Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016XC0129(02)

    Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

    ĠU C 34, 29.1.2016, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 34/15


    Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

    (2016/C 34/07)

    1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

    2.   Proċedura

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

    3.   Limitu ta’ żmien

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, B-1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

    4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

    Prodott

    Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

    Miżuri

    Referenza

    Data ta’ skadenza (3)

    Pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    It-Tajlandja

    Id-dazju antidumping

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu mibgħutin mit-Tajlandja, sew jekk dikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 268, 13.10.2011, p. 1).

    14.10.2016


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

    (3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


    Top