Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0035

    Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Frar 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex ittejjeb it-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju (COM(2015)0337 – C8-0190/2015 – 2015/0148(COD))

    ĠU C 252, 18.7.2018, p. 352–427 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/352


    P8_TA(2017)0035

    Tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju ***I

    Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Frar 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex ittejjeb it-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju (COM(2015)0337 – C8-0190/2015 – 2015/0148(COD)) (1)

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2018/C 252/42)

    Emenda 1

    Proposta għal direttiva

    Premessa 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)

    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) stabbiliet skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni sabiex tippromwovi t-tnaqqis tal-gassijiet serra b'mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti.

    (1)

    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) stabbiliet skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni sabiex tippromwovi kemm it-tnaqqis tal-gassijiet serra b'mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti kif ukoll it-tisħiħ sostenibbli tal-industrija tal-Unjoni kontra r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tal-investiment .

    Emenda 2

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (2)

    Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 impenja ruħu biex inaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra kumplessivi tal-Unjoni tal-anqas b'40 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' dan it-tnaqqis ta' emissjonijiet u l-mira għandha tintlaħaq b'mod kosteffettiv permezz tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni (EU ETS) bi tnaqqis ta' 43 % taħt il-livelli tal-2005 sal-2030. Dan kien ikkonfermat fl-impenn ta' tnaqqis maħsub iddeterminat fuq livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima fis-6 ta' Marzu 2015 (16).

    (2)

    Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 impenja ruħu biex inaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra kumplessivi tal-Unjoni tal-anqas b'40 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' dan it-tnaqqis ta' emissjonijiet u l-mira trid tintlaħaq b'mod kosteffettiv permezz tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni (EU ETS) bi tnaqqis ta' 43 % taħt il-livelli tal-2005 sal-2030. Dan kien ikkonfermat fl-impenn ta' tnaqqis maħsub iddeterminat fuq livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima fis-6 ta' Marzu 2015 . L-isforz tat-tnaqqis fl-emissjonijiet għandu jiġi kondiviż b'mod ġust bejn is-setturi koperti mill-EU ETS.

    Emenda 3

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2a)

    Sabiex jiġi onorat l-impenn miftiehem li s-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kumplessivi tal-Unjoni tal-anqas b'40 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030, huwa importanti li l-EU ETS, għalkemm hija l-għodda ewlenija tal-Unjoni biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tal-klima u l-enerġija fuq perijodu twil, tiġi kkomplementata b'azzjonijiet ekwivalenti addizzjonali meħuda permezz ta' atti u strumenti legali oħra li jindirizzaw l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn setturi li mhumiex koperti mill-EU ETS.

    Emenda 4

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2b)

    Skont il-Ftehim adottat f'Pariġi fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC tat-12 ta' Diċembru 2015 (il-“Ftehim ta' Pariġi”), il-pajjiżi huma meħtieġa jimplimentaw politiki sabiex jiksbu aktar minn 180 Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali (INDCs) li jkopru madwar 98 % tal-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra. Il-Ftehim ta' Pariġi għandu l-għan li jillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali għal ferm inqas minn 2 oC iktar mil-livelli preindustrijali u li jara li jsiru l-isforzi ħalli ż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5  oC iktar mil-livelli preindustrijali. Ħafna minn dawn il-politiki huma mistennija li jinvolvu l-ipprezzar tal-karbonju jew miżuri simili, u għalhekk għandha tiġi stabbilita klawsola ta' reviżjoni f'din id-Direttiva sabiex il-Kummissjoni tkun tista', fejn xieraq, tipproponi tnaqqis aktar strett tal-emissjonijiet wara l-ewwel eżerċizzju ta' rendikont skont il-Ftehim ta' Pariġi fl-2023, aġġustament tad-dispożizzjonijiet b'rabta mar-rilokazzjoni tranżitorja tal-emissjonijiet tal-karbonju sabiex jirriflettu l-iżvilupp ta' mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju barra l-Unjoni, u għodod u miżuri ta' politika addizzjonali li jsaħħu l-impenji ta' tnaqqis tal-gassijiet serra tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Il-klawsola ta' reviżjoni għandha tiżgura wkoll li tiġi adottata komunikazzjoni fi żmien sitt xhur mid-djalogu faċilitattiv, li għandu jsir taħt l-UNFCCC fl-2018, li tivvaluta l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.

    Emenda 5

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2c (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2c)

    B'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u b'konformità mal-impenn tal-koleġiżlaturi espress fid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1b) , is-setturi kollha tal-ekonomija huma meħtieġa jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2). Għal dan l-għan qed isiru, u għandhom ikunu mħeġġa, sforzi sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet marittimi internazzjonali permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), bl-għan li jiġi stabbilit pjan ta' azzjoni ċar tal-OMI għal miżuri tal-politika dwar il-klima biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-tbaħħir f'livell globali. L-adozzjoni ta' miri ċari biex jitnaqqsu l-emissjonijiet marittimi internazzjonali permezz tal-OMI saret kwistjoni ta' urġenza kbira u prerekwiżit għall-Unjoni biex ma tieħux azzjoni ulterjuri dwar l-inklużjoni tas-settur marittimu fi ħdan l-EU ETS. Jekk, madankollu, tali ftehim ma jintlaħaqx sa tmiem l-2021, is-settur għandu jiġi inkluż taħt l-EU ETS u għandu jiġi stabbilit fond għall-kontribuzzjonijiet tal-operaturi tal-vapuri u għall-konformità kollettiva b'rabta mal-emissjonijiet tas-CO2 diġà koperti mis-sistema tal-Unjoni għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (is-sistema MRV) stabbilita fir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1c) (emissjonijiet rilaxxati f'portijiet tal-Unjoni u matul vjaġġi lejn u minn dawn il-portijiet). Sehem mid-dħul mill-irkantar tal-kwoti lis-settur marittimu għandu jintuża biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija u jiġu appoġġjati investimenti f'teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur marittimu, inklużi t-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-portijiet.

    Emenda 143

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (3)

    Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li EU ETS riformata li tiffunzjona sew bi strument biex jistabbilizza s-suq sejra tkun l-istrument ewlieni Ewropew biex tintlaħaq din il-mira, b'fattur ta' tnaqqis annwali ta' 2,2  % mill-2021 'il quddiem, bl-allokazzjoni bla ħlas li ma tiskadiex iżda bil-miżuri eżistenti li jkomplu wara l-2020 għall-prevenzjoni tar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-politika dwar it-tibdil fil-klima , sakemm ma jitwettqux sforzi komparabbli f'ekonomiji oħra ewlenin , mingħajr ma jitnaqqas is-sehem ta' kwoti li jridu jiġu rkantati . Is-sehem tal-irkant għandu jkun espress bħala figura perċentwali fil-leġiżlazzjoni, biex tittejjeb iċ-ċertezza tal-ippjanar fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' investiment, biex tiżdied it-trasparenza u sabiex is-sistema globali ssir aktar sempliċi u faċli tifhimha.

    (3)

    EU ETS riformata li tiffunzjona sew bi strument imsaħħaħ biex jistabbilizza s-suq se jkunu l-istrumenti ewlenin Ewropej biex tintlaħaq din il-mira, b'fattur ta' tnaqqis annwali ta' 2,2  % mill-2021 'il quddiem, bl-allokazzjoni bla ħlas li ma tiskadix iżda bil-miżuri li jkomplu wara l-2020 għall-prevenzjoni tar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-politika dwar il-klima , sakemm ma jitwettqux sforzi komparabbli f'ekonomiji oħra ewlenin. Is-sehem tal-irkant għandu jkun espress bħala figura perċentwali fil-leġiżlazzjoni, li għandha titnaqqas bl-applikazzjoni ta' fattur ta' korrezzjoni transsettorjali biex tittejjeb iċ-ċertezza tal-ippjanar fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' investiment, biex tiżdied it-trasparenza , biex is-sistema globali ssir aktar sempliċi u faċli tifhimha , u biex dawk is-setturi l-iktar f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jiġu protetti minn fattur ta' korrezzjoni transsettorjali. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinżammu taħt rieżami b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u għandhom jiġu aġġustati kif xieraq jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-Unjoni b'rabta mat-tibdil fil-klima skont dak il-ftehim.

    Emenda 7

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (3a)

    Il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDCs) huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima u huma responsabbli biss għal livelli baxxi ħafna ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra. Għalhekk, għandha tingħata prijorità partikolari sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-LDCs billi l-kwoti tal-EU ETS jintużaw sabiex tiġi ffinanzjata azzjoni klimatika, b'mod partikolari b'rabta mal-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima, permezz tal-Fond Ekoloġiku għall-Klima tal-UNFCCC.

    Emenda 8

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4)

    Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija reżiljenti biex tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli liċ-ċittadini tagħha. L-ilħuq ta' dan jeħtieġ kontinwazzjoni tal-azzjoni klimatika ambizzjuża bl-EU ETS bħala l-pedament tal-politika dwar it-tibdil fil-klima tal-Ewropa , u progress fuq l-aspetti l-oħra tal-Unjoni tal-Enerġija (17). L-implimentazzjoni tal-ambizzjoni deċiża fil-qafas għall-2030 tikkontribwixxi għat-twassil ta' prezz tal-karbonju sinifikanti u  l-kontinwazzjoni tal-istimulazzjoni tat-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

    (4)

    Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija reżiljenti biex tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli liċ-ċittadini u lill-industriji tagħha. L-ilħuq ta' dan jeħtieġ kontinwazzjoni tal-azzjoni klimatika ambizzjuża bl-EU ETS bħala l-pedament tal-politika dwar it-tibdil fil-klima tal-Unjoni , u progress fuq l-aspetti l-oħra tal-Unjoni tal-Enerġija (17). Jeħtieġ li tiġi kkunsidrata l-interazzjoni tal-EU ETS ma' politiki nazzjonali u tal-Unjoni oħrajn dwar il-klima u l-enerġija li għandhom impatt fuq id-domanda għall-kwoti tal-EU ETS. L-implimentazzjoni tal-ambizzjoni deċiża fil-qafas għall-2030 u l-indirizzar adegwat tal-progress f'aspetti oħra tal-Unjoni tal-Enerġija jikkontribwixxu għat-twassil ta' prezz tal-karbonju sinifikanti u  għall-kontinwazzjoni tal-istimulazzjoni tat-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

    Emenda 9

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4a)

    Jekk tiżdied l-ambizzjoni ta' effiċjenza fl-enerġija apparagun tal-mira ta' 27 % adottata mill-Kunsill, dan għandu jirriżulta f'iktar kwoti mingħajr ħlas għas-setturi tal-industrija f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

    Emenda 10

    Proposta għal direttiva

    Premessa 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5)

    L-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li l-politika tal-Unjoni tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u, fuq il-bażi ta' dan, id-Direttiva 2003/87/KE tipprovdi għal tranżizzjoni lejn irkantar sħiħ maż-żmien. L-evitar tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju hija ġustifikazzjoni biex tiġi posposta t-tranżizzjoni sħiħa , u l-allokazzjoni bla ħlas u mmirata tal-kwoti lill-industrija hija ġġustifikata sabiex jiġu indirizzati r-riskji ġenwini ta' żidiet fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'pajjiżi terzi fejn l-industrija mhijiex soġġetta għal restrizzjonijiet tal-karbonju komparabbli sakemm miżuri ta' politika dwar it-tibdil fil-klima komparabbli ma jitwettqux minn ekonomiji ewlenin oħra.

    (5)

    L-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li l-politika tal-Unjoni tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u, fuq il-bażi ta' dan, id-Direttiva 2003/87/KE tipprovdi għal tranżizzjoni lejn irkantar sħiħ maż-żmien. L-evitar tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju hija ġustifikazzjoni biex jiġi pospost temporanjament l-irkantar sħiħ , u l-allokazzjoni bla ħlas u mmirata tal-kwoti lill-industrija hija eċċezzjoni ġġustifikata mill-prinċpju li min iniġġes għandu jħallas, sakemm ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni żejda, sabiex jiġu indirizzati r-riskji ġenwini ta' żidiet fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'pajjiżi terzi fejn l-industrija mhijiex soġġetta għal restrizzjonijiet tal-karbonju komparabbli sakemm miżuri ta' politika dwar it-tibdil fil-klima komparabbli ma jitwettqux minn ekonomiji ewlenin oħra. Għal dak l-għan, l-allokazzjoni ta' kwoti mingħajr ħlas għandha tkun iżjed dinamika bi qbil mas-sollijiet previsti f'din id-Direttiva.

    Emenda 11

    Proposta għal direttiva

    Premessa 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (6)

    L-irkantar tal-kwoti tibqa' r-regola ġenerali, bl-allokazzjoni bla ħlas bħala l-eċċezzjoni. Konsegwentement, u kif ikkonfermat mill-Kunsill Ewropew, is-sehem tal-kwoti li jrid jiġi rkantat, li kien 57 % matul il-perjodu mill- 2013 sal- 2020 , ma għandux jitnaqqas. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni (18) tagħti dettalji dwar is-sehem tal-irkant u tispeċifika li dan is-sehem ta' 57 % huwa magħmul mill-kwoti rkantati f'isem l-Istati Membri, inklużi l-kwoti miżmuma għal dawk li jidħlu ġodda iżda mhux allokati, il-kwoti għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f'ċerti Stati Membri u  l-kwoti li jridu jiġu rkantati aktar 'il quddiem minħabba t-tqegħid tagħhom fir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

    (6)

    L-irkantar tal-kwoti għadu r-regola ġenerali, bl-allokazzjoni bla ħlas bħala l-eċċezzjoni. Konsegwentement, is-sehem tal-kwoti li jrid jiġi rkantat, li jenħtieġ ikun 57 % matul il-perjodu mill- 2021 sal- 2030 , jenħtieġ jitnaqqas mal-applikazzjoni ta' fattur ta' korrezzjoni transsettorjali biex jipproteġi dawk is-setturi l-aktar esposti għar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju . Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni tagħti dettalji dwar is-sehem tal-irkant u tispeċifika li dan is-sehem ta' 57 % huwa magħmul minn kwoti rkantati f'isem l-Istati Membri, inklużi l-kwoti miżmuma għal dawk li jidħlu ġodda iżda mhux allokati, il-kwoti għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f'ċerti Stati Membriu l-kwoti li jridu jiġu rkantati aktar 'il quddiem minħabba t-tqegħid tagħhom fir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/ 1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Jenħtieġ jiġi stabbilit Fond ta’ Tranżizzjoni ġust biex jappoġġa r-reġjuni b'sehem kbir ta' ħaddiema f’setturi li jiddependu mill-faħam u b’PDG per capita ħafna inqas mill-medja tal-Unjoni.

    Emenda 12

    Proposta għal direttiva

    Premessa 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7)

    Sabiex jiġi ppreservat il-benefiċċju ambjentali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Unjoni filwaqt li l-azzjonijiet minn pajjiżi oħra ma jagħtux inċentivi komparabbli lill-industrija biex tnaqqas l-emissjonijiet, l-allokazzjoni bla ħlas għandha tkompli għall-installazzjonijiet fis-setturi u s-sottosetturi bir-riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. L-esperjenza miġbura matul it-tħaddim tal-EU ETS ikkonfermat li s-setturi u s-sottosetturi huma fir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sa livelli differenti, u li l-allokazzjoni bla ħlas ippreveniet ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Filwaqt li ċerti setturi u sottosetturi jistgħu jitqiesu f'riskju ogħla ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, oħrajn jistgħu jgħaddu sehem konsiderevoli tal-ispejjeż tal-kwoti biex ikopru l-emissjonijiet tagħhom fil-prezzijiet tal-prodotti mingħajr ma jitilfu s-sehem fis-suq u jġarrbu biss il-parti li jifdal tal-ispejjeż u għalhekk huma f'riskju baxx ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina u tiddifferenzja s-setturi rilevanti abbażi tal-intensità tal-kummerċ u l-intensità tal-emissjonijiet tagħhom biex tidentifika aħjar is-setturi f'riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Fejn, abbażi ta' dawn il-kriterji, jinqabeż livell limitu iddeterminat filwaqt li titqies il-possibbiltà rispettiva għas-setturi u s-sottosetturi kkonċernati li jgħaddu l-ispejjeż fil-prezzijiet tal-prodotti, is-settur jew is-sottosettur għandhom jitqiesu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Oħrajn għandhom jitqiesu f'riskju baxx jew fl-ebda riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-kunsiderazzjoni tal-possibbiltajiet għas-setturi u s-sottosetturi barra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku li jgħaddu l-ispejjeż fil-prezzijiet tal-prodotti għandha tnaqqas ukoll il-qligħ mhux mistenni.

    (7)

    Sabiex jiġi ppreservat il-benefiċċju ambjentali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Unjoni filwaqt li l-azzjonijiet minn pajjiżi oħra ma jagħtux inċentivi komparabbli lill-industrija biex tnaqqas l-emissjonijiet, l-allokazzjoni bla ħlas għandha tkompli temporanjament għall-installazzjonijiet fis-setturi u s-sottosetturi bir-riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. L-esperjenza miġbura matul it-tħaddim tal-EU ETS ikkonfermat li s-setturi u s-sottosetturi huma fir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sa livelli differenti, u li l-allokazzjoni bla ħlas ippreveniet ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Filwaqt li ċerti setturi u sottosetturi jistgħu jitqiesu f'riskju ogħla ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, oħrajn jistgħu jgħaddu sehem konsiderevoli tal-ispejjeż tal-kwoti biex ikopru l-emissjonijiet tagħhom fil-prezzijiet tal-prodotti mingħajr ma jitilfu s-sehem fis-suq u jġarrbu biss il-parti li jifdal tal-ispejjeż u għalhekk huma f'riskju baxx ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina u tiddifferenzja s-setturi rilevanti abbażi tal-intensità tal-kummerċ u l-intensità tal-emissjonijiet tagħhom biex tidentifika aħjar is-setturi f'riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Fejn, abbażi ta' dawn il-kriterji, jinqabeż livell limitu iddeterminat filwaqt li titqies il-possibbiltà rispettiva għas-setturi u s-sottosetturi kkonċernati li jgħaddu l-ispejjeż fil-prezzijiet tal-prodotti, is-settur jew is-sottosettur għandhom jitqiesu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Oħrajn għandhom jitqiesu f'riskju baxx jew fl-ebda riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-kunsiderazzjoni tal-possibbiltajiet għas-setturi u s-sottosetturi barra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku li jgħaddu l-ispejjeż fil-prezzijiet tal-prodotti għandha tnaqqas ukoll il-qligħ mhux mistenni. Ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f'setturi u sottosetturi li għalihom l-allokazzjoni bla ħlas tiġi kkalkulata abbażi tal-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku għandhom jiġu vvalutati wkoll fid-dawl tal-fatt li dawn il-prodotti huma magħmula kemm f'impjanti kimiċi u kemm f'raffineriji.

    Emenda 13

    Proposta għal direttiva

    Premessa 8

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (8)

    Sabiex jiġi rifless il-progress teknoloġiku fis-setturi kkonċernati u sabiex dawn jiġu aġġustati għall-perjodu rilevanti tal-allokazzjoni, għandha ssir dispożizzjoni biex il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjonijiet bla ħlas lill-installazzjonijiet, iddeterminati fuq il-bażi tad-dejta mis-snin 2007 -8 , jiġu aġġornati b'konformità mat-titjib medju osservat. Għal raġunijiet ta' prevedibbiltà, dan għandu jitwettaq permezz tal-applikazzjoni ta' fattur li jirrappreżenta l-aħjar valutazzjoni tal-progress fis-setturi, li mbagħad għandha tikkunsidra dejta robusta, oġġettiva u verifikata mill-installazzjonijiet sabiex is-setturi li r-rata ta' titjib tagħhom tvarja b'mod konsiderevoli minn dan il-fattur ikollhom valur tal-parametru referenzjarju li jqarreb iżjed ir-rata ta' titjib attwali tagħhom. Fejn id-dejta turi differenza mit-tnaqqis tal-fattur li hija ogħla jew aktar baxxa minn 0,5   % tal-valur tal-2007-8 fis-sena matul il-perjodu rilevanti, il-valur tal-parametru referenzjarju relatat għandu jkun aġġustat b'dak il-perċentwal. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni tal-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku fir-raffineriji u l-impjanti kimiċi, il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku għandhom ikomplu jkunu allinjati mal-parametri referenzjarji tar-raffineriji.

    (8)

    Sabiex jiġi rifless il-progress teknoloġiku fis-setturi kkonċernati u sabiex dawn jiġu aġġustati għall-perjodu rilevanti tal-allokazzjoni, għandha ssir dispożizzjoni biex il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjonijiet bla ħlas lill-installazzjonijiet, iddeterminati fuq il-bażi tad-dejta mis-snin 2007 u 2008 , jiġu aġġornati b'konformità mat-titjib medju osservat. Għal raġunijiet ta' prevedibbiltà, dan għandu jitwettaq permezz tal-applikazzjoni ta' fattur li jirrappreżenta l-valutazzjoni reali tal-progress mill-10 % tal-installazzjonijiet l-iktar effiċjenti fis-setturi, li mbagħad għandha tikkunsidra dejta robusta, oġġettiva u verifikata mill-installazzjonijiet sabiex is-setturi li r-rata ta' titjib tagħhom tvarja b'mod konsiderevoli minn dan il-fattur ikollhom valur tal-parametru referenzjarju li jqarreb iżjed ir-rata ta' titjib attwali tagħhom. Fejn id-dejta turi differenza mit-tnaqqis tal-fattur ta' iktar minn 1,75  % tal-valur li jikkorrispondi għas-snin 2007 u 2008 ( ogħla jew aktar baxxa ) fis-sena matul il-perjodu rilevanti, il-valur tal-parametru referenzjarju relatat għandu jkun aġġustat b'dak il-perċentwal. Fejn, madankollu, id-dejta turi rata ta' titjib ta' 0,25 jew anqas matul il-perjodu rilevanti, il-valur tal-parametru referenzjarju relatat għandu jkun aġġustat b'dak il-perċentwal. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni tal-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku fir-raffineriji u l-impjanti kimiċi, il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku għandhom ikomplu jkunu allinjati mal-parametri referenzjarji tar-raffineriji.

    Emenda 14

    Proposta għal direttiva

    Premessa 9

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (9)

    L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw parzjalment, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat , ċerti installazzjonijiet fis-setturi jew sottosetturi li ġew iddeterminati li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jiġu mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku. Il-Protokoll u d-deċiżjonijiet ta' akkumpanjament adottati mill-Konferenza tal-Partijiet f'Pariġi jeħtieġu jipprovdu għall-mobilizzazzjoni dinamika tal-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-bini tal-kapaċitajiet għall-Partijiet eliġibbli, b'mod partikolari dawk bl-inqas kapaċitajiet. Il-finanzjament mingħand is-settur pubbliku għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se jkompli jaqdi rwol importanti fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi wara l-2020. Għalhekk, id-dħul mill-irkant għandu jintuża wkoll għal azzjonijiet ta' finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima f'pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tal-klima . L-ammont ta' finanzjament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima li jrid jiġi mmobilizzat se jiddependi wkoll fuq l-ambizzjoni u l-kwalità tal-kontributi maħsuba determinati fil-livell nazzjonali (INDCs) proposti, il-pjanijiet ta' investiment sussegwenti u l-proċessi ta' ppjanar għall-adattament nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul mill-irkantar għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi f'ekonomija ta' dekarbonizzazzjoni.

    (9)

    Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkumpensaw parzjalment, permezz ta' sistema ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni , ċerti installazzjonijiet fis-setturi jew sottosetturi li ġew iddeterminati li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jiġu mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku. Il-finanzjament mingħand is-settur pubbliku għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se jkompli jaqdi rwol importanti fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi wara l-2020. Għalhekk, id-dħul mill-irkant għandu jintuża wkoll għal azzjonijiet ta' finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima f'pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima . L-ammont ta' finanzjament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima li jrid jiġi mmobilizzat se jiddependi wkoll fuq l-ambizzjoni u l-kwalità tal-INDCs proposti, il-pjanijiet ta' investiment sussegwenti u l-proċessi ta' ppjanar għall-adattament nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw ukoll l-aspetti soċjali tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom u jużaw id-dħul mill-irkantar għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi f'ekonomija ta' dekarbonizzazzjoni. Għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jżidu mal-kumpens mogħti permezz tas-sistema ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni. Tali miżuri finanzjarji m'għandhomx jaqbżu l-livelli msemmija fil-linji gwida rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat.

    Emenda 15

    Proposta għal direttiva

    Premessa 10

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (10)

    L-inċentiv ewlieni fuq terminu twil minn din id-Direttiva għall-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CCS), teknoloġiji ġodda ta' enerġija rinnovabbli u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju huwa s-sinjal tal-prezz tal-karbonju li toħloq u li l-kwoti ma jkunux jeħtieġu li jiġu ċeduti għal emissjonijiet ta' diossidu tal-karbonju li jinħażnu b'mod permanenti jew jiġu evitati. Barra minn hekk, sabiex ikunu ssupplimentati r-riżorsi li diġà qed jintużaw biex jaċċelleraw id-dimostrazzjoni ta' faċilitajiet tas-CCS kummerċjali u teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, il-kwoti tal-EU ETS għandhom jintużaw biex jagħtu gwadanji ggarantiti għall-iskjerament tal-faċilitajiet tas-CCS, teknoloġji ġodda ta' enerġija rinnovabbli u innovazzjoni industrijali fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fl-Unjoni għal diossidu tal-karbonju maqbud jew evitat fuq skala suffiċjenti, sakemm ikun hemm ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-għarfien. Il-maġġoranza ta' dan l-appoġġ għandha tiddependi fuq l-evitar ivverifikat tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, filwaqt li ċertu appoġġ jista' jingħata meta jintlaħqu ċerti tragwardi predeterminati filwaqt li tiġi kkunsiderata t-teknoloġija skjerata. Il-perċentwal massimu tal-ispejjeż tal-proġetti li jridu jiġu appoġġjati jista' jvarja skont il-kategorija ta' proġett.

    (10)

    L-inċentiv ewlieni fuq terminu twil minn din id-Direttiva għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS ) u l-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU ), teknoloġiji ġodda ta' enerġija rinnovabbli u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju huwa s-sinjal tal-prezz tal-karbonju li toħloq u li l-kwoti ma jkunux jeħtieġu li jiġu ċeduti għal emissjonijiet ta' diossidu tal-karbonju li jinħażnu b'mod permanenti jew jiġu evitati. Barra minn hekk, sabiex ikunu ssupplimentati r-riżorsi li diġà qed jintużaw biex jaċċelleraw id-dimostrazzjoni ta' faċilitajiet tas-CCS u tas-CCU kummerċjali u teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, il-kwoti tal-EU ETS għandhom jintużaw biex jagħtu gwadanji ggarantiti għall-iskjerament tal-faċilitajiet tas-CCS u tas-CCU , teknoloġji ġodda ta' enerġija rinnovabbli u innovazzjoni industrijali fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fl-Unjoni għal diossidu tal-karbonju maqbud jew evitat fuq skala suffiċjenti, sakemm ikun hemm ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-għarfien. Il-maġġoranza ta' dan l-appoġġ għandha tiddependi fuq l-evitar ivverifikat tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, filwaqt li ċertu appoġġ jista' jingħata meta jintlaħqu ċerti tragwardi predeterminati filwaqt li tiġi kkunsiderata t-teknoloġija skjerata. Il-perċentwal massimu tal-ispejjeż tal-proġetti li jridu jiġu appoġġjati jista' jvarja skont il-kategorija ta' proġett.

    Emenda 16

    Proposta għal direttiva

    Premessa 11

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (11)

    Għandu jiġi stabbiliti Fond għall-Modernizzazzjoni mit-2 % tal-kwoti totali tal-EU ETS, u għandu jiġi rkantat skont ir-regoli u l-modalitajiet għall-irkanti li jseħħu fuq il-Pjattaforma Komuni tal-Irkant stabbilita fir-Regolament 1031/2010. L-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita skont ir-rati tal-kambju tas-suq ta' inqas minn 60 % taħt il-medja tal-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond għall-Modernizzazzjoni u jingħataw deroga sal-2030 mill-prinċipju ta' rkantar sħiħ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku billi jużaw l-għażla ta' allokazzjoni bla ħlas sabiex jippromwovu b'mod trasparenti l-investimenti reali li jimmodernizzaw is-settur tal-enerġija tagħhom filwaqt li jevitaw distorsjonoijiet tas-suq tal-enerġija intern. Ir-regoli għall-kontroll tal-Fond għall-Modernizzazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni l-aktar effiċjenti possibbli, filwaqt li jikkunsidraw il-ħtieġa li l-parteċipanti kollha jkollhom aċċess faċli. Il-funzjoni tal-istruttura ta' governanza għandha tkun proporzjonata bl-iskop li jiġi żgurat l-użu xieraq tal-fondi. L-istruttura ta' governanza għandha tkun komposta minn bord għall-investimenti u kumitat ta' ġestjoni u għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-kompetenzi tal-BEI fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet sakemm ma jingħatax appoġġ lil proġetti żgħar permezz ta' self minn banek promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet permezz ta' programm nazzjonali li jikkondividi l-għanijiet tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-investimenti ffinanzjati permezz tal-fond għandhom ikunu proposti mill-Istati Membri. Sabiex ikun żgurat li l-ħtiġijiet ta' investiment fl-Istati Membri bi dħul baxx ikunu indirizzati kif xieraq, id-distribuzzjoni tal-fondi għandha tikkunsidra f'ishma ugwali l-emissjonijiet verifikati u l-kriterji tal-PDG. L-għajnuna finanzjarja mill-Fond għall-Modernizzazzjoni tista' tingħata permezz ta' forom differenti.

    (11)

    Għandu jiġi stabbiliti Fond għall-Modernizzazzjoni mit-2 % tal-kwoti totali tal-EU ETS, u għandu jiġi rkantat skont ir-regoli u l-modalitajiet għall-irkanti li jseħħu fuq il-Pjattaforma Komuni tal-Irkant stabbilita fir-Regolament (UE) Nru  1031/2010. L-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita skont ir-rati tal-kambju tas-suq ta' inqas minn 60 % taħt il-medja tal-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond għall-Modernizzazzjoni . L-Istati Membri li fl-2014 kellhom PDG per capita f'EUR bi prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu, sal-2030 , jidderogaw mill-prinċipju ta' rkantar sħiħ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku billi jużaw l-għażla ta' allokazzjoni bla ħlas sabiex jippromwovu b'mod trasparenti l-investimenti reali li jimmodernizzaw u jiddiversifikaw is-settur tal-enerġija tagħhom , skont l-għanijiet tal-Unjoni għall-2030 u l-2050 dwar il-klima u l-enerġija, filwaqt li jevitaw distorsjonoijiet tas-suq tal-enerġija intern. Ir-regoli għall-kontroll tal-Fond għall-Modernizzazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni l-aktar effiċjenti possibbli, filwaqt li jikkunsidraw il-ħtieġa li l-parteċipanti kollha jkollhom aċċess faċli. Dawn ir-regoli għandhom ikunu trasparenti, ibbilanċjati u proporzjonati bl-iskop li jiġi żgurat l-użu xieraq tal-fondi. L-istruttura ta' governanza għandha tkun komposta minn bord għall-investimenti , bord konsultattiv u kumitat ta' ġestjoni. Għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-kompetenzi tal-BEI fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet sakemm ma jingħatax appoġġ lil proġetti żgħar permezz ta' self minn banek promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet permezz ta' programm nazzjonali li jikkondividi l-għanijiet tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-investimenti ffinanzjati permezz tal-fond għandhom ikunu proposti mill-Istati Membri u kwalunkwe finanzjament mill-Fond għandu jikkonforma ma' kriterji speċifiċi ta' eliġibbiltà . Sabiex ikun żgurat li l-ħtiġijiet ta' investiment fl-Istati Membri bi dħul baxx ikunu indirizzati kif xieraq, id-distribuzzjoni tal-fondi għandha tikkunsidra f'ishma ugwali l-emissjonijiet verifikati u l-kriterji tal-PDG. L-għajnuna finanzjarja mill-Fond għall-Modernizzazzjoni tista' tingħata permezz ta' forom differenti.

    Emenda 17

    Proposta għal direttiva

    Premessa 12

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (12)

    Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li l-modalitajiet, inkluża t-trasparenza, tal-allokazzjoni bla ħlas mhux obbligatorja għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija f'ċerti Stati Membri għandhom jittejbu. L-investimenti b'valur ta' EUR10 miljun jew iżjed għandhom jintgħażlu mill-Istat Membru kkonċernat permezz ta' proċess ta' offerti kompetittiv fuq il-bażi ta' regoli ċari u trasparenti biex jiġi żgurat li l-allokazzjoni bla ħlas tintuża biex tippromwovi investimenti reali għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija b'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija. Investimenti b'valur ta' inqas minn EUR10 miljun ukoll għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-allokazzjoni bla ħlas. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħżel investimenti bħal dawn fuq il-bażi ta' kriterji ċari u trasparenti. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika . Il-pubbliku għandu jkun informat kif dovut fl-istadju tal-għażla tal-proġetti ta' investiment kif ukoll dwar l-implimentazzjoni tagħhom.

    (12)

    Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li l-modalitajiet, inkluża t-trasparenza, tal-allokazzjoni bla ħlas mhux obbligatorja għall-immodernizzar u d-diversifikazzjoni tas-settur tal-enerġija f'ċerti Stati Membri għandhom jittejbu. L-investimenti b'valur ta' EUR10 miljun jew iżjed għandhom jintgħażlu mill-Istat Membru kkonċernat permezz ta' proċess ta' offerti kompetittiv fuq il-bażi ta' regoli ċari u trasparenti biex jiġi żgurat li l-allokazzjoni bla ħlas tintuża biex tippromwovi investimenti reali għall-immodernizzar jew id-diversifikazzjoni tas-settur tal-enerġija b'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija , inkluż l-għan tal-promozzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija . Investimenti b'valur ta' inqas minn EUR10 miljun ukoll għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-allokazzjoni bla ħlas. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħżel investimenti bħal dawn fuq il-bażi ta' kriterji ċari u trasparenti. Il-proċess ta' għażla għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika u r-riżultati ta' tali proċess ta' għażla , inklużi l-proġetti rrifjutati, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku . Il-pubbliku għandu jkun informat kif dovut fl-istadju tal-għażla tal-proġetti ta' investiment kif ukoll dwar l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jittrasferixxu, parzjalment jew kompletament, il-kwoti korrispondenti lill-Fond għall-Modernizzazzjoni jekk ikunu eliġibbli biex jużaw iż-żewġ strumenti. Id-deroga għandha tintemm sa tmiem il-perjodu ta' negozjar fl-2030.

    Emenda 18

    Proposta għal direttiva

    Premessa 13

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (13)

    Il-finanzjament tal-EU ETS għandu jkun koerenti ma' programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tan-nefqa pubblika.

    (13)

    Il-finanzjament tal-EU ETS għandu jkun koerenti ma' programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, inklużi Orizzont 2020, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-Istrateġija dwar il-Klima tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) , sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tan-nefqa pubblika.

    Emenda 19

    Proposta għal direttiva

    Premessa 14

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (14)

    Id-dispożizzjonijiet eżistenti li huma fis-seħħ għal installazzjonijiet żgħar li għandhom jiġu esklużi mill-EU ETS jippermettu lill-installazzjonijiet li huma esklużi li jibqgħu tali, u għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jaġġornaw il-lista tagħhom ta' installazzjonijiet esklużi u għall-Istati Membri li fil-preżent mhux qed jużaw din l-għażla biex jagħmlu hekk fil-bidu ta' kull perjodu ta' negozjar.

    (14)

    Id-dispożizzjonijiet eżistenti li huma fis-seħħ għal installazzjonijiet żgħar li għandhom jiġu esklużi mill-EU ETS għandhom jiġu estiżi biex ikopru installazzjonijiet imħaddma minn intrapriżi żgħar medji (SMEs) b'emissjonijiet ta' inqas minn 50 000  tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 f'kull waħda mit-tliet snin ta' qabel is-sena tal-applikazzjoni għall-esklużjoni. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jaġġornaw il-lista tagħhom ta' installazzjonijiet esklużi u għall-Istati Membri li fil-preżent mhux qed jużaw din l-għażla biex jagħmlu hekk fil-bidu ta' kull perjodu ta' negozjar u f'nofs il-perjodu. Għandu jkun possibbli wkoll li l-installazzjonijiet li jipproduċu anqas minn 5 000  tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 f'kull waħda mit-tliet snin ta' qabel il-bidu ta' kull perjodu ta' negozjar li jkunu esklużi mill-EU ETS, b'soġġett għal reviżjoni kull ħames snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri alternattivi ekwivalenti għall-installazzjonijiet li għażlu li jibqgħu barra ma jirriżultawx fi spiża ta' konformità ikbar. Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika għandhom jiġu ssimplifikati għal emittenti żgħar koperti bl-EU ETS.

    Emenda 20

    Proposta għal direttiva

    Premessa 16a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (16a)

    Sabiex jitnaqqas b'mod konsiderevoli l-piż amministrattiv li jiffaċċjaw il-kumpaniji, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibilità li tqis miżuri bħal pereżempju l-awtomatizzar tas-sottomissjoni u l-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, filwaqt li tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

    Emenda 21

    Proposta għal direttiva

    Premessa 17a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (17a)

    L-atti delegati msemmija fl-Artikoli 14 u 15 għandhom jissimplifikaw ir-regoli ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika kemm jista' jkun sabiex titnaqqas il-burokrazija żejda għall-operaturi. L-att delegat imsemmi fl-Artikolu 19(3) għandu jiffaċilita l-aċċess għar-reġistru u l-użu tiegħu, speċjalment għall-operaturi ż-żgħar.

    Emenda 22

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt - 1 (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1)

    Fit-test kollu tad-Direttiva, it-terminu “skema Komunitarja” huwa sostitwit b'“EU ETS” u din is-sostituzzjoni hija akkumpanjata minn kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.

    Emenda 23

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt - 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1a)

    Fit-test kollu tad-Direttiva, it-terminu “il-Komunità kollha” huwa sostitwit b'“l-Unjoni kollha”;

    Emenda 24

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt - 1b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1b)

    Fit-test kollu tad-Direttiva, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-punti (-1) u (-1a) u fl-Artikolu 26(2), it-terminu “Komunità” huwa sostitwit b'“Unjoni” u din is-sostituzzjoni hija akkumpanjata minn kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja;

    Emenda 25

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt - 1c (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1c)

    Fit-test kollu tad-Direttiva, il-kliem “il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2)” huwa sostitwit bil-kliem “proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30c(2)”;

    Emenda 26

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt - 1d (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1d)

    Fl-Artikolu 3 g, fil-punt (d) tal-Artikolu 5(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(2), fl-Artikolu 14(2), (3) u (4), fl-Artikolu 19(1) u (4) u fl-Artikolu 29a(4) il-kelma “regolament” hija sostitwita bil-kelma “att” u dawn is-sostituzzjonijiet huma akkumpanjati minn kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja;

    Emenda 28

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt - 1f (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 3 – punt h

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (-1f)

    Fl-Artikolu 3, il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(h)

    ‘istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq’ tfisser:

    “(h)

    ‘istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq’ tfisser:

    kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I, li tkun akkwistat permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ewwel darba, wara t-30 ta' Ġunju  2011 ,

    kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I, li tkun akkwistat permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ewwel darba, wara t-30 ta' Ġunju  2018 ,

    kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività li tiġi inkluża fl-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 24(1) jew (2), għall-ewwel darba, jew

    kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività li tiġi inkluża fl-iskema tal-Unjoni skont l-Artikolu 24(1) jew (2), għall-ewwel darba, jew

    kull istallazzjoni li twettaq attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I jew attività li tiġi inkluża fl-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 24(1) jew (2), li kellha estensjoni sinifikanti wara t-30 ta' Ġunju  2011 , safejn hija kkonċernata din l-estensjoni;”

    kull istallazzjoni li twettaq attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I jew attività li tiġi inkluża fl-iskema tal-Unjoni skont l-Artikolu 24(1) jew (2), li kellha estensjoni sinifikanti wara t-30 ta' Ġunju  2018 , safejn hija kkonċernata din l-estensjoni;”

    Emenda 29

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt - 1 g (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 3 – punt ua (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1 g)

    Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

     

    “(ua)

    ‘emittent żgħir’ tfisser istallazzjoni b'emissjonijiet baxxi li tkun operata minn intrapriża żgħira jew ta' daqs medju  (1a) u li tissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

    l-emissjonijiet medji annwali vverifikati ta' dik l-istallazzjoni rrapportati lill-awtorità kompetenti rilevanti matul il-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni tas-CO2 li jirriżulta mill-bijomassa u qabel kwalunkwe tnaqqis tas-CO2 trasferit, ikunu inqas minn 50 000 tunnellata ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju fis-sena;

    l-emissjonijiet medji annwali msemmija fl-ewwel inċiż ma jkunux disponibbli għal dik l-istallazzjoni jew ma jkunux għadhom applikabbli għal dik l-istallazzjoni minħabba tibdil fil-konfini tal-istallazzjoni jew tibdil fil-kundizzjonijiet operattivi tal-istallazzjoni, imma l-emissjonijiet annwali ta' dik l-istallazzjoni għall-ħames snin li jmiss, bl-esklużjoni tas-CO2 li jirriżulta mill-bijomassa u qabel it-tnaqqis tas-CO2 trasferit, ikunu mistennija li jammontaw għal inqas minn 50 000 tunnellata ta' diossidu tal-karbonju fis-sena.”

    Emenda 30

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt - 1h (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 3c – paragrafu 2

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (-1h)

    Fl-Artikolu 3c, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 13 (1) li jibda fl-1 ta' Jannar 2013, u, fin-nuqqas ta' kwalunkwe emenda wara r-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 30(4), għal kull perijodu sussegwenti, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 95 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni mmultiplikati bin-numru ta' snin f'dak il-perijodu.

    “2.   Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 13 li jibda fl-1 ta' Jannar 2013, u, fin-nuqqas ta' kwalunkwe emenda wara r-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 30(4), għal kull perijodu sussegwenti, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 95 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni mmultiplikati bin-numru ta' snin f'dak il-perijodu.

     

    Il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-2021 għandha tkun 10 % anqas mill-allokazzjoni medja għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2016, u mbagħad tonqos kull sena bl-istess rata bħal dik tal-limitu massimu totali tal-EU ETS imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), sabiex il-limitu massimu għas-settur tal-avjazzjoni jsir aktar konformi mas-setturi l-oħra tal-EU ETS sal-2030.

     

    Għall-attivitajiet tal-avjazzjoni minn u lejn ajrudromi li jinsabu barra ż-ŻEE, il-kwantità ta' kwoti li jridu jiġu allokati mill-2021'il quddiem tista' tiġi aġġustata b'kont meħud tal-mekkaniżmu globali bbażat fuq is-suq futur li ntlaħaq qbil dwaru fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fid-39 assemblea tagħha. Sal-2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dawk l-attivitajiet wara l-40 assemblea tal-ICAO.

    Dan il-persentaġġ jista' jkun rivedut bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta' din id-Direttiva.”

    Dan il-persentaġġ jista' jkun rivedut bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta' din id-Direttiva.”

    Emenda 31

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt - 1i (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 3c – paragrafu 4

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (-1i)

    Fl-Artikolu 3c(4), l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

    Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu  23 (1).

    Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu  30c (1).

    Emenda 32

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt - 1j (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 3d – paragrafu 2

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (-1j)

    Fl-Artikolu 3d, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Mill-1 ta' Jannar  2013 , 15  % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati . Dan il-persentaġġ jista' jiġi miżjud, bħala parti mill-reviżjoni ġenerali ta' din id-Direttiva .”

    “2.   Mill-1 ta' Jannar  2021 , 50  % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati.”

    Emenda 33

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 3d – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)

    Fl-Artikolu 3d(3), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 3d, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

     

    “Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23”.

     

    “3.    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu  30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-irkantar mill-Istati Membri tal-kwoti li mhux meħtieġa jinħarġu bla ħlas skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f(8) . In-numru ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati f'kull perijodu minn kull Stat Membru għandu jkun proporzjonat għas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta' referenza rrappurtati skont l-Artikolu 14(3) u vverifikati skont l-Artikolu 15. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), is-sena ta' referenza għandha tkun l-2010 u għal kull perijodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 3c is-sena ta' referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu li għalih jirreferi l-irkant.”

    Emenda 34

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (1a)

    Fl-Artikolu 3d(4), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.     L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni. Dak id-dħul għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja . Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni.”

     

    “4.   Id-dħul kollu jrid jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema tal-Unjoni . Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant jista' jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni.”

    Emenda 35

    Proposta għal direttiva

    Artikol 1, punt 1b (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 3e – paragrafu 1a (ġdid)

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (1b)

    Fl-Artikolu 3e, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “1a.     Mill-2021 'il quddiem, ma għandha tingħata l-ebda kwota bla ħlas skont din id-Direttiva lis-settur tal-avjazzjoni sakemm din ma tkunx ikkonfermata b'deċiżjoni sussegwenti adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, peress li r-Riżoluzzjoni tal-ICAO A-39/3 tipprevedi li mill-2021 tibda tapplika miżura globali bbażata fuq is-suq. F'dan ir-rigward, il-koleġiżlaturi għandhom iqisu l-interazzjoni bejn dik il-miżura bbażata fuq is-suq u l-EU ETS.”

    Emenda 36

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Kapitolu IIa (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2a)

    Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

     

    “KAPITOLU IIa

     

    L-inklużjoni tat-trasport bil-baħar fin-nuqqas ta' progress fil-livell internazzjonali

     

    Artikolu 3ga

    Introduzzjoni

    Mill-2021, fin-nuqqas ta' sistema komparabbli li topera taħt l-OMI, l-emissjonijiet tas-CO2 li jseħħu fil-portijiet tal-Unjoni u matul vjaġġi lejn u minn portijiet tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni permezz tas-sistema stabbilita f'dan il-Kapitolu, li għandha tkun operattiva mill-2023.

     

    Artikolu 3gb

    Kamp ta' applikazzjoni

    Sal-1 ta' Jannar 2023, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-ħruġ tal-kwoti fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vapuri li jkunu f'portijiet, li jaslu f'portijiet jew li jitilqu minn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru b'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/757. L-Artikoli 12 u 16 għandhom japplikaw għall-attivitajiet marittimi bl-istess mod bħal għal attivitajiet oħrajn.

     

    Artikolu 3gc

    Kwoti żejda għas-settur marittimu

    Sal-1 ta' Awwissu 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 30b sabiex tissupplemeta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-kwantità totali ta' kwoti għas-settur marittimu b'konformità ma' setturi oħra, il-metodu ta' allokazzjoni ta' kwoti għal dak is-settur permezz tal-irkantar u d-dispożizzjonijiet speċjali rigward l-Istat Membru li jamministra. Meta s-settur marittimu jiġi inkluż fl-EU ETS, l-ammont totali ta' kwoti għandu jiżdied b'dak l-ammont.

    20 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 3gd għandu jintuża permezz tal-fond stabbilit skont dak l-Artikolu (‘Il-Fond tal-Klima Marittima’) għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u biex jiġu appoġġjati investimenti f'teknoloġiji innovattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur marittimu, inklużi t-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-portijiet.

     

    Artikolu 3gd

    Fond tal-Klima Marittima

    1.     Għandu jiġi stabbilit fond bl-għan li jikkumpensa għall-emissjonijiet marittimi, itejjeb l-effiċjenza fl-enerġija u jiffaċilita l-investimenti fit-teknoloġiji innovattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mis-settur marittimu fil-livell tal-Unjoni.

    2.     L-operaturi tal-vapuri jistgħu jħallsu, fuq bażi volontarja, kontribuzzjoni ta' sħubija annwali lill-fond, b'konformità mal-emissjonijiet totali tagħhom irrappurtati għas-sena kalendarja preċedenti skont ir-Regolament (UE) 2015/757. B'deroga mill-Artikolu 12(3), il-fond għandu jirrinunzja l-kwoti b'mod kollettiv f'isem l-operaturi ta' vapuri li jkunu membri tal-fond. Il-kontribuzzjoni għal kull tunnellata ta' emissjonijiet għandha tiġi stabbilita mill-fond sat-28 ta' Frar kull sena, u m'għandhiex tkun inqas mil-livell tal-prezz tas-suq għall-kwoti fis-sena preċedenti.

    3.     Il-fond għandu jikseb kwoti ekwivalenti għall-kwantità totali kollettiva tal-emissjonijiet tal-membri tiegħu waqt is-sena kalendarja preċedenti u jirrinunzjahom fir-reġistru stabbilit fl-Artikolu 19 sat-30 ta' April kull sena għal kanċellazzjoni sussegwenti. Il-kontribuzzjonijiet għandhom isiru pubbliċi.

    4.     Il-fond għandu jtejjeb ukoll l-effiċjenza fl-enerġija u jiffaċilita l-investimenti fit-teknoloġiji innovattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fis-settur marittimu, inklużi t-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-portijiet, permezz tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 3gc. L-investimenti kollha appoġġjati mill-fond għandhom ikunu pubbliċi u konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva.

    5.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 30b biex tissupplementa din id-Direttiva rigward l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

     

    Artikolu 3ge

    Kooperazzjoni internazzjonali

    F'każ li jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar miżuri globali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva u jekk ikun xieraq għandha tipproponi emendi sabiex tiżgura allinjament ma' dak il-ftehim internazzjonali.”

    Emenda 37

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 2b (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 5 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2b)

    Fl-Artikolu 5, subparagrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

    “(da)

    it-teknoloġiji CCU kollha li se jintużaw fl-istallazzjoni sabiex jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet”,

    Emenda 38

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 2c (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 6 – paragrafu 2 – punti ea u eb (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2c)

    Fl-Artikolu 6(2), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(ea)

    ir-rekwiżiti legali kollha dwar ir-responsabbiltà soċjali u r-rapportar sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni ugwali u effettiva ta' regolamenti ambjentali u jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati, inklużi r-rappreżentanti tal-ħaddiema, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-komunitajiet lokali, ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha (kif stipulat fil-Konvenzjoni Aarhus u kif implimentat fid-dritt tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż f’din id-Direttiva;

    (eb)

    obbligu li kull sena tiġi ppubblikata informazzjoni komprensiva fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-konformità mad-direttivi tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; u li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli għar-rappreżentanti tal-ħaddiema u għar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili mill-komunitajiet lokali fil-viċinanza tal-istallazzjoni.”

    Emenda 39

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 2d (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 7

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (2d)

    L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

    “l-Artikolu 7

    “l-Artikolu 7

    "L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidliet ippjanti fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista' tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Meta jkun hemm tibdil fl-identità tal-operatur tal-installazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex tinkludi l-isem l-indirizz tal-operatur il-ġdid.”

    " Mingħajr dewmien żejjed, l-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla ppjanata fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista' tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Meta jkun hemm tibdil fl-identità tal-operatur tal-installazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess bl-informazzjoni rilevanti dwar l-identità l-kuntatt tal-operatur il-ġdid.”

    Emenda 142

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 3

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 9 – paragrafi 2 u 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sa mill-2021, il-fattur lineari għandu jkun 2,2  %.

    Sa mill-2021, il-fattur lineari għandu jkun 2,2  % u għandu jinżamm taħt rieżami bil-ħsieb li jiżdied għal 2,4  %, l-iktar kmieni sal-2024 .

    Emenda 41

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    tliet subparagrafi ġodda huma miżjuda mal-paragrafu 1:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.     Mill-2019 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw jew jikkanċellaw il-kwoti li ma jiġux allokati mingħajr ħlas skont l-Artikoli 10a u 10c u li ma jitqiegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq.

    Emenda 42

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Mill-2021 'il quddiem, is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat mill-Istati Membri għandu jkun 57 %.

    Mill-2021 'il quddiem, is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat jew ikkanċellat għandu jkun 57 % , u dak is-sehem għandu jonqos b'mhux aktar minn ħames punti perċentwali matul il-perjodu kollu ta' għaxar snin li jibda fl-1 ta' Jannar 2021 skont l-Artikolu 10a(5). Tali aġġustament għandu jsir biss fis-sura ta' tnaqqis fil-kwoti rkantati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. Meta ma jseħħ l-ebda aġġustament jew meta jkunu meħtieġa inqas minn ħames punti perċentwali biex isir aġġustament, il-kwantità li jifdal tal-kwoti għandha tiġi kkanċellata. Dan it-tħassir m'għandux jaqbeż il-200 miljun kwota.

    Emenda 43

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2 % tal-kwantità totali tal-kwoti fil-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030 għandhom ikunu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 10d ta' din id-Direttiva (“il-Fond għall-Modernizzazzjoni”).

    2 % tal-kwantità totali tal-kwoti fil-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030 għandhom ikunu rkantati sabiex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 10d ta' din id-Direttiva (“il-Fond għall-Modernizzazzjoni”). Il-kwantità stabbilita f'dan is-subparagrafu għandha tifforma parti mis-sehem ta' 57 % tal-kwoti li jrid jiġi rkantat kif stabbilit fit-tieni subparagrafu.

    Emenda 44

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Barra minn hekk, 3 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jinħarġu bejn l-2021 u l-2030 għandhom jiġu rkantati sabiex jiġu kkumpensati setturi jew sottosetturi esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti effettivament imġarrba b'riżultat ta' spejjeż relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jiġu mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku kif stabbilit fl-Artikolu 10a(6) ta' din id-Direttiva. Żewġ terzi tal-kwantità stabbilita f'dan is-subparagrafu għandhom jiffurmaw parti mis-sehem ta' 57 % tal-kwoti li jrid jiġi rkantat kif stabbilit fit-tieni subparagrafu.

    Emenda 45

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Mill-1 ta' Jannar 2021 se jinħoloq Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta biex jikkomplementa l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u dan għandu jkun iffinanzjat mill-ġbir komuni ta' 2 % tad-dħul mill-irkant;

     

    Id-dħul minn dawn l-irkantijiet għandu jibqa' fil-livell tal-Unjoni, u għandu jintuża biex jiġu appoġġjati reġjuni li għandhom kemm sehem għoli ta' ħaddiema f'setturi li jiddependu mill-karbonju kif ukoll PDG per capita inqas sew mill-medja tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

     

    Id-dħul mill-irkant immirat lejn tranżizzjoni ġusta jista' jintuża f'modi differenti, bħal pereżempju:

     

    ħolqien ta' ċelluli ta' riallokazzjoni u/jew mobilità,

     

    inizjattivi ta' edukazzjoni/taħriġ biex il-ħaddiema jitħarrġu mill-ġdid jew itejbu l-ħiliet tagħhom,

     

    għajnuna fit-tfittxija ta' impjieg,

     

    ħolqien ta' negozju, u

     

    miżuri ta' monitoraġġ u miżuri preventivi biex jiġi evitat jew minimizzat l-impatt negattiv tal-proċess ta' ristrutturar fuq is-saħħa fiżika u mentali.

     

    Peress li l-attivitajiet prinċipali li jridu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta huma relatati ħafna mas-suq tax-xogħol, is-sħab soċjali għandhom ikunu involuti b'mod attiv fil-ġestjoni tal-fond – abbażi tal-mudell tal-Kumitat tal-Fond Soċjali Ewropew – filwaqt li l-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali lokali għandha tkun rekwiżit ewlieni għall-proġetti biex iġibu l-finanzi.

    Emenda 46

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri għandha tkun distribwita skont il-paragrafu 2.

    Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri , wara li titnaqqas il-kwantità tal-kwoti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10a(8), għandha tkun distribwita skont il-paragrafu 2.

    Emenda 47

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 4a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Fl-1 ta' Jannar 2021, għandhom jitħassru 800 miljun kwota mir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq.

    Emenda 48

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt b – punt ii

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    10 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu rkantati għandhom ikunu distribwiti fost ċerti Stati Membri għal skopijiet ta' solidarjetà u tkabbir fil-Komunità, li jżid l-ammont ta' kwoti li dawk l-Istati Membri jirkantaw taħt il-punt (a) bil-perċentwali speċifikati fl-Anness IIa.

    (b)

    10 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu rkantati għandhom ikunu distribwiti fost ċerti Stati Membri għal skopijiet ta' solidarjetà u tkabbir fil-Komunità, li jżid l-ammont ta' kwoti li dawk l-Istati Membri jirkantaw taħt il-punt (a) bil-perċentwali speċifikati fl-Anness IIa. Fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li huma eliġibbli biex jibbenefikaw mill-Fond għall-Modernizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 10d, is-sehem tagħhom tal-kwoti speċifikat fl-Anness IIa għandu jiġi ttrasferit għas-sehem tagħhom fil-Fond għall-Modernizzazzjoni.

    Emenda 49

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 3 – parti introduttorja

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (ba)

    fil-paragrafu 3, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul ġenerat mill-irkant ta' kwoti. Talanqas 50  % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2 , inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dan id-dħul, għandhom jiġu użati għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:”

     

    “3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti. 100  % tad-dħul totali ġġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 2 jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dan id-dħul, għandu jintuża għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:”

    Emenda 50

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt bb (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt b

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (bb)

    fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    biex jiġu żviluppati enerġiji rinnovabbli biex jissodisfaw l-impenn tal-Komunità tal-użu ta' 20 % ta' enerġiji rinnovabbli sal- 2020 , kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni għal ekonomija sikura u sostenibbli b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u biex jgħinu fis-sodisfazzjon tal-impenn tal-Komunità li tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija b'20 % sal-2020 ;”

     

    “(b)

    biex jiġu żviluppati enerġiji rinnovabbli biex jissodisfaw l-impenn tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli sal- 2030 , kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni għal ekonomija sikura u sostenibbli b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u biex jgħinu fis-sodisfazzjon tal-impenn tal-Unjoni li , sal-2030, l-effiċjenza fl-enerġija tiżdied għal-livelli maqbula fl-atti leġiżlattivi xierqa ;”

    Emenda 51

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt bc (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt f

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (bc)

    fil-paragrafu 3, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    biex jinkoraġġixxu ċaqliq lejn emissjonijiet baxxi u forom pubbliċi ta' trasport;”

     

    “(f)

    biex jinkoraġġixxu ċaqliq lejn emissjonijiet baxxi u forom pubbliċi ta' trasport u jappoġġjaw – sakemm l-ispejjeż tas-CO2 ma jkunux riflessi b'mod simili għal modi oħra tat-trasport bis-superfiċje – modi ta' trasport elettrifikati bħalma huma l-ferroviji jew modi oħra tat-trasport bis-superfiċje elettrifikati b'kont meħud tal-ispejjeż indiretti tagħhom b'rabta mal-UE ETS ;”

    Emenda 52

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt bd (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt h

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (bd)

    fil-paragrafu 3, il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(h)

    miżuri maħsuba biex iżidu l-effiċjenza fl-enerġija u l-insulazzjoni jew jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati aspetti soċjali f'familji bi dħul baxx u medju;”

     

    “(h)

    miżuri maħsuba biex iżidu l-effiċjenza fl-enerġija , is-sistemi ta' tisħin distrettwali u l-insulazzjoni jew jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati aspetti soċjali f'familji bi dħul baxx u medju;”

    Emenda 53

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt c

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt j

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (j)

    għall-finanzjament ta' miżuri finanzjarji li jiffavorixxu setturi jew sottosetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jgħaddu fil-prezzijiet tal-elettriku, sakemm dawn il-miżuri jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10a(6);

    (j)

    għall-finanzjament ta' miżuri finanzjarji li jiffavorixxu setturi jew sottosetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jgħaddu fil-prezzijiet tal-elettriku, sakemm ma jintużax aktar minn 20 % tad-dħul għal dan l-iskop, u sakemm dawn il-miżuri jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10a(6);

    Emenda 54

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt c

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt l

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (l)

    għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi f'ekonomija ta' dekarbonizzazzjoni, f'koordinazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali.

    (l)

    għall-indirizzar tal-impatt soċjali tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom u għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi f'koordinazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali.

    Emenda 55

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt ca (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca)

    fil-paragrafu 3, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

    “Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta' formola standardizzata mħejjija mill-Kummissjoni, li tinkludi informazzjoni dwar l-użu tad-dħul mill-irkantar għall-kategoriji differenti u l-addizzjonalità tal-użu tal-fondi. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika fuq is-sit web tagħha.”

    Emenda 56

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt cb (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (cb)

    fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-Istati Membri ikunu kunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta' appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jaffettwaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għal mill-inqas 50  % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2 , inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 .”

     

    “L-Istati Membri jkunu kkunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta' appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jippromwovu appoġġ finanzjarju addizzjonali , stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur għal 100  % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 2 u jkunu rrappurtaw dawn il-politiki permezz ta' formola standardizzata pprovduta mill-Kummissjoni .”

    Emenda 57

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt d

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafi 1, 2 u 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    it-tielet subparagrafu tal-paragrafu  4 huwa mibdul b'dan li ġej:

    (d)

    fil-paragrafu  4 , l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

     

    “Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu  23” .

     

    4 .    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu  30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-ħinijiet, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar sabiex jiġi żgurat li jitwettaq b'mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Għal dan il-għan, il-proċess għandu jkun prevedibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħinijiet u s-sekwenzjar tal-irkanti u l-volumi stmati ta' kwoti li jridu jsiru disponibbli. Meta valutazzjoni tas-setturi industrijali individwali turi li ma jkunux mistennija impatti sinifikanti fuq setturi jew sottosetturi esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-Kummissjoni tista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tadatta l-iskeda għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 13(1) li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 biex tiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq. Il-Kummissjoni m'għandhiex tagħmel aktar minn adattament wieħed bħal dan, għal għadd massimu ta' 900 miljun kwota.

    L-irkanti għandhom jitfasslu biex jiżguraw li:

    (a)

    l-operaturi, u b'mod partikolari kwalunkwe SME koperta mill-EU ETS, ikollhom aċċess sħiħ, ġust u ekwitabbli,

    (b)

    il-parteċipanti kollha jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni fl-istess ħin u li l-parteċipanti ma jimminawx il-proċess tal-irkant,

    (c)

    l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fl-irkanti jkunu kosteffikaċi u l-ispejjeż amministrattivi mhux meħtieġa jiġu evitati; u

    (d)

    l-emittenti ż-żgħar ikollhom aċċess għall-kwoti.”

    Emenda 58

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt da (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 4a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (da)

    fil-paragrafu 4, jiżdied is- subparagrafu li ġej:

    “Kull sentejn l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-għeluq tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-territorju tagħhom minħabba miżuri nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont ekwivalenti ta' kwoti li dan l-għeluq jirrappreżenta u tinforma lill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jikkanċellaw volum korrispondenti ta' kwoti mill-kwantità totali mqassma skont il-paragrafu 2.”

    Emenda 59

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – punt db (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10 – paragrafu 5

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (db)

    il-paragrafu 5 huwa mibdul b'dan li ġej:

    “5.    Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju . Kull sena, hija għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju inkluż l-implimentazzjoni tal-irkanti, il-likwidità u l-volumi kkummerċjati. Jekk huwa meħtieġ , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni rilevanti hija mressqa quddiem il-Kummissjoni mill-inqas xahrejn qabel l-adozzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni.”

     

    “5.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament tas-sistema EU ETS . Kull sena, hija għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament tagħha inkluża l-implimentazzjoni tal-irkanti, il-likwidità u l-volumi kkummerċjati. Ir-rapport għandu jindirizza wkoll l-interazzjoni tal-EU ETS ma' politiki oħra tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija , inkluż kif dawn il-politiki għandhom impatt fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-EU ETS u l-konformità tagħhom mal-għanijiet tal-Unjoni għall-2030 u l-2050 fir-rigward tal-klima u l-enerġija. Ir-rapport għandu jqis ukoll ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u l-impatt fuq l-investiment fi ħdan l-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni rilevanti titressaq quddiem il-Kummissjoni mill-inqas xahrejn qabel l-adozzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni.”

    Emenda 60

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 1 – subparagrafi 1 u 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    it-tieni paragrafu tal-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma mibdula b'dan li ġej:

     

    “Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu  23 . Dan l-att għandu jistipula wkoll allokazzjoni addizzjonali mir-riżerva ta' dawk li jidħlu ġodda għal żidiet sinifikanti fil-produzzjoni bl-applikazzjoni tal-istess livelli limitu u aġġustamenti fl-allokazzjoni li japplikaw fir-rigward ta' ċessjonijiet parzjali tal-operazzjoni.”

     

    “1.     Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat, skont l-Artikolu  30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi miżuri fl-Unjoni kollha u kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, u 7, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni armonizzata tal-paragrafu 19 . Dan l-att għandu jistipula wkoll allokazzjoni addizzjonali mir-riżerva ta' dawk li jidħlu ġodda għal tibdil sinifikanti fil-produzzjoni . L-att għandu, b'mod partikolari, jipprovdi li kwalunkwe żieda jew tnaqqis ta' mill-inqas 10 % fil-produzzjoni espressa bħala l-medja rikorrenti ta' dejta tal-produzzjoni verifikata għas-sentejn preċedenti meta mqabbla mal-attività tal-produzzjoni rrapportata skont l-Artikolu 11 tiġi aġġustata b'ammont korrispondenti ta' kwoti billi l-kwoti jitqiegħdu fi, jew jiġu rilaxxati, mir-riżerva msemmija fil-paragrafu 7.

    Meta tkun qed tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li tillimita l-kumplessità amministrattiva u li tevita l-manipulazzjoni tas-sistema. Għal dan il-għan hija tista', skont kif ikun xieraq, tuża flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-livelli limitu stabbiliti f'dan il-paragrafu, meta dan ikun iġġustifikat minħabba ċirkostanzi speċifiċi.

    Emenda 61

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 1 – subparagrafu 3

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (aa)

    fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

    “Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw parametri referenzjarji ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b'mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għal teknika ta' effiċjenza fl-enerġija filwaqt li tipprovdi prevedibbiltà lill-installazzjonijiet industrijali , billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta' produzzjoni, il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra l-ħażna tas-CO2 , fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M'għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.”

     

    “Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw parametri referenzjarji ex ante madwar l-Unjoni sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b'mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għal teknika ta' effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta' produzzjoni, il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa , is-CCS s-CCU , fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M'għandha ssir ebda allokazzjoni bla ħlas fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.”

    Emenda 62

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt b

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas għandhom ikunu aġġustati sabiex jiġi evitat qligħ mhux mistenni u jirriflettu l-progress teknoloġiku fil-perjodu bejn l-2007 u l-2008 u kull perjodu ta' wara li għalihom l-allokazzjonijiet bla ħlas huma determinati skont l-Artikolu 11(1). Dan l-aġġustament għandu jnaqqas il-valuri tal-parametri referenzjarji stabbiliti bl-att adottat skont l-Artikolu 10a b'1 % tal-valur li kien stabbilit fuq il-bażi tad-dejta tal-2007-8 fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u n-nofs tal-perjodu rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas, sakemm:

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva sabiex tiddetermina l-valuri riveduti tal-parametru referenzjarju għall-allokazzjoni bla ħlas. Dawk l-atti għandhom ikunu konformi mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jaderixxu ma' dan li ġej:

    Emenda 63

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt b

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt -i (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-i)

    Għall-perijodu mill-2021 sal-2025, il-valuri tal-parametru referenzjarju għandhom jiġu determinati abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2016-2017;

    Emenda 64

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt b

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt -ia (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-ia)

    Abbażi ta' tqabbil tal-valuri tal-parametru referenzjarju bbażati fuq din l-informazzjoni mal-valur tal-parametru referenzjarju li jinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rata tat-tnaqqis annwali għal kull valur tal-parametru referenzjarju u tapplikaha għall-valuri tal-parametru referenzjarju applikabbli fil-perijodu 2013-2020 fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023 biex tiddetermina l-valuri tal-parametru referenzjarju għas-snin 2021-2025;

    Emenda 65

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt b

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt i

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (i)

    Fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa skont l-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha tidentifika jekk il-valuri għal kull parametru referenzjarju kkalkulati bl-użu tal-prinċipji fl-Artikolu 10a ivarjawx mit-tnaqqis annwali msemmi hawn fuq b'iżjed jew inqas minn 0,5  % tal-valur tal-2007-8 fis-sena. Jekk dan huwa l-każ, il-valur tal-parametru referenzjarju għandu jkun aġġustat jew b'0,5  % jew b'1,5  % fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u n-nofs tal-perjodu li għalih issir l-allokazzjoni bla ħlas;

    (i)

    Meta, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 ir-rata ta' titjib ma tkunx ogħla minn 0,25  %, il-valur tal-parametru referenzjarju għandu għalhekk jitnaqqas b'dak il-perċentwal fil-perjodu 2021-2025, fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023;

    Emenda 66

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt b

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt ii

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (ii)

    Permezz ta' deroga rigward il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku, dawn il-valuri tal-parametri referenzjarji għandhom ikunu aġġustati bl-istess perċentwal bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jiġu ppreservati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawn il-prodotti.

    (ii)

    Meta, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 ir-rata ta' titjib ma tkunx ogħla minn 1,75  %, il-valur tal-parametru referenzjarju għandu għalhekk jitnaqqas b'dak il-perċentwal fil-perjodu 2021-2025, fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023;

    Emenda 67

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt b

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni għal dan l-iskop skont l-Artikolu 22a.

    imħassar

    Emenda 68

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba)

    fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-perijodu bejn l-2026 u l-2030, il-valuri tal-parametru referenzjarju għandhom jiġu determinati bl-istess mod abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2021-2022 u bir-rata ta' tnaqqis annwali tapplika fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2028.”

    Emenda 69

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt bb (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (bb)

    fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    (ii)

    Permezz ta' deroga rigward il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku, dawn il-valuri tal-parametri referenzjarji għandhom ikunu aġġustati bl-istess perċentwal bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jiġu ppreservati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawn il-prodotti.

     

    Permezz ta' deroga rigward il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku, dawn il-valuri tal-parametri referenzjarji għandhom ikunu aġġustati bl-istess perċentwal bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jiġu ppreservati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawn il-prodotti.

    Emenda 165

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 3

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (bc)

    fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu b’dan li ġej:

    Suġġett għall-paragrafi 4 u 8, u minkejja l-Artikolu 10c, ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bi ħlas għal ġeneraturi tal-elettriku, għal installazzjonijiet għall-ġbir tas-CO2, għal pajpijiet għat-trasport tas-CO2 jew għal siti tal-ħażna tas-CO2.

     

    Suġġett għall-paragrafi 4 u 8, u minkejja l-Artikolu 10c, ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bi ħlas għal ġeneraturi tal-elettriku, għal installazzjonijiet għall-ġbir tas-CO2, għal pajpijiet għat-trasport tas-CO2 jew għal siti tal-ħażna tas-CO2. Ġeneraturi tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku minn gass ta' skart mhumiex ġeneraturi tal-elettriku fis-sens tal-Artikolu (3)(u) ta' din id-Direttiva. Fil-kalkoli tal-parametru referenzjarju għandu jittieħed in konsiderazzjoni l-kontenut sħiħ ta' karbonju tal-gassijiet ta' skart użati għall-produzzjoni tal-elettriku.

    Emenda 70

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt b d (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 4

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (bd)

    il-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

    “4.   Għandha tingħata allokazzjoni bla ħlas għal tisħin distrettwali kif ukoll għal koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KE għal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata fir-rigward tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ. F'kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal istallazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

     

    “4.   Għandha tingħata allokazzjoni bla ħlas għal tisħin distrettwali kif ukoll għal koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KE għal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata fir-rigward tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ.”

    Emenda 71

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt c

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sabiex jiġi rispettat is-sehem tal-irkantar stabbilit fl-Artikolu 10, is-somma ta' allokazzjonijiet bla ħlas f'kull sena fejn is-somma tal-allokazzjonijiet bla ħlas ma tilħaqx il-livell massimu li jirrispetta s-sehem tal-irkantar tal-Istat Membru , il-kwoti li jifdal sa dak il-livell għandhom jintużaw għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-allokazzjonijiet bla ħlas sabiex jiġi rispettat is-sehem tal-irkantar tal-Istat Membri fis-snin ta' wara . Fejn , madankollu, jintlaħaq il-livell massimu , l-allokazzjonijiet bla ħlas għandhom ikunu aġġustati kif xieraq . Kull aġġustament bħal dan għandu jitwettaq b'mod uniformi .

    5.     Meta s-somma ta' allokazzjonijiet bla ħlas f'sena partikolari ma tilħaqx il-livell massimu li jirrispetta s-sehem tal-irkantar tal-Istati Membri stipulat fl-Artikolu 10(1) , il-kwoti li jifdal sa dak il-livell għandhom jintużaw għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-allokazzjonijiet bla ħlas fi snin sussegwenti. Meta, madankollu, il-livell massimu jintlaħaq, ammont ta' kwoti ekwivalenti għal tnaqqis sa ħames punti perċentwali tas-sehem tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri matul il-perjodu kollu ta' għaxar snin li jibda fl- 1 ta' Jannar 2021 , skont l-Artikolu 10(1), għandu jiġi distribwit bla ħlas għal setturi u sottosetturi skont l-Artikolu 10b . Meta , madankollu, dan it-tnaqqis ma jkunx biżżejjed biex ilaħħaq mad-domanda ta' dawk is-setturi jew sottosetturi skont l-Artikolu 10b , l-allokazzjonijiet bla ħlas għandhom ikunu aġġustati kif xieraq permezz ta' fattur ta' korrezzjoni transsettorjali uniformi għas-setturi b'intensità ta' kummerċ ma' pajjiżi terzi ta' inqas minn 15 % jew b'intensità tal-karbonju inqas minn 7 kg CO2/Euro VMG .

    Emenda 72

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt d

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 6 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri finanzjarji li jiffavorixxu setturi jew sottosetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jgħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku , b'kunsiderazzjoni ta' kull effett fuq is-suq intern. Miżuri finanzjarji bħal dawn biex jikkumpensaw parti minn dawn l-ispejjeż għandhom ikunu skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat.

    6.     Għandu jiġi adottat arranġament ċentralizzat fil-livell tal-Unjoni sabiex jikkumpensa s-setturi jew is-sottosetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jgħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku.

     

    Il-kumpens għandu jkun proporzjonat għall-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li effettivament jgħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku u għandu jiġi applikat skont il-kriterji stipulati fil-linji gwida relevanti dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu evitati kemm effetti negattivi fuq is-suq intern kif ukoll kumpens żejjed tal-ispejjeż imġarrba.

     

    Meta l-ammont ta' kumpens disponibbli ma jkunx biżżejjed biex jikkumpensa għall-ispejjeż indiretti eliġibbli, l-ammont ta' kumpens disponibbli għall-istallazzjonijiet eliġibbli kollha għandu jitnaqqas b'mod uniformi.

     

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 30b biex tissupplimenta din id-Direttiva għall-iskop imsemmi f'dan il-paragrafu billi ddaħħal fis-seħħ arranġamenti għall-ħolqien u l-funzjonament tal-fond.

    Emenda 73

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt da (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (da)

    fil-paragrafu 6, jiddaħħal subparagrafu ġdid:

    “L-Istati Membri jistgħu jadottaw ukoll miżuri finanzjarji nazzjonali li jiffavorixxu setturi jew sottosetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jgħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe effett fuq is-suq intern. Miżuri finanzjarji bħal dawn biex jikkumpensaw parti minn dawk l-ispejjeż għandhom ikunu skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat u skont l-Artikolu 10(3) ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri nazzjonali, flimkien mal-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, m'għandhomx jaqbżu l-livell massimu ta' kumpens imsemmi fil-linji gwida rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat u m'għandhomx joħolqu distorsjonijiet ġodda tas-suq. Il-limiti massimi eżistenti dwar kumpens permezz ta' għajnuna mill-Istat għandhom ikomplu jonqsu tul il-perjodu ta' negozjar.”

    Emenda 74

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt e – punt i

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 7 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-kwoti mill-ammont massimu msemmi fl-Artikolu 10a(5) ta' din id-Direttiva li ma kinux allokati mingħajr ħlas sal-2020 għandhom jitwarrbu għal min jidħol ġdid u żidiet sinifikanti fil-produzzjoni , flimkien ma' 250 miljun kwota poġġuti fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*).

    7.     Għandhom jitwarrbu 400 miljun kwota għal min jidħol ġdid u  għal żidiet sinifikanti fil-produzzjoni.

    Emenda 75

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt e – punt i

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 7 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sa mill-2021, il-kwoti mhux allokati għall-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-paragrafi 19 u 20 għandhom jiżdiedu mar-riżerva."

    Sa mill-2021 'il quddiem , kwalunkwe kwota mhux allokata għall-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-paragrafi 19 u 20 għandha tiżdied mar-riżerva.

    Emenda 76

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt f – parti introduttorja

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 8

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (f)

    fil-paragrafu  8 , l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 8 jinbidlu b'dan li ġej:

    (f)

    il-paragrafu  8 huwa mibdul b'dan li ġej:

    Emenda 77

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt f – subparagrafu 1

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    400  miljun kwota għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġjaw l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-setturi industrijali elenkati fl-Anness I, u biex jgħinu jistimulaw il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' proġetti ta' dimostrazzjoni kummerċjali li għandhom l-għan ta' qbid ħżin ġeoloġiku (CCS) ambjentalment sikur tad-diossidu tal-karbonju kif ukoll ta' proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fit-territorju tal-Unjoni.

    8.     600  miljun kwota għandhom ikunu disponibbli biex jiġu promossi investimenti fl-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-setturi industrijali elenkati fl-Anness I,  inklużi prodotti u materjali b'bażi bijoloġika li jissostitwixxu materjali b'intensità qawwija tal-karbonju, u biex jgħinu jistimulaw il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' proġetti ta' dimostrazzjoni kummerċjali li għandhom l-għan ta' CCS CCU ambjentalment sikuri kif ukoll proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli u ta' ħżin tal-enerġija , fit-territorju tal-Unjoni.

    Emenda 78

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt f

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-kwoti għandhom ikunu disponibbli għall-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi industrijali b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u biex jappoġġjaw proġetti ta' dimostrazzjoni għall-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' CCS u teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli li għadhom mhux kummerċjalment vijabbli f'postijiet ibbilanċjati ġeografikament . Sabiex ikunu promossi proġetti innovattivi, jistgħu jiġu appoġġjati sa 60  % tal-ispejjeż rilevanti tal-proġetti, li minnhom sa 40  % ma jeħtieġux prevenzjoni verifikata tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra sakemm jintlaħqu t-tragwardi predeterminati u jittieħed kont tat-teknoloġija użata.

    Il-kwoti għandhom ikunu disponibbli għall-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi industrijali b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u biex jappoġġjaw proġetti ta' dimostrazzjoni għall-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli , CCS u CCU li għadhom mhux kummerċjalment vijabbli . Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-impatt tagħhom fuq is-sistemi tal-enerġija jew il-proċessi industrijali fi ħdan Stat Membru, grupp ta' Stati Membri jew l-Unjoni. Sabiex ikunu promossi proġetti innovattivi, jistgħu jiġu appoġġjati sa 75  % tal-ispejjeż rilevanti tal-proġetti, li minnhom sa 60  % ma jeħtieġux prevenzjoni verifikata tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra sakemm jintlaħqu t-tragwardi predeterminati u jittieħed kont tat-teknoloġija użata. Il-kwoti għandhom jiġu allokati lil proġetti skont il-ħtiġijiet tagħhom biex jilħqu stadji importanti predeterminati.

    Emenda 79

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt f

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Barra minn hekk, 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/… għandhom jissupplimentaw kull riżorsa eżistenti li jifdal skont dan il-paragrafu għall-proġetti msemmija hawn fuq , bi proġetti fl-Istati Membri kollha inklużi proġetti fuq skala żgħira, qabel l-2021. Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti.

    Barra minn hekk, 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandhom jissupplimentaw kull riżorsa eżistenti li jifdal skont dan il-paragrafu bħala konsegwenza ta' fondi li jirriżultaw mill-irkanti tal-kwoti NER300 għall-perijodu bejn l-2013 u l-2020 li ma ntużawx, għall-proġetti msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi , bi proġetti fl-Istati Membri kollha inklużi proġetti fuq skala żgħira, qabel l-2021 u mill-2018 'il quddiem . Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti , b'kont meħud tar-relevanza tagħhom b'rabta mad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi kkonċernati .

     

    Il-proġetti appoġġjati skont dan is-subparagrafu jistgħu jirċievu wkoll appoġġ addizzjonali skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi.

    Emenda 80

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt f

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu  23.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu  30b biex tissupplimenta din id-direttiva billi tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jintużaw għall-għażla ta' proġetti li huma eliġibbli biex jibbenefikaw mill-kwoti addizzjonali msemmija f'dan il-paragrafu, b'kont meħud tal-prinċipji li ġejjin:

     

    (i)

    Il-proġetti għandhom jiffokaw fuq it-tfassil u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet rivoluzzjonarji u fuq l-implimentazzjoni ta' programmi ta' dimostrazzjoni;

    (ii)

    L-attivitajiet għandhom joperaw qrib tas-suq f'impjanti ta' produzzjoni sabiex juru l-vijabbiltà tat-teknoloġiji rivoluzzjonarji biex jingħelbu l-ostakoli kemm teknoloġiċi kif ukoll dawk mhux teknoloġiċi;

    (iii)

    Il-proġetti għandhom jindirizzaw soluzzjonijiet teknoloġiċi li jkollhom il-potenzjal ta' applikazzjoni mifruxa, u jistgħu jikkombinaw teknoloġiji differenti;

    (iv)

    Idealment, is-soluzzjonijiet u t-teknoloġiji għandu jkollhom il-potenzjal li jiġu trasferiti fi ħdan is-settur u possibbilment lil setturi oħrajn.

    (v)

    Il-proġetti fejn l-emissjonijiet mistennija jkunu ferm inqas mill-valur ta' parametru referenzjarju rilevanti għandhom jingħtaw prijorità. Il-proġetti eliġibbli għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-emissjonijiet taħt il-valuri tal-parametru referenzjarju msemmija fil-paragrafu 2 jew għandu jkollhom prospetti futuri biex inaqqsu b'mod sinifikanti l-ispiża tat-transizzjoni lejn produzzjoni tal-enerġija b'emissjonijiet baxxi; u

    (vi)

    Il-proġetti CCU għandhom iwasslu għal tnaqqis nett fl-emissjonijiet u ħażna permanenti tas-CO2 tul il-ħajja kollha tagħhom.

    Emenda 82

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5 – punt ia (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 20

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (ia)

    il-paragrafu 20 huwa mibdul b'dan li ġej:

    “20.

    Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-miżuri adottati taħt il-paragrafu 1, tinkludi miżuri għad-definizzjoni tal-istallazzjonijiet li jkunu waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom parzjalment jew tnaqqas il-kapaċità tagħhom b'mod sinifikanti u miżuri għall-adattament, kif xieraq, tal-livell tal-kwoti gratis mogħtija lilhom kif ikun jeħtieġ il-każ.”

     

    “20.   Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-miżuri adottati taħt il-paragrafu 1, tinkludi miżuri għad-definizzjoni tal-istallazzjonijiet li jkunu waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom parzjalment jew tnaqqas il-kapaċità tagħhom b'mod sinifikanti u miżuri għall-adattament, kif xieraq, tal-livell tal-kwoti gratis mogħtija lilhom kif ikun jeħtieġ il-każ.

    Dawn il-miżuri għandhom jipprovdu flessibbiltà lis-setturi tal-industrija meta l-kapaċità hija trasferita b'mod regolari bejn l-installazzjonijiet operattivi fl-istess kumpanija.”

    Emenda 83

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10b – titolu

    Test fis-seħħ

    Emenda

    Miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji enerġetikament intensivi f'każ ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju

    Miżuri tranżitorji li jappoġġjaw ċerti industriji enerġetikament intensivi f'każ ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju

    Emenda 85

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10b – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a.     Wara l-adozzjoni tar-reviżjoni tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*1) , il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid is-sehem tat-tnaqqis fl-emissjonijiet fl-EU ETS u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*2) . Biex tiġi protetta l-industrija f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jew ta' investiment għandu jintuża tnaqqis addizzjonali b'mira ogħla relatata mal-effiċjenza fl-enerġija.

    Emenda 144

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10b – paragrafi 1b u 1c (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1b)     B'segwitu għall-Artikolu 6(2) tal-Ftehim ta' Pariġi, il-Kummissjoni għandha tivvaluta fir-rapport tagħha, li għandu jitħejja skont l-Artikolu 28aa, l-iżvilupp tal-politiki dwar il-mitigazzjoni tal-klima, inklużi l-approċċi bbażati fuq is-suq, f'reġjuni u pajjiżi terzi u l-effett ta' dawn il-politiki fuq il-kompetittività tal-industrija Ewropea.

     

    (1c)     Jekk dan ir-rapport jikkonkludi li għad hemm riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva li tintroduċi aġġustament għall-karbonju fil-fruntieri, kompatibbli bis-sħiħ mar-regoli tad-WTO, abbażi ta' studju tal-fattibbiltà li għandu jibda mal-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-ĠU. Dan il-mekkaniżmu jkun jinkludi, fl-EU ETS, importaturi ta' prodotti li jiġu prodotti minn setturi jew subsetturi determinati skont l-Artikolu 10a;

    Emenda 86

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10b – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Setturi u sottosetturi fejn il-prodott mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom huwa ogħla minn 0,18 jistgħu jkunu inklużi fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, fuq il-bażi ta' valutazzjoni kwalitattiva bl-użu tal-kriterji li ġejjin:

    2.   Setturi u sottosetturi fejn il-prodott mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom huwa ogħla minn 0,12 jistgħu jkunu inklużi fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, fuq il-bażi ta' valutazzjoni kwalitattiva bl-użu tal-kriterji li ġejjin:

    (a)

    il-limitu sa fejn huwa possibbli għal installazzjonijiet individwali fis-settur jew sottosetturi kkonċernati li jnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew il-konsum tal-elettriku;

    (a)

    il-limitu sa fejn huwa possibbli għal installazzjonijiet individwali fis-settur jew sottosetturi kkonċernati li jnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew il-konsum tal-elettriku , b'kunsiderazzjoni ta' żidiet assoċjati fl-ispejjeż tal-produzzjoni ;

    (b)

    il-karatteristiċi tas-suq attwali u previsti;

    (b)

    il-karatteristiċi tas-suq attwali u previsti;

    (c)

    il-marġni ta' profitt bħala indikatur potenzjali ta' deċiżjonijiet ta' investiment jew rilokazzjoni fit-tul.

    (c)

    il-marġni ta' profitt bħala indikatur potenzjali ta' deċiżjonijiet ta' investiment jew rilokazzjoni fit-tul;

     

    (ca)

    komoditajiet li huma negozjati fi swieq madwar id-dinja kollha għal prezz ta' referenza komuni.

    Emenda 87

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10b – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.    Setturi u sottosetturi oħrajn huma meqjusin li jistgħu jgħaddu aktar mill-ispejjeż tal-kwoti fil-prezzijiet tal-prodotti, u  għandhom ikunu allokati kwoti bla ħlas għall-perjodu sal-2030 għal 30 % tal-kwantità determinata skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 10a.

    3.    Is-settur tat-tisħin distrettwali huwa meqjus li jista' jgħaddi aktar mill-ispejjeż tal-kwoti fil-prezzijiet tal-prodotti, u  għandu jiġi allokat kwoti bla ħlas għall-perijodu sal-2030 għal 30 % tal-kwantità determinata skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 10a. Is-setturi u s-sottosetturi l-oħrajn m'għandhom ikunu allokati l-ebda kwota bla ħlas.

    Emenda 88

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10b – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat għall-paragrafi preċedenti għall-attivitajiet fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4) sa fejn jirrigwardaw il-paragrafu 1, skont l-Artikolu 23 , abbażi ta' dejta għat-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti disponibbli.

    4.   Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30b biex tissupplimenta din id-Direttiva b'rabta mal-paragrafu 1 fir-rigward tal-attivitajiet fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4) jew, meta jkun ġustifikat abbażi ta' kriterji oġġettivi żviluppati mill-Kummissjoni , fil-livell rilevanti ta' diżaggregazzjoni abbażi ta' dejta pubblika u speċifika skont is-settur sabiex jiġu inklużi dawk l-attivitajiet koperti mill-EU ETS. Il-valutazzjoni tal-intensità tal-kummerċ għandha tkun ibbażata fuq dejta għall-ħames snin kalendarji l-aktar reċenti disponibbli.

    Emenda 89

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita f'EUR għall-prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni jistgħu jagħtu allokazzjoni bla ħlas tranżitorja lil installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija.

    1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita f'EUR għall-prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni jistgħu jagħtu allokazzjoni bla ħlas tranżitorja lil installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-modernizzazzjoni, id-diversifikazzjoni u t-trasformazzjoni sostenibbli tas-settur tal-enerġija. Din id-deroga għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru 2030.

    Emenda 90

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a.     L-Istati Membri li mhumiex eliġibbli skont il-paragrafu 1, iżda li fl-2014 kellhom PDG per capita f'EUR għall-prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni wkoll jistgħu jagħmlu użu mid-deroga msemmija f'dak il-paragrafu sal-kwantità totali msemmija fil-paragrafu 4, sakemm in-numru korrispondenti ta' kwoti jiġi ttrasferit lill-Fond għall-Modernizzazzjoni u d-dħul jintuża biex jiġu appoġġjati l-investimenti f'konformità mal-Artikolu 10d.

    Emenda 91

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 1b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1b.     L-Istati Membri li huma eliġibbli skont dan l-Artikolu jagħtu allokazzjoni mingħajr ħlas lil installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, jistgħu jagħżlu li jittrasferixxu l-għadd korrispondenti tal-kwoti jew parti minnhom lill-Fond għall-Modernizzazzjoni u jallokawhom skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10d. F'tali każ, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel it-trasferiment.

    Emenda 92

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    jiżgura li jkunu biss dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija u s-sorsi tal-provvista tagħhom, ir-ristrutturar meħtieġ, l-aġġornament ambjentali u r-rinnovazzjoni tal-infrastruttura, teknoloġiji ndaf u l-modernizzazzjoni tas-setturi tal-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija li jkunu eliġibbli biex iressqu offerta;

    (b)

    jiżgura li jkunu biss dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija u s-sorsi tal-provvista tagħhom, għar-ristrutturar meħtieġ, għall-aġġornament ambjentali u r-rinnovazzjoni tal-infrastruttura, għat-teknoloġiji ndaf (bħat-teknoloġiji rinnovabbli) jew għall-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija , in-netwerks tat-tisħin distrettwali, l-effiċjenza fl-enerġija, il-ħażna tal-enerġija u s-setturi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija li jkunu eliġibbli biex iressqu offerta;

    Emenda 93

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    jiddefinixxi kriterji tal-għażla ċari, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji għall-klassifikazzjoni tal-proġetti, sabiex jiżgura li jintgħażlu proġetti li:

    (c)

    jiddefinixxi kriterji tal-għażla ċari, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji , b'konformità mal-objettivi tal-politika tal-UE dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 għall-klassifikazzjoni tal-proġetti, sabiex jiżgura li jintgħażlu proġetti li:

    Emenda 94

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – punt i

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (i)

    fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' diossidu tal-karbonju;

    (i)

    fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' diossidu tal-karbonju li jkun proporzjonat għad-daqs tal-proġetti; Meta l-proġetti jkollhom x'jaqsmu mal-produzzjoni tal-elettriku, l-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra għal kull kilowatt-siegħa ta' elettriku prodott fl-installazzjoni ma għandhomx ikunu iktar minn 450 gramma ta' ekwivalenti ta' CO2 wara t-tlestija tal-proġett. Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 30b sabiex tEmenda din id-Direttiva billi tiddefinixxi, għall-proġetti relatati mal-produzzjoni tas-sħana, il-massimu totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għal kull kilowatt-siegħa ta' sħana prodotta fl-installazzjoni li m'għandux jinqabeż.

    Emenda 95

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – punt ii

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (ii)

    huma addizzjonali, jwieġbu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jipprovdux żieda mmotivata mis-suq fid-domanda għall-enerġija;

    (ii)

    huma addizzjonali, għalkemm jistgħu jintużaw biex jintlaħqu l-miri rilevanti stabbiliti skont il-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, iwieġbu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jipprovdux żieda mmotivata mis-suq fid-domanda għall-enerġija;

    Emenda 96

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – punt iiia (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (iiia)

    ma jikkontribwixxux għal produzzjoni ġdida ta' enerġija mill-faħam u lanqas ma jżidu d-dipendenza fuq il-faħam;

    Emenda 97

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sat-30 ta' Ġunju 2019, kull Stat Membru li beħsiebu juża allokazzjoni bla ħlas mhux obbligatorja għandu jippubblika qafas nazzjonali dettaljat li jistabbilixxi l-proċess ta' offerti kompetittiv u l-kriterji tal-għażla għal konsultazzjoni pubblika.

    Sat-30 ta' Ġunju 2019, kwalunkwe Stat Membru li jkun biħsiebu juża allokazzjoni bla ħlas tranżitorja u mhux obbligatorja għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija għandu jippubblika qafas nazzjonali dettaljat li jistabbilixxi l-proċess ta' offerti kompetittiv u l-kriterji tal-għażla għal konsultazzjoni pubblika.

    Emenda 98

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Fejn investimenti b'valur ta' inqas minn EUR10 miljun huma appoġġjati b'allokazzjoni bla ħlas, l-Istat Membru għandu jagħżel il-proġetti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom jiġu ppubblikati għall-kummenti tal-pubbliku . Fuq il-bażi ta' dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi u jissottometti lista ta' investimenti lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2019.

    Fejn investimenti b'valur ta' inqas minn EUR10 miljun huma appoġġjati b'allokazzjoni bla ħlas, l-Istat Membru għandu jagħżel il-proġetti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti , b'mod konsistenti mal-ilħuq tal-għanijiet fit-tul tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni. Dawk il-kriterji għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika, sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-aċċessibbiltà totali tad-dokumenti rilevanti, u għandhom iqisu l-kummenti mqajma mill-partijiet interessati. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom jiġu ppubblikati għal raġunijiet ta' konsultazzjoni pubblika . Fuq il-bażi ta' dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi u jissottometti lista ta' investimenti lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2019.

    Emenda 99

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Il-valur tal-investimenti maħsuba għandu jkun tal-anqas ugwali għall-valur tas-suq tal-allokazzjoni bla ħlas, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni lill-ħtieġa li jiġu limitati ż-żidiet fil-prezzijiet konnessi direttament. Il-valur tas-suq għandu jkun il-medja tal-prezz tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja preċedenti.

    3.   Il-valur tal-investimenti maħsuba għandu jkun tal-anqas ugwali għall-valur tas-suq tal-allokazzjoni bla ħlas, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni lill-ħtieġa li jiġu limitati ż-żidiet fil-prezzijiet konnessi direttament. Il-valur tas-suq għandu jkun il-medja tal-prezz tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja preċedenti. Jistgħu jiġu appoġġjati sa 75 % tal-ispejjeż rilevanti ta' investiment.

    Emenda 100

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-ġeneraturi tal-elettriku u l-operaturi tan-netwerks li jibbenefikaw jirrapportaw sat-28 ta' Frar ta' kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti magħżula tagħhom. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dan lill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tagħmel it-tali rapporti pubbliċi .

    6.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-ġeneraturi tal-enerġija u l-operaturi tan-netwerks li jibbenefikaw jirrapportaw kull sena, sal-31 ta'Marzu ta' kull sena, dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti magħżula tagħhom , inklużi l-bilanċ bejn l-allokazzjoni bla ħlas u n-nefqa tal-investiment imġarrba, it-tipi ta' investimenti appoġġjati u l-mod kif kisbu l-għanijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 . L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dan lill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tagħmel it-tali rapporti disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw u janalizzaw arbitraġġ potenzjali fir-rigward tal-livell limitu ta' EUR 10 miljuni għal proġetti żgħar u għandhom jipprevjenu l-qsim mhux ġustifikat ta' investiment fi proġetti iżgħar billi jiġi eskluż li jsir aktar minn investiment wieħed fl-istess installazzjoni benefiċjarja.

    Emenda 101

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 6a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    6a.     F'każ ta' suspett raġonevoli ta' irregolaritajiet jew nuqqas minn Stat Membru li jirrapporta skont il-paragrafi 2 sa 6, il-Kummissjoni Ewropea tista' twettaq investigazzjoni indipendenti, u fejn meħtieġ tkun assistita minn parti terza kontraenti. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga wkoll ksur possibbli ieħor, bħan-nuqqas ta' implimentazzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kemm l-informazzjoni kollha dwar l-investimenti kif ukoll l-aċċess sħiħ li l-investigazzjoni teżiġi, inkluż l-aċċess għall-installazzjonijiet u s-siti tal-bini. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar dik l-investigazzjoni.

    Emenda 102

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10c – paragrafu 6b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    6b.     Fil-każ ta' ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, inkluż it-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, jew tal-kriterji stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' teħtieġ li l-Istat Membru jissospendi l-allokazzjoni bla ħlas.

    Emenda 149

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Fond li jappoġġja l-investiment fl-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija u  t-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri li kellhom PDG per capita taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013, għandu jiġi stabbilit għall-perjodu 2021- 30 u jkun iffinanzjat kif stabbilit fl-Artikolu 10.

    1.    Għandu jiġi stabbilit fond li jappoġġja u jingrana l-investimenti fl-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija , inkluż it-tisħin distrettwali, fit-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri b'PDG per capita taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013, fl-2014, jew fl-2015, għall-perjodu 2021- 2030 u li jkun iffinanzjat kif stabbilit fl-Artikolu 10.

    Emenda 104

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 1 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-investimenti appoġġjati għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva u l-Fond Ewropew għal Investiment Strateġiċi.

    L-investimenti appoġġjati għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament ugwali u ġestjoni finanzjarja tajba, u għandhom joffru l-aħjar valur għall-flus . Huma għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva u mal-għanijiet fit-tul tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija mal-Fond Ewropew għal Investiment Strateġiċi , u għandhom :

     

    (i)

    Jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-enerġija, għas-sistemi tal-enerġija rinnovabbli, għall-ħżin tal-enerġija u għas-setturi tal-interkonnessjoni, tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku; meta l-proġetti jkollhom x'jaqsmu mal-produzzjoni tal-elettriku, l-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra għal kull kilowatt-siegħa ta' elettriku prodott fl-installazzjoni ma għandhomx ikunu iktar minn 450 gramma ta' ekwivalenti ta' CO2 wara t-tlestija tal-proġett. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 30b sal-1 ta' Jannar 2021 sabiex tEmenda din id-Direttiva billi tiddefinixxi, għall-proġetti relatati mal-produzzjoni tas-sħana, il-massimu totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għal kull kilowatt-siegħa ta' sħana prodotta fl-installazzjoni li m'għandux jinqabeż.

     

    (ii)

    Abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' diossidu tal-karbonju;

     

    (iii)

    Ikunu addizzjonali, għalkemm jistgħu jintużaw biex jintlaħqu l-miri rilevanti stabbiliti skont il-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, jirreaġixxu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jwasslux għal żieda mmexxija mis-suq fid-domanda għall-enerġija;

     

    (iv)

    Ma jikkontribwixxux għal produzzjoni ġdida ta' enerġija mill-faħam u lanqas ma jżidu d-dipendenza fuq il-faħam;

    Emenda 105

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt rieżami r-rekwiżiti stipulati f'dan il-paragrafu, b'kunsiderazzjoni tal-Istrateġija dwar il-Klima tal-BEI. Jekk, abbażi tal-progress teknoloġiku, wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu jsiru irrilevanti, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 30b sa l-2024 bl-għan li tEmenda din id-Direttiva billi tiddefinixxi rekwiżiti ġodda jew aġġornati.

    Emenda 106

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Il-fond għandu jiffinanzja wkoll proġetti ta' investiment ta' skala żgħira fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija. Għal dan il-għan, il-bord għall-investimenti għandu jiżviluppa linji gwida u kriterji ta' għażla għall-investiment speċifiċi għal proġetti bħal dawn.

    2.   Il-fond għandu jiffinanzja wkoll proġetti ta' investiment ta' skala żgħira fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija. Għal dan il-għan, il-bord għall-investimenti għandu jiżviluppa linji gwida għall-investiment u kriterji ta' għażla speċifiċi għal proġetti bħal dawn , b'konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva u mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 1. Dawk il-kriterji ta' għażla għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

     

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, proġett ta' investiment fuq skala żgħira jfisser proġett iffinanzjat permezz ta' self ipprovdut minn bank promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' programm nazzjonali li jservi għanijiet speċifiċi konformi ma' dawk tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, sakemm ma jintużax aktar minn 10 % tas-sehem tal-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIb.

    Emenda 107

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a.     Kwalunkwe Stat Membru benefiċjarju li jkun iddeċieda li jagħti allokazzjoni tranżitorja bla ħlas skont l-Artikolu 10c jista' jittrasferixxi dawk il-kwoti għas-sehem tiegħu tal-Fond għall-Modernizzazzjoni stabbilit fl-Anness IIb u jallokahom skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10d.

    Emenda 108

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 4 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.    Il-fond għandu jkun ikkontrollat minn bord għall-investimenti kumitat ta' ġestjoni , li għandhom ikunu komposti minn rappreżentanti mill-Istati Membri li qed jibbenefikaw , il-Kummissjoni , il-BEI u tliet rappreżentanti eletti mill-Istati Membri l-oħra għal perjodu ta' 5 snin . Il-bord għall-investimenti għandu jkun responsabbli biex jiddetermina politika ta' investiment fil-livell tal-Unjoni, strumenti ta' finanzjament xierqa kriterji ta' għażla għall-investimenti .

    4.    L-Istati Membri benefiċjarji għandhom ikunu responsabbli għall-governanza tal-fond, għandhom jistabbilixxu , b'mod konġunt, bord għall-investimenti magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru benefiċjarju , il-Kummissjoni u tliet osservaturi minn partijiet interessati bħalma huma l-federazzjonijiet industrijali, it-trade unions jew l-NGOs . Il-bord għall-investimenti għandu jkun responsabbli biex jiddetermina politika ta' investiment fil-livell tal-Unjoni, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu konsistenti mal-politiki tal-Unjoni .

     

    Għandu jiġi stabbilit bord konsultattiv, li jkun indipendenti mill-bord għall-investimenti. Il-bord konsultattiv għandu jkun magħmul minn tliet rappreżentanti mill-Istati Membri benefiċjarji, tliet rappreżentanti mill-Istati Membri mhux benefiċjarji, rappreżentant tal-Kummissjoni, rappreżentant tal-BEI u rappreżentant tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), magħżula għal perjodu ta' ħames snin. Ir-rappreżentanti tal-bord konsultattiv għandu jkollhom livell għoli ta' esperjenza tas-suq rilevanti rigward l-istrutturar u l-finanzjament tal-proġetti. Il-bord konsultattiv għandu jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet lill-bord għall-investimenti dwar l-eliġibilità ta' proġett għall-għażla, dwar id-deċiżjonijiet ta' investiment u ta' finanzjament, u dwar kwalunkwe għajnuna għall-iżvilupp ulterjuri skont kif ikun meħtieġ.

    Il-kumitat ta' ġestjoni għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum tal-fond.

    Għandu jiġi stabbilit kumitat ta' ġestjoni. Il-kumitat ta' ġestjoni għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum tal-fond.

    Emenda 109

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 4 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-bord għall-investimenti għandu jeleġġi rappreżentant mill-Kummissjoni bħala president . Il-bord għall-investimenti għandu jistinka biex jieħu deċiżjonijiet b'kunsens. Jekk il-bord għall-investimenti ma jistax jiddeċiedi b'kunsens fl-iskadenza stabbilita mill-president, il-bord għall-investimenti għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' maġġoranza sempliċi.

    Il-president tal-bord għall-investimenti għandu jkun elett minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta' sena . Il-bord għall-investimenti għandu jistinka biex jieħu deċiżjonijiet b'kunsens. Il-bord konsultattiv għandu jadotta l-opinjoni tiegħu permezz ta' maġġoranza sempliċi.

    Emenda 110

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 4 – subparagrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-kumitat ta' ġestjoni għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti maħtura mill-bord għall-investimenti. Id-deċiżjonijiet tal-kumitat ta' ġestjoni għandhom jittieħdu permezz ta' maġġoranza sempliċi .

    Il-bord għall-investimenti, il-bord konsultattiv u l-kumitat ta' ġestjoni għandhom joperaw b'mod miftuħ u trasparenti. Il-minuti tal-laqgħat taż-żewġ bordijiet għandhom jiġu ppubblikati. Il-kompożizzjoni tal-bord għall-investimenti u tal-bord konsultattiv għandha tiġi ppubblikata u s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandhom jiġu aġġornati regolarment . Il-bord għall-investimenti u l-bord konsultattiv għandhom, fuq bażi kontinwa, jivverifikaw li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess. Kull sitt xhur, il-bord konsultattiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lista tal-konsulenza pprovduta għall-proġetti.

    Emenda 111

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 4 – subparagrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Jekk il-BEI jirrakkomanda li investiment ma jiġix iffinanzjat u jagħti raġunijiet għal din ir-rakkomandazzjoni , deċiżjoni għandha tiġi adottata biss jekk maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha jivvotaw favur tagħha. L-Istat Membru li fih ikun se jitwettaq l-investiment u l-BEI ma għandhomx ikunu intitolati li jivvotaw f'dan il-każ. Iż-żewġ sentenzi ta' qabel ma għandhomx japplikaw għal proġetti żgħar iffinanzjati permezz ta' self ipprovdut minn bank promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' programm nazzjonali li jservi għanijiet speċifiċi f'konformità mal-għanijiet tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, sakemm taħt il-programm ma jintużax iżjed minn 10 % tas-sehem tal-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIb.

    Jekk il-BEI jirrakkomanda lill-bord konsultattiv biex investiment ma jiġix iffinanzjat u jagħti raġunijiet għalfejn dan l-investiment mhuwiex konformi mal-politika ta' investiment adottata mill-bord għall-investimenti u mal-kriterji ta' għażla stipulati fil-paragrafu 1 , opinjoni pożittiva għandha tiġi adottata biss jekk maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha jivvotaw favur tagħha. L-Istat Membru li fih ikun se jitwettaq l-investiment u l-BEI ma għandhomx ikunu intitolati li jivvotaw f'dan il-każ.

    Emenda 112

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 5 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.   L-Istati Membri li jibbenefikaw għandhom jirrapportaw kull sena lill-kumitat ta' ġestjoni dwar l-investimenti ffinanzjati mill-fond. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jinkludi:

    5.   L-Istati Membri benefiċjarji għandhom jirrapportaw kull sena lill-bord għall-investimenti u lill-bord konsultattiv dwar l-investimenti ffinanzjati mill-fond. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jinkludi:

    Emenda 113

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.   Kull sena, il-kumitat ta' ġestjoni għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-esperjenza bl-evalwazzjoni u l-għażla tal-investimenti. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-bażi li fuqha jkunu ntgħażlu l-proġetti sal-31 ta' Diċembru 2024 u, fejn xieraq, tagħmel proposti lill-kumitat ta' ġestjoni .

    6.   Kull sena, il-bord konsultattiv għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-esperjenza bl-evalwazzjoni u l-għażla tal-investimenti. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-bażi li fuqha jkunu ntgħażlu l-proġetti sal-31 ta' Diċembru 2024 u, fejn xieraq, tagħmel proposti lill-bord għall-investimenti u lill-bord konsultattiv .

    Emenda 114

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 7

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10d – paragrafu 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu  23 biex timplimenta dan l-Artikolu .

    7.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu  30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-operazzjoni effettiva tal-Fond għall-Modernizzazzjoni .

    Emenda 115

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (8a)

    Fl-Artikolu 11(1), jiżdied is- subparagrafu li ġej:

    “Mill-2021 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li matul kull sena kalendarju kull operatur jirrapporta l-attività tal-produzzjoni għall-aġġustamenti tal-allokazzjoni b'konformità mal-Artikolu 10a paragrafu 7.”

    Emenda 116

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 8b (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (8b)

    Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3a.     F'każ ta' suspett raġonevoli ta' irregolaritajiet jew nuqqas minn Stat Membru li jipprovdi l-lista u l-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3, il-Kummissjoni tista' tibda investigazzjoni indipendenti, u fejn meħtieġ tkun assistita minn parti terza kontraenti. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha u l-aċċess kollu meħtieġa għall-investigazzjoni, inkluż aċċess għall-installazzjonijiet u għad-data tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-istess regoli ta' kunfidenzjalità dwar informazzjoni kummerċjalment sensittiva bħall-Istat Membru kkonċernat u għandha tippubblika rapport dwar dik l-investigazzjoni.”

    Emenda 117

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 10a (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 12 – paragrafu 3a

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (10a)

    Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3a huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3a.   M'għandux jinħoloq obbligu biex wieħed iċedi l-kwoti rigward emissjonijiet verifikati bħala emissjonijiet maqbuda u trasportati għal ħażna permanenti lejn faċilità li għaliha jkun hemm permess fis-seħħ taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' April 2009 dwar il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju1.”

     

    “3a.   M'għandux jinħoloq obbligu biex wieħed iċedi l-kwoti rigward emissjonijiet verifikati bħala emissjonijiet maqbuda u trasportati għal ħażna permanenti lejn faċilità li għaliha jkun hemm permess fis-seħħ taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' April 2009 dwar il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju1 , u lanqas fir-rigward tal-emissjonijiet ivverifikati bħala maqbuda u/jew użati mill-ġdid f'applikazzjoni li tiżgura rabta permanenti tas-CO2, għall-iskop tal-qbid u l-użu mill-ġdid tal-karbonju .”

    Emenda 118

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 14 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (12)

    Fl-Artikolu 14 (1) , it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

    (12)

    Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

     

    “Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu  23 .”;

     

    “1.     Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu  30b biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet u, fejn ikun rilevanti, dejta tal-attivitajiet, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-dejta dwar it-tunellati-kilometri għall-iskop ta' applikazzjoni skont l-Artikoli 3e jew 3f, li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-Anness IV u l-ispeċifikazzjoni għall-potenzjal għat-tisħin globali ta' kull gass serra fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet għal dak il-gass .”;

    “Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha taġġusta r-regoli eżistenti dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012  (*3) sabiex jitneħħew l-ostakoli regolatorji għall-investiment f'teknoloġiji aktar riċenti b'emissjoni baxxa ta' karbonju bħall-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU). Dawk ir-regoli l-ġodda għandhom ikunu effettivi għat-teknoloġiji CCU kollha sa mill-1 ta' Jannar 2019.

    Dak ir-regolament għandu jiddetermina wkoll proċeduri ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika simplifikati għall-emittenti ż-żgħar.

    Emenda 119

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 13

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 15 – paragrafi 4 u 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (13)

    Fl-Artikolu 15, il-ħames subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

    (13)

    Fl-Artikolu 15, ir-raba' u l-ħames paragrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

     

    “Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu  23 .”;

     

    “Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu  30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-verifika ta' rapporti dwar l-emissjonijiet abbażi tal-prinċipji stipulati fl-Anness V, u għall-akkreditament u s-superviżjoni tal-verifikaturi. Hi għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-akkreditament u t-tneħħija tal-akkreditament, għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-entitajiet tal-akkreditament, kif ikun xieraq.”

    Emenda 120

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 13a (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 16 – paragrafu 7

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (13a)

    Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    7.   Meta talbiet bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu 5 huma indirizzati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu  23 (1) skont ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat.

     

    7.   Meta talbiet bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu 5 huma indirizzati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu  30c (1) skont ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat.

    Emenda 121

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 14

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 16 – paragrafu 12

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    12.   Fejn xieraq, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati rigward il-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu  22a .

    12.   Fejn xieraq, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati rigward il-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu  30c(2) .

    Emenda 122

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 15

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 19 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (15)

    Fl-Artikolu 19 (3) , (ii) it-tielet sentenza hija mibdula b'dan li ġej:

    (15)

    Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

     

    “Għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet biex jimplimentaw regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti fi ftehimiet biex jiġu konnessi l-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23.”;

     

    “3.     Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30b sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-istabbiliment ta' sistema standardizzata u sigura ta' uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet fil-forma ta' databases elettroniċi u standardizzati li jkun fihom elementi ta' dejta komuni sabiex jittraċċjaw il-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti, sabiex jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku u l-kunfidenzjalità kif xieraq u sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda trasferiment li jkun inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Protokoll ta' Kyoto. Dawk l-atti delegati għandhom jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-identifikazzjoni ta' CERs u ERUs fl-EU ETS u dwar il-monitoraġġ tal-livell ta' tali użu. Dawk l-atti għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet biex jimplimentaw regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti fi ftehimiet biex jiġu konnessi l-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet.”

    Emenda 123

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 15a (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 21 – paragrafu 1

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (15a)

    Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijet, l-applikazzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtaġġ, il-verifika u l-akkreditament u l-kwistjonijiet relatati mal-konformità ma' din id-Direttiva u t-trattament fiskali tal-kwoti, jekk ikun hemm minnhom. L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2005. Ir-rapport għandu jiġi mfassal fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew deskrizzjoni fil-qosor abbozzati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE. Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni fil-qosor għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni tal-ewwel rapport.”

     

    “1.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-miżuri finanzjarji skont l-Artikolu 10a(6), il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijet, l-applikazzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtaġġ, il-verifika u l-akkreditament u l-kwistjonijiet relatati mal-konformità ma' din id-Direttiva u t-trattament fiskali tal-kwoti, jekk ikun hemm minnhom. L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2005. Ir-rapport għandu jiġi mfassal fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew deskrizzjoni fil-qosor abbozzati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE. Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni fil-qosor għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni tal-ewwel rapport.”

    Emenda 124

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 15b (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (15b)

    Fl-Artikolu 21, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “2a.     Ir-rapport għandu, bl-użu ta' dejta pprovduta permezz tal-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 18b, jinkludi lista tal-operaturi suġġetti għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva li ma jkunux fetħu kont ta' reġistru.”

    Emenda 125

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 15c (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (15c)

    Fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3a.     F'każ ta' suspett raġonevoli ta' irregolaritajiet jew nuqqas minn Stat Membru li jirrapporta skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjoni indipendenti, u fejn meħtieġ tkun assistita minn parti terza kontraenti. L-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u l-aċċess kollu li l-investigazzjoni teżiġi, inkluż l-aċċess għall-installazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-investigazzjoni.”

    Emenda 126

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 16

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 22 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu  23 .

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu  30b biex temenda din id-direttiva billi tistabbilixxi elementi mhux essenzjali tal-Annessi ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Annessi I, IIa u IIb .

    Emenda 127

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 17

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 22a – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (17)

    Jiddaħħal l-Artikolu  22a li ġej:

    (17)

    Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    “Artikolu  22a

    “Artikolu  30c

    Il-proċedura ta' kumitat”

    Il-proċedura ta' kumitat”

    Emenda 128

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 18

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 23 – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    “Artikolu  23

    “Artikolu  30b

    L-eżerċitar tad-delega”

    L-eżerċitar tad-delega”

    Emenda 129

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 19 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Mill-2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, skont din id-Direttiva, għall-attivitajiet u għall-gassijiet serra li mhumiex imniżżla fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha rilevanti, speċjalment l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-iskema Komunitarja u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' rrappurtar li tkun ippjanata, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet u gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni.

    Mill-2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, skont din id-Direttiva, għall-attivitajiet u għall-gassijiet serra li mhumiex imniżżla fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha rilevanti, speċjalment l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-EU ETS u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' rrappurtar li tkun ippjanata, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta' tali attivitajiet ta' tali gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni. Kwalunkwe inklużjoni unilaterali bħal din għandha tiġi proposta u approvata sa mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel il-bidu ta' perijodu ġdid ta' skambju fl-EU ETS.

    Emenda 130

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 19 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Skont l-atti delegati li l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta skont l-Artikolu  23, jekk l-inklużjoni tirreferi għal attivitajiet u gassijiet serra li mhumiex elenkati fl-Anness I.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu  30b biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-approvazzjoni tal-inklużjoni tal-attivitajiet u l-gassijiet serra msemmija fl-ewwel subparagrafu fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet jekk dik l-inklużjoni tirreferi għal attivitajiet u gassijiet serra li mhumiex elenkati fl-Anness I.

    Emenda 131

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 19 – punt b

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 24 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    it-tieni subparagrafu tal-paragrafu  3 huwa mibdul b'dan li ġej:

    (b)

    il-paragrafu  3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

     

    “Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati għal regolament bħal dan għall-monitoraġġ u  r-rapportar tal-emissjonijiet d-dejta tal-attività skont l-Artikolu 23 .”;

     

    “3.     Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati , skont l-Artikolu 30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti ddettaljati għall-monitoraġġ u  r-rappurtar ta' attivitajiet, installazzjonijiet gassijiet serra li m'humiex elenkati bħala kombinament fi grupp wieħed fl-Anness I, jekk il-monitoraġġ u r-rappurtar jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti .”;

    Emenda 132

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 20 – punt a

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 24a – paragrafu 1 – subparagrafi 1 u 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

     

    “Miżuri bħal dawn għandhom ikunu konsistenti mal-atti adottati skont l-Artikolu 11b(7). Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23 .”;

     

    “1.     Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu  30 b , biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi, apparti l-inklużjonijiet previsti fl-Artikolu 24, arranġamenti dettaljati għall-ħruġ ta' kwoti jew krediti fir-rigward tal-proġetti amministrati minn Stati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li ma jkunux koperti mill-EU ETS .”

    Emenda 133

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 22

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 25a – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Meta pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż li jinżlu fil-Komunità , il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu  23 (1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tistipula l-aħjar interazzjoni bejn l-iskema tal-Komunità u l-miżuri ta' dak il-pajjiż.

    1.   Meta pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż li jinżlu fl-Unjoni , il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu  30c (1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tistipula l-aħjar interazzjoni bejn l-EU ETS u l-miżuri ta' dak il-pajjiż terz .

    Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' taddotta emendi biex tipprovdi għal tijiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat sabiex dawn jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex tipprovdi għal kull emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I  li hija meħtieġa minn ftehim skont ir-raba' subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta emendi bħal dawn skont l-Artikolu 23.

    Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tipprovdi għal titjiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat sabiex dawn jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex tipprovdi għal kull emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I meħtieġa minn tali ftehim .

    Emenda 134

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 22a (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 27 – paragrafu 1

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (22a)

    Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Wara li jikkonsultaw lill-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu , mill-iskema Komunitarja, installazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta' inqas minn 25 000  tunnellata ekwivalenti ta' dijossidju tal-karbonju u, meta jwettqu attivitajiet ta' kombustjoni, ikollhom kapaċità termika nominali ta' inqas minn 35 MW , esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f'kull waħda mit-3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija fil-punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    “1.   Wara li jikkonsultaw lill-operatur u bi ftehim mal-operatur , l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-EU ETS installazzjonijiet operati minn SME li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta' inqas minn 50 000  tunnellata ekwivalenti ta' dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f'kull waħda mit-3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija fil-punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-installazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li japplikaw għal dik l-installazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qegħdin fis-seħħ, qabel ma l-lista ta' installazzjonijiet taħt l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata u mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

    (a)

    jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-installazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li japplikaw għal dik l-installazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qegħdin fis-seħħ u jispeċifika kif dawk il-miżuri mhux se jirriżultaw fi spejjeż ta' konformità ogħla għal dawn l-installazzjonijiet , qabel ma l-lista ta' installazzjonijiet taħt l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata u mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

    (b)

    jikkonferma li hemm arranġamenti ta' monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta' 25 000  tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja; L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jkun hemm miżuri simplifikati ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-installazzjonijiet b'emissjonijiet annwali vverifikati bejn l-2008 u l-2010 li jkunu inqas minn 5 000 tunnellata fis-sena, skont l-Artikolu 14;

    (b)

    jikkonferma li hemm arranġamenti ta' monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta' 50 000  tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja; L-Istati Membri , fuq talba ta' operatur, għandhom jippermettu li jkun hemm miżuri simplifikati ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-installazzjonijiet b'emissjonijiet annwali vverifikati bejn l-2008 u l-2010 li jkunu inqas minn 5 000 tunnellata fis-sena, skont l-Artikolu 14;

    (c)

    jikkonferma li jekk xi istallazzjoni tkun sors ta' 25 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l-miżuri li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid fl-iskema Komunitarja ;

    (c)

    jikkonferma li jekk xi istallazzjoni tkun sors ta' 50 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l-miżuri li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid fl-EU ETS ;

    (d)

    jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c)  għall-kummenti mill-pubbliku .

    (d)

    jagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c)  disponibbli għall-pubbliku .

    L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti.”

    L-isptarijiet jistgħu jkunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti.”

    Emenda 135

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 22b (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 27a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (22b)

    Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

     

    “Artikolu 27a

     

    Esklużjoni ta' installazzjonijiet żgħar mhux soġġetti għal miżuri ekwivalenti

     

    1.     Wara konsultazzjoni mal-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-EU ETS, installazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta' anqas minn 5 000 tunnellata ta' ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju, esklużi emissjonijiet mill-bijomassa, f'kull sena mit-tliet snin qabel in-notifika skont il-punt (a), jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

     

    (a)

    jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-installazzjonijiet qabel ma l-lista ta' installazzjonijiet skont l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata jew mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

     

    (b)

    jikkonferma li hemm arranġamenti ta' monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe installazzjoni tkunx is-sors ta' 5 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja;

     

    (c)

    jikkonferma li jekk kwalunkwe installazzjoni tkun is-sors ta' 5 000  tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunkwe sena kalendarja, l-installazzjoni tiddaħħal mill-ġdid fl-EU ETS, sakemm ma jkunx japplika l-Artikolu 27;

     

    (d)

    jagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) disponibbli għall-pubbliku.

     

    2.     Meta installazzjoni tiddaħħal mill-ġdid fl-EU ETS skont il-paragrafu 1(c), għandha tingħata kwalunkwe kwota maħruġa skont l-Artikolu 10a b'effett mis-sena tad-dħul mill-ġdid. Il-kwoti maħruġa lil dawn l-installazzjonijiet għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun se jiġi rkantat skont l-Artikolu 10(2) mill-Istat Membru li fih tkun tinsab l-installazzjoni.”

    Emenda 136

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 22c (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 29

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (22c)

    L-Artikolu 29 huwa Emenda t kif ġej:

    “Rapport biex jiżgura li s-suq tal-karbonju jiffunzjona aħjar

    “Rapport biex jiżgura li s-suq tal-karbonju jiffunzjona aħjar

    Jekk, fuq il-bażi tar-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni jkollha prova li s-suq tal-karbonju mhux qed jiffunzjona sewwa, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti li jkollhom l-objettiv li tiżdied it-trasparenza tas-suq tal-karbonju u miżuri biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu .”

    Jekk, fuq il-bażi tar-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni jkollha prova li s-suq tal-karbonju mhux qed jiffunzjona sewwa, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jinkludi taqsima ddedikata għall-interazzjoni bejn l-EU ETS u politiki oħra nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, fir-rigward tal-volumi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet, il-kosteffettività ta' tali politiki u l-impatt li għandhom fuq id-domanda għall-kwoti tal-EU ETS. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti leġiżlattivi li jkollhom l-objettiv li tiżdied it-trasparenza tal-EU ETS, li tiġi indirizzata l-kapaċità li jkun hemm kontribut għall-għanijiet tal-Unjoni għall-2030 l-2050 fir-rigward tal-klima u l-enerġija u li jiġu indirizzati miżuri biex jittejjeb il-funzjonament tagħha, inklużi miżuri li jqisu l-impatt ta' politiki komplementari madwar l-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-EU ETS .”

    Emenda 137

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 22d (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 30a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (22d)

    Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

     

    “Artikolu 30a

     

    Aġġustamenti b'segwitu għal analiżi globali skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi

     

    Fi żmien sitt xhur mid-djalogu faċilitattiv skont l-UNFCCC fl-2018 il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni li tivvaluta l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. B'mod partikolari, il-komunikazzjoni għandha teżamina r-rwol u l-adegwatezza tal-EU ETS biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.

     

    Fi żmien sitt xhur mill-eżerċizzju ta' rendikont globali fl-2023 u mir-rendikonti globali sussegwenti minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jivvaluta l-ħtieġa li l-azzjoni klimatika tal-Unjoni tiġi aġġustata kif ikun jeħtieġ il-każ.

     

    Ir-rapport għandu jikkunsidra l-aġġustamenti għall-EU ETS fil-kuntest tal-isforzi ta' mitigazzjoni globali u l-isforzi mwettqa minn ekonomiji ewlenin oħra. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jivvaluta l-ħtieġa ta' tnaqqis tal-emissjonijiet aktar strett, il-ħtieġa li jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u jekk humiex meħtieġa għodod u miżuri ta' politika addizzjonali sabiex jiġu ssodisfati l-impenji fir-rigward tal-gassijiet serra tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

     

    Ir-rapport għandu jqis ir-riskju ta' rilokazzjoni ta' emissjonijiet tal-karbonju, il-kompetittività tal-industriji Ewropej, l-investimenti fi ħdan l-Unjoni u l-politika ta' industrijalizzazzjoni tal-Unjoni.

     

    Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, u f'tali każ il-Kummissjoni għandha tippubblika, b'mod parallel, valutazzjoni sħiħa tal-impatt.”

    Emenda 138

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 22e (ġdid)

    Direttiva 2003/87/KE

    Anness I – paragrafu 3

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (22e)

    L-Anness I(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.

    Meta l-input termiku nominali totali ta' istallazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk tiddaħħalx fl-iskema Komunitarja , l-inputs termiċi nominali tal-junits tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu karburanti fi ħdan l-istallazzjoni, jingħaddu flimkien. Dawn il-junits jistgħu jinkludu kull tip ta' bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalkari tal-ġir , kalkari, fran, impjanti nixxiefa (dryers), magni, ċelluli tal-karburanti , junits tal-kombustjoni 'chemical looping' , torċi (flares) , u  impjanti termiċi jew katalitiċi tal-post-kombustjoni . Junits b'input termiku nominali taħt it-3 MW u  junits li jużaw biss il-bijomassa ma jitqisux għall-finijiet ta' dan il-kalkolu. ‘Junits li jużaw biss il-bijomassa’ jinkludu impjanti li jużaw il-karburanti fossili meta jitqabbdu jew meta jintfew biss.”

    “3.

    Meta l-input termiku nominali totali ta' istallazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk tiddaħħalx fl-EU ETS , l-inputs termiċi nominali tal-kompartimenti tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu l-karburanti fi ħdan l-istallazzjoni, jingħaddu flimkien. Dawk il-kompartimenti jistgħu jinkludu kull tip ta' bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalċinaturi , kalkari, fran, apparat tat-tnixxif (dryers), magni, ċelluli tal-fjuwil , kompartimenti tal-kombustjoni ‘chemical looping’ , apparat tal-ivvampjar , u  kompartimenti termiċi jew katalitiċi tal-postkombustjoni . Il-kompartimenti b'input termiku nominali taħt it-3 MW , il-kompartimenti ta' emerġenza li jintużaw biss biex jipproduċu l-elettriku għal konsum fuq il-post fil-każ ta' qtugħ tal-elettriku l-kompartimenti li jużaw biss il-bijomassa ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta' dan il-kalkolu. ‘Il-kompartimenti li jużaw biss il-bijomassa’ jinkludu kompartimenti li jużaw il-fjuwils fossili meta jitqabbdu jew meta jintfew biss.”

    Emenda 139

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1a (ġdid)

    Deċiżjoni (UE) 2015/1814

    Artikolu 1 – paragrafu 5 – subparagrafi 1a u 1b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 1a

     

    L-emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814

     

    Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 hija emendata kif ġej:

     

    Fl-Artikolu 1(5), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin mal-ewwel subparagrafu:

     

    “Permezz ta' deroga, sal-perijodu ta' reviżjoni msemmi fl-Artikolu 3, il-perċentwali msemmija f'dan is-subparagrafu għandhom jiġu rdoppjati. Ir-reviżjoni għandha tikkunsidra li tirdoppja r-rata ta' ammissjoni sakemm jerġa' jiġi stabbilit il-bilanċ tas-suq.

     

    Barra minn hekk, ir-reviżjoni għandha tintroduċi limitu fuq ir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq u, jekk ikun xieraq, ir-reviżjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva.”.


    (1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0003/2017).

    (15)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

    (15)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

    (16)   http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx

    (1a)   Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).

    (1b)   Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

    (1c)   Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).

    (17)  COM(2015)0080, li tistabbilixxi Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem

    (17)  COM(2015)0080, li tistabbilixxi Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem

    (18)   SEC(2015)XX

    (19)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li tikkonċerna l-istabbiliment u t-tħaddim ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet u li tEmenda d-Direttiva 2003/87/KE ( ĠU L […], […], p. […] ).

    (19)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/ 1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE ( ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1 ).

    (1a)   Kif definit fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE

    (*1)   Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

    (*2)   Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).


    Top