Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0320

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (12146/2016 – C8-0129/2017 – 2016/0293(NLE))

ĠU C 337, 20.9.2018, p. 159–159 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/159


P8_TA(2017)0320

Ftehim bejn l-UE u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (12146/2016 – C8-0129/2017 – 2016/0293(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 337/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12146/2016),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli (12147/2016),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0129/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0256/2017),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Iżlanda.

Top