l-purezza tad-drogi illeċiti (EMCDDA Prezz u Purezza: kannabis inklużi weraq tal-kannabis, eroina, kokaina, il-kokaina crack, l-amfetamina, il-metaamfetamina, l-ecstasy, l-LSD, sustanzi oħrajn u l-kompożizzjoni tal-pilloli tad-drogi)

    9.Xejriet fin-numru ta’ rapporti inizjali ta’ reati kontra l-liġi dwar id-drogi, skont id-droga u t-tip ta’ reat (provvista v. użu/pussess) (EMCDDA – Reati Marbutin mad-Drogi)

    10.Prevalenza tal-użu tad-drogi fost il-priġunieri (EMCDDA – Konsum tad-Drogi fil-Ħabsijiet)

    11.Valutazzjoni tad-disponibbiltà, il-kopertura u l-kwalità tas-servizzi u l-interventi fl-oqsma tal-prevenzjoni, it-tnaqqis tad-dannu, l-integrazzjoni soċjali u t-trattament. (EMCDDA Rispons tas-Saħħa u Soċjali)

    12.Interventi bbażati fuq l-evidenza rigward il-prevenzjoni, it-trattament, l-integrazzjoni soċjali u l-irkupru u l-impatt mistenni tagħhom fuq il-prevalenza tal-konsum tad-drogi u l-użu problematiku tad-drogi (Il-Portal tal-EMCDDA dwar l-Aħjar Prattiki)

    13.Djalogu u kooperazzjoni b’saħħithom, fil-qasam relatat mad-drogi, ma’ reġjuni oħrajn, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet oħrajn (Evalwazzjoni Esterna ta’ Nofs it-Terminu tal-Istrateġija/Pjan ta’ Azzjoni; Rapporti tas-SEAE)

    14.Żviluppi fl-istrateġiji nazzjonali għall-ġlieda kontra d-drogi, l-evalwazzjonijiet, il-leġiżlazzjoni, il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u l-estimi tal-infiq pubbliku fl-Istati Membri tal-UE (EMCDDA)

    15.    Sistema ta’ Twissija Bikrija rigward sustanzi psikoattivi ġodda (EMCDDA/Europol) u Evalwazzjoni tar-Riskju ta’ sustanzi psikoattivi ġodda

    7.Anness 2 - Glossarju ta’ Akronimi

    Alice RAP    

    Dipendenza u Stili ta’ Ħajja fl-Ewropa Kontemporanja, Proġett li Jfassal Approċċ Ġdid lejn id-Dipendenzi

    ASEAN

    L-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja

    CCWP

    Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kooperazzjoni Doganali

    CELAC    

    Comunidad de Estados Latinoamericanos y Caribeños (Komunità ta’ Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew)

    CEPOL

    Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija

    CICAD

    La Comisión Interamericana para el Control del Abuso de Drogas (Il-Kummissjoni Inter-Amerikana għall-Kontroll tal-Abbuż mid-Drogi)

    CND

    Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi (NU)

    COAFR

    Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar l-Afrika

    COASI

    Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar l-Asja u l-Oċeanja

    COEST

    Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali

    COHOM

    Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

    COLAT

    Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar l-Amerika Latina

    COM

    il-Kummissjoni Ewropea

    CONUN

    Kunsill tal-UE – Grupp ta’ Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti

    COSI

    Kunsill tal-UE - Kumitat Permanenti għall-Kooperazzjoni Operattiva dwar is-Sigurtà Interna

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill

    Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill

    COWEB

    Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Reġjun tal-Balkani tal-Punent

    CUG

    Kunsill tal-UE - Grupp dwar l-Unjoni Doganali

    ECDC

    Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard

    ECOWAS

    Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent

    SEAE

    Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    EMA

    Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

    EMCDDA

    Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

    EMPACT

    Pjattaforma Multidixxiplinarja Ewropea kontra t-Theddidiet Kriminali

    ENFSI

    Netwerk Ewropea tal-Istituti tax-Xjenza Forensika

    ERA-net

    Netwerk taż-Żona Ewropea tar-Riċerka

    ERANID

    Netwerk taż-Żona Ewropea ta’ Riċerka dwar id-Drogi Illeċiti

    ESPAD

    Proġett Ewropew ta’ Stħarriġ Skolastiku dwar l-Alkoħol u Drogi Oħrajn

    EU

    l-Unjoni Ewropea

    EUROJUST

    Unità Ewropea ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja

    EUROPOL

    Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ

    EU SOCTA

    Valutazzjoni tat-Theddid mill-Kriminalità Organizzata u l-Kriminalità Serja tal-UE

    FRONTEX

    L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

    HBSC

    Stħarriġ dwar l-Imġiba marbuta mas-Saħħa fi Tfal tal-Età tal-Iskola

    HCV

    Vajrus tal-Epatite Ċ

    GOD

    Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma Orizzontali dwar id-Drogi

    HIV

    Il-vajrus tal-immunodefiċjenza umana

    INCB

    Bord Internazzjonali għall-Kontroll ta’ Sustanzi Narkotiċi (NU)

    ĠAI

    Ġustizzja u Affarijiet Interni

    LGBTI

    Leżbjani, Gay, Bisesswali, Transġeneru/Transsesswali u Intersesswali

    LSD

    Dietilammid tal-aċidu liserġiku

    MASPs

    Pjanijiet Strateġiċi Pluriennali (Europol)

    MtQ

    Memorandum ta’ Qbil

    LINKSCH

    Il-proġett LINKSCH hu studju komparattiv ta’ żewġt iswieq prinċipali tad-drogi, il-kannabis u l-eroina, mill-priżma tal-ktajjen ta’ transitu li joperaw bejn l-Asja Ċentrali u l-UE u dawk bejn l-Afrika ta’ Fuq u l-UE

    Stati Membri    

    Stat Membru

    SPĠ

    PEN

    Sustanzi psikoattivi ġodda

    Sistema Online ta’ Notifikazzjoni Qabel l-Esportazzjoni żviluppata mill-UNODC/INCB

    PICS

    Sistema ta’ Komunikazzjoni dwar Inċidenti li Jinvolvu Prekursuri

    PRES

    Il-Presidenza ta’ Sitt Xhur tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Triju ta’ PRES

    Grupp ta’ tliet Presidenzi ta’ sitt xhur konsekuttivi tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Reitox

    Rapporti Réseau Européen d’Information sur les Drogues et les Toxicomanies

    SOCTA

    Valutazzjoni tat-Theddid mill-Kriminalità Organizzata u l-Kriminalità Serja

    NU    

    Nazzjonijiet Uniti

    UNAIDS

    Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV/AIDS

    UNGASS

    Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

    UNODC

    Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità

    UNDP

    Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp

    WCO

    Organizzazzjoni Dinjija Doganali

    WHO

    L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)

    (1)  ĠU C 402, 29.12.2012, p. 1.
    (2)  ĠU C 351, 30.11.2013, p. 1.
    (3)  COM(2015) 185.
    (4)  Konsorzju ffurmat minn Ernst & Young u RAND Europe.
    (5)   http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-is-new/work-in-progress/initiatives/984ws_intro_en.htm  
    (6)  Deskrizzjoni tar-riżultati tal-evalwazzjoni fil-forma ta’ Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni hija mehmuża ma’ din il-Komunikazzjoni SWD (2017)95.
    (7)  Mhuwiex l-objettiv ta’ din il-Komunikazzjoni li tiġi aġġornata l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi, li tibqa’ valida sal-2020. Il-Kummissjoni tqis li l-bidliet proposti fl-abbozz tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid huma konformi mal-Istrateġija eżistenti
    (8)  Rapport tas-Suq tad-Drogi tal-UE 2016, Europol u EMCDDA
    (9)  Rapport Ewropew dwar id-Drogi 2016, EMCDDA.
    (10)  Dan jirrappreżenta żieda fuq il-figura tal-2013.
    (11)  Is-sors għad-dejta kollha fil-paragrafu huwa r-Rapport tas-Suq tad-Drogi 2016, EMCDDA.
    (12)  Inkluż is-Seba’ Programm Kwadru, l-Orizzont 2020 u l-Programm ta’ Saħħa 2014-2020
    (13)  Din kienet tinvolvi aktar minn 90 intervista b’rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE, istituzzjonijiet Ewropej, aġenziji, pajjiżi terzi, u partijiet ikkonċernati oħra; stħarriġ onlajn tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), rappreżentanti f’pajjiżi mhux tal-UE; konsultazzjoni pubblika onlajn u diskussjoni roundtable b’rappreżentanti mill-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi.
    (14)  Dan huwa minħabba l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha jipprovdu dejta dwar il-miżuri kollha, minħabba l-fatt li l-indikaturi differenti jkopru perjodi ta’ żmien differenti, li xi indikaturi huma bbażati fuq reġistri jew stħarriġ u huma kwantifikabbli filwaqt li oħrajn jiddependu fuq speċjalizzazzjoni jew valutazzjonijiet kwalitattivi.
    (15)  Intervisti, stħarriġ, riċerka bbażata bis fuq id-dokumentazzjoni, konsultazzjoni pubblika, diskussjonijiet roundtable.
    (16)

          Joint statement by the Council and the representatives of the governments of the Member States meeting within the Council, the European Parliament and the Commission on European Union Development Policy: ‘The European Consensus’ OJ C/46/1 of 24.02.2006

    (17)   KUMM (2007) 630 finali u l-objettivi identifikati fl-2007 se jibqgħu validi għad-deċennju li jmiss fil-kuntest tal-Ewropa 2020. Barra minn hekk it- Tielet Programm tas-Saħħa 2014-2020 jindika sfidi simili
    (18)  Ġiet introdotta Azzjoni 3 ġdida u l-Azzjoni 4 ġiet aġġornata.
    (19)  L-Azzjoni 5 ġiet aġġornata: Issa tirreferi għall-użu ħażin ta’ mediċini psikoattivi; dan jinkludi kwalunkwe tip ta’ sustanza psikoattiva/addittivi użata għal trattament, id-drogi kollha li jaġixxu fuq is-sistema nervuża ċentrali u l-opjojdi u l-mediċini użati fit-terapija ta’ sostituzzjoni bl-opjojdi.
    (20)  L-Azzjonijiet 6 u 7 ġew aġġornati
    (21)  L-Objettiv 2, diversi azzjonijiet skont il-pilastru tat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi, u l-Azzjoni 48 ġew emendati sabiex jiġi rifless dan l-iżvilupp. F’dan il-kuntest, qed jiġi ssuġġerit li s-sinerġiji jiġu esplorati mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
    (22)  L-Azzjonijiet 8 u 9 ġew imsaħħa biex jirriflettu l-objettiv ċentrali tal-pożizzjoni tal-UE għall-UNGASS.
    (23)  Council conclusions on the implementation of the EU Action Plan on Drugs 2013-2016 regarding minimum quality standards in drug demand reduction in the European Union 11985/15
    (24)  L-Azzjoni 10 ġiet aġġornata.
    (25)  L-Azzjoni 11 ġiet aġġornata.
    (26)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-titjib tal-monitoraġġ tal-provvista tad-droga fl-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Novembru 2013
    (27)  L-Azzjoni 17 ġiet aġġornata
    (28)  L-Azzjoni 19 ġiet aġġornata
    (29)  L-Azzjoni 20 ġiet emendata bix-xieraq
    (30)  Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prekursuri tad-droga (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1–10) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU L 22, 26.01.2005, p. 1-10)
    (31)  Study on alternatives to coercive sanctions as response to drug law offences and drug-related crimes, Mejju 2016, ikkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea.
    (32)  L-Azzjoni 22 ġiet aġġornata
    (33)  L-Azzjoni 23 ġiet aġġornata. L-isfidi huma xprunati minn fatturi bħall-kriptaġġ sikur, web hosting, il-bidla minn siti web viżibbli (surface websites) għal dawk inviżibbli (deep websites) u/jew id-darknet; l-emerġenza ta’ forom ġodda ta’ pagamenti (bħal bitcoins); u t-tkabbir fir-riklamar u l-iskambju tad-drogi fuq il-midja soċjali. Ingħatat attenzjoni partikulari għall-użu tal-web għall-bejgħ ta’ mediċini bir-riċetta u SPĠ.
    (34)  Rapport mil-laqgħa esperta ta’ Ġunju 2016 “Internet and drugs”
    (35) L-Azzjoni 24 ġiet emendata f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni li jiġu eżaminati l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni attwali bejn il-GOD u l-Kumitat Permanenti għall-Kooperazzjoni Operattiva dwar is-Sigurtà Interna (COSI). Barra minn hekk, l-Azzjonijiet 24 u 28 (kif emendati) jindirizzaw ukoll il-ħtieġa li titjieb il-koordinazzjoni bejn il-GOD u l-Gruppi ta’ Ħidma tematiċi tal-Kunsill, pereżempju dawk bħall-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Grupp ta’ Ħidma tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Dan għandu jtejjeb is-sinerġiji u l-kooperazzjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali, speċjalment fil-qafas tal-proċess ta’ eżami li se jsir fl-2019 fuq id-Dikjarazzjoni Politika tan-NU u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali lejn Strateġija Integrata u Bbilanċjata għall-Ġlieda kontra l-Problema Dinjija tad-Drogi, adottata fl-2009.
    (36)  L-Azzjoni 26 ġiet aġġornata
    (37)  L-Azzjoni 31 ġiet aġġornata
    (38)  L-Azzjoni 34 ġiet emendata biex tappoġġja bis-sħiħ ir-rwol tad-Delegazzjonijiet tal-UE fil-monitoraġġ tal-iżviluppi tal-politika dwar id-drogi f’pajjiżi mhux tal-UE u jirrappurtaw lura lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).
    (39)  L-Azzjonijiet 34 u 35 preċedenti ġew fużi fl-Azzjoni 35 minħabba li kienu jindirizzaw kwistjonijiet simili: il-kultivazzjoni tal-għelejjel tad-droga illeċita u l-iżvilupp alternattiv jibqgħu jkunu ta’ interess.
    (40)  L-Azzjoni 38 ġiet aġġornata; fid-dawl tar-relazzjonijiet diplomatiċi, l-Iran żdiedet mal-lista tal-pajjiżi li l-UE se tfittex li tagħmel kooperazzjoni aktar mill-qrib magħhom u tiddjaloga magħhom dwar id-drogi.
    (41)  Il-Grupp ta’ Dublin huwa mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u koordinazzjoni flessibbli u informali għall-problemi ta’ produzzjoni, traffikar u domanda tad-droga illeċita globali, reġjonali u speċifiċi għall-pajjiż. Huwa bbażat fuq il-kunsensus u l-assistenza reċiproka. Il-parteċipanti tiegħu huma l-Istati Membri tal-UE, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, in-Norveġja, l-Istati Uniti, il-Kummissjoni Ewropea u l-UNODC.
    (42)  L-Azzjoni 39 ġiet aġġornata
    (43)  Dik li kienet l-Azzjoni 40 tħassret.
    (44)  L-Azzjoni 41 ġiet aġġornata.
    (45)  L-Azzjoni 45 ġiet aġġornata.
    (46)  L-Azzjoni 46 ġiet aġġornata.
    (47)  Idem 8.
    (48)  Azzjoni Ġdida 47.
    (49)  COM (2015) 285 finali.
    (50)  COM (2012) 286 finali.
    (51)  L-Azzjoni 48 ġiet aġġornata. Il-kannabis hija l-iktar droga użata fl-UE. F’dan l-aħħar snin kien hemm għadd ta’ żviluppi f’xi pajjiżi mhux tal-UE fir-rigward tar-riforma tal-liġi dwar il-kannabis, pereżempju d-dekriminilizzazzjoni tal-użu, ir-regolamentazzjoni tas-suq jew il-legalizzazzjoni.
    (52)  L-Azzjoni 52 ġiet aġġornata.
    (53)  Ir-Reitox huwa n-netwerk ta’ informazzjoni Ewropew dwar id-drogi u d-dipendenza fuq id-droga. Inħoloq fl-istess ħin bħall-EMCDDA u huwa magħmul minn “punti fokali nazzjonali” jew “osservatorji nazzjonali tad-droga” (istituzzjonijiet jew aġenziji nazzjonali maħtura responsabbli għall-ġbir tad-dejta u għar-rappurtar dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga).
    (54)  Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid).
    (55)  L-abbozz ta’ Pjan ta’ Azzjoni jinkludi partijiet ġodda mdaħħla b’tipa grassa u l-partijiet li l-Kummissjoni tipproponi li tneħħi jidhru ingassati.
    (56)  F’dan il-kuntest “ibbażati fuq l-evidenza” għandha tinqara bħala “bbażati fuq l-evidenza u l-esperjenza xjentifika disponibbli”
    (57)  Council conclusions on the implementation of the EU Action Plan on Drugs 2013-2016 regarding minimum quality standards in drug demand reduction in the European Union 11985/15
    (58)  Iċ-Ċentru għall-Analiżi u l-Operazzjonijiet Marittimi - Narkotiċi (MAOC (N), ibbażat Lisbona, huwa inizjattiva minn seba’ (7) Pajjiżi Membri tal-UE: Franza, l-Irlanda, l-Italja, Spanja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Renju Unit u huwa kofinanzjat mill-Fond għas-Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropa. Iċ-Ċentru jipprovdi forum għal kooperazzjoni multilaterali biex jitrażżan it-traffika tad-drogi illeċiti bil-baħar u bl-ajru.
    (59)  Council conclusions on improving the monitoring of drug supply in the European Union 15 November 2013 
    (60)  Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea; id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha; id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ konfiska. Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/JHA dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ta’ konfiska; id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI dwar il-konfiska ta rikavati, mezzi strumentali u proprjetà konnessi mal-kriminalità; Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza. 
    (61)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE; id-Deċiżjon Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità. Il-Proposta għal Direttiva tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali COM (2016) 826. Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006; ir-Regoalment (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005
    (62)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ droga
    (63)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-titjib tal-ġustizzja kriminali fiċ-ċiberspazju tad-9 ta’ Ġunju 2016
    (64)  Skont l-Orizzont 2020 (2014-2020), diġà ġew allokati madwar EUR 27 miljun għal proġetti li jindirizzaw il-vizzju tad-droga u jinkludu riċerka komprtamentali u newroxjenza.
    (65)  Dawn l-indikaturi huma bbażati fuq sistemi ta’ rapportar eżistenti li ġew qabel l-objettivi tal-istrateġija attwali tal-UE fuq id-drogi u l-pjan ta’ azzjoni, iżda jipprovdu l-aktar sett komprensiv ta’ riżorsi fil-livell tal-UE biex jappoġġjaw il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom
    Top