IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.3.2017
COM(2017) 115 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW
Rapport ta' evalwazzjoni ex post dwar il-Programm Ġustizzja Kriminali (2007-2013)
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017DC0115
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE COUNCIL AND THE EUROPEAN PARLIAMENT Ex post evaluation report on the Criminal Justice Programme (2007-2013)
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Rapport ta' evalwazzjoni ex post dwar il-Programm Ġustizzja Kriminali (2007-2013)
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Rapport ta' evalwazzjoni ex post dwar il-Programm Ġustizzja Kriminali (2007-2013)
COM/2017/0115 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.3.2017
COM(2017) 115 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW
Rapport ta' evalwazzjoni ex post dwar il-Programm Ġustizzja Kriminali (2007-2013)
WERREJ
WERREJ
1 INTRODUZZJONI
1.1 L-GĦAN TAR-RAPPORT
1.2 IL-METODOLOĠIJA U S-SORSI TA’ INFORMAZZJONI
1.3 ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-PROGRAMM
2 RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONI
2.1 IR-RILEVANZA TAL-PROGRAMM
2.2 KOERENZA U KUMPLIMENTARJETÀ
2.3 L-EFFIKAĊJA
2.4 IS-SOSTENIBBILTÀ U T-TRASFERIBBILTÀ
2.5 L-EFFIĊJENZA U L-LOK GĦAL SIMPLIFIKAZZJONI
2.6 IL-VALUR MIŻJUD EWROPEW
3 KONKLUŻJONIJIET
1INTRODUZZJONI
1.1L-GĦAN TAR-RAPPORT
1 2 Id-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm Ġustizzja Kriminali (JPEN) teħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta evalwazzjoni “ex post” li tkopri l-2007-2013. Din l-evalwazzjoni “ex post” twettqet minn evalwatur estern indipendenti assistit mill-persunal tal-Kummissjoni.
Dan ir-rapport huwa bbażat fuq dik l-evalwazzjoni. Ir-rapport huwa strutturat skont il-kriterji ewlenin għall-evalwazzjoni u l-mistoqsijiet korrispondenti. Dawn jinkludu r-rilevanza, il-koerenza u l-kumplimentarjetà, l-effikaċja, l-impatt u s-sostenibbiltà, l-effiċjenza u l-lok għal simplifikazzjoni, u l-valur miżjud Ewropew.
1.2IL-METODOLOĠIJA U S-SORSI TA’ INFORMAZZJONI
Din l-evalwazzjoni finali tal-JPEN hija bbażata fuq dawn li ġejjin:
rieżami estensiv tad-dokumentazzjoni disponibbli għal 284 għotja għal azzjoni u 50 għotja operattiva ffinanzjati mill-programm Ġustizzja Kriminali tal-2007-2013;
rieżami tad-dokumentazzjoni tal-programm, bħad-deċiżjoni ta’ stabbiliment, il-programmi ta’ ħidma annwali u s-sejħa għall-proposti kemm għall-għotjiet kif ukoll għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku;
rieżami tad-dokumenti ta’ politika tal-UE, bħad-deċiżjonijiet ta’ stabbiliment tal-programmi tal-UE relatati, eċċ.;
analiżi kwantitattiva ta’ 334 proġett tal-JPEN (għotjiet għal azzjoni u għotjiet operattivi);
analiżi ta’ 97 tweġiba għall-istħarriġ onlajn mill-benefiċjarji ta’ għotjiet;
il-kitbiet ta’ 33 intervista ta’ segwitu mal-koordinaturi ta’ proġetti/organizzazzjonijiet li rċevew għotjiet mill-JPEN 2007-2013 li wieġbu wkoll għall-istħarriġ onlajn;
l-intervisti mal-uffiċjali tal-Kummissjoni involuti fil-programm.
1.3ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-PROGRAMM
Il-JPEN twaqqaf permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/126/ĠAI tat-12 ta’ Frar 2007 bħala parti mill-Programm Ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja”. Il-programm ġie implimentat għal seba’ snin mill-2007 sal-2013. Huwa t-tkomplija tal-programm qafas dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali (AGIS) (2003-2007).
Il-JPEN indirizza wieħed mill-erba’ objettivi tal-Programm dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja, jiġifieri l-bżonn li tiġi promossa l-kooperazzjoni ġudizzjarja u li jinħoloq spazju ġenwin ta’ ġustizzja f’materji kriminali skont il-prinċipji ta’ rikonoxximent reċiproku. Ġie konċepit ukoll sabiex jistabbilixxi sistema kompjuterizzata ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar data kriminali.
Il-ħames objettivi ġenerali tal-JPEN, kif elenkati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni, huma:
li jippromwovi l-kooperazzjoni ġudizzjarja bil-għan li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ spazju Ewropew ġenwin ta’ ġustizzja f’materji kriminali msejjes fuq ir-rikonoxximent reċiproku u l-fiduċja reċiproka;
li jippromwovi l-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri skont kif jista’ jkun hemm bżonn sabiex titjieb il-kooperazzjoni ġudizzjarja
li jippromwovi tnaqqis fl-ostakli legali eżistenti sabiex taħdem kif suppost il-kooperazzjoni ġudizzjarja sabiex tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet u sabiex tiżdied il-kompatibbiltà tas-sistemi ġudizzjarji eżistenti fl-Istati Membri mal-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġi pprovdut segwitu adegwat għall-investigazzjonijiet imwettqin mill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri;
li jtejjeb il-kuntatti, l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi u l-professjonijiet legali (avukati u professjonisti oħrajn involuti fil-ħidma tal-ġudikatura), sabiex jitrawwem it-taħriġ tal-membri tal-ġudikatura b’tali mod li tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka;
li jkompli jtejjeb il-fiduċja reċiproka bil-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi u tal-akkużati.
L-objettivi speċifiċi tal-JPEN, kif elenkati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni, huma li:
Irawwem il-kooperazzjoni ġudizzjarja;
Itejjeb l-għarfien reċiproku dwar l-ordinamenti legali u ġudizzjarji tal-Istati Membri f’materji kriminali u li jippromwovi u jsaħħaħ it-tiswir ta’ netwerks, il-kooperazzjoni reċiproka, l-iskambju u t-tixrid ta’ informazzjoni, l-esperjenza u l-aqwa prattiki;
Jiżgura l-implimentazzjoni tajba, l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni korretti u konkreti tal-istrumenti tal-Unjoni fl-oqsma ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali;
Itejjeb l-informazzjoni dwar l-ordinamenti legali fl-Istati Membri u l-aċċess għall-ġustizzja;
Jippromwovi t-taħriġ fil-liġi tal-Unjoni u Komunitarja għall-ġudikatura, għall-avukati u għal professjonisti oħrajn involuti fil-ħidma tal-ġudikatura;
Jevalwa l-kundizzjonijiet ġenerali neċessarji għall-iżvilupp ta’ fiduċja reċiproka;
Jiżviluppa u jimplimenta sistema kompjuterizzata ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar rekords kriminali u jappoġġa l-istudji għall-iżvilupp ta’ tipi oħrajn ta’ skambju ta’ informazzjoni.
Sabiex jilħaq dawn l-objettivi, il-programm iffinanzja attivitajiet permezz ta’ tliet tipi ta’ appoġġ finanzjarju: għotjiet għal azzjoni; għotjiet operattivi; u l-akkwist 3 .
Għotjiet għal azzjoni ngħataw għal proġetti transnazzjonali speċifiċi li huma ta’ interess għall-UE sħiħa; proġetti nazzjonali li ħejjew għal jew li kkumplimentaw proġetti transnazzjonali jew miżuri tal-Unjoni; u proġetti nazzjonali li taw kontribut għall-iżvilupp ta’ metodi u/jew ta’ teknoloġiji innovattivi b’potenzjal ta’ transferibbiltà.
L-għotjiet operattivi ngħataw jew lil NGOs jew lil korpi oħrajn li kienu qegħdin isegwu għan ta’ interess Ewropew ġenerali fil-qasam tal-ġustizzja kriminali; jew lin-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), b’mod speċifiku għall-kofinanzjament tan-nefqa assoċjata mal-programm ta’ ħidma permanenti tagħhom ta’ taħriġ ġudizzjarju 4 .
Il-Kummissjoni użat il-finanzjament tal-JPEN ukoll sabiex takkwista azzjonijiet speċifiċi ta’ importanza għall-Kummissjoni. Dawn inkludew studji; riċerka; u l-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ proġetti informatiċi speċifiċi għall-iffaċilitar tal-iskambju u tat-tixrid ta’ informazzjoni.
Il-programm ta’ ħidma annwali tal-2010 inkluda għotjiet għal azzjonijiet speċifiċi sabiex jiġu kkofinanzjati proġetti Ewropej tal-ġustizzja elettronika. Fl-2013, tnediet sejħa speċifika għal proposti għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ taħriġ ġudizzjarju.
Il-programm kien immirat sabiex jappoġġa lill-gruppi fil-mira li ġejjin: ġuristi; rappreżentanti tas-servizzi ta’ assistenza għall-vittmi; professjonisti oħrajn involuti fil-ħidma tal-ġudikatura; awtoritajiet nazzjonali; u l-pubbliku ġenerali tal-UE.
Il-baġit totali ppjanat għall-JPEN għal Jannar 2007 sa Diċembru 2013 kien jammonta għal EUR 196 miljun (ara Tabella 1 1 Analiżi baġitarja ppjanata għall- JPEN 2007-2013 ) 5 .
Tabella 11 Analiżi baġitarja ppjanata għall-JPEN 2007-2013
Għotjiet għal azzjoni |
Għotjiet operattivi 6 |
Akkwist |
Total |
|
Valur (€) |
Valur (€) |
Valur (€) |
Valur (€) |
|
2007 |
22 000 000 |
5 900 000 |
1 300 000 |
29 200 000 |
2008 |
18 800 000 |
6 000 000 |
5 000 000 |
29 800 000 |
2009 |
14 900 000 |
8 500 000 |
7 000 000 |
30 400 000 |
2010 |
17 000 000 |
5 000 000 |
4 000 000 |
26 000 000 |
2011 |
14 500 000 |
6 500 000 |
6 000 000 |
26 500 000 |
2012 |
13 450 000 |
7 500 000 |
6 000 000 |
26 950 000 |
2013 |
15 210 000 |
7 660 000 |
4 640 000 |
27 510 000 |
Total |
114 860 000 |
49 560 000 |
31 940 000 |
196 360 000 |
Sors: Programm JPEN — Programmi ta’ Ħidma Annwali (2007-2013)
Ħafna mill-appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-JPEN ġie allokat għal għotjiet għal azzjoni (64 %). L-għotjiet operattivi għall-kofinanzjament tal-programm ta’ ħidma annwali tal-NGOs u n-nefqa assoċjata mal-programm ta’ ħidma permanenti tal-EJTN irrappreżentaw 20 % mill-baġit totali tal-programm. Il-bqija tal-baġit ġie allokat lil kuntratti ta’ akkwist pubbliku 7 .
Kif deskritt hawn fuq, il-finanzjament tal-JPEN tqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ għotjiet għal azzjoni u permezz ta’ għotjiet operattivi, u permezz ta’ ftehimiet qafas ta’ sħubija u permezz ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku. Tabella 1-2 tiġbor fil-qosor in-numru ta’ azzjonijiet differenti ffinanzjati kull sena tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm. Is-sejħiet għal proposti għal għotjiet għal azzjoni u għal għotjiet operattivi tqassmu tul is-snin fl-2011 u fl-2012.
Tabella 12 In-numru ta’ azzjonijiet iffinanzjati kull sena
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2012 |
2013 |
TOTAL |
|
Għotjiet għal azzjoni |
56 |
41 |
32 |
49 |
53 |
- |
49 |
280 |
|
Għotjiet għal azzjoni speċifiċi |
- |
- |
2 |
- |
2 |
- |
- |
4 |
|
Għotjiet operattivi |
5 |
7 |
13 |
8 |
- |
10 |
7 |
50 |
|
TOTAL |
61 |
48 |
47 |
57 |
55 |
10 |
56 |
334 |
Nota: it-tabella tvarja min-numru ta’ proġetti analizzati għal din l-evalwazzjoni billi ma kienx hemm dokumentazzjoni għall-proġetti kollha disponibbli.
Il-proġetti tal-JPEN kienu primarjament immexxija minn awtoritajiet nazzjonali, bħal ministeri tal-ġustizzja / tal-intern (22 % tal-organizzazzjonijiet prinċipali kollha); imbagħad minn NGOs / pjattaformi / netwerks nazzjonali (18 %); minn netwerks / pjattaformi / fora Ewropej (17 %); u minn istituti ta’ edukazzjoni/taħriġ oħrajn (10 %).
Dan huwa konsistenti ma’ dak li huwa stipulat fid-deċiżjoni ta’ stabbiliment li skont din l-organizzazzjonijiet għandhom aċċess għall-programm.
L-għotjiet għal azzjoni ngħataw lil organizzazzjonijiet li ħadmu flimkien fi sħubija. Il-kompożizzjoni tas-sħubija turi li l-aktar sħab komuni kienu NGOs nazzjonali, inklużi pjattaforma u netwerks nazzjonali, universitajiet u awtoritajiet nazzjonali. Dawn is-sħab kienu jirrappreżentaw 19 %, 16 % u 15 % rispettivament miċ-ċifra totali. Il-kompożizzjoni tas-sħubijiet mhijiex imsemmija b’mod speċifiku fid-deċiżjoni ta’ stabbiliment 8 .
Il- Figura 1 1 ta’ hawn taħt turi t-tipi ewlenin ta’ attivitajiet indirizzati mill-għotjiet għal azzjoni (xellug) u mill-għotjiet operattivi (lemin) tal-JPEN. Ħafna mill-proġetti ffinanzjati minn għotjiet għal azzjoni ffokaw fuq attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, informazzjoni u disseminazzjoni (22 %); imbagħad fuq attivitajiet analitiċi (22 %); fuq tagħlim reċiproku, skambju ta’ prattiki tajbin, kooperazzjoni (21 %); u fuq attivitajiet ta’ taħriġ (19 %).
L-attivitajiet ewlenin implimentati permezz tal-għotjiet operattivi kienu l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, informazzjoni u disseminazzjoni (18 %); imbagħad l-appoġġ għall-atturi prinċipali (17 %); tagħlim reċiproku, skambju ta’ prattiki tajbin, kooperazzjoni (15 %); u attivitajiet ta’ taħriġ (15 %).
|
|
Figura 11 Għotjiet għal azzjoni tal-JPEN skont l-attività ewlenija (xellug) u għotjiet operattivi tal-JPEN skont l-attività ewlenija (lemin)
Il-kuntratti ta’ akkwist pubbliku ffokaw fuq tliet attivitajiet ewlenin bħal studji; l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u ta’ laqgħat; u l-forniment ta’ IT.
L-akkwist pubbliku ntuża wkoll għall-manutenzjoni tas-sit web tal-Ġustizzja elettronika. L-akkwist ta’ servizzi ntefaq ukoll fuq is-servizzi ta’ esperti taħt il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u ta’ verifika għar-Rumanija u għall-Bulgarija 9 .
2RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONI
2.1IR-RILEVANZA TAL-PROGRAMM
Ir-rilevanza ta’ programm tiġi vvalutata f’termini ta’ kemm l-azzjonijiet tiegħu jindirizzaw b’mod loġiku l-objettivi tiegħu, il-ħtiġijiet tal-politika aktar wiesgħa tal-UE u l-ħtiġijiet tal-udjenzi fil-mira.
L-analiżi tal-objettivi u tal-prijoritajiet tal-programm turi li filwaqt li dawn kienu fil-parti l-kbira speċifiċi, realistiċi u fil-parti l-kbira tagħhom setgħu jinkisbu, dawn ma setgħux jitkejlu jew (f’ħafna każijiet) kienu limitati biż-żmien. Kienu qed jiġu pprovduti dejjem aktar dettalji fis-sejħiet għal proposti rigward l-aspettattivi tas-sejħiet għal proġetti ffinanzjati (b’rabta ma’ prijoritajiet differenti). L-għanijiet ta’ ħafna mill-oqsma ta’ prijorità kienu allinjati mal-objettivi u mal-politiki tal-UE, b’mod partikolari fl-aħħar nofs tal-programm 10 .
Ir-rilevanza għal dawn l-objettivi u għall-prijoritajiet tal-politika aktar wiesgħa tal-UE kienet kriterju tal-għażla primarju f’kull sejħa għal għotja għal azzjoni u għal għotja operattiva. Valutazzjoni tal-objettivi operazzjonali tal-benefiċjarji tal-għotja għal azzjoni u tal-għotja operattiva turi allinjament bejn l-objettivi operazzjonali tal-proġetti u l-objettivi tal-programm. Barra minn hekk, l-analiżi tal-għotjiet għal azzjoni u tal-għotjiet operattivi turi li l-azzjonijiet kollha ffinanzjati minn għotjiet għal azzjoni u ħafna mill-azzjonijiet iffinanzjati minn għotjiet operattivi kienu allinjati biċ-ċar mal-prijoritajiet tal-programm 11 .
It-tipi ta’ attivitajiet koperti fil-programm kienu rilevanti ħafna wkoll għall-objettivi tal-programm u konformi mal-Artikolu 4 (“azzjonijiet eliġibbli”) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/126/ĠAI dwar il-JPEN. Numru kbir ta’ azzjonijiet magħżulin għal għotjiet jew fl-akkwist mill-2007 sal-2013 waqa’ fil-kategoriji li ġejjin:
attivitajiet ta’ taħriġ, primarjament għall-ġudikatura jew għall-ġuristi;
it-tagħlim reċiproku/l-iskambji bejn l-awtoritajiet/l-organizzazzjonijiet fl-Istati Membri (pereż. permezz ta’ simpożji, seminars u tixrid ta’ prattiki tajbin);
l-iżvilupp u / jew l-installazzjoni ta’ ħardwer/softwer sabiex jiġu ffaċilitati l-proċedimenti ġudizzjarji u l-aċċess għal informazzjoni dwar il-ġustizzja fil-livell tal-UE u/jew nazzjonali (il-Ġustizzja elettronika);
is-servizzi ta’ appoġġ u ta’ konsulenza (inklużi siti web ta’ informazzjoni u ta’ konsulenza);
attivitajiet ta’ riċerka u ta’ analiżi vvalutaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE fl-Istati Membri jew immappjaw l-oqfsa leġiżlattivi nazzjonali sabiex jivvalutaw il-kompatibbiltà mal-leġiżlazzjoni tal-UE. It-tali attivitajiet irriċerkaw ukoll metodi għall-implimentazzjoni ta’ forom differenti ta’ ġustizzja (pereż. ġustizzja restorattiva jew alternattivi għad-detenzjoni) u/jew analizzaw l-ostakli għall-ġustizzja fl-UE. Uħud inkludew valutazzjonijiet ta’ ostakli għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u għall-fiduċja reċiproka 12 .
Barra minn hekk, ingħataw għotjiet lil ħafna mill-organizzazzjonijiet ewlenin involuti fil-promozzjoni ta’ spazju komuni Ewropew ta’ ġustizzja. Pereżempju, l-għotjiet marru għal netwerks u għal NGOs Ewropej kbar li jaħdmu fit-taħriġ (pereż. EJTN); il-probazzjoni (il-Konfederazzjoni Ewropea tal-Probazzjoni — CEP); id-drittjiet legali (Advice on Individual Rights in Europe — AIRE); l-appoġġ għall-vittmi (Victim Support Europe — VSE); il-protezzjoni ta’ persuni ssuspettati u tal-imputati (Fair Trials); u l-ġustizzja restorattiva (Forum Ewropew għall-Ġustizzja Restorattiva — EFRJ) 13 .
Billi l-JPEN iffoka fuq it-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-fiduċja reċiproka (u kellu l-għan li jappoġġa l-ħolqien ta’ spazju ġudizzjarju madwar l-UE kollha), kien kruċjali wkoll li l-programm jinvolvi sħab u benefiċjarji finali minn Stati Membri differenti tal-UE. Il-JPEN inkluda wkoll azzjonijiet nazzjonali (40 minn 284 għotja għal azzjoni, ara aktar ’l isfel, 2.6.2 Valur miżjud għall-UE u għall-benefiċjarji tal-għotjiet ). Dawn kienu azzjonijiet rilevanti għall-programm.
2.1.1Il-prijoritajiet stabbiliti fis-sejħiet għal proposti u fl-azzjonijiet magħżulin u r-rilevanza tagħhom għall-politika
L-istrumenti leġiżlattivi ewlenin fis-seħħ u introdotti matul il-perjodu ta’ żmien inkwistjoni kien jinvolvi strumenti li pprovdew għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjoni ġudizzjarja tal-Istati Membri; strumenti li pprovdew għal alternattivi għad-detenzjoni; strumenti li jappoġġaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-forniment ta’ evidenza lil Stati Membri oħrajn; strumenti li jintroduċu dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet proċedurali; u strumenti li jappoġġaw il-vittmi u li jiżguraw id-drittijiet tagħhom.
Il-prijoritajiet annwali tal-JPEN jirriflettu l-bidliet fil-politika tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali 14 .
Il-Kummissjoni implimentat u ppromwoviet strumenti prattiċi differenti li jappoġġaw l-istrumenti leġiżlattivi ewlenin. L-għan kien li ttejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja u r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet, u wkoll li żżid l-aċċess pubbliku għall-ġustizzja. Dawn l-istrumenti prattiċi inkludew 15 :
il-portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika — sit web informattiv immirat lejn il-pubbliku, in-negozji, il-ġuristi u l-ġudikatura u li jiġbor informazzjoni dwar id-drittijiet, is-servizzi disponibbli u l-għodod li jissodisfaw il-ħtiġijiet differenti tagħhom;
is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) — sistema kompjuterizzata stabbilita sabiex jinkiseb skambju effiċjenti ta’ informazzjoni dwar kundanni kriminali bejn il-pajjiżi tal-UE;
in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE) — netwerk li jippromwovi l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali bejn il-pajjiżi tal-UE;
taħriġ ġudizzjarju.
Mill-2010, il-prijoritajiet, kif spjegati fis-sejħiet għal proposti u fil-programmi ta’ ħidma, saru “SMARTer” (aktar intelliġenti) minħabba li saru aktar speċifiċi dwar il-kontenut mistenni tal-proġetti li indirizzaw il-prijorità. Bdew iwieġbu aħjar għall-politiki u għal-leġiżlazzjoni wkoll. Dan it-titjib kien ir-riżultat ta’ bidliet istituzzjonali fil-Kummissjoni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li bih il-Kummissjoni ngħatat aktar setgħat fil-qasam tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni. Barra minn hekk, fl-2010, id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà (DĠ JLS) inqasam fid-DĠ Affarijiet Interni u d-DĠ Ġustizzja (bil-JPEN li waqa’ taħt id-DĠ Ġustizzja l-ġdid) b’responsabbiltà akbar li ngħatat liż-żewġ Direttorati Ġenerali 16 .
L-azzjonijiet iffinanzjati permezz tal-għotjiet għal azzjoni u tal-għotjiet operattivi kienu fil-parti l-kbira mmirati sabiex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni eżistenti 17 . L-azzjonijiet magħżulin appoġġaw b’mod indirett ukoll l-iżvilupp ta’ politiki ġodda billi ffaċilitaw l-iskambju ta’ ideat u d-diskussjoni dwar l-ostakli għall-ġustizzja / għall-kooperazzjoni fl-UE bejn il-ministeri tal-ġustizzja u l-membri tal-ġudikatura / il-ġuristi fl-UE. Mit-334 għotja, 16 immappjaw u pproduċew rakkomandazzjonijiet tal-politika 18 .
Billi l-oqsma ta’ prijorità tas-sejħiet għal proposti kienu akkumpanjati minn deskrizzjoni tal-kontenut mistenni tal-proġetti, din għamlithom aktar speċifiċi u għenet lill-applikanti għal għotjiet sabiex jiżguraw li l-proġetti tagħhom kienu rilevanti għall-objettivi tal-UE. Barra minn hekk, billi l-oqsma ta’ prijorità segwew l-objettivi tal-programm u l-objettivi tal-politika tal-UE daqstant mill-qrib, kien faċli għall-azzjonijiet magħżulin li jkunu mmirati lejn dawn l-objettivi wkoll.
Kważi l-organizzazzjonijiet kollha li jipproduċu dawn l-outputs kienu pjattaformi jew NGOs Ewropej importanti li kellhom rwol prinċipali fil-monitoraġġ ta’ aspetti speċifiċi tal-ġustizzja kriminali fl-UE, jiġifieri l-Konfederazzjoni Ewropea tal-Probazzjoni (CEP); il-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati (CCBE); l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Ħabsijiet u s-Servizzi Korrettivi (EuroPris); il-Fair Trials International (FTI); l-International Juvenile Justice Observatory; il-VSE; u l-Irish Council for Civil Liberties.
Billi l-korpi msemmijin hawn fuq huma netwerks li jissorveljaw madwar l-UE u għandhom kompetenzi ferm stabbiliti f’dawn l-oqsma, dan iqegħedhom f’pożizzjoni tajba sabiex jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar il-politika.
Is-servizzi akkwistati bil-finanzjament tal-JPEN kienu rilevanti wkoll għall-programm u għall-objettivi ġenerali tal-UE, Billi ffokaw primarjament fuq l-iżvilupp tal-portal tal-Ġustizzja elettronika u l-moduli kollha tiegħu jew fuq il-valutazzjonijiet tal-impatt u studji oħrajn li jappoġġaw l-iżvilupp ulterjuri tal-leġiżlazzjoni u tal-politika li jistabbilixxu spazju komuni tal-UE ta’ ġustizzja kriminali 19 .
2.1.2Ir-rilevanza tal-programm għall-ħtiġijiet tal-gruppi fil-mira
B’kollox, 70 mis-97 li wieġbu għall-istħarriġ onlajn indikaw li għamlu valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet sabiex jappoġġaw it-tfassil u l-iżvilupp tal-proġetti tagħhom. Madankollu, analiżi ulterjuri tad-dokumentazzjoni tal-proġetti ta’ sittax-il formola ta’ applikazzjoni wriet li sitta biss ġew żviluppati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Huwa rikonoxxut li ma kienx rekwiżit speċifiku li titwettaq u li tiġi pprovduta evidenza li tappoġġa valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Madankollu, li kieku l-applikanti għal għotjiet għamlu dan, dan kien jagħti indikazzjoni ferm aktar ċara tar-rilevanza tal-proġett tagħhom, iżid il-kwalità tal-istudju tagħhom u jipprovdi linja bażi għall-valutazzjoni tas-suċċess tal-proġett aktar tard. Proġetti li mhumiex ibbażati fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet jistgħu jkunu għadhom rilevanti għall-ħtiġijiet tal-gruppi fil-mira, iżda n-nuqqas ta’ produzzjoni ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet joħloq riskju li setgħu ġew żviluppati metodi jew mezzi aktar rilevanti li jagħtu appoġġ għall-gruppi fil-mira 20 .
Mis-97 minn fost dawk li wieġbu għall-istħarriġ onlajn, 69 (81,2 %) irrapportaw li huma rċevew rispons pożittiv mill-grupp(i) fil-mira tagħhom dwar ir-rilevanza tal-proġett. Waħda mir-raġunijiet għal-livelli għoljin irrapportati (81 %) ta’ rispons pożittiv mingħand il-gruppi fil-mira tista’ tkun għaliex (it-tip ta’) l-attur li implimenta l-proġett kien l-istess bħall-atturi li bbenefikaw minnu. B’mod aktar speċifiku, jista’ jiġi sopponut li l-membri tal-ġudikatura, il-ġuristi, eċċ. applikaw sabiex jipprovdu taħriġ lill-kollegi tagħhom stess flimkien ma’ dawk minn Stati Membri oħrajn jew sabiex jospitaw laqgħat ma’ kollegi/esperti sieħba tagħhom minn Stati Membri oħrajn. B’mod simili, l-awtoritajiet nazzjonali applikaw għal għotjiet sabiex jgħinuhom jistabbilixxu sistemi ta’ rekords kriminali kompatibbli mal-ECRIS u/jew ma’ faċilitajiet oħrajn tal-ġustizzja elettronika sabiex jarmonizzaw is-sistemi tal-ġustizzja tagħhom ma’ dawk ta’ Stati Membri oħrajn 21 .
2.2KOERENZA U KUMPLIMENTARJETÀ
2.2.1Il-kumplimentarjetà ma' programmi oħrajn tal-UE
L-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/126/ĠAI li tistabbilixxi l-JPEN ifassal il-kamp ta’ applikazzjoni għall-kumplimentarjetà u l-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE, jiġifieri l-Programm Ġustizzja Ċivili (JCIV); il-Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC); il-Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà (CIPS); Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni (magħrufin bħala “l-fondi SOLID”); u l-Programm Statistiku Komunitarju.
Strumenti oħrajn tal-UE b’potenzjal għal kumplimentarjetà jew trikkib mal-JPEN kienu jinkludu l-Programm Daphne III; il-Programm Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza (FRC); il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP); is-Seba’ Programm Kwadru għall-Attivitajiet ta’ Riċerka u ta’ Żvilupp (FP7); u Orizzont 2020, il-programm il-ġdid tal-UE għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni.
Dawn il-programmi kienu simili għall-JPEN fl-objettivi u fit-temi tagħhom. Madankollu, il-fatt li l-objettivi tal-JPEN kienu speċifiċi għamilha eħfef sabiex jiġi evitat trikkib ma’ programmi oħrajn tad-DĠ Ġustizzja, li kienu differenti mill-JPEN f’termini ta’:
qasam kopert tal-liġi — il-JPEN ikopri l-liġi kriminali, il-JCIV ikopri l-liġi ċivili u l-FRC ikopri d-drittijiet fundamentali;
fokus — kollha ffokaw fuq il-vittmi, iżda l-Programm għall-Prevenzjoni u għall-Informazzjoni dwar id-Droga (DPIP) u Daphne III indirizzaw lil gruppi speċifiċi ta’ vittmi u kkunsidraw il-prevenzjoni ta’ ħsara u l-assistenza għal wara li ssir il-ħsara. Id-DPIP u Daphne III ffokaw aktar ukoll fuq it-trattament u l-protezzjoni meta mqabblin mal-JPEN, li ffoka aktar fuq il-perkors tal-vittmi tul l-ordinament ġudizzjarju kriminali;
il-gruppi jew ir-riżultati fil-mira — bħal fil-każ ta’ ISEC, ta’ Daphne III u tad-DPIP.
Barra minn hekk, l-objettivi tal-programmi tad-DĠ CONNECT u tal-FP7 għandhom objettivi li huma koerenti iżda mhux neċessarjament jidħlu fil-JPEN 22 .
Il-Programm PROGRESS u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) iffinanzjaw it-taħriġ tal-ġudikatura wkoll, iżda t-tnejn li huma kienu kumplimentari għall-JPEN: PROGRESS iffinanzja t-taħriġ fl-ugwaljanza bejn is-sessi u fl-antidiskriminazzjoni għall-ġudikatura (li l-ebda wieħed mill-programmi tal-ġustizzja l-oħrajn ma jipprovdi); u l-FSE ffinanzja l-aktar it-taħriġ nazzjonali.
Għall-kuntrarju, il-valur miżjud tat-taħriġ iffinanzjat mill-JPEN kien li dejjem kien transnazzjonali (billi l-parteċipanti bbenefikaw mit-tagħlim dwar Stati Membri oħrajn u minn kooperazzjoni transnazzjonali akbar).
It- Tabella 2 1 hawn taħt turi l-kamp ta' applikazzjoni għall-koerenza u għall-kumplimentarjetà tal-objettivi u tal-oqsma tematiċi tal-JPEN mal-programmi ta’ finanzjament magħżulin tal-UE.
Tabella 21 Kamp ta' applikazzjoni għall-kumplimentarjetà u trikkib tal-objettivi: JPEN u programmi tal-UE
Il-kooperazzjoni ġudizzjarja |
Il-promozzjoni tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni |
L-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki (fil-ġustizzja kriminali) |
Il-Ġustizzja elettronika |
It-taħriġ tal-ġudikatura |
Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi u tal-akkużati |
Il-ġustizzja kriminali |
JPEN |
JPEN |
JPEN |
JPEN |
JPEN |
JPEN |
JPEN |
JCIV |
JCIV |
JCIV |
JCIV |
|||
FRC |
FRC |
|||||
ISEC |
ISEC |
ISEC |
||||
Daphne III |
Daphne III |
|||||
DĠ Connect |
||||||
FP7 / Orizzont 2020 |
Meta jitħejjew il-programmi ta’ ħidma annwali, il-kumplimentarjetà u l-koerenza bejn il-programmi tad-DĠ Ġustizzja żdiedu permezz tal-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u permezz tal-gruppi ta’ interservizz, fejn ġew diskussi ma’ DĠs oħrajn il-kumplimentarjetà u t-trikkib possibbli fil-programmazzjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat il-programm ta’ ħidma annwali u l-prijoritajiet tagħha lill-Kumitat tal-Programm sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jidentifikaw kwalunkwe kwistjoni ta’ kumplimentarjetà u ta’ koerenza ma’ inizjattivi tal-UE jew nazzjonali oħrajn. 23 .
2.2.2Il-kumplimentarjetà fil-livell tal-proġetti
Fl-istadji tal-għażla, tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-proġetti taċ-ċiklu tal-programm, il-Kummissjoni ma applikat l-ebda mekkaniżmu sabiex issaħħaħ il-kumplimentarjetà, ħlief għall-qsim tar-riżorsi (jiġifieri l-portal tal-Ġustizzja elettronika) mal-Programm Ġustizzja Ċivili (JCIV).
Fil-livell tal-proġetti, il-benefiċjarji ta’ għotjiet fittxew li jistabbilixxu sinerġiji ma’ kollegi jew ma’ organizzazzjonijiet oħrajn li jimplimentaw proġetti ffinanzjati mill-JPEN u minn programmi oħrajn tal-UE; u/jew ma’ proġetti ffinanzjati permezz ta’ mekkaniżmi nazzjonali u internazzjonali.
Kważi żewġ terzi minn dawk li wieġbu għall-istħarriġ onlajn indikaw li ġiet stabbilita xi forma ta’ sinerġiji ma’ proġetti oħrajn skont il-JPEN (29 %), ma’ programmi oħrajn tal-UE (20 %), ma’ programmi nazzjonali (20 %) jew ma’ programmi internazzjonali (5.5 %) 24 . Madankollu, mhux dawk kollha li wieġbu pprovdew eżempji tas-sinerġiji li ħolqu, u b'hekk mhux dejjem kien possibbli li tiġi kkonfermata din l-informazzjoni rrapportata.
Il-benefiċjarji tal-għotjiet fittxew li jżidu l-impatt tal-proġetti tagħhom iffinanzjati mill-JPEN billi jibnu fuq is-sejbiet ta’ proġetti oħrajn; ifasslu l-proġett fuq prattiki tajbin stabbiliti skont programmi oħrajn; u jqassmu r-riżultati tal-proġetti lil netwerks stabbiliti skont proġetti oħrajn.
Fosthom, benefiċjarju rrapporta li qassam ir-riżultati tal-proġett lil laqgħat tal-utenti finali ta’ proġett ieħor iffinanzjat skont il-programm FP7 tad-DĠ Riċerka. Persuna oħra li wieġbet spjegat li kienet użat uħud mill-għodda żviluppati taħt proġett iffinanzjat mil-LLP. Ir-riżultati tal-proġetti tal-JPEN tqassmu wkoll matul konferenzi organizzati b’finanzjament minn programmi oħrajn tal-UE 25 .
2.3L-EFFIKAĊJA
Programm huwa effettiv safejn ikun irnexxielu jikseb l-objettivi tiegħu. Is-suċċess tal-JPEN jista’ jitkejjel ukoll b’kemm il-proġetti tal-JPEN individwali rnexxielhom jilħqu l-objettivi tagħhom stess.
2.3.1Il-kisbiet tal-programm
B’mod ġenerali, l-azzjonijiet implimentati indirizzaw l-objettivi tal-programm, b’mod partikolari l-objettivi speċifiċi dwar it-taħriġ tal-ġudikatura u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja. Diffiċli li jiġi vvalutat kemm inkisbu l-outputs tal-proġetti (meta mqabblin mal-outputs ippjanati). Dan għaliex rekwiżit għall-applikanti għal għotjiet sabiex jidentifikaw mira li tista’ titkejjel għall-outputs tagħhom ġie introdott biss lejn l-aħħar tal-programm. Fuq il-bażi tal-awtorapportar tal-benefiċjarji tal-għotjiet, jidher li ħafna mill-proġetti (madwar 70 %) kienu effettivi sabiex jiksbu l-outputs tagħhom kif propost, filwaqt li kważi żewġ terzi rnexxielhom jiksbu l-outputs u r-riżultati kollha tagħhom 26 .
B’mod ġenerali, l-għotjiet għal azzjonijiet u l-għotjiet operattivi tal-JPEN ipproduċew outputs u riżultati pożittivi, b’mod partikolari dwar 27 :
it-taħriġ tal-ġudikatura, li kkontribwixxa għat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka, għad li ma setax jitkejjel kemm, u bbenefika lil kważi 26 000 imħallef, prosekutur u professjonist ieħor fi kważi l-Istati Membri kollha;
it-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-ġudikatura u l-ministeri tal-ġustizzja tal-Istati Membri, bi kważi elf sħubija maħluqa, ħafna minnhom bilaterali;
kompatibbiltà akbar tar-regoli (jew fehim aħjar tad-differenzi), permezz ta’ studji, ta’ tagħlim reċiproku u tal-promozzjoni tal-prattiki tajbin immirati għall-armonizzazzjoni tar-regoli. Dawn għenu wkoll l-implimentazzjoni (aħjar) tal-leġiżlazzjoni tal-UE billi żiedu l-għarfien u l-ħiliet ta’ dawk li japplikawha f’livell nazzjonali;
l-indirizzar tad-diversi ostakli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja attwali billi jiżviluppaw servizzi, riċerka, tagħlim reċiproku u bini ta’ netwerks xierqa. It-tipi ta’ ostakli indirizzati kienu jinkludu: nuqqas ta’ fehim u ta’ għarfien, kanali ta’ komunikazzjoni u pjattaformi ta’ kooperazzjoni, differenzi lingwistiċi, eċċ.;
żieda tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ lill-vittmi u lill-akkużati.
Il-JPEN kellu impatt notevoli fuq it-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn il-ġudikatura u l-ministeri tal-ġustizzja tal-Istati Membri, speċjalment fid-dawl tan-numru ta’ sħubijiet bilaterali li ħoloq. Tal-anqas ġew ifformati 947 sħubija, li 826 minnhom kienu bejn l-Istati Membri. Uħud mill-outputs u mir-riżultati tal-proġetti transnazzjonali inkludew 28 :
it-titjib tal-kooperazzjoni bilaterali bejn il-prosekuturi tal-Istati Membri f’timijiet ta’ investigazzjoni konġunta f’kawżi transfruntiera;
it-tisħiħ tal-kompetenzi fl-ipproċessar taċ-ċittadini tal-UE akkużati b’reati fi Stat Membru ieħor;
id-djalogu konġunt fuq problemi komuni, anki permezz tal-ħolqien ta’ gruppi ta’ ħidma madwar l-UE bħall-Bord Konsultattiv ta’ Esperti Legali.
Il-JPEN jippromwovi biċ-ċar il-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-kompatibbiltà bejn ir-regoli tal-Istati Membri u kkontribwixxa wkoll sabiex jitnaqqsu ċerti ostakli legali.
Il-programm ippromwova l-kompatibbiltà tar-regoli bejn l-Istati Membri billi 29 :
tejjeb l-għarfien dwar id-differenzi bejn il-leġiżlazzjoni/il-prattiki tal-Istati Membri u identifika s-soluzzjonijiet possibbli sabiex jitnaqqsu dawn id-differenzi;
ippromwova l-aqwa prattiki u l-armonizzazzjoni mtejba;
żied id-djalogu bejn dawk responsabbli għaż-żamma u għall-emendar tar-regoli dwar il-ġustizzja kriminali, inkluż il-ħolqien ta’ gruppi ta’ ħidma bejn l-Istati Membri sabiex jiddiskutu u jidentifikaw soluzzjonijiet għal ostakli fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE;
ippromwova l-implimentazzjoni (aħjar) tal-leġiżlazzjoni tal-UE billi żied l-għarfien tal-Istati Membri dwarha u l-kapaċità tagħhom li jimplimentawha.
Sabiex inaqqas l-ostakli lingwistiċi, il-JPEN identifika l-aċċess għas-servizzi ta’ interpretazzjoni bħala prijorità għall-finanzjament, l-għoti ta’ għotjiet għat-taħriġ lingwistiku tal-imħallfin u tal-prosekuturi u l-evalwazzjoni tas-servizzi lingwistiċi fl-Istati Membri. Fid-dawl tal-iskala żgħira ta’ dan it-taħriġ lingwistiku, huwa improbabbli li kellu impatt qawwi fuq it-tnaqqis tal-ostakli lingwistiċi. Madankollu kkontribwixxa għat-taħriġ tal-ġudikatura u ppromwova t-taħriġ lingwistiku tal-professjonisti legali 30 , li huwa prijorità tal-Kummissjoni 31 .
Wieħed mit-tipi ewlenin ta’ azzjoni ffinanzjata (47 għotja għal azzjoni kif ukoll 10 kuntratti ta’ akkwist li jammontaw għal EUR 4,2 miljun) kien l-appoġġ lill-Istati Membri fl-emendar tas-sistemi tal-kondotta tagħhom sabiex isiru kompatibbli fil-livell tal-UE bil-għan li jkunu jistgħu jiġu skambjati l-kondotti fl-ECRIS. Għad li s-sħab tal-proġetti osservaw xi problemi fl-implimentazzjoni bit-twaqqif tal-ECRIS fl-Istati Membri, l-ECRIS twaqqfet b’suċċess fl-2012, u dan ifisser li l-azzjonijiet tal-JPEN f’dan il-qasam tal-anqas irnexxew parzjalment 32 .
Billi l-azzjonijiet tal-JPEN appoġġaw it-titjib tad-djalogu u tal-iskambji bejn l-Istati Membri u t-trawwim ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja, il-programm tejjeb il-kuntatti u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet legali, ġudizzjarji u amministrattivi. Tal-anqas 187 azzjoni ffinanzjata (minn 334) kellhom it-tagħlim reċiproku, l-iskambju ta’ prattiki tajbin u l-kooperazzjoni inkorporati fil-proġetti tagħhom. Dawn l-azzjonijiet ikkontribwew għall-iskambju ta’ informazzjoni u ż-żieda tal-kuntatti bejn il-membri nazzjonali tal-ġudikatura. L-awtoritajiet nazzjonali minn 21 Stat Membru 33 kienu l-benefiċjarji prinċipali ta’ għotja tal-JPEN waħda jew aktar, inklużi 15-il ministeru tal-ġustizzja. Ħafna minn dawn l-għotjiet intużaw sabiex jiġu emendati s-sistemi nazzjonali tal-kondotta bl-għan li dawn isiru aktar kompatibbli mas-sistema Ewropea (ECRIS) 34 .
Minbarra l-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ għotjiet, il-finanzjament tal-JPEN intuża sabiex jinxtraw kuntratti ma’ konsulenti li żviluppaw u żammew il-portal tal-Ġustizzja elettronika 35 .
B’kollox, 93 għotja tal-JPEN li jiswew aktar minn EUR 44 miljun (26 % tal-baġit totali ppjanat għall-programm tal-2007-2013) marru b’mod speċifiku għat-taħriġ tal-ġudikatura u tal-ġuristi. Dan it-taħriġ ibbenefika lil 25 863 imħallef, prosekutur u professjonist ieħor matul il-perjodu evalwat, b’medja ta’ 3 695 benefiċjarju fis-sena. Figura 2 1 turi n-numru ta’ ġuristi li ħadu sehem f’dawn l-avvenimenti ta’ taħriġ kull sena. Dan jinkludi t-taħriġ iffinanzjat b’għotjiet għal azzjoni, bi ftehimiet qafas ta’ sħubija u b’għotjiet operattivi lill-EJTN.
Figura 21 In-numru ta’ parteċipanti li bbenefikaw minn taħriġ legali tal-UE ffinanzjat mill-JPEN 2007-2013
Il-Kummissjoni stabbiliet miri li tħarreġ lil nofs il-prattikanti legali kollha tal-UE (stmati għal 700 000) sal-2020. Biex tagħmel dan, ta’ kull sena jridu jitħarrġu tal-anqas 5 % tal-ġuristi kollha f’kull Stat Membru sal-2020, kemm jekk dak it-taħriġ jiġi organizzat f’livell lokali, nazzjonali jew Ewropew jew minn atturi lokali, nazzjonali jew fil-livell tal-UE 36 . Rapport tal-2014 tal-Kummissjoni dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew wera li l-mira għall-imħallfin fl-2013 intlaħqet (ara l-graff ta’ fuq tal- Figura 2 2 ), filwaqt li l-mira għat-taħriġ annwali għall-prosekuturi ntlaħqet fi 19-il Stat Membru.
Figura 22 In-numru ta’ mħallfin u ta’ prosekuturi li ħadu sehem fl-2013 f’taħriġ kontinwu fl-Istat Membru tagħhom stess u (għall-prosekuturi) barra minn pajjiżhom
Sors: Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew 2014. Iċ-ċifri jinkludu taħriġ iffinanzjat minn programmi oħrajn tal-UE jew minn aġenziji oħrajn tal-UE, bħall-programmi PROGRESS, Ġustizzja Ċivili u Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza.
Sehem kbir mill-għotjiet tal-JPEN marru għal proġetti li ffokaw b’mod dirett jew indirett fuq id-drittijiet tal-vittmi u l-akkużati. Wieħed mill-modi kif il-JPEN ikkontribwixxa għall-bini tal-fiduċja reċiproka dwar id-drittijiet tal-vittmi u tal-akkużati fl-UE huwa bil-finanzjament ta’ pjattaformi fil-livell tal-UE li jaħdmu f’dawn l-oqsma, b’mod partikolari:
Fair Trials International, li għandha l-għan li, fost azzjonijiet oħrajn “tinvolvi u tappoġġa lil moviment [netwerk] internazzjonali ta’ difensuri ta’ proċessi ġusti [ta’ professjonisti tad-drittijiet tal-bniedem]”; u
Victim Support Europe (VSE), li huwa netwerk ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali li joffru appoġġ lill-vittmi, li jippromwovi l-istabbiliment u l-iżvilupp tad-drittijiet tal-vittmi u tas-servizzi għalihom madwar l-Ewropa 37 .
2.3.2Il-kisbiet tal-proġetti
Ħafna mill-proġetti (madwar 70 %) kienu effettivi fil-kisba tal-outputs tagħhom kif proposti u fil-kisba tal-objettivi tal-proġetti. Madankollu, kważi terz minnhom ma kinux effettivi daqstant għaliex ma kisbux l-objettivi kollha tagħhom (ara t- Tabella 2 2 ). Ftit biss kienu l-każijiet (madwar 5 % tal-proġetti ffinalizzati kollha) li fihom dan affettwa b’mod sinifikanti l-kisba tal-objettivi operazzjonali tal-proġett. Għad li wħud mill-ostakli affaċċati kienu dovuti għal fatturi esterni imprevisti, uħud setgħu jiġu identifikati u mmitigati bħala parti minn strateġija ta’ valutazzjoni tar-riskji.
Tabella 22 Kawżi tal-problemi relatati mal-implimentazzjoni esperjenzati mill-proġetti
Kawża tal-problema |
Nru ta’ proġetti affettwati |
Tluq ta’ persunal / nuqqas ta’ persunal |
5 |
Nuqqas ta’ ħin |
21 |
Ostaklu imprevist (estern) |
17 |
Problemi finanzjarji / nuqqas ta’ finanzjament |
12 |
Raġunijiet tekniċi (pereż. problemi b’sistemi diġitali, bil-funzjonament tas-softwer tal-ġustizzja elettronika) |
5 |
Ċirkustanzi li misshom ġew identifikati bħala parti mill-mudell loġiku (pereż. nuqqas ta’ data, nuqqas ta’ teħid mill-benefiċjarji, problemi relatati mal-puntwalità, koerenza mal-iżviluppi tal-politika, eċċ.) |
15 |
Dewmien mill-Kummissjoni Ewropea |
2 |
Bidliet fil-mudell Loġiku |
7 |
Sors: id-dokumentazzjoni tal-proġetti kollha mmappjata minn ICF (n = 334)
Aktar minn żewġ terzi tal-proġetti ffinalizzati ġew implimentati bl-eżatt kif kienu ppjanati, filwaqt li terz minnhom għamlu tal-anqas xi bidliet fil-mod ta' kif ġew implimentati l-proġetti / l-programmi ta' ħidma meta mqabblin mad-disinn oriġinali 38 .
2.4IS-SOSTENIBBILTÀ U T-TRASFERIBBILTÀ
L-evalwaturi analizzaw jekk ir-riżultati, l-eżiti u l-impatti miksuba mill-proġetti kinux sostenibbli lil hinn mill-perjodu ta’ finanzjament tal-proġett. Fl-evalwazzjoni kienu identifikati tliet livelli ta’ sostenibbiltà:
1.is-sostenibbiltà fil-perjodu qasir, li tinkiseb primarjament permezz tat-tixrid tar-riżultati tal-proġetti;
2.is-sostenibbiltà fuq perjodu medju, li timplika l-kontinwazzjoni tar-riżultati tal-proġetti u/ jew sħubijiet;
3.is-sostenibbiltà aktar fit-tul, li tinkiseb primarjament bit-trasferiment ta’ riżultati tal-proġetti għal kuntesti, għal organizzazzjonijiet u għal Stati Membri oħrajn bi ftit finanzjament jew mingħajr finanzjament addizzjonali.
2.4.1Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet u tal-outputs tal-proġett u t-tixrid tagħhom
Mill-121 proġett iffinalizzat li wrew xi evidenza ta’ sostenibbiltà fir-rapporti finali tagħhom, 39 (32 %) iddikjaraw fir-rapporti finali tagħhom li kienu jkomplu l-proġett bis-sħiħ għaliex irnexxielhom jiksbu aktar finanzjament. Dawn id-39 proġett kienu relatati mal-iżvilupp ta’ għodod bħall-ECRIS, mas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi u mal-programmi ta’ ġustizzja restorattiva — jiġifieri kienu relatati ma’ sistemi jew ma’ servizzi li kienu ġew żviluppati u li jkunu jeħtieġu aktar finanzjament għall-implimentazzjoni kontinwa tagħhom. Madankollu, dan ma kienx il-każ għall-proġetti kollha tal-JPEN. Tabilħaqq, fejn l-għotja għal azzjoni jew l-għotja operattiva ffokat fuq ir-riċerka, il-proġett mhux bilfors kien jeħtieġ finanzjament għall-kontinwazzjoni tiegħu. B’mod simili, proġetti li ffokaw fuq it-taħriġ jew it-tagħlim reċiproku jkunu jeħtieġu biss aktar finanzjament jekk it-taħriġ ikollu bżonn jiġi espandut għal parteċipanti ġodda 39 .
Tmienja u għoxrin proġett ieħor iddikjaraw fir-rapporti finali tagħhom li l-proġett ser ikompli f’parti minnu, pereż. meta aspetti mit-taħriġ ikomplu, jew meta s-sejbiet li jirriżultaw mill-proġett jintużaw sabiex jiġu żviluppati proġetti ġodda jew jikkontribwixxu għalihom. F’dawn il-każijiet, jista’ jiġi sopponut li nstab il-finanzjament għall-kontinwazzjoni ta’ din il-parti. Ir-riżultati tal-istħarriġ onlajn issuġġerew li ħafna mill-benefiċjarji tal-għotja (71 %, jew 61 minn 86 persuna li wieġbet) ikunu jeħtieġu aktar finanzjament sabiex ikomplu bil-proġett/bl-attivitajiet tagħhom. F’intervisti ta’ segwitu, 25 mit-33 persuna intervistata ddikjaraw li kien hemm bżonn ta’ aktar finanzjament għal aspetti ta’ segwitu tal-proġetti bħat-taħriġ u t-traduzzjonijiet; l-ittestjar tal-prodotti żviluppati; u l-implimentazzjoni ta’ metodoloġiji.
Madankollu, 20 minn 33 persuna intervistata ddikjaraw ukoll li affarijiet bħal attivitajiet ta’ tixrid u ta’ sensibilizzazzjoni jistgħu jitkomplew mingħajr finanzjament addizzjonali 40 .
B’mod ġenerali, it-tixrid tar-riżultati tal-proġetti mill-Kummissjoni kien limitat, billi fil-parti l-kbira dan kien jiddependi mill-benefiċjarji tagħha sabiex ixerrdu l-outputs b’mod dirett lill-gruppi fil-mira tagħhom, u r-riżorsi umani tagħha stess kienu riżervati l-aktar għall-ġestjoni finanzjarja. Kien hemm pubblikazzjoni ta’ xi materjali ta’ taħriġ, u l-monitoraġġ tan-nefqa u tal-baġits tal-proġetti ngħata prijorità fuq il-monitoraġġ tar-riżultati. Kienu biss uħud mill-outputs tal-proġetti tat-taħriġ li ġew ippubblikati fuq il-portal tal-Ġustizzja elettronika. Il-materjali ta’ taħriġ ittellgħu fuq il-portal tal-Ġustizzja elettronika biss meta l-prodotti kienu komprensivi, rilevanti u jnaqqsu d-diskrepanza fil-kopertura (fil-parti l-kbira seminars tal-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA), ħoloq għall-EJTN u s-siti web tal-proġett “Building Mutual Trust” 41 ) 42 .
It-tixrid kien rekwiżit tas-sejħiet għal proposti u kien imħeġġeġ mill-Kummissjoni. Is-sejħiet għal għotjiet għal azzjoni ħeġġew lill-applikanti għal għotja sabiex juru pjan għat-tixrid. L-applikanti għal għotjiet operattivi ma kinux meħtieġa jispjegaw strateġija għat-tixrid. Mid-95 persuna li wieġbet onlajn għall-istħarriġ, 92 % (87 persuna li wieġbet) iddikjaraw li kellhom pjan ċar għat-tixrid tar-riżultati tal-proġett/tal-attivitajiet tagħhom. Analiżi ta’ 12-il formola ta’ applikazzjoni għal għotja għal azzjoni li tkopri l-oqsma ta’ prijorità kollha u s-snin kollha tal-programm turi li l-istrateġiji ta’ tixrid varjaw fil-kwalità tagħhom 43 .
L-analiżi kwantitattiva tad-dokumentazzjoni ta’ 334 għotja għal JPEN turi li tal-anqas 197 (59 %) tal-benefiċjarji għal għotja kollha implimentaw attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni jew ta’ tixrid bħala parti mill-proġetti/mill-programmi ta’ ħidma tagħhom. L-analiżi tal-outputs tal-proġetti (ara l- Figura 2 3 ) irrapportati fir-rapporti finali tal-benefiċjarji ta’ għotjiet turi li l-għodod ewlenin għat-tixrid kienu avvenimenti, ċirkulari jew fuljetti u outputs oħrajn. Xi benefiċjarji ta’ għotjiet tellgħu wkoll siti web sabiex ixerrdu informazzjoni dwar il-proġetti, iżda fi żmien l-evalwazzjoni nstab li mhux is-siti web tal-proġetti kollha nżammew ladarba ntemm il-finanzjament tal-proġett.
Figura 23 L-outputs tal-attivitajiet ta’ tixrid u ta’ sensibilizzazzjoni (n=221)
Sors: analiżi ta’ 221 għotja li għalihom kien hemm rapporti disponibbli.
Madankollu, il-fatt li t-tali attivitajiet kienu effettivi sabiex jattiraw l-attenzjoni ta’ dawk li jfasslu l-politiki u sabiex iżidu l-kuntatti bejn l-awtoritajiet fi Stati Membri differenti jissuġġerixxi li t-tixrid kien tal-anqas kemxejn effettiv. B’kollox, 44 persuna li wieġbu għall-istħarriġ onlajn irrapportaw li diġà kienu implimentaw b’suċċess outputs fi Stati Membri oħrajn mhux ta’ oriġini tagħhom. 29 irrapportaw ukoll li r-riżultati tal-proġetti/tal-attivitajiet kienu kkontribwew fl-attivitajiet ta’ politika f’pajjiż wieħed ieħor jew aktar 44 .
2.4.2Il-kontinwazzjoni tas-sħubijiet wara t-tlestija tal-proġett
Fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapporti finali, 17-il sħubija li jaħdmu sabiex jimplimentaw l-għotjiet tal-JPEN komplew b’mod sħiħ jew parzjali wara li jintemm il-proġett. Madankollu, huwa probabbli li n-numru ta’ sħubijiet li komplew kien ogħla, għaliex 71 minn 91 persuna li wieġbet għall-istħarriġ onlajn (78 %) iddikjaraw li s-sħubija tagħhom diġà kienet qiegħda tkompli jew aktarx li kienet ser tkompli wara li jitlesta l-proġett. Fattur ieħor kien li l-benefiċjarji tal-għotjiet intervistati u li ħadu sehem fl-istħarriġ onlajn wieġbu b’mod pożittiv dwar il-benefiċċji tas-sħubijiet ifformati skont il-JPEN. L-evidenza mill-intervisti ta’ segwitu mal-benefiċjarji tal-għotjiet issuġġeriet li wħud minn dawn is-sħubijiet diġà kienu fformati qabel ma beda l-proġett. Din l-esperjenza ta’ sħubija preċedenti għenet sabiex tiffaċilita l-bini ta’ tim, il-komunikazzjoni tat-tim u s-sejbien ta’ soluzzjonijiet għall-problemi u għamlitha aktar faċli sabiex jiġu fformati kuntatti inizjali fil-proġett il-ġdid 45 . Ma nġabritx data fuq ir-raġunijiet għaliex ma tkomplewx is-sħubijiet.
2.4.3Is-sostenibbiltà u t-trasferibbiltà potenzjali tal-outputs
It-tixrid tal-outputs u tar-riżultati lil udjenza wiesgħa jista’ jżid is-sostenibbiltà tagħhom. Ħafna mill-outputs kienu diġà mfasslin sabiex jintużaw fil-livell tal-UE (pereż. it-taħriġ ġudizzjarju tal-EJTN kien imfassal għall-parteċipanti minn bosta Stati Membri u l-portal tal-Ġustizzja elettronika kien maħsub sabiex jintuża minn udjenzi fl-Istati Membri kollha). Uħud minn dawk li ma kinux imfassla għal applikazzjoni madwar l-UE kienu minflok imfassla sabiex ikunu trasferibbli lil Stati Membri oħrajn.
Kien diffiċli għall-benefiċjarji ta’ għotjiet li juru s-sostenibbiltà tal-proġett tagħhom fir-rapportar finali. Dan għaliex kien hemm biss xahrejn jew tlieta bejn l-għeluq tal-proġett u l-iskadenza għar-rapportar, li fil-verità ma kienx żmien biżżejjed sabiex tintwera s-sostenibbiltà.
Ħafna mis-sħab tal-proġett li ġew intervistati għall-evalwazzjoni indikaw li huma kienu fasslu l-proġetti tagħhom madwar prodotti ċari, jew outputs, li ħafna minnhom ikunu jew jistgħu jkunu ttrasferiti lil Stati Membri oħrajn. Total ta’ 70 minn fost id-89 persuna li wieġbu għall-istħarriġ onlajn esprimew ukoll il-fehma tagħhom li l-outputs kollha, jew uħud minnhom, jistgħu jintużaw mingħajr bidliet f’aktar minn pajjiż wieħed, filwaqt li 22 oħra rrapportaw li l-outputs setgħu jiġu ttrasferiti għal aktar minn pajjiż wieħed b’xi bidliet żgħar. Aktar minn żewġ terzi (61 persuna li wieġbet) irrapportaw ukoll li r-riżultati tal-proġett/tal-attivitajiet setgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta’ politika f’pajjiż wieħed ieħor jew aktar 46 .
Il-persuni li ġew intervistati identifikaw ukoll xi fatturi li jistgħu jkunu ta’ xkiel għat-trasferibbiltà sħiħa tar-riżultat. Dawn inkludew l-adattament għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-pajjiżi; ir-rekwiżiti tat-traduzzjoni; il-maturità tas-sistemi ġudizzjarji ta’ Stati Membri oħrajn; il-livell ta’ prijorità ta’ suġġett speċifiku fl-aġenda ta’ Stat Membru partikolari; u l-ħtieġa ta’ output ta’ proġett speċifiku (jiġifieri l-għodda jew il-metodu tat-taħriġ).
2.5L-EFFIĊJENZA U L-LOK GĦAL SIMPLIFIKAZZJONI
Din it-taqsima tivvaluta l-effiċjenza tal-programm f’termini ta’:
is-suffiċjenza u l-effiċjenza tar-riżorsi finanzjarji disponibbli;
kemm intefqu sew il-flus meta dan jitqabbel mal-impatti pożittivi miksuba;
kemm l-allokazzjoni tal-fondi bejn l-għodod ta’ finanzjament differenti kienet xierqa u suffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-proġett.
Din it-taqsima tirrevedi wkoll l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-Kummissjoni u tqis jekk hemmx lok sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-programm.
2.5.1Is-suffiċjenza u l-effiċjenza tar-riżorsi finanzjarji disponibbli
L-analiżi wriet li l-baġit imqiegħed għad-dispożizzjoni għall-kisba tal-objettivi kien biżżejjed, billi l-objettivi tal-programm kienu spjegati sew u mhux ambizzjużi żżejjed. Il-benefiċjarji tal-għotjiet irrapportaw ukoll li b’mod ġenerali l-għotjiet kienu biżżejjed sabiex jippermettulhom jilħqu l-objettivi tagħhom u sabiex jagħmlu differenza fil-qasam tagħhom.
Tqabbil tal-fondi allokati mal-fondi impenjati (finalment) jissuġġerixxi li s-sottonfiq tal-proġett kien komuni lejn il-bidu tal-programm: l-impenji għal kull sejħa kienu sistematikament anqas mill-allokazzjonijiet inizjali, għad li deher titjib f’sejħiet aktar tard (ara l- Figura 2 4 ). Ir-raġuni għal dan l-ispariġġ inizjali kienet li l-JPEN kien programm ġdid, li indirizza lil grupp ta’ partijiet ikkonċernati relattivament inesperjenzat b’applikazzjonijiet għal finanzjament. L-għodod ta’ finanzjament użati segwew loġika ċara u b’mod ġenerali ntużaw b’mod effiċjenti.
Figura 24 Fondi allokati totali, impenjati u mħallsin aġġornati tal-JPEN u t-total ta’ fondi sopraimpenjati/sottoimpenjati u ta’ sottonfiq skont kull sejħa għal proposti (għotjiet għal azzjoni fuq, għotjiet operattivi taħt)
Nota: In-numri tal-finanzjament ta’ għotjiet operattivi jinkludu wkoll il-ftehimiet qafas ta’ sħubija u l-monopolji tal-għotjiet operattivi. Iċ-ċifri dwar l-allokazzjonijiet u l-proġetti ffinanzjati fis-snin 2011-2012 ingħaqdu flimkien. Is-sottonfiq huwa kkalkulat bħala d-differenza bejn il-finanzjament impenjat u mħallas għall-proġetti finalizzati kollha. * Mhux il-proġetti kollha ġew iffinalizzati (iċ-ċifri tal-infiq u tas-sottonfiq huma relatati ma’ proġetti finalizzati biss). CR-kondotti, EJ-ġustizzja elettronika, EJT-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew.
2.5.2Il-flus li ntefqu meta mqabblin mal-impatti miksuba
Il-JPEN ipprovda EUR 131 miljun sabiex jiffinanzja 334 proġett fil-parti l-kbira transnazzjonali li rrappreżentaw aktar minn 1 200 organizzazzjoni prinċipali u sieħba 47 . Fl-aħħar, b’EUR 21 miljun addizzjonali, il-JPEN iffinanzja 174 proġett akkwistat. Dan ikkontribwixxa wkoll għall-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programm, billi pereżempju appoġġa t-tħejjija tal-leġiżlazzjoni; ġabar flimkien lil esperti sabiex jiddiskutu ċerti ostakli; u kkomunika messaġġi ewlenin 48 .
L-impatti mistennijin tal-JPEN kienu li jikkontribwixxi għat-tiswir ta’ spazju Ewropew ta’ ġustizzja f’materji kriminali msejjes fuq ir-rikonoxximent reċiproku u l-fiduċja reċiproka. L-eżiti mistennijin relatati mat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja; l-appoġġ għan-netwerks Ewropej li jaħdmu sabiex jippromwovu l-ġustizzja kriminali tal-UE; l-iżvilupp ulterjuri tat-taħriġ transfruntiera għall-professjonisti; u t-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-vittmi u tal-akkużati 49 .
Filwaqt li l-impatti mistennijin kienu ċertament ambizzjużi u impenjattivi, ir-riżorsi tal-JPEN taw ċerta kontribuzzjoni, għad li diffiċli li titkejjel, għall-objettiv aktar ġenerali tal-UE li tibni spazju Ewropew ta’ ġustizzja billi żżid fluss ta’ finanzjament iddedikat li kkumplimenta firxa ta’ mezzi oħrajn (pereż. leġiżlazzjoni, politika, aġenziji tal-UE). Il-programm għen ukoll lill-Kummissjoni tilħaq diversi objettivi tal-UE li huma parti mill-ispazju Ewropew ta’ ġustizzja 50 . L-analiżi tal-proġetti finalizzati li għalihom ġiet ipprovduta informazzjoni turi li sa 73 % mill-għotjiet għal azzjoni u mill-għotjiet operattivi finalizzati 51 juru evidenza ta’ eżiti u ta’ impatti miksubin, filwaqt li 16 % biss ma wrew ebda evidenza ta’ dawn 52 .
Għad li l-evidenza miġbura bħala parti mill-evalwazzjoni għadha insuffiċjenti sabiex jiġi konkluż b’mod assolut li r-riżorsi li ntefqu fuq il-programm kienu raġonevoli fid-dawl tal-eżiti u tal-impatti miksubin 53 , l-eżiti u l-impatti identifikati ċertament jissuġġerixxu li l-infiq kien raġonevoli meta wieħed iħares lejn il-kisbiet tal-programm, kif irrapportat diġà taħt il-kriterju ta’ “effikaċja” 54 .
2.5.3L-adegwatezza tal-allokazzjoni tal-fondi fost l-għodod ta’ finanzjament differenti
Skont il-programmi ta’ ħidma annwali, l-allokazzjonijiet totali tal-baġit għall-implimentazzjoni tal-JPEN 2007-2013 kienu ta’ EUR 196 miljun, b’medja ta’ EUR 28 miljun fis-sena. L-akbar sehem ta’ finanzjament ġie allokat lil għotjiet għal azzjoni (EUR 115-il miljun, jew 58 % mill-valur totali tal-programm), segwiti minn għotjiet operattivi (EUR 50 miljun, jew 25 %). L-akkwist pubbliku kellu allokazzjoni inizjali ta’ EUR 32 miljun, jew 16 % mit-total. Madankollu, meta jitqiesu l-ammonti allokati permezz tas-sejħiet għal proposti, l-għotjiet għal azzjoni ġew allokati b’kollox EUR 123 miljun, jiġifieri madwar EUR 8 miljun aktar minn dak li kien ippjanat inizjalment fil-programmi ta’ ħidma annwali (ara t- Tabella 1 1 u t- Tabella 1 2 ) 55 .
In-numri relattivament baxxi ta’ applikazzjonijiet għal kull sejħa u r-rati ta’ suċċess għoljin tagħhom b’mod partikolari għall-ewwel sejħiet ta’ għotjiet għal azzjoni (67 % għall-għotjiet għal azzjoni tal-2007, 87 % għall-għotjiet għal azzjoni tal-2007 dwar il-kondotti-CR, 48 % għall-għotjiet għal azzjoni tal-2008 u 77 % għall-għotjiet għal azzjoni tal-2008 CR) mill-ġdid jindikaw il-viżibbiltà inizjali relattivament baxxa tal-programm u d-diffikultajiet possibbli fl-attrazzjoni tal-partijiet ikkonċernati sabiex jissottomettu applikazzjonijiet (ara l- Figura 2 5 ).
Figura 25 L-għotjiet magħżulin bħala proporzjon tal-applikazzjonijiet totali għal kull sejħa
|
Meta jitqiesu r-rati ta’ assorbiment tal-għotjiet għal azzjoni u tal-għotjiet operattivi (jiġifieri l-pagamenti bħala sehem tal-impenji), jidher li b’mod ġenerali l-baġits mogħtijin kienu ftit ogħla milli l-benefiċjarju tal-għotja seta’ jassorbi u jeżegwixxi b’suċċess. Ir-rata medja ta’ assorbiment kienet ta’ 76 % għall-għotjiet għal azzjoni u ta’ 80 % għall-għotjiet operattivi. L-għotjiet operattivi wrew ukoll xi titjib tul iż-żmien u, b’hekk, anqas sottonfiq. Dwar l-akkwist, id-data wriet li mit-EUR 32 miljun allokati inizjalment, kienu impenjati EUR 21 miljun. Dan jissuġġerixxi li l-finanzjament imqiegħed għad-dispożizzjoni kien biżżejjed b’mod ġenerali 56 .
Barra minn hekk, fid-dawl tal-gruppi partikolari ta’ partijiet ikkonċernati indirizzati, hemm riskju li tintlaħaq il-“kapaċità sħiħa ta’ assorbiment” tagħhom għal dan il-finanzjament tat-tip. Hemm żewġ raġunijiet għal dan:
in-numru relattivament “limitat” ta’ partijiet ikkonċernati bħal dawn (għall-kuntrarju ta’ programmi bħal Daphne III, li għalihom hemm domanda ferm ogħla minħabba l-varjetà ferm akbar u n-numri ogħla ta’ partijiet ikkonċernati indirizzati);
għal ħafna, l-implimentazzjoni tal-għotja hija xi ħaġa li jagħmluha minbarra l-attivitajiet “ta’ kuljum” tagħhom.
2.5.4Il-ġestjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-lok għal simplifikazzjoni
Fuq il-bażi tar-riżultati tal-istħarriġ onlajn, ir-rekwiżiti għall-applikanti sabiex jaċċessaw il-finanzjament tal-JPEN tqiesu xierqa b’mod ġenerali, kif ippreżentat fil- Figura 2 6 hawn taħt.
Figura 26 It-tweġibiet dwar l-istħarriġ onlajn relatat mal-perċezzjoni tal-appoġġ tal-Kummissjoni matul il-proċess ta’ applikazzjoni
Sors: Stħarriġ għall-evalwazzjoni “ex post” tal-ħames programmi tad-DĠ Ġustizzja 2007-2013. Mistoqsija 36: Rigward il-ġestjoni tal-ħames programmi mill-Kummissjoni, inklużi l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġett/attivitajiet tiegħek min-naħa tal-Kummissjoni, jekk jogħġbok ikkummenta dwar id-dikjarazzjoni li ġejja: [dikjarazzjonijiet fil-graff]
L-informazzjoni pprovduta fis-sejħiet għal proposti kienet sempliċi u diretta matul il-perjodu ta’ finanzjament, u spjegat l-elementi differenti relatati mal-applikazzjoni. Madankollu, id-dokument beda jsir dejjem aktar twil maż-żmien, xi ħaġa li f’parti minnha tirrifletti l-livell ta’ dettall meħtieġ fil-formola ta’ applikazzjoni, in-numru ta’ prijoritajiet ippreżentati u l-introduzzjoni fl-2008 tas-sistema IT PRIAMOS. L-informazzjoni inkluża fis-sejħiet kienet ċara u faċli li tinftiehem skont ħafna minn dawk li wieġbu għall-istħarriġ onlajn (jiġifieri 87 % ta’ dawk li wieġbu qalu “naqbel ħafna” u “naqbel” fuq iż-żewġ dikjarazzjonijiet). Għas-sejħa tal-2013, ġiet ipprovduta l-Gwida unika għall-Applikanti li kienet tkopri l-ħames programmi tad-DĠ Ġustizzja, l-ISEC u l-PROGRESS. Il-Gwida Unika kkontribwiet għas-simplifikazzjoni u għall-effiċjenza għall-applikanti li jissottomettu proposti għal proġetti differenti 57 .
Matul il-programm, il-formola ta’ applikazzjoni talbet lill-applikanti jiddeskrivu l-proġett f’termini ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-proġetti; l-implimentazzjoni; il-ġestjoni finanzjarja; ir-riżultati; l-evalwazzjoni; u t-tixrid.
Barra minn hekk, l-applikanti kienu meħtieġa jimlew formoli ta’ stima tal-baġit, analiżi tal-ispejjeż tal-persunal u dikjarazzjoni tas-sħubija. Mill-2010, l-applikanti ntalbu jipprovdu wkoll indikaturi sabiex jivvalutaw ir-riżultati; jipprovdu evidenza tal-esperjenza fl-imgħoddi bil-programm; u jżidu aktar dettalji dwar is-sħab u l-flussi tax-xogħol.
Dan żied il-potenzjal għall-kwalità fil-proġetti, billi kien jimmotiva lill-applikanti sabiex jiżviluppaw pjan u stima tal-ispejjeż aktar rigorużi għal kull waħda mill-attivitajiet tagħhom.
Il-biċċa l-kbira tal-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu dehru li kienu pjuttost komdi bil-proċess tal-applikazzjoni (jiġifieri bis-sottomissjoni tal-applikazzjoni u rigward l-informazzjoni inkluża fis-sejħiet). Madankollu, meta dawk li wieġbu ġew mistoqsija jekk talbux għajnuna mingħand persuni b’kompetenzi u għarfien speċifiċi dwar il-proċeduri, 45 % biss ma qablux assolutament jew b’mod parzjali. 35 % minn dawk li wieġbu kienu jafu b’organizzazzjonijiet/bi proġetti/bi prattikanti li ma wieġbux għas-sejħa għal proposti minħabba r-rekwiżiti kumplessi/diffiċli, meta mqabbla ma’ 21 % biss li qalu li ma kinux jafu b’xi organizzazzjoni/proġett/prattikant bħal dawn. B’mod ġenerali, l-obbligi ta’ rapportar (kemm għall-aspetti finanzjarji kif ukoll għall-aspetti mhux finanzjarji tal-proġetti) tqiesu li kienu xierqa mill-biċċa l-kbira tal-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu (81 minn 95, jew 85 %) 58 .
L-arranġamenti ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni kienu tal-anqas parzjalment ikkunsidrati bħala tajbin u ta’ għajnuna matul l-implimentazzjoni tal-proġett/tal-attivitajiet minn madwar 79 % ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ onlajn (71 minn 90, jew 79 %), filwaqt li 21 % ma kinux issodisfati (għaliex ir-regoli finanzjarji huma kemxejn kumplessi, u għalhekk ir-rapportar finanzjarju jsir ikkumplikat għall-benefiċjarji; il-proċess ta’ monitoraġġ huwa burokratiku wisq; Il-persunal tal-Kummissjoni kultant ta tweġibiet differenti matul il-ħajja tal-proġett). Ir-rekwiżit ta’ sottomissjoni ta’ rapport dwar il-progress iddaħħal fis-sejħa tal-2011-2012. Dan għamel ir-rapportar aktar effiċjenti. Ir-rapportar finali kien eżerċizzju kemxejn sempliċi, u kkonsista f’narrattiva tar-riżultati tal-proġett inklużi l-problemi affaċċati u l-metodi użati 59 .
B’mod ġenerali, il-ġestjoni mill-Kummissjoni saret aktar effiċjenti maż-żmien bis-saħħa tal-introduzzjoni tal-unità unika inkarigata mill-ġestjoni tal-programm; bis-saħħa tal-pubblikazzjoni ta’ manwal għall-uffiċjali tal-Kummissjoni; u, b’mod indirett, bis-saħħa tat-tixrid ta’ gwida ta’ ġestjoni tal-proġetti mas-sejħa tal-2011.
B’mod ġenerali, l-esperjenza tal-benefiċjarji tal-għotjiet bil-kooperazzjoni mal-Kummissjoni kienet pożittiva. Ir-rekwiżiti tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet segwew proċess simili għal programmi oħrajn ġestiti b’mod ċentrali mill-Kummissjoni u kienu jeħtieġu informazzjoni aktar dettaljata mis-sejħa tal-2010 ’il quddiem, li kellha impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-applikazzjonijiet u tal-proġetti. Il-bidliet fir-rapportar ħolqu wkoll approċċ aktar bilanċjat bejn il-ġustifikazzjoni finanzjarja fuq naħa u l-evalwazzjoni/l-valutazzjoni tar-riżultati attwali u l-impatti potenzjali tal-proġetti fuq in-naħa l-oħra 60 .
2.6IL-VALUR MIŻJUD EWROPEW
Il-valur miżjud tal-UE jirreferi għal kemm in-natura Ewropea tal-programm iġġib valur għall-partijiet ikkonċernati tiegħu u kemm l-UE għandha vantaġġ komparattiv fuq l-atturi nazzjonali u internazzjonali li jaħdmu f’dan il-qasam. L-ewwel, se tiġi diskussa n-natura Ewropea tal-programm u l-kopertura ġeografika tiegħu. Dan huwa l-punt tat-tluq għall-identifikazzjoni ta’ valur miżjud tal-UE. Imbagħad, il-valur miżjud tal-UE jiġi analizzat f’termini tal-outputs li żiedu l-valur għall-UE u għall-benefiċjarji. Madankollu, għadu ma kienx possibbli li jiġi identifikat u li jitkejjel il-valur miżjud tal-UE f’termini tal-impatti.
Il-JPEN kellu dimensjoni transnazzjonali qawwija. Din hija evidenzjata mill-objettivi tal-programm u mit-tipi ta’ azzjonijiet meqjusin eliġibbli, kif inhu enfasizzat fid-Deċiżjoni tal-2007 tal-Kunsill. L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni jiddikjara li l-JPEN “għandu jappoġġa [...] proġetti transnazzjonali speċifiċi ta’ interess tal-Unjoni ppreżentati minn tal-inqas żewġ Stati Membri jew minn tal-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż ieħor li jista’ jkun pajjiż aderenti jew pajjiż kandidat.” Il-JPEN involva wkoll numru kbir ta’ pjattaformi tal-UE. L-azzjonijiet eliġibbli kienu jinkludu wkoll proġetti nazzjonali.
2.6.1Il-kopertura ġeografika u l-involviment tal-Istati Membri
L-Istati Membri kollha ħadu sehem fil-JPEN. B’mod ġenerali, kien hemm kopertura ġeografika pjuttost tajba tal-attivitajiet madwar l-UE. Xi Stati Membri rċevew numru akbar ta’ għotjiet u ħadu sehem f’numru akbar ta’ sħubijiet iffinanzjati minn oħrajn.
Il- Figura 2 7 ta’ hawn taħt tippreżenta l-post ġeografiku tal-organizzazzjonijiet li ħadu sehem fi proġetti tal-JPEN għal kull Stat Membru. L-organizzazzjonijiet prinċipali kienu miġburin fi ħdan erba’ Stati Membri: L-Italja, il-Belġju, ir-Renju Unit u l-Ġermanja. Flimkien, dawn l-Istati Membri mexxew 48 % (161) mill-proġetti kollha. Ħafna netwerks / pjattaformi tal-UE huma rreġistrati fil-Belġju. Ebda proġett ma tmexxa minn organizzazzjonijiet ibbażati fil-Kroazja. Meta jiġu osservati l-organizzazzjonijiet sħab, il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri hija mifruxa b’mod aktar ugwali: mill-Istati Membri kollha, 15 ħadu sehem, u involvew lil aktar minn 25 organizzazzjoni sieħba.
Figura 27 In-numru totali ta’ organizzazzjonijiet għal kull Stat Membru li ħadu sehem fil-JPEN, inklużi l-organizzazzjonijiet prinċipali (xellug) u sħab (lemin)
|
|
Barra minn hekk, filwaqt li l-organizzazzjonijiet prinċipali bħala medja żviluppaw numru akbar ta’ sħubijiet ma’ organizzazzjonijiet mill-Istat Membru tagħhom stess milli ma’ organizzazzjonijiet minn Stati Membri oħrajn tal-UE 61 , bħala riżultat tal-programm ġew żviluppati sa 826 sħubija transnazzjonali 62 . Tabilħaqq, in-numru medju ta’ sħubijiet transnazzjonali għal kull Stat Membru kien ta’ ftit anqas minn 32, bl-organizzazzjonijiet ibbażati fil-Belġju, fil-Ġermanja, fl-Italja, fi Spanja u fir-Renju Unit li lkoll daħlu fi sħubija ma’ aktar minn 100 organizzazzjoni minn Stati Membri oħrajn tal-UE.
F’termini ta’ struttura tas-sħubija, il-Ġermanja, Spanja, ir-Renju Unit, il-Belġju u l-Italja kienu l-Istati Membri li l-organizzazzjonijiet tagħhom daħlu fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet fl-akbar numru ta’ Stati Membri differenti, b’kull wieħed kellu organizzazzjonijiet li daħlu fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet bħalhom f’21-26 pajjiż differenti tal-UE 63 .
Il- Figura 2 8 hawn taħt tixħet dawl fuq l-istruttura tas-sħubija għall-proġetti mmexxijin mill-Ġermanja, mill-Italja u mir-Renju Unit, billi dawn kienu t-tliet Stati Membri bl-ogħla numru ta’ organizzazzjonijiet prinċipali. L-organizzazzjonijiet prinċipali Ġermaniżi daħlu fi sħubijiet ma’ 26 Stat Membru differenti tal-UE (apparti l-Ġermanja), filwaqt li l-organizzazzjonijiet mir-Renju Unit daħlu fi sħubijiet ma’ 23 Stat Membru ieħor u l-organizzazzjonijiet mill-Italja daħlu fi sħubijiet ma’ 21.
Figura 28 Struttura tas-sħubija għat-tliet Stati Membri f’termini tal-aktar li għandhom organizzazzjonijiet prinċipali
|
|
|
2.6.2Il-valur miżjud għall-UE u għall-benefiċjarji tal-għotjiet
Il-valur miżjud għall-UE tal-programm għall-benefiċjarji tal-għotjiet jinsab fil-fatt li dawn ġew ipprovduti b’aċċess għal finanzjament li jappoġġahom fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-UE, pereż. permezz ta’ taħriġ, ta’ għodod u ta’ riċerka sabiex jiġi identifikat kif jistgħu jitnaqqsu l-ostakli għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, iżda anki sabiex jinkiseb l-għarfien neċessarju tal-prattiki tajbin li jista’ jgħin lill-benefiċjarji tagħhom fil-prattika. Il-programm iffaċilita wkoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja, li tibbenefika lil dawk l-awtoritajiet nazzjonali u l-membri tal-ġudikatura li jista’ jkollhom bżonn jaħdmu fuq kawżi transnazzjonali jew kawżi li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali. Il-programmi appoġġaw ukoll it-tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri 64 .
Il- Figura 2 9 turi r-riżultati tal-istħarriġ onlajn tal-opinjonijiet tal-benefiċjarji tal-għotjiet dwar il-vantaġġi tas-sħubijiet transnazzjonali fil-JPEN.
Figura 29 L-aspetti li s-sħubija transnazzjonali ġabet għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti tal-JPEN
Sors: Stħarriġ għall-evalwazzjoni “ex post” tal-ħames programmi tad-DĠ Ġustizzja 2007-2013. N=59. Mistoqsija 29c: X’ġabet magħha s-sħubija transnazzjonali għall-organizzazzjoni tiegħek? (jekk jogħġbok agħżel dawk kollha li japplikaw)
Id-dimensjoni transnazzjonali tal-JPEN kienet tiddependi wkoll sa ċertu punt fuq ir-relazzjonijiet ta’ ħidma tajbin stabbiliti fi ħdan is-sħubijiet. Il-konsultazzjoni wriet li s-sħab kienu ġeneralment issodisfati bis-sħubija fformata fil-kuntest tal-proġetti tal-JPEN. B’mod partikolari, dawk li wieġbu kienu ssodisfati bl-allokazzjoni tal-kompiti bejn is-sħab, bin-numru ta’ organizzazzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni tal-proġetti, bl-iskambju tal-esperjenzi u tat-tagħlimiet kif ukoll bil-komunikazzjoni ġenerali. Aktar minn nofs dawk li wieġbu għall-istħarriġ (62 %) saħansitra indikaw li kien ikun utli li jiddaħħlu aktar organizzazzjonijiet minn Stati Membri oħrajn — tabilħaqq, dan seta’ jkompli jimmultiplika l-impatti ta’ benefiċċju.
Mill-282 għotja għal azzjoni, 40 kienu nazzjonali. Minn dawn, 33 iffokaw fuq it-twaqqif ta’ sistemi tal-kondotti li jkunu kompatibbli mal-ECRIS. Tliet proġetti kellhom l-għan li jipprovdu modi innovattivi kif jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mal-UE (jiġifieri struttura ta’ appoġġ permanenti għal imħallfin li jaħdmu bil-mandati ta’ arrest Ewropej, metodi ġodda għall-interpretazzjoni tal-kundanni u tar-reati madwar l-UE u sistema ta’ prevenzjoni ta’ suwiċidji għall-faċilitajiet tal-ħabsijiet) u erbgħa kienu studji li mmappjaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni jew tat-taħriġ tal-UE. L-outputs xterrdu madwar l-UE u kellhom valur ċar għall-UE 65 .
66 Finalment, jista’ jiġi sopponut li sehem sinifikanti mill-attivitajiet żviluppati skont il-JPEN ma kienx ikun żviluppat li kieku ma kienx jeżisti l-programm, billi l-programm ħoloq domanda għal attivitajiet ġodda. L-organizzazzjonijiet involuti kienu qegħdin ibatu biex isibu opportunitajiet nazzjonali ta’ finanzjament sabiex iżommu l-attivitajiet tagħhom, speċjalment wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika riċenti jew sabiex jiżviluppaw proġetti oħrajn fil-qasam tal-ġustizzja. Ħafna mill-proġetti/mill-attivitajiet ma rċevewx aktar finanzjament minn strumenti oħrajn. Barra minn hekk, 77 % mill-parteċipanti fl-istħarriġ onlajn iddikjaraw li l-proġett/l-attivitajiet ma kinux jiġu implimentati mingħajr il-finanzjament mill-UE; sitt persuni biss (6 %) indikaw li kienu jkunu implimentati indipendentement mill-finanzjament riċevut mill-UE.
3KONKLUŻJONIJIET
Ir-rilevanza tal-programm 67
L-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi tal-programm kienu fil-parti l-kbira speċifiċi, setgħu jinkisbu u realistiċi, iżda mhux dejjem setgħu jitkejlu jew inkella kienu marbutin biż-żmien.
Billi l-oqsma ta’ prijorità tas-sejħiet għal proposti kienu akkumpanjati minn deskrizzjoni tal-kontenut mistenni tal-proġetti, din għamlithom aktar speċifiċi u għenet lill-applikanti għal għotjiet sabiex jiżguraw li l-proġetti tagħhom kienu rilevanti għall-objettivi tal-UE. Barra minn hekk, billi l-oqsma ta’ prijorità segwew l-objettivi tal-programm u l-objettivi tal-politika tal-UE daqstant mill-qrib, kien faċli għall-azzjonijiet magħżulin li jkunu mmirati lejn dawn l-objettivi wkoll.
Servizzi akkwistati bil-finanzjament tal-JPEN kienu wkoll rilevanti ħafna għall-programm u għall-objettivi aktar ġenerali tal-UE billi ffokaw l-aktar fuq l-iżvilupp ta’ għodod tal-Ġustizzja elettronika (speċjalment il-portal tal-Ġustizzja elettronika u l-moduli tiegħu) jew fuq ir-riċerka b’appoġġ tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni u tal-politika.
Analiżi tal-formoli ta’ applikazzjoni għal għotjiet u tal-informazzjoni miġbura permezz tal-konsultazzjoni ma’ benefiċjarji tal-għotjiet turi li ħafna benefiċjarji ta’ għotjiet jew ma fasslux il-proġetti tagħhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet jew inkella ma pprovdewx biżżejjed evidenza sabiex jappoġġaw il-valutazzjoni tagħhom tal-ħtiġijiet fil-formola ta’ applikazzjoni għall-għotjiet. Dan joħloq riskju li seta’ kien hemm approċċi aktar rilevanti jew utli għall-objettivi tal-proġetti.
Minkejja dan, ir-rapportar mill-benefiċjarji tal-għotjiet jissuġġerixxi li l-benefiċjarji finali wieġbu b’mod pożittiv għall-proġetti, xi ħaġa li tindika li dawn qiesu l-azzjonijiet bħala rilevanti. Madankollu, mhuwiex possibbli li dan jiġi kkonfermat mingħajr ma jinġabru l-fehmiet indipendenti tal-benefiċjarji finali.
Il-koerenza u l-kumplimentarjetà
Il-kumplimentarjetà tal-JPEN ma’ programmi u interventi oħrajn tal-UE nkisbet kważi għalkollox, għad li xi ftit proġetti ssograw li jidħlu fl-attivitajiet ta’ interventi oħrajn tal-UE.
Il-kumplimentarjetà nkisbet permezz ta’ mekkaniżmi li l-Kummissjoni introduċiet fl-istadju tat-tfassil tal-programm u fl-istadju tat-tfassil tas-sejħiet għall-proposti.
Fl-istadji tal-għażla, tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-proġetti taċ-ċiklu tal-programm, il-Kummissjoni ma applikat l-ebda mekkaniżmu sabiex issaħħaħ il-kumplimentarjetà, ħlief għall-qsim tar-riżorsi (jiġifieri l-portal tal-Ġustizzja elettronika) mal-Programm Ġustizzja Ċivili (JCIV).
L-effikaċja
B’mod ġenerali, l-azzjonijiet implimentati indirizzaw l-objettivi tal-programm, b’mod partikolari l-objettivi speċifiċi dwar it-taħriġ tal-ġudikatura u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja.
Il-proġetti li involvew lil dawk li jfasslu l-politika fil-proġett permezz ta’ konsultazzjoni fl-istadju tat-tfassil, permezz ta’ tgħarrif, ta’ laqgħat jew bl-involviment tagħhom fil-bord tat-tmexxija tal-proġetti kkontribwew sabiex jinkiseb l-eżitu maħsub tal-programm li dawk li jfasslu l-politika jkollhom jużaw l-outputs tal-proġetti sabiex isawru politika jew leġiżlazzjoni ġdida jew jaġġustaw dawk eżistenti.
Diffiċli li jiġi vvalutat kemm inkisbu l-outputs tal-proġetti (meta mqabblin mal-outputs ppjanati). Dan kien għaliex ir-rekwiżit għall-applikazzjonijiet għal għotjiet sabiex jidentifikaw mira li tista’ titkejjel għall-outputs tagħhom ġie introdott mill-Kummissjoni lejn l-aħħar tal-programm biss u r-rapporti finali għadhom mhumiex disponibbli għal dawn il-proġetti.
Madankollu, fuq il-bażi tal-awtorapportar tal-benefiċjarji tal-għotjiet (fir-rapporti finali u permezz tal-konsultazzjonijiet imwettqin għal din l-evalwazzjoni), jidher li ħafna mill-proġetti (madwar 70 %) kienu effettivi fil-kisba tal-outputs tagħhom kif proposti, iżda kważi terz minnhom ma kinux daqstant effettivi għaliex ma kisbux l-objettivi kollha tagħhom.
Is-sostenibbiltà
B’mod ġenerali, l-isforzi tal-Kummissjoni li xxerred ir-riżultati tal-proġetti kienu limitati ħlief b’rabta mal-materjali ta’ taħriġ, li wħud minnhom kienu ppubblikati fuq is-sit web tal-Ġustizzja elettronika. Fil-parti l-kbira l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-benefiċjarji tagħha sabiex ixerrdu l-outputs b’mod dirett lill-gruppi fil-mira tagħhom, u r-riżorsi umani tagħha stess kienu riżervati l-aktar għall-ġestjoni finanzjarja.
Diffiċli li ssir valutazzjoni sħiħa tal-effikaċja tal-attivitajiet ta’ tixrid tal-benefiċjarji tal-għotjiet mingħajr ma jiġu kkonsultati l-gruppi fil-mira: l-informazzjoni dwar in-numru ta’ utenti u ta’ gruppi fil-mira milħuqa fir-rapportar finali mhijiex komprensiva, billi r-rapportar tat-tali informazzjoni ma kienx obbligu skont il-programm. Minkejja dan, il-fatt li l-attivitajiet kienu effettivi sabiex jattiraw l-attenzjoni ta’ dawk li jfasslu l-politiki u sabiex iżidu l-kuntatti bejn l-awtoritajiet fi Stati Membri differenti jissuġġerixxi li t-tixrid kien tal-anqas kemxejn effettiv.
Mill-219-il għotja għal azzjoni u għotja operattiva mmappjati li għalihom kien hemm rapporti finali disponibbli, 121 (55 %) urew xi evidenza ta’ sostenibbiltà, jew għaliex kien ġie żgurat finanzjament ulterjuri għall-proġetti, għaliex ċerti attivitajiet kienu se jkomplu, għaliex is-sħubija kienet ser tkompli (b’mod parzjali jew sħiħ) jew għaliex l-outputs u r-riżultati tal-proġett kienu ser ikomplu jintużaw.
Is-sehem ta’ proġetti (32 %) li identifikaw aktar finanzjament sabiex ikomplu l-proġett (skont ir-rapporti finali) jitqies bħala partikolarment pożittiv. Madankollu, dan jista’ ma jkunx sorprendenti minħabba li l-outputs prodotti bħala riżultat tal-proġetti tal-JPEN spiss kienu mmirati lejn l-awtoritajiet nazzjonali u lejn is-servizzi pubbliċi, li jinsabu f’pożizzjoni tajba sabiex jidentifikaw il-finanzjament ta’ segwitu għal outputs siewja.
L-effiċjenza
Il-finanzjament imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-JPEN kien biżżejjed u jista’ jkun li seta’ jkun anqas kemm għall-għotjiet għal azzjoni kif ukoll għall-għotjiet operattivi, billi kien programm “ġdid”, li ffoka fuq grupp ta’ partijiet ikkonċernati “ġdid” u relattivament inesperjenzat. L-impenji kienu sistematikament anqas mill-allokazzjonijiet inizjali, għad li wrew xi titjib.
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar il-finanzjament, jidher li kien hemm biżżejjed flus disponibbli sabiex l-għotjiet jilħqu l-objettivi tagħhom.
Fir-rigward tal-lok għal simplifikazzjoni, il-ġestjoni tal-Kummissjoni saret aktar effiċjenti maż-żmien u l-esperjenza tal-benefiċjarji tal-għotjiet bil-kooperazzjoni mal-Kummissjoni kienet pożittiva.
Il-livell ta’ dettall meħtieġ fil-formola ta’ applikazzjoni żdied mis-sejħa tal-2010 ’il quddiem, u dan ibbenefika kemm lill-Kummissjoni (f’termini ta’ kwalità u ta’ utilità tar-rapporti) kif ukoll lill-applikanti (ippermettielhom jippjanaw u joħorġu stima tal-attivitajiet tagħhom bi preċiżjoni akbar). Dan id-dettall akbar inkluda l-introduzzjoni tal-flussi tax-xogħol. L-obbligi ta’ rapportar (kemm għall-aspetti finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji tal-proġetti) tqiesu xierqa mill-biċċa l-kbira tal-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu (85 %). L-arranġamenti għall-monitoraġġ min-naħa tal-Kummissjoni kienu meqjusa tal-anqas parzjalment bħala tajbin u utli matul l-implimentazzjoni tal-proġett/l-attivitajiet b’madwar 79 % minn dawk li wieġbu għall-istħarriġ onlajn.
Il-valur miżjud għall-UE
In-natura tal-UE tal-JPEN kienet preżenti permezz ta’ dimensjoni transnazzjonali b’saħħitha li involviet lill-Istati Membri kollha tal-UE.
Is-sħubijiet transnazzjonali kkontribwixxew ukoll sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, pereż. tejbu l-kooperazzjoni transfruntiera u kkontribwixxew għall-elaborazzjoni u għat-tixrid ta’ prattiki tajba u, sa ċertu punt anqas, għal aktar għarfien dwar il-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti tal-UE.
Il-valur miżjud għall-UE tal-programm għall-benefiċjarji tal-għotjiet ġej ukoll mill-fatt li l-programm tahom l-aċċess għall-finanzjament sabiex jappoġġahom fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-UE. Kien xieraq li l-UE inċentivat u ffaċilitat l-implimentazzjoni ta’ dawn l-obbligi — u l-kisba tal-objettivi tal-UE — permezz ta’ dan il-fond.
Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin
Definizzjoni aħjar tal-prijoritajiet: il-Kummissjoni għandha tinvesti aktar żmien u riżorsi umani fil-proċess tal-iffissar tal-prijoritajiet sabiex tiżgura li l-prijoritajiet ikunu jistgħu jintlaħqu adegwatament fi ħdan baġit allokat.
Valutazzjonijiet realistiċi tar-riskji tal-proġetti u strateġiji aħjar għall-mitigazzjoni tar-riskji: il-Kummissjoni għandha tissorvelja aħjar ir-riskji matul id-durata tal-proġett, pereżempju billi titlob rapporti fil-qosor dwar il-progress li jidentifikaw kwalunkwe riskju hekk kif jinħoloq matul l-implimentazzjoni tal-proġett.
Żieda tal-enfasi fuq il-valutazzjoni tal-impatti fil-livelli kollha u mhux fuq l-outputs biss, fir-rigward tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni. Din tmur id f’id mal-bżonn li tinġabar, tiġi analizzata u tintuża evidenza oġġettiva u indipendenti sabiex jitwettqu evalwazzjonijiet tal-proġetti u tal-programmi. Żieda tal-enfasi fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet li kull programm għandu l-għan li jindirizza.
Esplorazzjoni ta’ modi ta’ kif jista’ jittejjeb l-użu tal-outputs, tar-riżultati u tal-aħjar prattiki tal-proġetti minn organizzazzjonijiet oħra, inkluż fi Stati Membri oħrajn, inklużi aktar riżorsi għat-traduzzjonijiet, għall-komunikazzjoni u għat-tixrid.
Irfinar tal-loġika dwar l-interventi tal-programm; rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm u l-prijoritajiet u l-objettivi ġenerali u speċifiċi, it-tipi ta’ azzjoni u t-tipi ta’ intervent u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandha tipprova tirfina l-loġika dwar l-interventi 68 , u tagħmel ir-relazzjonijiet bejn il-ħsieb, l-objettivi, il-kontributi, l-outputs, il-benefiċjarji, l-eżiti mistennijin u l-impatti artikolati, preċiżi u konkreti fi kwalunkwe kontinwazzjoni fil-ġejjieni tal-programm.
L-Artikolu 16(3)(d), id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/126/ĠAI tat-12 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku “Ġustizzja Kriminali” bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja. http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007D0126&from=MT
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni “ex post” mill-evalwatur estern huwa ppubblikat hawnhekk: Ir-rapport ewlieni: http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf , Annessi: http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_annex_1_quantitative_analysis.pdf , http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_annex_2.pdf
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu mill-evalwatur estern huwa ppubblikat hawnhekk: http://ec.europa.eu/justice/funding/jpen/interim_evaluation_report_2011_en.pdf
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/126/ĠAI tat-12 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku “Ġustizzja Kriminali” bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007D0126&from=MT
L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/126/ĠAI tat-12 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku “Ġustizzja Kriminali” bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007D0126&from=MT
Skont l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/126/ĠAI tat-12 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku “Ġustizzja Kriminali” bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja, “Ir-riżorsi tal-baġit allokati għall-azzjonijiet previsti fil-programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.”
L-allokazzjonijiet ta’ għotjiet operattivi jinkludu wkoll flus allokati għal monopolji u ftehimiet qafas ta’ sħubija.
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 2 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Ibid., p. 4
Ibid., p. 4
Ibid., p. 5
Ibid., p. 7
Pereżempju, proġett tal-“Bord Konsultattiv ta’ Esperti Legali” ddiskuta l-ostakli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja/għall-fiduċja reċiproka fl-UE u rrakkomanda modi kif jista’ jsir titjib fihom.
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 9 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Ibid., p. 11
Ibid., pp. 10-11
Ibid., p. 11
Ibid.
Ibid.
Ibid., p. 5
Ibid., pp.13-14
Ibid., p. 14
Ibid., p. 16
Ibid., p. 20
Sitta u għoxrin persuna li wieġbu għall-istħarriġ (jew 27 % minn fost dawk kollha li wieġbu) iddikjaraw li ma kellhom l-ebda sinerġija stabbilita u 11 taw it-tweġiba “ma nafx”. Hemm problema metodoloġika żgħira b’din id-data: mhux dawk kollha li wieġbu kellhom l-għażla li jwieġbu “le” jew “ma nafx”, għaliex dawn iż-żewġ kategoriji żdiedu biss wara li l-istħarriġ diġà kien beda jsir. B’kollox, 17 minn dawk li wieġbu kkunsidrati f’dan ir-rapport ma kellhomx din l-għażla u, għalhekk, mit-33 li ma pprovdewx tweġiba għal din il-mistoqsija, 17 jaf kienu jwieġbu “le” jew “ma nafx” li kieku kellhom l-għażla.
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 21 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Ibid., p.22
Ibid., p. 45
Ibid., p. 26
Ibid., p. 27
Ibid., pp. 27-28
Ara l-Komunikazzjoni tal-2011 Inkattru l-Fiduċja f’Ġustizzja Ewropea: Dimensjoni Ġdida għat-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0551:FIN:MT:PDF .
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 28 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Kollha minbarra għall-Belġju, għal Ċipru, għad-Danimarka, għall-Ungerija, għal Malta, għall-Iżvezja u għas-Slovakkja.
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 27 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Ibid., p. 28
COM(2011) 551 finali “Inkattru l-Fiduċja f’Ġustizzja Ewropea: Dimensjoni Ġdida għat-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0551:FIN:MT:PDF.
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 28 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Ibid., p. 31
Ibid., p. 36
Ibid.
Il-proġett jappoġġa taħriġ lingwistiku għall-ġuristi.
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 33-34 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Ibid., p. 34
Ibid., p. 35
Ibid., p. 36
Ibid., p. 37
Din iċ-ċifra ma tqisx l-għadd doppju ta’ organizzazzjonijiet li rċivew aktar minn għotja waħda.
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 45 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Ibid., p. 45
Ibid.
B’kollox, 210 għotjiet għal azzjoni u 50 għotja operattiva tqiesu li huma ffinalizzati għalkollox jew kważi.
Għall-proġetti li jifdal, ma kien hemm l-ebda evidenza ċara disponibbli jew ma kien hemm l-ebda informazzjoni.
Anki billi madwar terz mill-azzjonijiet iffinanzjati kienu għad iridu jitlestew u li hemm bżonn ta’ ċertu żmien sabiex jitwettqu ċerti eżiti u impatti.
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 45 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Ibid., p. 40
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 42 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Ibid., p. 49
Ibid.
Ibid., p. 39
Ibid.
Dan huwa partikolarment evidenti għall-Italja. Pereżempju, l-organizzazzjonijiet prinċipali Taljani daħlu fi sħubijiet ma’ 28 sieħeb Taljan, 21 sieħeb Spanjol u 13-il sieħeb Franċiż. L-organizzazzjonijiet prinċipali tar-Renju Unit daħlu fi sħubijiet ma’ 14-il sieħeb Olandiż, 13-il sieħeb mir-Renju Unit u 12-il sieħeb Spanjol. L-organizzazzjonijiet prinċipali Ġermaniżi daħlu fi sħubijiet ma’ 12-il sieħeb Ġermaniż, 11-il sieħeb Spanjol u disa' sħab Awstrijaki.
Fuq il-bażi ta’ kalkolu tan-numru ta’ sħab mhux nazzjonali li kull organizzazzjoni prinċipali daħlet fi sħubija magħhom. Dan in-numru aktarx li jkun għoli wisq billi ma jqisx is-sħubijiet li jinvolvu l-istess organizzazzjonijiet li ntużaw għal aktar minn proġett wieħed.
Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, p. 54 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf
Ibid., p. 57
Ibid.
Ibid., pp. 57-58
Ibid., pp. 59-61
Ara pereżempju l-Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Criminal Justice Programme (JPEN), ICF, 28 ta’ Lulju 2015, pp. 1-2 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/jpen_programme_evaluation_final_report.pdf .