Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0355

P8_TA(2017)0355 Estensjoni tal-programm statistiku Ewropew sal-2020 ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017, billi jestendih għall-2018-2020 (COM(2016)0557 – C8-0367/2016 – 2016/0265(COD)) P8_TC1-COD(2016)0265 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-14 ta' Settembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17, billi jestendih sal-2020

ĠU C 337, 20.9.2018, p. 343–343 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/343


P8_TA(2017)0355

Estensjoni tal-programm statistiku Ewropew sal-2020 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017, billi jestendih għall-2018-2020 (COM(2016)0557 – C8-0367/2016 – 2016/0265(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 337/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0557),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0367/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattati dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattati dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2016 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0158/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 53.


P8_TC1-COD(2016)0265

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-14 ta' Settembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17, billi jestendih sal-2020

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/1951.)


Top