EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016XC1217(02)

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

ĠU C 474, 17.12.2016, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 474/6


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 474/07)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“MARCHE”

Nru tal-UE: IT-PGI-0005-01338 – 26.5.2015

DOO ( ) IĠP ( X )

1.   Isem (Ismijiet)

“Marche”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Marche” hija riservata għal żejt taż-żebbuġa straverġni magħmul minn żebbuġ imkabbar fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4.

Sabiex jiġi rilaxxat għall-konsum, iż-żejt taż-żebbuġa straverġni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Marche” għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

kulur: isfar/aħdar;

xamm/togħma:

Deskrittur

Medjan

Difetti

0

Togħma ta’ frott

3-7

Morr

2,5 -7

Punġenti

3-7

Ħaxix u/jew lewż u/jew qaqoċċ

2-6

Aċidità totali massima skont il-piż, espressa bħala aċidu olejku: 0,4 %

Valur tal-perossidu: ≤ 12 (meq O2\Kg)

Aċidu olejku: min. 72 %

Aċidu linoleiku: mass. 9 %

K232: mass. 2,2

K270: mass. 0,15

Delta K: mass. 0,005

Polifenoli totali: min. 200 mg/kg (determinati kulurmetrikalment u espressi bħala aċidu galliku)

L-IĠP “Marche” hija kkaratterizzata minn togħma ta’ frott aħdar medju u togħma punġenti u morra medja, b’varjazzjonijiet ħfief ‘il fuq jew ‘l isfel fl-intensità relatati mal-parametri agronomiċi/teknoloġiċi u mas-sena. It-togħma tal-frott hija kkaratterizzata minn noti erbaċeji friski akkumpanjati minn riħa tipika ta’ ħaxix, xi drabi akkumpanjati/mibdula b’irwejjaħ ta’ lewż u/jew qaqoċċ skont il-varjetà l-aktar użata.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Jintużaw tnax-il varjetà prinċipali, inkluż għaxra nattivi biex jipproduċu l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Marche”. Il-varjetajiet nattivi huma: Ascolana tenera, Carboncella, Coroncina, Mignola, Orbetana, Piantone di Falerone, Piantone di Mogliano, Raggia/Raggiola, Rosciola dei Colli Esini u Sargano di Fermo. Iż-żewġ varjetajiet l-oħrajn, Frantoio u Leccion jintużaw bi drawwa peress li dawn it-tnejn ilhom preżenti fiż-żona għal madwar seklu minn mindu saru komuni wara l-iffriżar aħrax fl-1905, 1929 u 1956 minħabba r-reżistenza tagħhom għall-kesħa kif ukoll għall-produttività kbira tagħhom. It-tnax il-varjetà msemmija hawn fuq għandhom ikunu preżenti fl-imsaġar taż-żebbuġ, waħedhom jew flimkien, f’minimu ta’ 85 %. Il-varjetajiet l-oħrajn huma permessi għal massimu ta’ 15 %.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Fl-istadji kollha fil-proċess tal-produzzjoni: jiġifieri l-kultivazzjoni, il-ħsad u l-estrazzjoni taż-żejt, għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Iż-żejt ta’ IĠP “Marche” għandu jiġi kkumerċjalizzat f’reċipjenti permessi mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ u li jesgħu mhux aktar minn ħames litri. Ir-reċipjenti għandhom jiġu ssiġillati u ttikkettati.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketta għandha turi l-kliem “olio extravergine di oliva “Marche” IGP” (“żejt taż-żebbuġa straverġni ta’ IĠP “Marche”) b’ittri distinti u li ma jitħassrux b’tali mod li jista’ jiġi distint mill-informazzjoni l-oħra kollha mogħtija fuq it-tikketta.

Huwa permess li jintużaw ismijiet, ismijiet tal-azjendi, ismijiet tal-kumpaniji, ismijiet tal-assoċjazzjoni jew trademarks privati, dment li dawn ma jkollhom l-ebda skop ta’ reklamar u mhumiex tali li jqarrqu bil-konsumatur.

L-ismijiet tal-azjendi, ishma u rziezet jistgħu jintużaw biss jekk il-prodott isir b’mod esklussiv miż-żebbuġ maħsud minn imsaġar taż-żebbuġ li jappartjenu għall-azjenda in kwistjoni. Referenza għall-ippakkjar f’azjenda taż-żebbuġ hija permessa biss jekk iż-żejt ikun ippakkjat fiż-żona in kwistjoni.

Dawn l-avviżi jistgħu jidhru fuq it-tikketta b’ittri li l-għoli u l-wisa’ tagħhom ma jaqbiżx in-nofs ta’ dawk użati biex jindikaw l-indikazzjoni ġeografika protetta.

Huwa permess li tuża l-kelma “monovarietale” [“varjetà unika”] segwita mill-kultivar elenkat fil-punt 3.3 użat.

Is-sena tal-produzzjoni taż-żebbuġ li minnu jkun sar iż-żejt għandha tkun indikata fuq it-tikketta.

Is-simbolu Ewropew tal-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun inkluż fuq it-tikketta, b’kulur CMYK jew iswed u abjad, f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Marche” tkopri l-muniċipalitajiet li ġejjin, it-territorji tagħhom li huma żoni tat-tkabbir taż-żebbuġ kapaċi li jipproduċu ż-żebbuġ bil-karatteristiċi ta’ kwalità meħtieġa. Hawn taħt qiegħda tingħata lista tal-muniċipalitajiet li jaqgħu fi ħdan iż-żona tal-IĠP “Marche”. Għall-muniċipalitajiet mhux inklużi fl-intier tagħhom, tingħata lista tal-iskedi tal-mappa li jaqgħu fiż-żona. Kull muniċipalità hija maqsuma fi skedi tal-mappa u rqajja’, u l-iskedi huma nnumerati separatament għal kull muniċipalità. Id-dokumentazzjoni kollha tingħata lill-Aġenzija tad-Dħul (Ir-Reġistru tal-Artijiet).

(a)   Muniċipalitajiet inklużi fl-intier tagħhom:

Acquaviva Picena, Agugliano, Altidona, Ancona, Appignano, Appignano del Tronto, Ascoli Piceno, Auditore, Barbara, Barchi, Belforte all’Isauro, Belforte del Chienti, Belmonte Piceno, Belvedere Ostrense, Camerano, Camerata Picena, Campofilone, Camporotondo di Fiastrone, Carassai, Cartoceto, Castel di Lama, Castelbellino, Castelfidardo, Castelleone di Suasa, Castelplanio, Castignano, Castorano, Chiaravalle, Cingoli, Civitanova Marche, Colli del Tronto, Colmurano, Corinaldo, Corridonia, Cossignano, Cupra Marittima, Cupramontana, Falconara Marittima, Falerone, Fano, Fermignano, Fermo, Filottrano, Folignano, Force, Fossombrone, Francavilla d’Ete, Fratte Rosa, Frontino, Gabicce Mare, Gradara, Grottammare, Grottazzolina, Gualdo, Isola del Piano, Jesi, Lapedona, Loreto, Loro Piceno, Lunano, Macerata, Macerata Feltria, Magliano di Tenna, Maiolati Spontini, Maltignano, Massa Fermana, Massignano, Mercatino Conca, Mergo, Mogliano, Mombaroccio, Mondavio, Mondolfo, Monsampietro Morico, Monsampolo del Tronto, Monsano, Montalto delle Marche, Montappone, Monte Cerignone, Monte Giberto, Monte Porzio, Monte Rinaldo, Monte Roberto, Monte San Giusto, Monte San Martino, Monte San Pietrangeli, Monte San Vito, Monte Urano, Monte Vidon Combatte, Monte Vidon Corrado, Montecalvo in Foglia, Montecarotto, Montecassiano, Monteciccardo, Montecopiolo, Montecosaro, Montedinove, Montefalcone Appennino, Montefano, Montefelcino, Montefiore dell’Aso, Montegiorgio, Montegranaro, Montegrimano Terme, Montelabbate, Monteleone di Fermo, Montelparo, Montelupone, Montemaggiore al Metauro, Montemarciano, Monteprandone, Monterubbiano, Montottone, Moresco, Morro d’Alba, Morrovalle, Numana, Offagna, Offida, Orciano di Pesaro, Ortezzano, Osimo, Ostra, Ostra Vetere, Palmiano, Pedaso, Peglio, Penna San Giovanni, Pergola, Pesaro, Petriano, Petriolo, Petritoli, Piagge, Piandimeleto, Pietrarubbia, Poggio San Marcello, Pollenza, Polverigi, Ponzano di Fermo, Porto Recanati, Porto San Giorgio, Porto Sant’Elpidio, Potenza Picena, Rapagnano, Recanati, Ripatransone, Ripe San Ginesio, Rosora, Rotella, Saltara, San Benedetto Del Tronto, San Costanzo, San Giorgio di Pesaro, San Lorenzo in Campo, San Marcello, San Paolo di Jesi, Santa Maria Nuova, Santa Vittoria in Matenano, Sant’Angelo in Pontano, Sant’Elpidio a Mare, Sant’Ippolito, Sassocorvaro, Sassofeltrio, Senigallia, Serra de’Conti, Serrungarina, Servigliano, Sirolo, Smerillo, Spinetoli, Staffolo, Tavoleto, Tavullia, Tolentino, Torre San Patrizio, Trecastelli, Treia, Urbino, Urbisaglia, Vallefoglia, Venarotta.

(b)   Muniċipalitajiet inklużi parzjalment (is-sing jindika li l-iskedi tal-mappa kadastali bejn iż-żewġ ċifri huma inklużi; pereżempju, 4-8 ifisser li l-iskedi tal-mappa 4, 5, 6, 7 u 8 huma inklużi):

Acquacanina - skedi tal-mappa 3, 7, 8; Acqualagna - skedi tal-mappa 1- 31, 34-54; Acquasanta Terme - skedi tal-mappa 12, 22-26, 34-39, 45-50, 57-67, 71, 73-84, 90-92, 95-98, 104, 105, 110-113; Amandola - skedi tal-mappa 1-26, 29-34, 40-50, 53-60, 65, 66, 68-70; Apecchio - skedi tal-mappa 2-7, 21; Apiro - skedi tal-mappa 1-20, 22-29, 33-41, 48-50, 53-55, 64, 65; Arcevia - skedi tal-mappa 1-39, 41-48, 52-59, 63-69, 73, 75-79, 84-90, 93-101, 103-109, 114-121, 123; Cagli - skedi tal-mappa 1-40, 42-61, 65-83, 85-104, 107-117, 122-138, 150-157, 176-180, 192-198; Caldarola - skedi tal-mappa 1, 2, 6, 8, 13-16, 22-25, 30; Camerino - skedi tal-mappa 1-9, 15-19, 25-28, 34-36, 43-50, 58-65, 71-75, 78-87, 89, 90, 102-124; Carpegna - skedi tal-mappa 1-24, 28-30; Castelraimondo - skedi tal-mappa 1, 3, 4, 10-22, 24-28, 30-32; Cerreto d’Esi - skedi tal-mappa 1-3, 8-20; Cessapalombo - skedi tal-mappa 1, 2, 4, 5, 7-9; Comunanza - skedi tal-mappa 1-16, 18-25, 27-30, 33-38, 41-44, 46-52, 54; Esanatoglia - skedi tal-mappa 2-4, 9-11, 13, 14, 17, 19, 20, 26; Fabriano - skedi tal-mappa 19-22, 25, 26, 39-43, 57-63, 80-87, 93-103, 117-122, 136-143, 153-159, 167-170, 177-180, 192-195, 208, 216, 225-227; Fiastra - skedi tal-mappa 1, 6-8, 10, 11, 14-17, 23-26, 32-37, 40, 45; Fiordimonte - skedi tal-mappa 1-7; Frontone - skedi tal-mappa 1-12, 15; Gagliole - skedi tal-mappa 6, 7, 11-13, 16-19, 21, 22; Genga - skedi tal-mappa 1-3, 7, 12, 18, 20, 24, 25, 29, 34, 40-42, 50-52, 60-63, 68-70; Matelica - skedi tal-mappa 11, 16-19, 21-26, 31-35, 40-45, 48-58, 60-83; Mercatello sul Metauro - skedi tal-mappa 27-29, 36, 47-51, 59-61, 69; Montefortino - skedi tal-mappa 6-8, 11, 12, 19, 22, 23, 28, 35, 46; Montegallo - skedi tal-mappa 7, 8, 13; Muccia - skedi tal-mappa 1, 4, 7-9, 11, 12, 18-21; Pieve Torina - skedi tal-mappa 2, 5-7, 23-25, 35-37; Pievebovigliana - skedi tal-mappa 1-16, 20, 21, 26; Piobbico - skedi tal-mappa 8, 16, 17; Pioraco - skedi tal-mappa 8-10, 12-15; Poggio San Vicino - skedi tal-mappa 1, 2, 5, 6, 11; Roccafluvione - skedi tal-mappa 1-22, 27-36, 38, 40-50, 52-60; San Ginesio - skedi tal-mappa 1-35, 37, 39-56, 59-64, 68-77; San Severino Marche - skedi tal-mappa 1-6, 13-26, 31-40, 45-51, 57-67, 68, 77-85, 90-100, 106-117, 120-128, 131-143, 148-159, 165-172, 181-186, 191-197; Sant’Angelo in Vado - skedi tal-mappa 1-49, 52-56, 60-64, 67-87; Sarnano - skedi tal-mappa 1-5, 7, 9-15, 21-24, 29-32, 36-39, 43-45; Sassoferrato - skedi tal-mappa 1-4, 6-9, 12-16, 21-25, 27-35, 37-46, 48-57, 61-68, 72-75, 82-88, 93-96, 100-102, 107-110, 117-119, 125-128, 136, 137; Serra San Quirico - skedi tal-mappa 1-3, 5-10, 16-20, 25-28, 32-36, 38-43, 45; Serra Sant’Abbondio - skedi tal-mappa 1-5, 7-10, 12, 15-17; Serrapetrona - skedi tal-mappa 9-13, 19, 20, 25, 26, 30, 31, 34; Urbania - skedi tal-mappa 1-16, 18, 19, 21-33, 38-44, 48-59, 64-69, 76, 77.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-reputazzjoni taż-żejt “Marche” tmur lura ħafna sekli u nżammet sal-lum il-ġurnata. L-eqdem referenzi storiċi jsemmu ż-żejt “di Marca” jew “de Marchia”, billi matul dawn l-aħħar żewġ sekli, il-forma plurali, jiġifieri ż-żejt “Marche” infirxet aktar, u tirreferi għall-isem tar-Reġjun li definittivament deher fid-digriet li annessaha mal-Istat Taljan fl-1860.

Iż-żejt tal-Marche u l-kwalità tiegħu huma msemmija fil-perjodu tas-“signorie” [sinjurija]. Fl-1228, id-dgħajjes mill-Marche li kienu jittrakkaw mal-ixtut tal-Po f’Ferrara kellhom iħallsu noll magħruf bħala ‘ripatico’ li jammonta għal 25 libbra żejt, li ġie attribwit bħala valur ogħla minn dak minn reġjuni oħra. Dan huwa kkonfermat mir-regoli tal-“Arte dei Ternieri” [xirka tal-bejjiegħa taż-żejt] f’Venezja, imfassla fl-1263, li speċifikaw li kellha ssir distinzjoni bejn iż-żejt “de Marchia” u dak minn prodotti simili oħrajn u mibjugħ mill-ġdid bi prezz ogħla minħabba l-kulur u t-togħma tiegħu.

Iż-żejt tal-Marche nbiegħ ukoll lill-kummerċjanti Fjorentini: fl-1347 il-persuni li jagħmlu s-suf ta’ Firenze importaw mhux anqas minn 2 500“orci” [qsari tat-terrakotta] ta’ żejt taż-żebbuġa mill-Marche. Dawn l-esportazzjonijiet lejn reġjuni oħrajn komplew sa nofs is-seklu 17. Fl-aħħar nett, f’ittra ta’ Frar tal-1828, il-poeta kbir mill-Marche Giacomo Leopardi għarraf lil missieru li “l’olio della Marca” [iż-żejt minn La Marca] kien ukoll famuż barra mir-reġjun.

Ir-reputazzjoni antika baqgħet l-istess matul is-sekli u, issa aktar minn qatt qabel, iż-żejt tal-Marche qed jiġi mfittex u apprezzat minħabba l-karatteristiċi tiegħu. Dan jintwera mill-akkollati numerużi riċevuti fil-livell nazzjonali u internazzjonali f’dawn l-aħħar snin minn ditti kummerċjali mill-Marche (imsemmi l-aqwa żejt Taljan magħsur b’mod tradizzjonali mill-Unione Mediterranea Assaggiatori Oli [Unjoni Mediterranja tad-Dewwieqa taż-Żejt], it-Tazza tad-Dinja Kulinari f’Expogast, il-Premju Internazzjonali taż-Żejt taż-Żebbuġa f’Zürich, il-Fiera tal-Kontea ta’ Los Angeles, Der Feinschmecker, il-Premju Due Olive ta’ Slow Food, BioFach, AVPA f’Pariġi, il-Kompetizzjoni Internazzjonali taż-Żejt taż-Żebbuġa fi New York, il-Kompetizzjoni Globali taż-Żejt taż-Żebbuġa f’Shanghai, il-Premji Internazzjonali taż-Żejt taż-Żebbuġa f’Copenhagen, l-Orciolo d’oro ta’ Enohobby, l-Ercole Olivario).

Fattur ieħor huwa kemm inxtered l-isem, kemm fil-kummerċ kif ukoll fil-lingwa ta’ kuljum, u ta’ dan hemm evidenza bil-bosta. B’mod l-aktar sinfikanti, l-ittajpjar tal-kliem “olio Marche” fil-magni tat-tiftix ewlenin itella’ eluf ta’ dokumenti, li ħafna minnhom huma partikolarment importanti u jixhdu kemm l-isem huwa magħruf fost dawk li jifhmu, ibda min-negozji.

Fil-kummerċ, it-tixrid tal-isem f’dawn l-aħħar snin kien limitat b’regoli Ewropej dwar l-indikazzjonijiet tal-orġini (ir-Regolament (KE) Nru 2815/98, ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 u r-Regolament (UE) Nru 29/2012). Madankollu, id-domanda fis-suq wasslet lil bosta produtturi sabiex jibqgħu jużaw ir-referenza ġeografika “olio Marche”, kif muri mill-bosta penali mogħtija mid-dipartiment rilevanti fil-Ministeru tal-Politika tal-Agrikoltura, Ikel u Forestrija.

Din ir-reputazzjoni pożittiva li jgawdi minnha ż-żejt tal-Marche bla dubju tirriżulta mill-karatteristiċi ta’ kwalità tiegħu, li huma dovuti għal fatturi relatati mal-ħamrija u l-klima, teknoloġiċi u soċjoekonomiċi.

Iż-żejt tal-Marche huwa prodott rikonoxxut li għandu kulur aħdar fl-isfar u ġeneralment ta’ togħma tal-frott medja għal medja intensa. B’mod ġenerali huwa żejt aromatiku ħafna b’sensazzjonijiet ta’ togħma bbilanċjata sew. Id-deskrizzjoni tal-profil tat-togħma u sensorjali taż-żejt tal-“Marche”, ibbażata fuq analiżi magħmula fuq 259 kampjun mill-2009, hija kkonfermata mir-rapport tekniku mfassal mill-kap tal-bord fl-ASSAM (l-Aġenzija tal-Marche għal Servizzi tas-Settur tal-Ikel Agrikolu) (bord akkreditat mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ fl-2001 u issa awtorizzat mill-Ministeru tal-Politika tal-Agrikoltura, Ikel u Forestrija).

Studju ieħor twettaq mill-Istitut għall-Produzzjoni taż-Żejt taż-Żebbuġa f’Pescara bl-għan li jiġu identifikati “elementi ta’ karatterizzazzjoni interreġjonali”. Dan kien jinvolvi r-reġistrazzjoni ta’ spettri 13C għal mijiet ta’ kampjuni ta’ żejt prodott fil-Marche. L-analiżi statistika tal-intensitajiet relattivi tas-sinjali 13C tal-aċidi grassi tat-trigliċeridi kellha l-għan li tidentifika ragruppamenti ta’ żjut omoġenji influwenzati miż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Fuq din il-bażi xjentifika, l-istudju aċċerta li, meta mqabbla ma’ żjut li joriġinaw mir-reġjuni tal-Abruzzo u l-Puglia, iż-żjut mir-Reġjun tal-Marche jiffurmaw “grupp distint”. Din hija konferma ulterjuri tal-ispeċifiċità taż-żejt tal-Marche li tirriżulta mill-karatteristiċi speċifiċi tiegħu li jistgħu jiġu attribwiti għall-interazzjoni bejn l-ambjent ġeografiku u ż-żona tal-produzzjoni.

Skont il-klassifikazzjoni minn Mennella, li qasam l-Italja fi 15-il żona klimatika, ir-reġjun tal-Marche, bl-isoterm annwali tiegħu ta’ bejn 15 ° u 16 °, jaqa’ fiż-żona 6 (Adrijatiku Ċentrali).

Iż-żona tal-produzzjoni tkopri madwar 76 % tar-Reġjun u tagħmilha possibbli li jiġi żgurat li l-IĠP hija ekonomikament sostenibbli, peress li tippermetti li jkun hemm massa kritika tal-prodott li, għalkemm tirrappreżenta biss madwar 0,5 %-0,7 % tal-eżitu nazzjonali, tista’ tiżgura redditu sodisfaċenti għall-bdiewa, b’mod konformi ma’ wieħed mill-prinċipji fundamentali tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

L-ispeċifità tal-prodott ma tvarjax ħafna bejn id-diversi żoni tat-tkabbir taż-żebbuġ fil-Marche, peress li ż-żona tal-produzzjoni hija pjuttost omoġenja u, għandu wkoll jiġi enfasizzat li, iż-żejt tal-“Marche” jiġi prodott b’mod predominanti bl-użu ta’ varjetajiet nattivi li tnisslu matul is-sekli, u li stabbilixxew ruħhom sew.

Il-Marche huwa l-aktar reġjun Adrijatiku fit-Tramuntana li fih is-siġar taż-żebbuġ huma l-kultivazzjoni tas-siġar ewlenija. Dan jinfluwenza n-natura unika tal-prodott, li huwa kkaratterizzat minn fluwidità li tirriżulta mill-fatt li hemm inqas sintesi ta’ aċidi grassi saturati, bħall-aċidu palmitiku u l-aċidu linolejku, meta mqabbel mal-aċidu olejiku u ma’ aċidi oħrajn mhux saturati. Din il-kompożizzjoni ta’ aċidi ġġibu eqreb għaż-żjut tal-Lag ta’ Garda jew tal-Liguria bħala ż-żoni marġinali għall-preżenza tat-tkabbir taż-żebbuġ u n-nuqqas ta’ saturazzjoni tax-xaħam li jirriżulta minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi semikontinentali. Il-fatt li t-temperaturi għandhom it-tendenza li ma jkunux partikolarment għoljin jinkoraġġixxi wkoll il-preżenza ta’ polifenoli, il-kontenut li huwa l-ogħla fost id-denominazzjonijiet Taljani reġistrati (42 DOP u IĠP waħda). Il-varjetajiet lokali li, matul is-sekli, adattaw irwieħhom għall-ambjent tal-Marche jgħinu biex il-profil sensorjali taż-żejt b’irwejjaħ speċifiċi (ħaxix, lewż, qaqoċċ) jiġi arrikit aktar.

Karatteristika oħra tal-ispeċifiċità taż-żejt tal-Marche hija l-livell tal-aċidità massima (0,4 %), li huwa l-aktar wieħed baxx fost id-denominazzjonijiet irreġistrati. Dan il-parametru kwalitattiv inaqqas b’mod sinfikanti l-varjabbiltà taż-żejt miksub fiż-żona tal-produzzjoni identifikata.

Fattur ieħor li jgħin biex tiġi kkaratterizzata l-kwalità taż-żejt tal-Marche huwa l-attenzjoni partikolari li b’mod tradizzjonali dejjem ingħatat matul il-fażi tal-ħsad kemm fl-għażla tal-perjodu ottimali kif ukoll tal-metodu użat. Maż-żmien, il-metodu baqa’ l-istess, biż-żebbuġ jiġi maħsud b’mod dirett mis-siġra, jew billi jinġabar bl-idejn, jew bl-għajnuna ta’ għodod - li bħalissa huwa l-aktar mod komuni - jew bl-użu ta’ sistemi mekkaniċi li jiżguraw li ż-żebbuġ jibqa’ sħiħ u ma ssirlux ħsara. Żebbuġ li jkun waqa’ mal-art qatt ma jiġi maħsud fil-Marche.

Hemm ukoll tradizzjoni twila ta’ teknoloġija ta’ estrazzjoni taż-żejt fil-Marche. Iċ-ċensiment tal-1910 fil-provinċja ta’ Ancona rreġistra 163 mitħna taż-żejt li jaħdmu jew bl-annimali jew inkella b’mod mekkaniku. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li tagħmir bħal dan kien komuni fil-muniċipalitajiet kollha tar-reġjun fejn fihom kien jitkabbar iż-żebbuġ. Fis-sena 2000, kien hemm 165 mitħna taħdem fir-reġjun. Faċilitajiet bħal dawn tant huma distribwiti b’mod mifrux, li jista’ jingħad li, fil-preżent, is-servizzi tal-għasir taż-żebbuġ huma disponibbli fil-muniċipalitajiet kollha fejn fihom jiktabbar iż-żebbuġ. Dan huwa netwerk tassew importanti li jiżgura li l-estrazzjoni taż-żejt isseħħ malajr, mingħajr ma tiġi kompromessal-kwalità taż-żebbuġ. Id-disponibbiltà ta’ tekonoloġiji moderni hija dovuta wkoll għall-preżenza, fir-reġjun tal-Marche, tal-produttur ewlieni fid-dinja tal-makkinarju għall-industrija taż-żejt.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test konsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq l-Internet: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq il-kliem “Prodotti DOP e IGP” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u wara jagħfas fuq il-kliem “Prodotti DOP, IGP e STG” (fuq in-naħa ta’ fuq tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar fuq “Disciplinari di produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Top