EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016XC1018(01)

Miżuri ta’ riorganizzazzjoni — Deċiżjoni dwar miżura ta’ riorganizzazzjoni fir-rigward ta’ “Euroins România Asigurare Reasigurare SA”

ĠU C 384, 18.10.2016, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/10


Miżuri ta’ riorganizzazzjoni

Deċiżjoni dwar miżura ta’ riorganizzazzjoni fir-rigward ta’ “Euroins România Asigurare Reasigurare SA”

(2016/C 384/05)

Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 271 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

Impriża tal-assigurazzjoni

“Euroins România Asigurare Reasigurare SA”, bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’şos. Bucureşti Nord nr. 10, Global City Business Park, building 023, 4th floor, Voluntari, Ilfov County, J23/2823/2011, 5328123/15.03.1994, RA-010/04.10.2003

Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni

Deċiżjoni Nru 2691 tal-15 ta’ Ottubru 2015 dwar it-tnedija tal-proċedura finanzjarja ta’ rkupru, ibbażata fuq il-pjan finanzjarju ta’ rkupru, għal “Euroins România Asigurare Reasigurare SA”, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija Nru 775 tas-16 ta’ Ottubru 2015

Awtoritajiet kompetenti

“Autoritatea de Supraveghere Financiară” (ASF) (Awtorità Superviżorja Finanzjarja), li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’Splaiul Independenței nr. 15, Sector 5, Bucharest, ir-Rumanija

Awtorità superviżorja

“Autoritatea de Supraveghere Financiară” (ASF) (Awtorità Superviżorja Finanzjarja), li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’Splaiul Independenței nr. 15, Sector 5, Bucharest, ir-Rumanija

Amministratur maħtur

Il-liġi applikabbli

Ir-Rumanija

Id-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 93/2012 dwar l-istabbiliment, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja, approvata bl-emendi mil-Liġi Nru 113/2013, kif emendat;

Liġi Nru 503/2004 dwar l-irkupru finanzjarju, il-falliment, ix-xoljiment u l-istralċ volontarju u fin-negozju tal-assigurazzjoni, ippubblikat mill-ġdid;

Liġi Nru 32/2000 dwar l-assigurazzjoni u s-superviżjoni tal-assigurazzjoni, kif emendata.


Top