Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0815

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera)

    COM/2016/0815 final - 2016/0397 (COD)

    Strasburgu, 13.12.2016

    COM(2016) 815 final

    2016/0397(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera)

    {SWD(2016) 460 final}
    {SWD(2016) 461 final}


    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

    Id-dritt taċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom li jiċċaqalqu liberament u jgħixu fi kwalunkwe pajjiż tal-UE huwa wieħed mill-erba' libertajiet fundamentali minquxin fit-Trattati tal-UE.

    Il-moviment liberu tal-persuni ma jkunx possibbli jekk ma jiġux protetti d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tal-Ewropej mobbli u l-membri tal-familja tagħhom .

    Din l-inizjattiva hija parti mill-Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Ħaddiema tal-2016 tal-Kummissjoni Ewropea. L-objettiv ta’ din l-inizjattiva hu li jitkompla l-proċess ta’ modernizzazzjoni tal-liġi tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali stabbilita fir-Regolamenti (KE) 883/2004 1 u 987/2009 2 (ir-“Regolamenti”), billi jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini filwaqt li jiġu żgurati ċ-ċarezza ġuridika, it-tqassim ġust u ekwu tal-piż finanzjarju bejn l-Istati Membri u s-sempliċità amministrattiva u l-eżegwibilità tar-regoli. Wieħed mill-motivi ċentrali ta’ din l-inizjattiva hu li tinkiseb sistema modernizzata ta’ koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali li tirrispondi għar-realtà soċjali u ekonomika tal-Istati Membri hu .

    Il-proposta tiffoka fuq erba’ oqsma ta’ koordinazzjoni li għandhom bżonn it-titjib: l-aċċess taċ-ċittadini ekonomikament inattivi għall-benefiċċji soċjali, il-benefiċċji tal-qgħad, il-benefiċċji tal-kura fit-tul u l-benefiċċji tal-familja. Kull Stat Membru hu liberu li jiddetermina l-karatteristiċi tas-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu stess, inklużi liema benefiċċji jingħataw, il-kundizzjonijiet ta’ eliġibilità, kif dawn il-benefiċċji jiġu kkalkulati u x’kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu, u għall-fergħat kollha tas-sigurtà soċjali, bħalma huma l-benefiċċji tax-xjuħija, tal-qgħad u tal-familja, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jirrispettaw il-prinċipji tal-liġi tal-UE b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw t-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri huma liberi li jimmonitorjaw l-iżviluppi li jirrigwardaw il-ħlas ta’ dawk il-benefiċċji, inklużi ċ-ċittadini li jirrisjedu fi Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali għandha rwol partikolari fl-iskambju ta’ tali informazzjoni

    L-ewwel, ir-reviżjoni tfittex li tiċċara ċ-ċirkustanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-aċċess għall-benefiċċji soċjali mitlubin minn ċittadini mobbli tal-UE ekonomikament inattivi. Il-każistika reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Qorti tal-Ġustizzja”) titlob tali preċiżjoni għal raġunijiet ta’ ċarezza, trasparenza u ċertezza legali. Il-popolazzjoni ta’ ċittadini mobbli ekonomikament inattivi hija stmata għal 3,7 miljun ruħ 3 . Kważi 80 % minnhom jidderivaw id-drittijiet (id-drittijiet ta’ residenza u/jew id-drittijiet għall-benefiċċji) mill-membri tal-familja ekonomikament attivi li magħhom jgħixu, u jibqgħu intitolati għal trattament ugwali mal-membri tal-familja tal-ħaddiema nazzjonali. Ċittadin mobbli tal-UE inattiv li qabel kien legalment residenti iżda ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE, għandu jkun possibbli għalih li jiddependi fuq it-trattament ugwali fir-rigward tal-benefiċċji kontributorji tas-sigurtà soċjali, sakemm l-Istat Membru ospitanti ma jkunx temm b’mod formali d-dritt tiegħu ta’ residenza.

    It-tieni, ir-reviżjoni għandha l-għan li tistabbilixxi reġim koerenti għall-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul (li bħalissa huma ttrattati taħt il-kapitolu tal-mard) billi tintroduċi Kapitolu separat għall-koordinazzjoni tagħhom fir-Regolament (KE) Nru 883/2004, bl-inklużjoni ta’ definizzjoni fil-waqt li tingħata lista ta’ dawk il-benefiċċji. B’kollox, madwar 80.000 ċittadin mobbli huma stmati li huma intitolati għall-benefiċċji tal-kura fit-tul li jammontaw għal EUR 793 miljun (0,4 % tal-ispiża totali tal-UE fuq il-benefiċċji tal-kura fit-tul).

    Imbagħad, ir-reviżjoni tipproponi arranġamenti ġodda għall-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħadd fil-każijiet transfruntiera. Dawn jikkonċernaw l-aggregazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni biex jinħoloq jew jinżamm dritt għall-benefiċċji tal-qgħad, l-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad u d-determinazzjoni ta’ liema Stat Membru huwa responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji tal-qgħad lil ħaddiema tal-fruntiera u lil ħaddiema oħra transfruntiera. Hemm xi 25.000 każ ta’ aggregazzjoni (rappurtati minn 23 Stat Membru) 4 u xi 27.300 persuna fl-UE li jesportaw l-benefiċċji tal-qgħad tagħhom lejn Stat Membru ieħor 5 u kull sena hu stmat li hemm 91.700 ħaddiem transfruntier qiegħda li mnnhom 53.500 huma ħaddiema tal-fruntiera 6 . 

    Ir-raba’, il-proposta fiha dispożizzjonijiet ġodda għall-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-familja maħsuba biex jieħdu post l-introjtu fil-perjodu tat-trobbija tat-tfal. 22 Stat Membru għandhom tali benefiċċju 7 .

    Barra minn hekk, il-proposta tiċċara r-regoli ta’ kunflitt dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli u r-relazzjoni bejn ir-Regolamenti u d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (minn hawn ‘il quddiem “id-Direttiva 96/71/KE”) 8 . Din issaħħaħ ir-regoli amministrattivi dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fl-oqsma tal-iskambju tal-informazzjoni u l-verifika tal-istatus tas-sigurtà soċjali ta’ dawn il-ħaddiema sabiex jiġu evitati prattiċi potenzjalment inġusti jew abbuż. Il-proposta tagħti wkoll setgħat ġodda ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) biex jiġi speċifikat aħjar approċċ uniformi għall-ħruġ, il-verifika u l-irtirar tad-Dokument Portabbli A1 (ċertifikat li jikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur).

    Barra minn hekk, il-proposta tinkludi numru ta’ emendi tekniċi. Dawn jikkonċernaw il-prijoritizzazzjoni tad-drittijiet derivati għall-benefiċċji tal-mard, ir-rimborż tal-ispejjeż għall-eżami mediku, il-kalkolu tal-ispejjeż medji annwali fil-qasam tal-benefiċċji tal-mard u l-introduzzjoni ta’ miżuri li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ frodi jew żball fl-applikazzjoni tar-Regolamenti, inkluża l-introduzzjoni ta’ raġuni li tagħti permess lill-Istati Membri li minn żmien għal ieħor jiskambjaw id-data personali. Barra minn hekk, ġew riveduti l-proċeduri għall-irkupru ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali mħallsa bi żball biex jiġu allinjati mal-proċeduri ekwivalenti fid-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra b’mod partikolari biex ikun previst strument uniformi li jintuża għal miżuri ta’ infurzar kif ukoll proċeduri standard biex jintalbu assistenza reċiproka u notifika tal-istrumenti u d-deċiżjonijiet marbuta mat-talba.  9  

    Il-proposta tinkludi wkoll għadd ta’ aġġornamenti tekniċi perjodiċi biex jirriflettu l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jaffettwaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE.

    Fl-aħħar nett, il-proposta tagħti setgħat ġodda lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tiffaċilita u tħaffef il-proċedura leġiżlattiva għall-emendar tal-Annessi speċifiċi għall-pajjiż tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-politika

    Din l-inizjattiva tikkomplimenta inizjattivi oħrajn identifikati fil-Linji Gwida Politiċi: Bidu ġdid għall-Ewropa 10 fir-rigward il-Prijorità 4: Suq intern aktar ġust u aktar profond b’bażi industrijali msaħħa, u b’mod partikolari l-Istrateġija ppjanata għal Suq Uniku 11 . Il-mobbiltà tal-ħaddiema hija mezz li jiffaċilita allokazzjoni aktar effiċjenti tar-riżorsi bejn is-setturi u fi ħdanhom kif ukoll biex jitnaqqsu l-qgħad u l-ispariġġ tal-ħiliet.

    Din tikkomplimenta wkoll l-Prijorità 1 tal-Linji Gwida Politiċi billi toħloq ambjent regolatorju li jiffaċilita aktar is-sostenn ta’ klima ta’ intraprenditorija u l-ħolqien tal-impjiegi, u tiżgura li r-Regolamenti huma f’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar 12 . 

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 48 tat-TFUE.

    Sussidjarjetà

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika peress li l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-UE.

    L-objettivi tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fuq il-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, u jistgħu jinkisbu aħjar fuq il-livell tal-Unjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

    Il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tikkonċerna l-aktar s-sitwazzjonijiet transfruntiera fejn l-ebda Stat Membru ma jista’ jaġixxi waħdu. Il-miżuri ta’ koordinazzjoni fuq il-livell tal-UE huma rikjesti mill-Artikolu 48 tat-TFUE u huma neċessarji għall-eżerċizzju tad-dritt għal moviment liberu. Mingħajr tali koordinazzjoni, il-moviment liberu jista’ jiġi ostakolat: hemm anqas probabbiltà li n-nies tiċċaqlaq jekk dan ifisser li wieħed jitlef id-drittijiet tas-sigurtà soċjali miksuba fi Stat Membru ieħor.

    Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-koordinazzjoni tieħu post għadd ta’ ftehimiet bilaterali preeżistenti. Il-ħolqien ta’ qafas tal-UE f’dan il-qasam jiżgura interpretazzjoni uniformi u protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini mobbli tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri waħedhom fuq il-livell nazzjonali.

    Din mhux biss tissimplifika l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għall-Istati Membri, iżda tiżgura t-trattament ugwali taċ-ċittadini tal-UE li huma assigurati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sigurtà soċjali.

    Din il-proposta taġġorna r-regoli eżistenti ta’ koordinazzjoni biex jiġu implimentati t-tibdiliet li saru neċessarji minħabba r-realtà soċjali li qed tinbidel u biex jiġu riflessi t-tibdiliet legali li ġew implimentati fuq il-livell nazzjonali.

    Għalhekk din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

    Proporzjonalità

    Ir-Regolament propost li qed jemenda ma jmurx lil hinn minn dak li hemm bżonn għall-koordinazzjoni effettiva tas-sigurtà soċjali: mhuwiex se jespandi l-kamp ta’ applikazzjoni materjali jew personali tar-Regolamenti eżistenti u l-effetti tiegħu huwa ffukat fuq l-erba’ oqsma spjegati hawn fuq. L-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom stess.

    Il-proposta tagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri li jikkoordinaw l-iskemi tas-sigurtà soċjali u timmira li tipproteġi l-individwi li jiċċaqalqu fi ħdan l-UE fil-waqt li d-dispożizzjonijiet jissodisfaw il-bżonnijiet li qed jinbidlu tal-Istati Membri.

    Għalhekk din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

    Għażla tal-istrument

    L-istrument propost hu regolament. Mezzi oħra ma jiksbux iċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali meħtieġa jiġifieri, Komunikazzjoni jew kwalunkwe strument ieħor mhux legalment vinkolanti.

    3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjoni ex post/kontroll tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Il-Kummissjoni evalwat sa liema punt il-qafas legali attwali għadu jiżġura koordinazzjoni effettiva. Din l-analiżi kkomplimentat l-obbligi ta’ reviżjoni formali tar-Regolamenti li jirrikjedu lill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali (“il-Kummissjoni Amministrattiva”) 13 u l-Kummissjoni Ewropea li jirrivedu u jevalwaw l-implimentazzjoni u l-effettività tad-dispożizzjonijiet partikolari ta’ dan ir-Regolament 14 . Din tikkomplimenta wkoll l-impenn li sar mill-Kummissjoni li tevalwa l-bżonn għal reviżjoni tal-prinċipji ta’ koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad 15 .

    Konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati

    Il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati f’okkażjonijiet diversi:

    1.L-Istati Membri ġew ikkonsultati fi ħdan il-Kummissjoni Amministrattiva.

    2.L-amministrazzjonijiet nazzjonali ġew ikkonsultati permezz ta’ stħarriġ speċjalizzat online dwar il-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, l-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad u l-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema tal-fruntiera.

    3.Is-sħab soċjali ġew ikkonsultati dwar il-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, tal-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema tal-fruntiera u dwar l-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad fil-qafas tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali, u dwar il-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-familja, il-benefiċċji tal-kura fit-tul u l-benefiċċji tal-qgħad f’seduta apposta.

    4.L-NGOs ġew ikkonsultati dwar il-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-familja, il-benefiċċji ta’ kura fit-tul u l-benefiċċji tal-qgħad permezz ta’ workshop apposta ta’ konsultazzjoni.

    5.F’Diċembru 2012 ġew varati żewġ konsultazzjonijiet online dwar il-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, l-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad u l-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema tal-fruntiera; u f’Lulju 2015 dwar il-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad u dwar il-benefiċċji marbutin mal-familja.

    Fir-rigward tal-aċċess għall-benefiċċji soċjali minn ċittadini tal-UE mobbli ekonomikament inattivi l-Istati Membri kienu maqsumin. Għadd kien jappoġġa l-istatus quo bħala l-ewwel jew it-tieni għażla; oħrajn ffavorew li jemendaw id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ugwali tar-Regolament bħala l-ewwel jew it-tieni għażla minkejja li ma kienx hemm kunsens ġenerali dwar it-tibdiliet meħtieġa. Minoranza ta’ Stati Membri indikaw interess fil-gwida amministrattiva.

    Fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, maġġoranza ta’ Stati Membri appoġġat il-ħolqien ta’ definizzjoni speċifika u/jew kapitolu speċifiku u/jew lista ta’ benefiċċji, fil-waqt li oħrajn kienu favur l-istatus quo. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika li saret fl-2012 uriet biċ-ċar id-diversità tal-opinjonijiet fir-rigward tal-Istat Membru kompetenti mill-għoti tal-benefiċċji tal-kura fit-tul.

    Fir-rigward tal-benefiċċji tal-qgħad:

    Dwar l-aggregazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad, l-Istati Membri kellhom fehmiet diverġenti b’maġġoranza żgħira tiffavorixxi ż-żamma tal-istatus quo u l-oħrajn jiffavorixxu aggregazzjoni biss wara xahar jew tliet xhur ta’ xogħol. Is-sħab soċjali dehru li jappoġġaw l-istatus quo. Fil-konsultazzjoni pubblika tal-2015, terz ta’ dawk li wieġbu jemmnu li r-regoli attwali għandhom jinbidlu.

    Fir-rigward tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad, l-Istati Membri kellhom fehmiet diverġenti: xi wħud taw l-appoġġ tagħhom għad-dispożizzjonijiet attwali, filwaqt li oħrajn appoġġaw id-dritt għall-esportazzjoni għal tal-inqas 6 xhur. L-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi appoġġaw id-dispożizzjonijiet attwali, filwaqt li t-trejdjunjins u l-NGOs appoġaw l-għażla għad-dritt għall-esportazzjoni għal tal-inqas 6 xhur. Fil-konsultazzjoni pubblika tal-2012, il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu kienu favur l-estensjoni taż-żmien tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad.

    Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema tal-fruntiera u ħaddiema oħra transfruntiera, l-Istati Membri kienu maqsuma bejn dawk favur l-istatus quo, u dawk favur l-għoti tal-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema kollha mill-Istat tal-aħħar attività. Il-konsultazzjoni pubblika tal-2012 żvelat ukoll għadd ta’ opinjonijiet fost l-individwi u l-partijiet interessati differenti dwar dan is-suġġett.

    Fir-rigward tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-familja, minoranza sinifikanti tad-delegazzjonijiet tal-Istati Membri kienet favur il-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-familja maħsuba biex jieħdu post l-introjtu fil-perjodu tat-trobbija tat-tfal. Kien hemm appoġġ għall-istatus quo mill-maġġoranza tal-NGOs. Fil-konsultazzjoni pubblika tal-2015, kwart ta’ dawk li wieġbu jemmnu li r-regoli attwali għandhom jinbidlu.

    Il-firxa ta’ opinjonijiet differenti fit-tweġibiet li waslu taw lill-Kummissjoni stampa komprensiva tat-tħaddim tal-koordinazzjoni attwali tas-sigurtà soċjali, inklużi l-problemi li jinħassu, is-soluzzjonijiet possibbli u l-livelli ta’ appoġġ għal dawn is-soluzzjonijiet. L-eżitu tal-konsultazzjonijiet pubbliċi jinsabu fuq il-portal “Leħnek fl-Ewropa” (Your Voice in Europe) 16 . Id-dettalji kollha tal-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati jistgħu jinstabu fir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, kien hemm konsultazzjoni wiesgħa mal-esperti fi ħdan il-Kummissjoni kif ukoll ma’ esperti esterni. Tqiesu studji u rapporti min-netwerk trESS ta’ esperti legali 17 , in-Netwerk ta’ esperti legali dwar il-mobilità intra-UE (FreSsco), in-Netwerk ta’ esperti tal-istatistika dwar il-mobilità intra-UE, studju ta’ valutazzjoni tal-impatt ta’ appoġġ minn Deloitte Consulting, analiżi addizzjonali mill-Istitut tar-Riċerka KU ta’ Leuven għax-Xogħol u s-Soċjetà (HIVA) u minn konsorzju magħmul mill-Fondazione Giacomo Brodolini, COWI u l-Warwick Institute for Employment Research. Ħarsa ġenerali dettaljata tal-konsultazzjoni mal-esperti tinsab fir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Barra minn hekk il-proposta ġiet ibbażata fuq ix-xogħol ta’ grupp Ad-hoc magħmul minn esperti nazzjonali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri ffurmat fi ħdan il-qafas tal-Kummissjoni Amministrattiva li żviluppa għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar ir-regoli għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, b’mod partikolari dwar ħaddiema stazzjonati u għal persuni li jaħdmu f’żewġ Stati Membri jew aktar.

       Valutazzjoni tal-impatt

    F’konformità mal-politika tagħha dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-għażliet potenzjali ta’ politika biex evalwat l-effiċjenza u koerenza ekonomika, soċjali u regolatorja kollha tagħhom 18 . Din il-ħidma ġiet sostnuta minn konsultazzjoni strutturata mas-servizzi tal-Kummissjoni permezz ta’ Grupp ta’ Tmexxija Bejn is-Servizzi 19 . 

    Ir-regoli ta’ koordinazzjoni huma indirizzati direttament lejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali. L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) mhumiex affettwati direttament minn din il-proposta. Mhu qed jiġi previst l-ebda impatt ambjentali pożittiv jew negattiv.

    Fir-rigward tal-impatti diġitali, din il-proposta hija kompletament 'lesta għall-internet'. L-iskambju ta’ data elettronika bejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali se jsir permezz tal-Proġett tal-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar Sigurtà Soċjali (EESSI) (implimentazzjoni sħiħa hija prevista sa nofs l-2019).

    Fir-rigward tal-aċċess għall-benefiċċji soċjali minn ċittadini tal-UE mobbli ekonomikament inattivi, l-għażla preferuta kienet li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet attwali dwar it-trattament ugwali tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 biex issir referenza għal-limitazzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (minn hawn ‘il quddiem id-Direttiva 2004/38/KE) 20 u tirrifletti l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din hija ppreferuta fuq l-għażliet leġiżlattivi alternattivi (biex tkun tista’ ssir tali deroga dwar benefiċċji soċjali fi flus mhux kontributorji fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004; jew it-tneħħija ta’ benefiċċji soċjali fi flus mhux kontributorji li jipprovdu introjtu ta’ sussistenza minn dan ir-Regolament u minn għażliet mhux leġiżlattivi (li jiċċaraw ir-regoli permezz ta’ komunikazzjoni). Il-proposta tikkodifika l-istat tad-dritt tal-Unjoni kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja u għalhekk se jkollha impatt ekonomiku minimu jew l-impatt fuq id-drittijiet soċjali meta mqabbla mal-linja bażi, madankollu, tista’ tnaqqas l-ispejjeż regolatorji billi tipprovdi aktar ċarezza dwar l-istat attwali tad-dritt tal-UE.

    Il-proposta tistabbilixxi reġim koerenti għall-benefiċċji tal-kura fit-tul billi tintroduċi Kapitolu separat dwar il-koordinazzjoni ta’ dawn il-benefiċċji allinjati mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-benefiċċji tal-mard u tinkludi definizzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul u tipprevedi lista ta’ benefiċċji nazzjonali. Din ġiet ippreferuta mill-għażliet alternattivi fejn l-Istat Membru ta’ residenza jipprovdi l-benefiċċji tal-kura fit-tul b’rimborż mill-Istat Membru kompetenti (b’suppliment ieħor mill-Istat kompetenti jew mingħajru). L-għażla preferuta tipprevedi bażi legali espressa tar-regoli eżistenti li jdaħħlu t-trasparenza u l-istabilità fir-reġim. Iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet se jibbenefikaw miċ-ċarezza u se tiżdied il-protezzjoni soċjali. L-għażla preferuta mhux se tinvolvi impatt ekonomiku sinifikanti jew spejjeż għoljin ta’ implimentazzjoni meta mqabbla mal-linja bażi.

    Fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad: 

    L-għażla preferuta għall-aggregazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad hija li jkun hemm il-ħtieġa ta’ perjodu minimu ta’ kwalifikazzjoni ta’ assigurazzjoni ta’ tliet xhur fl-Istat Membru tal-attività l-aktar riċenti qabel ma jidħol fis-seħħ id-dritt li wieħed jista’ jaggrega l-perjodi ta’ assigurazzjoni mgħoddija (filwaqt li tirrikjedi li l-Istat Membru tal-attività preċedenti li jipprovdi benefiċċji meta din il-kondizzjoni ma tiġix sodisfata). Din ġiet ippreferuta fuq l-għażliet l-oħra li jippermettu l-aggregazzjoni wara jum wieħed jew xahar wieħed biss ta’ assigurazzjoni jew li jippermettu l-qligħ ta’ referenza li waslu għand l-Istat Membru tal-attività preċedenti għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad li jitqiesu wara xahar jew tliet xhur ta’ attività fl-Istat Membru kompetenti. L-għażla preferuta titqies li tiżgura rabta aktar b’saħħitha bejn l-istituzzjonijiet li huma kompetenti li jagħtu l-benefiċċji tal-qgħad u li twassal għall-iffrankar possibbli ta’ EUR 41 miljun, għalkemm bi tqassim differenti tal-ispejjeż bejn l-Istati Membri. Ma jkun hemm l-ebda impatt sinifikanti fuq l-ispejjeż regolatorji.

    Fir-rigward tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad l-għażla preferuta hija li jiġi estiż il-perjodu minimu ta’ esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad minn tliet xhur għal sitt xhur waqt li tiġi prevista l-possibbiltà li l-benefiċċju jiġi esportat matul il-perjodu kollu tal-intitolament. Din l-għażla se tingħaqad ma’ mekkaniżmu msaħħaħ ta’ kooperazzjoni biex jappoġġa lil dawk li qed ifittxu xogħol li tkabbrilhom il-probabilità li jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Din hija ppreferuta fuq l-għażla alternattiva li tagħti dritt għall-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad għall-perjodu sħiħ tal-intitolament. L-għażla preferuta mhux se tinvolvi impatt ekonomiku sinifikanti jew spejjeż għoljin ta’ implimentazzjoni meta mqabbla mal-linja bażi peress l-Istat Membru kompetenti huwa meħtieġ biss li jesporta l-benefiċċji li diġà hemm intitolament eżistenti għalihom.

    Fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad ta’ ħaddiema tal-fruntiera u ħaddiema trasnfruntiera oħra, l-għażla preferuta hija li l-Istat Membru tal-impjieg l-aktar reċenti jsir responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji tal-qgħad meta l-ħaddiem tal-fruntiera jkun ħadem hemm għal tal-anqas 12-il xahar jew inkella tiġi attribwita r-responsabbiltà lill-Istat Membru ta’ residenza. B’konsegwenza ta’ dan, il-proċedura ta’ rimborż attwali se titneħħa. Din l-għażla ġiet ippreferuta fuq l-alternattivi meqjusa li jew jipprovdu għażla għall-ħaddiema tal-fruntiera minn fejn jitolbu l-benefiċċji tal-qgħad jew li l-Istat Membru tal-impjieg l-aktar reċenti jkun responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji tal-qgħad fil-każijiet kollha. Huwa stmat li din l-għażla se żżid l-ispiża ekonomiku minn EUR 416-il miljun għal EUR 442 miljun iżda se tnaqqas ukoll l-ispejjeż regolatorji minn EUR 9,9 miljun għal EUR 3,7 miljun.

    Fir-rigward tal-koordinazzjoni ta’ allowances għat-trobbija tat-tfal maħsuba biex jikkumpensaw lill-ġenituri għat-telf tal-introjtu matul il-perjodi tat-trobbija tat-tfal, l-għażla preferuta hija li jinbidlu d-dispożizzjonijiet tal-koordinazzjoni attwali sabiex il-benefiċċji għat-trobbija tat-tfal jitqiesu bħala drittijiet individwali u personali, u biex jitħalla d-dritt mhux obbligatorju li l-Istat Membru kompetenti sekondarju jħallas il-benefiċċju kompletament. Dan għandu jippermetti lil dawk l-Istati Membri li qegħdin jinkoraġġixxu b’mod attiv il-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri biex ineħħu d-diżinċentivi finanzjarji potenzjali għall-ġenituri li t-tnejn jieħdu liv tal-ġenituri matul l-istess perjodu. Din l-għażla ġiet ippreferuta fuq l-alternattivi kkunsidrati li jirrikjedu obbligu mandatorju mill-Istat Membru kompetenti sekondarju li jidderoga minn regoli ta’ overlapping jew fir-rigward tal-allowances kollha għat-trobbija tat-tfal jew fir-rigward ta’ benefiċċji għat-trobbija tat-tfal marbutin mas-salarji biss. L-akbar impatt ekonomiku tal-għażla preferuta se jkun żieda fl-ispejjeż ekonomiċi għall-Istat Membru kompetenti sekondarju fil-medda ta’ bejn it-58 % u l-84 % għalkemm fil-prattika huwa probabbli li din tkun aktar baxxa peress li mhux l-Istati Membri kollha se jagħżlu li japplikaw id-deroga. L-effett fuq id-drittijiet soċjali tal-bidla fid-drittijiet individwali u personali huwa mistenni li jkun minimu minħabba livelli baxxi ta’ konformità mar-rekwiżit li jiġu rikonoxxuti d-drittijiet derivati għall-allowances għat-trobbija tat-tfal.

    Din il-proposta hija akkumpanjata minn rapport tal-valutazzjoni tal-impatt (SWD (2016) 460) li ġie rieżaminat mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, li ħareġ opinjoni pożittiva fl-21 ta’ Jannar 2016. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tqiesu fir-rapport finali tal-valutazzjoni tal-impatt.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-UE. Impatti potenzjali għall-baġits nazzjonali ġew spjegati hawn fuq.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u ta’ monitoraġġ, arranġamenti ta’ evalwazzjoni u rappurtar

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolamenti emendati, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-istrument ġdid f’konformità mal-Linji Gwida tar-Regolamentazzjoni Aħjar.

    Spjega dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Din it-taqsima tipprovdi spjega aktar dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (minn hawn ‘il quddiem, "ir-Regolament bażiku") u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 (minn hawn ‘il quddiem, “ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni”).

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1 jikkonċerna l-emendi fir-Regolament bażiku.

    1.Il-Premessa 2 hija emendata biex tirreferi għad-dritt tal-moviment liberu għaċ-ċittadini kollha tal-UE skont il-liġi tal-UE.

    2.Il-Premessa 5 hija emendata biex tirreferi għal-limitazzjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-benefiċċji soċjali għal ċittadini mobbli tal-UE ekonomikament inattivi inklużi fid-Direttiva 2004/38/KE.

    3.Tiddaħħal il-Premessa 5a biex tiċċara li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE għar-Regolamenti ġiet ċċarata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każijiet C-140/12, Brey, UE:C:2013:565, C-333/13, Dano, UE:C:2014:2358 uC-308/14 il-Kummissjoni v ir-Renju Unit, UE:C:2016:436.

    4.Tiddaħħal il-Premessa 5b biex tiċċara li meta jkun eżaminat jekk ġiex sodisfatt ir-rekwiżit li jeżiġi li wieħed ikollu kopertura komprensiva ta’ assigurazzjoni tal-mard stabbilita fid-Direttiva 2004/38/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hu possibbli għal ċittadini mobbli tal-UE inattivi li jissodisfaw dan ir-rekwiżit.

    5.Tiddaħħal il-Premessa 5c biex tiċċara li l-limitazzjonijiet tad-drittijiet għal trattament ugwali għal ċittadini mobbli tal-UE ekonomikament inattivi inklużi fid-Direttiva 2004/38/KE ma jipprevalux fuq id-drittijiet fundamentali ta’ dawn il-persuni kif rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    6.Il-Premessa 24 tiġi emendata biex tinkludi referenza għall-Kapitolu l-ġdid għall-benefiċċji tal-kura fit-tul.

    7.Tiddaħħal il-Premessa 35a biex tispjega li l-benefiċċji tal-familja maħsuba biex jieħdu post l-introjtu fil-perjodu tat-trobbija tat-tfal huma kategorija speċjali ta’ benefiċċji tal-familja u għandhom jiġu ttrattati bħala dritt individwali u personali sakemm il-benefiċċju inkwistjoni jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament. Dan ifisser li Stat Membru kompetenti mhux obbligat li jagħti d-drittijiet derivati għal tali benefiċċju għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata. L-Istati Membri b’kompetenza sekondarja jista’ jagħżel li ma japplikax ir-regoli ta’ anti-overlapping li hemm fl-Artikolu 68(2) tar-Regolament bażiku u jagħti dawn il-benefiċċji b’mod sħiħ lil persuna intitolata. Fejn Stat Membru jagħżel li jidderogaha, dan għandu jiġi elenkat fil-Parti 2 tal-Anness XIII u d-deroga għandha tiġi applikata b’mod konsistenti lill-persuni kollha intitolati kkonċernati.

    8.Il-Premessa 39a tirreferi għall-istrumenti rilevanti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.

    9.Tiddaħħal il-Premessa 46 biex tirreferi għas-setgħa ta’ delega mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE li jemendaw l-Annessi kollha tar-Regolament bażiku u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Dawn l-Annessi fihom entrati speċifiċi għall-pajjiż li jirriflettu d-differenzi fis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri.

    10.Tiddaħħal il-Premessa 47 biex tenfasizza li r-Regolament bażiku jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

    11.Tiddaħħal il-Premessa 48 li tiċċara li xejn fir-Regolament bażiku ma għandu jillimita d-drittijiet u l-obbligi indipendenti rikonoxxuti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

    12.L-Artikolu 1 jiġi emendat biex jirrifletti l-introduzzjoni tal-Kapitolu 1a l-ġdid dwar il-benefiċċji tal-kura fit-tul. Dan jinkludi definizzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul fil-punt (d) li jispeċifika l-elementi kostitwenti ta’ dawn il-benefiċċji. Din id-definizzjoni tqis l-analiżi tan-netwerk trESS 21 u tirrifletti l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja 22 u hija konformi mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti.

    13.L-Artikolu 3(1) jiġi emendat biex jinkludi l-benefiċċji tal-kura fit-tul bħala fergħa distinta tas-sigurtà soċjali.

    14.L-Artikolu 4 jipprevedi li fir-rigward tal-aċċess għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali minn ċittadini mobbli tal-UE ekonomikament inattivi fl-Istat Membru ospitanti, il-prinċipju ta’ trattament ugwali jista’ jiġi soġġett għar-rekwiżit tar-residenza legali kif stipulat fid-Direttiva 2004/38/KE. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, bl-eċċezzjoni tal-aċċess għall-assistenza soċjali fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE, ċittadin mobbli tal-UE ekonomikament inattiv ma jinkludix persuna mobbli li qed ifittex impjieg li b’konformità mal-Artikolu 45 TFUE 23 għandu d-dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti waqt li jkun qed ifittex xogħol hemm.

    15.L-Artikolu 11 jiġi emendat fil-punt (2) biex jirrifletti d-definizzjoni l-ġdida tal-benefiċċji tal-kura fit-tul. Il-paragrafu (5) hu aġġornat ukoll biex jallinja d-definizzjoni tal-“bażi tas-servizz” mad-definizzjoni l-ġdida li hemm fil-punt 14 tas-Subparti FTL tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014/UE tad-29 ta’ Jannar 2014 24 .

    16.L-Artikolu 12 jiġi emendat biex jiċċara li t-terminu “ħaddiem stazzjonat” għandu jingħata t-tifsira li hemm fid-Direttiva 96/71/KE. Madankollu, din il-kjarifika ma tbiddilx l-ambitu personali ta’ dan l-Artikolu, iżda tallinja biss il-kunċetti użati f’dawk it-testi legali. L-emendi jipprevedu wkoll li l-projbizzjoni eżistenti fuq is-sostituzzjoni prevista fl-Artikolu 12(1) għandha tkopri persuni li jaħdmu għal rashom.

    17.Jiddaħħal l-Artikolu 13(4a) li jipprevedi regola ċara ta’ konflitt f’każ fejn persuna qiegħda li tirċievi simultanjament benefiċċji tal-qgħad minn Stat Membru waqt li kienet impjegata fi Stat Membru ieħor. Dan jipprevedi bażi statutorja għall-prinċipji tar-Rakkomandazzjoni U1 tal-Kummissjoni Amministrattiva 25 .

    18.L-Artikolu 32 jiġi emendat sabiex jipprevedi regoli ta’ prijorità ċara għal drittijiet derivattivi ta’ membru tal-familja f’każijiet fejn hemm overlapping ta’ intitolament għall-benefiċċji tal-mard in natura taħt il-leġiżlazzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed.

    19.Jitħassar l-Artikolu 34 biex jirrifletti l-introduzzjoni tal-Kapitolu 1a l-ġdid dwar il-benefiċċji tal-kura fit-tul.

    20.Jiddaħħal il-Kapitolu 1a biex jintroduċi Kapitolu separat dwar il-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul.

    L-Artikolu 35a jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul allinjati mar-regoli dwar il-benefiċċji tal-mard.

    Il-paragrafu 1 jirreferi għad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Titolu III, il-Kapitolu 1 tar-Regolament bażiku.

    Il-paragrafu 2 joħloq obbligu għall-Kummissjoni Amministrattiva li telenka l-benefiċċji kollha tal-kura fit-tul eżistenti skont il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali.

    Il-paragrafu 3 jipprevedi deroga minn din il-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul fi flus taħt il-Kapitolu l-ġdid billi jippermetti lill-Istati Membri jikkoordinaw l-benefiċċji taħt Kapitoli oħra tat-Titolu III tar-Regolament bażiku. L-Anness XII se jelenka dawn il-benefiċċji.

    Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-anti-overlapping għall-benefiċċji tal-kura fit-tul fl-Artikolu 34 attwali huma inkorporati fl-Artikolu 35b il-ġdid, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2, li hu inkluż fl-Artikolu 35a(2) il-ġdid.

    L-Artikolu 35c jistabbilixxi r-regoli ta’ rimborż għall-benefiċċji tal-kura fit-tul bejn l-istituzzjonijiet. Il-paragrafu 1 japplika l-Artikolu 35 għall-benefiċċji ta’ kura fit-tul. Il-paragrafu 2 jipprevedi kompetenza sussidjarja għar-rimborż mill-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-mard fejn ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni speċifika dwar benefiċċji tal-kura fit-tul in natura. Dan jirrifletti l-loġika tal-Artikolu 40(2) dwar il-benefiċċji għal inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali.

    21.L-Artikolu 50(2) huwa emendat biex ineħħi r-referenza superfluwa għall-Artikolu 52(1)(a), peress li l-perjodi ta’ assigurazzjoni kompluti fi Stati Membri oħra ma jitqiesux meta jiġu kkalkulati l-benefiċċji indipendenti skont l-Artikolu 52(1)(a).

    22.L-Artikolu 61 jiġi emendat b’mod li jitneħħew id-dispożizzjonijiet speċjali għall-aggregazzjoni li hemm fil-paragrafu 1 attwali. Minflok, se japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-aggregazzjoni fl-Artikolu 6 sabiex il-perjodi tal-assigurazzjoni, tal-impjieg jew tal-impjieg indipendenti kompluti fi Stat Membru preċedenti ser jitqiesu, fejn meħtieġ, mill-Istat Membru tal-aħħar attività, sakemm il-perjodi l-aktar reċenti tal-assigurazzjoni, tal-impjieg jew tal-impjieg indipendenti ġew kompluti f’dak l-Istat Membru u damu ta’ mill-inqas tliet xhur.

    23.L-Artikolu 64 jiġi emendat biex jiġi estiż il-perjodu minimu ta’ dawk qiegħda li qed ifittxu impjieg fi Stat Membru ieħor jistgħu jitolbu l-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad minn tlieta sa sitt xhur (jew għall-bqija tal-perjodu tal-intitolament jekk iqsar minn sitt xhur). L-Istati Membri jistgħu jestendu dan il-perjodu ta’ sitt xhur għat-tul kollu tal-intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad fl-Istat Membru kompetenti.

    24.L-Artikolu 64a l-ġdid se jikkomplimenta l-Artikolu 61. Dan jipprevedi li persuni qiegħda li jibdlu r-residenza tagħhom għal Stat Membru ieħor u jispiċċaw qiegħda f’dak l-Istat Membru wara perjodu ta’ inqas minn tliet xhur tax-xogħol assigurati, jistgħu jitolbu l-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad tagħhom fi flus mill-Istat Membru tal-assigurazzjoni preċedenti. F’dan il-każ, dawn għandhom jirreġistraw mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-aħħar attività u jikkonformaw mal-obbligi imposti fuq il-benefiċjarji tal-benefiċċji tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru.

    25.L-Artikolu 65 huwa emendat biex jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda għall-ħlas ta’ benefiċċji tal-qgħad lil ħaddiema tal-fruntiera u ħaddiema transfruntiera oħra li, matul l-aħħar perjodu tax-xogħol tagħhom, kienu jirrisjedu barra mill-Istat Membru kompetenti.

    Il-paragrafu 1 jipprevedi li tali persuni se jiġu ttrattati daqslikieku kienu joqogħdu fl-Istat Membru kompetenti.

    Il-paragrafu 2 jipprevedi li persuni li ħadmu għal inqas minn 12-il xahar fl-Istat Membru kompetenti ser jirċievu benefiċċji mill-Istat ta’ residenza. Madankollu, ħaddiem li għandu dritt għall-benefiċċji tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti mingħajr ma jiddependi fuq il-prinċipju ta’ aggregazzjoni fl-Artikolu 6 jista’ jagħżel li jirċievi l-benefiċċji tal-qgħad minn dak l-Istat Membru.

    Il-paragrafu 3 joħloq eċċezzjoni għall-obbligu normali skont l-Artikolu 64(1)(a) għal persuna qiegħda li tixtieq tesporta l-benefiċċji tal-qgħad li għandha tirreġistra mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru kompetenti għal perjodu ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat. Din l-eċċezzjoni tapplika fil-każ ta’ persuna qiegħda kompletament li tagħżel li tfittex xogħol fl-Istat Membru ta’ residenza tagħha u tapplika għall-perjodu kollu tal-intitolament għall-benefiċċju tal-qgħad. Il-paragrafu 4 jagħti għażla lil dawn il-persuni li jirreġistraw mas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru ta’ residenza jew fl-Istat Membru tal-attività preċedenti.

    Il-paragrafu 5 jiċċara li l-paragrafi 2 sa 4 ma japplikawx għal persuna li hi qiegħda parzjalment jew b’mod intermittenti. Dawn il-persuni huma intitolati biss li jitolbu benefiċċji tal-qgħad fl-Istat Membru tal-attività preċedenti.

    26.Jiddaħħal l-Artikolu 68b biex jipprevedi dispożizzjonijiet speċjali ta’ koordinazzjoni għall-benefiċċji tal-familja maħsuba biex jieħdu post l-introjtu fil-perjodu tat-trobbija tat-tfal elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII li għadu kif inħoloq. Dan jipprevedi li tali benefiċċji għandhom jitqiesu bħala dritt individwali u personali minflok benefiċċju għall-familja kollha kemm hi. L-Istati Membri b’kompetenza sekondarja jista’ jagħżel li ma japplikax ir-regoli ta’ anti-overlapping li hemm fl-Artikolu 68(2) tar-Regolament bażiku u jagħti dawn il-benefiċċji b’mod sħiħ lil persuna intitolata. Dawn l-Istati Membri se jiġu elenkati fil-Parti II tal-Anness XIII.

    27.Jiddaħħal l-Artikolu 75a l-ġdid li jagħti aktar prominenza lill-obbligu eżistenti li hemm fl-Artikolu 89(3) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għall-istituzzjonijiet kompetenti biex jiżguraw li l-istituzzjonijiet tagħhom huma konxji mill-obbligi tagħhom ta’ koordinazzjoni, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, u jikkonformaw magħhom. Dan jintroduċi wkoll obbligu biex tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kompetenti u l-ispettorati tax-xogħol fil-livell nazzjonali.

    28.Jiddaħħal l-Artikolu 76a biex il-Kummissjoni Ewropea tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u tispeċifika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-regoli speċjali li hemm fl-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku għal ħaddiema stazzjonati jew ħaddiema mibgħuta u persuni li jaħdmu għal rashom u għal persuni li jwettqu attività f’żewġ Stati Membri jew aktar. Dawn il-miżuri għandhom jistabbilixxu proċeduri standard għall-ħruġ, il-kontestazzjoni u l-irtirar tad-PDA1 li jiċċertifika liema leġiżlazzjoni tapplika għall-persuni fis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

    29.Jiddaħħal l-Artikolu 87b li jispeċifika d-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-emendi introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet tranżitorji huma standard għajr li l-paragrafu 4 jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji speċjali għall-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad għal dawk li qabel kienu ħaddiema tal-fruntiera. Dan jipprevedi li d-dispożizzjonijiet eżistenti għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-benefiċċji li mogħtija lil persuni qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda.

    30.L-Artikolu 88 jinbidel bl-Artikolu 88 u 88a l-ġdid fir-rigward tal-proċedura għall-aġġornament tal-Annessi tar-Regolament. Dawn l-Annessi fihom entrati speċifiċi għall-pajjiż li jirriflettu d-differenzi fis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri. Din l-emenda se tespandi s-setgħat eżistenti previsti fl-Artikolu 92 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni biex tippermetti lill-Kummissjoni tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE li jemendaw l-Annessi kollha tar-Regolament bażiku. Proċess aktar mgħaġġel biex jiġu emendati l-Annessi biex jirriflettu li l-bidliet fil-livell nazzjonali se jiggarantixxi aktar trasparenza u ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati u protezzjoni aħjar għaċ-ċittadini. F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 26 il-Kummissjoni Ewropea se twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha fil-livell tal-esperti.

    Artikolu 2

    L-Artikolu 2 jikkonċerna l-emendi fir-Regolament ta’ implimentazzjoni.

    1.Tiddaħħal il-Premessa 18a l-ġdida li tirreferi għall-proċedura speċjali li tapplika jekk Stat Membru ma jkunx jista’ jinnotifika l-ispejjeż medji annwali għal kull persuna f’kull grupp ta’ età għal sena ta’ referenza partikolari għall-finijiet ta’ rimborż tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura abbażi ta’ ammonti fissi.

    2.Il-Premessa 19 tiġi emendata biex taġġorna r-referenza għad-Direttiva 2008/55/KE tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra li minn dak iż-żmien ġiet issuperata mid-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra 27 .

    3.Jiddaħħlu l-Premessi l-ġodda 25 u 26 biex jirreferu għad-dispożizzjonijiet l-ġodda li jiġġieldu l-frodi u l-iżbalji f’konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data tal-UE.

    4.L-Artikolu 1 jiġi emendat biex jinkludi definizzjoni ġdida ta’ “frodi” fid-dawl tad-dispożizzjoni l-ġdida fl-Artikolu 5(2). Id-definizzjoni hija bbażata fuq dik użata fil-Komunikazzjoni: “Il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom: Ħames azzjonijiet li jagħmlu differenza” 28 .

    5.L-Artikolu 2 jiġi emendat biex jagħti raġuni li tagħti permess lill-Istati Membri biex minn żmien għal żmien jiskambjaw id-data personali ta’ persuni li għalihom japplikaw ir-Regolamenti biex titħaffef l-identifikazzjoni ta’ xi frodi jew żball fl-applikazzjoni xierqa tar-Regolamenti. It-trasferimenti tad-data skont din id-dispożizzjoni huma soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 77 tar-Regolament bażiku li d-data tiġi trażmessa f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar u l-moviment liberu tad-data personali.

    6.L-Artikolu 3(3) jiġi emendat biex jispeċifika d-drittijiet tas-soġġett tad-data skont il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u biex jipprevedi wkoll li s-soġġett tad-data jista’ jitlob li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza jikkoordina t-talbiet magħmula mis-soġġett tad-data li jikkonċernaw id-data personali pproċessata skont dawn ir-Regolamenti.

    7.L-Artikolu 5 jiġi emendat biex jipprevedi li dokument ta’ dikjarazzjoni maħruġ minn istituzzjoni għandu jkun validu biss meta l-informazzjoni obbligatorja kollha tkun sħiħa.

    Fuq talba, l-istituzzjoni emittenti għandha tintalab teżamina mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ ta’ dokument u, fejn meħtieġ, tirrettifika jew tirtira d-dokument fi żmien 25 jum ta’ xogħol. Fil-każ ta’ frodi mwettqa mill-applikant, l-irtirar ta’ dokument għandu jkollu effett retroattiv.

    Barra minn hekk, l-istituzzjoni emittenti għandha tibgħat lill-istituzzjoni li qed tagħmel ir-rikjesta l-evidenza kollha ta’ sostenn disponibbli li skontha bbażat id-deċiżjoni tagħha fi żmien 25 jum ta’ xogħol jew f’jumejn f’każijiet ta’ urġenza evidenti.

    8.L-Artikolu 14(1) jiġi emendat biex jiġi allinjat mal-bidliet introdotti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, jipprevedi li r-rekwiżit li ħaddiem stazzjonat jew mibgħut li kien qabel affiljat mas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li bagħtu ma jirrikjedix affiljazzjoni mal-istess Stat Membru fejn l-impjegatur tiegħu jkun stabbilit.

    9.L-Artikolu14(5a) jiċċara li l-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi li impjegat għandu jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat tal-impjegatur jew tal-impriża jew il-post tan-negozju, għandu japplika biss jekk l-impjegatur jew tal-impriża inkwistjoni normalment twettaq ħafna mill-attività tagħha f’dak l-Istat Membru. Fejn dan ma jkunx il-każ, l-impjegat għandu jiġi kopert mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn l-impjegatur jew l-attivitajiet prinċipali tal-impriża jew iċ-ċentru ta’ interess jinsab. Din id-determinazzjoni għandha ssir f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14(9) u (10) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni. It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5a jitħassar billi huwa superfluwu fid-dawl tal-emendi fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.

    10.Jiddaħħal l-Artikolu 14(12) li jipprevedi dispożizzjoni dwar il-kunflitt tal-liġijiet biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn persuna, li tirrisjedi f’pajjiż terz barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti, twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha f’żewġ Stati Membri jew aktar, filwaqt li hija koperta bil-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ wieħed minn dawk l-Istati. L-emenda tipprevedi li tali persuna ser tkun soġġetta biss għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru fejn l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew tal-impjegatur tagħha jew iċ-ċentru ta’ interess tal-attività tagħha jinsab.

    11.L-Artikolu 15(2) jiġi emendat biex jipprevedi l-ħruġ ta’ Dokument Portabbli A1 (“PDA1”) għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.

    12.L-Artikolu 16 jiġi emendat biex jissimplifika l-proċedura għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli f’każ ta’ impjieg f’żewġ Stati Membri jew aktar. Il-paragrafi 1 u 5 jipprevedu li impjegatur ikun jista’ jibda l-proċedura f’isem l-impjegati tiegħu u li l-impjegatur għandu jiġi notifikat bid-deċiżjoni meħuda dwar skont liema leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tapplika. L-emendi fil-paragrafu 2 jipprevedu li l-istituzzjoni fejn hu stabbilit l-impjegatur għandha tiġi mgħarrfa wkoll b’din id-Deċiżjoni. L-emenda fil-paragrafu 3 tipprevedi li l-proċedura eżistenti li jinkludu l-ewwel determinazzjoni provviżorja saret definittiva biss jekk l-ebda istituzzjoni oħra kkonċernata tikkontesta dik id-deċiżjoni fi żmien xahrejn, għandha tkun limitata għal dawk is-sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjoni tal-post tar-residenza jiddetermina li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor japplika.

    13.L-Artikolu 19 jiġi emendat sabiex jipprevedi li l-istituzzjonijiet kompetenti jkollhom l-obbligu li jivverifikaw l-informazzjoni rilevanti qabel il-ħruġ ta’ PDA1 li jiddetermina l-leġiżlazzjoni applikabbli għad-detentur tiegħu. Dan huwa f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja 29 . Jipprevedi wkoll li l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tat-taxxa u tal-immigrazzjoni għandhom ikunu intitolati li jiskambjaw direttament informazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà soċjali tal-persuni kkonċernati għall-finijiet biex jiżguraw l-konformità mal-obbligi legali marbuta max-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza, l-immigrazzjoni u t-tassazzjoni (id-dettalji ta’ dawn l-iskambji għandhom jiġu speċifikati b’deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva). L-awtorità kompetenti għandha tkun meħtieġa tipprovdi informazzjoni speċifika u adegwata lis-soġġetti tad-data dwar l-iskopijiet li għalihom id-data personali qiegħda tiġi pproċessata.

    14.It-Titolu III, il-Kapitolu 1 jiġi emendat sabiex tiġi estiża l-applikazzjoni tagħha għall-benefiċċji tal-kura fit-tul.

    15.L-Artikoli 23, 24 (3), 28 (1), 31 u 32 jiġu emendati biex jiġi żgurat li dawn l-Artikoli japplikaw għall-benefiċċji tal-kura fit-tul. Fil-każ ta’ skemi speċjali għall-impjegati taċ-ċivil, dawn għandhom jiġu elenkati fl-Anness 2.

    16.Jitħassar it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(3) li jipprevedi sitwazzjonijiet li fihom il-leġiżlazzjoni nazzjonali talloka valuri differenti lill-perjodi ta’ assigurazzjoni volontarja jew fakultattiva u l-istituzzjoni kompetenti ma tistax tiddetermina l-ammont dovut għall-perjodu kkonċernat. Dan isegwi analiżi mill-Kummissjoni Amministrattiva li kkonkludew din ir-regola ma għadhiex meħtieġa.

    17.L-Artikolu 55(4) jiġi emendat biex jissaħħaħ il-kontroll tal-proċedura msemmija fit-tielet subparagrafu billi jagħmel obbligatorju r-rapporti ta’ segwitu ta’ kull xahar.

    18.L-Artikolu 55(7) jiġi emendat biex jipprevedi li d-dispożizzjonijiet attwali dwar l-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każ tal-esportazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 64a tar-Regolament bażiku.

    19.Jiddaħħal l-Artikolu 55a l-ġdid skont l-Artikolu 64a tar-Regolament bażiku sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta’ assigurazzjoni preċedenti tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad għall-persuna kkonċernata.

    20.L-Artikolu 56 jiġi emendat biex jirrifletti l-bidliet introdotti fl-Artikolu 65 tar-Regolament bażiku.

    21.Il-Kapitolu I tat-Titolu IV għandu jingħata isem ġdid biex jirrifletti li dan il-Kapitolu japplika wkoll għar-rimborż tal-benefiċċji tal-kura fit-tul abbażi tan-nefqa reali jew ammonti fissi.

    22.L-ewwel inċiż tal-Artikolu 64(1) jiġi emendat biex tittejjeb il-preċiżjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu tar-rimborż ibbażat fuq ammonti fissi bejn l-Istati Membri previsti fl-Artikolu 24(1) u l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament bażiku billi jiġi applikati tliet gruppi ta’ età differenti fir-rigward ta’ persuni li għandhom l-età ta’ 65 jew aktar.

    23.L-Artikolu 65(1) li jikkonċerna r-rimborż tal-benefiċċji in natura abbażi tal-ammonti fissi jiġi emendat biex jiċċara li jekk mhux possibbli għal Stat Membru li jinnotifika l-ispejjeż medji annwali għal sena speċifika sad-data ta’ skadenza rikjesta, imbagħad l-Kummissjoni Amministrattiva tista’, wara talba, taqbel li jintużaw l-ispejjeż medji annwali ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali għas-sena immedjatament preċedenti. Din id-deroga ma tistax tingħata għal snin konsekuttivi.

    24.Jitħassar l-Artikolu 70 b’riżultat tal-emendi fl-Artikolu 65 tar-Regolament bażiku li jneħħu r-regoli tar-rimborż għall-benefiċċji tal-qgħad għall-ex ħaddiema tal-fruntiera.

    25.L-Artikoli 73(1) u (2) jiġu emendati u jiddaħħal il-paragrafu 3 biex tiġi estiża l-applikazzjoni tal-proċedura ta' tpaċija fil-ħlas ta’ talbiet għall-każijiet li jirriżultaw minn bidla retroattiva tal-leġiżlazzjoni applikabbli. Barra minn hekk, jiddaħħal il-paragrafu 4 sabiex jiġi żgurat li l-proċedura ta' tpaċija bejn l-istituzzjonijiet titwaqqaf b’limiti ta’ żmien stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Wara li jitqies li ż-żmien ta’ ħames snin diġà ddaħħal fl-Artikolu 82(1)(b) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għall-proċedura ta’ rkupru, jiddaħħal il-paragrafu 5 biex jipprevedi li perjodu ta’ limitu ta’ ħames snin għandu japplika wkoll għall-proċedura ta’ tpaċija skont dan l-Artikolu 73 li jgħodd b’lura mid-data meta l-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 5(2) jew 6(3) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni bdiet.

    26.L-Artikoli 75 sa 82 u 84 jiġu emendati u jiddaħħal l-Artikolu 85a biex jaġġorna il-proċeduri dwar l-irkupru li jinsabu fil-Kapitolu III tat-Titolu V tar-Regolament ta’ implimentazzjoni. Il-proċeduri eżistenti huma bbażati fuq dawk stabbiliti fid-Direttiva 2008/55/KE li minn dak iż-żmien ġiet superata bid-Direttiva 2010/24/UE. B’mod partikolari l-emendi jipprevedu għal strument uniformi biex jintuża għall-miżuri ta’ infurzar kif ukoll jipprevedu proċeduri standard biex tintalab assistenza reċiproka u notifika tal-istrumenti u deċiżjonijiet marbutin ma’ talba.

    27.L-Artikolu 75 jiġi emendat biex jipprevedi bażi legali għall-Istati Membri biex jużaw l-informazzjoni skambjata, fil-qasam kopert b’dan ir-Regolament, anke għall-fini ta’ valutazzjoni u infurzar ta’ taxxi u dazji koperti bid-Direttiva 2010/24/UE. Barra minn hekk, dan jintroduċi bażi legali għall-awtoritajiet biex jiskambjaw informazzjoni, mingħajr rikjesta minn qabel, f’każijiet ta’ ħlas lura ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

    28.L-Artikolu 76 jiġi emendat biex jillimita l-possibilità tal-Istati Membri li jirrifjutaw li jagħtu informazzjoni meta din tkun utli għall-irkupru ta’ talba.

    29.L-Artikolu 77 jiġi emendat biex jintroduċi formola uniformi ta’ notifika. L-emenda tiċċara wkoll li għandha ssir talba għal notifika meta l-Istat Membru tal-parti applikanti ma jistax jinnotifika hu stess, skont ir-regoli tiegħu, jew jekk notifika minn dak l-Istat tkun se ġġib diffikultajiet sporporzjonati.

    30.L-Artikolu 78 jiġi emendat biex jintroduċi eċċezzjonijiet għall-obbligu ta’ Stat Membru li jipprovdi assistenza fil-proċedura ta’ rkupru għall-każijiet fejn hu ċar li ma hemm l-ebda prospetti ta’ rkupru sħiħ jew il-proċedura tkun se tikkawża diffikultajiet sproporzjonati.

    31.L-Artikolu 79 jiġi emendat biex jintroduċi strument uniformi għall-infurzar tal-irkupru li jista’ jiġi rikonoxxut b’mod dirett fi Stat Membru ieħor. L-introduzzjoni ta’ strument uniformi għall-infurzar kienet appoġġata bil-qawwa mir-rappreżentanti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kummissjoni Amministrattiva 30 .

    32.L-Artikolu 80 jiġi emendat biex jiċċara ċ-ċirkostanzi fejn il-parti rikjesta tista’ tnaqqas l-ispejjeż imġarrba mit-talba rkuprata.

    33.L-Artikolu 81 jadatta id-dispożizzjonijiet dwar il-kontestazzjoni biexiqisu l-emendi dwar in-notifika u l-istrument uniformi għall-infurzar.

    34.L-Artikolu 82 jiġi emendat biex jiċċara l-perjodi ta’ limitu li japplikaw fir-rispett tat-talbiet għall-assistenza li jikkonċernaw talbiet eqdem minn ħames snin.

    35.L-Artikolu 84 jiġi emendat biex jiċċara meta Stat Membru jista’ jitlob assistenza fl-applikazzjoni ta’ miżuri prekawzjonarji. Dan jipprevedi wkoll li dokument imfassal biex jippermetti miżuri prekawżjonarji fl-Istat Membru tal-parti applikanti ma jistax ikun soġġett għal atti ta’ rikonoxximent, suppliment jew sostituzzjoni.

    36.L-Artikolu 85 jiġi emendat biex jintroduċi dispożizzjoni li tiċċara l-obbligu tal-parti applikanti li tħallas lura l-ispejjeż marbutin mal-irkupru mġarrba mill-parti rikjesta, f’sitwazzjonijiet fejn dawn l-ispejjeż ma jistgħux jiġu rkuprati mid-debitur jew imnaqqsa mit-talba.

    37.Jiddaħħal l-Artikolu 85a biex jippermetti uffiċjali tal-parti applikanti jipparteċipaw fil-proċedura tal-irkupru fi Stat Membru ieħor, fejn hemm qbil dwar dan bejn il-partijiet u skont l-arranġamenti tal-parti rikjesta.

    38.L-Artikolu 87(6) jiġi emendat biex jillimita l-eċċezzjoni fil-prinċipju tal-kooperazzojni amministrattiva reċiproka mingħajr ħlas stabbilit f’dak l-Artikolu billi jitneħħa l-obbligu li jitħallsu lura l-ispejjeż tal-eżamijiet mediċi u l-kontrolli amministrattivi mwettqa mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza f’każijiet fejn dik l-istituzzjoni tuża s-sejbiet biex tissodisfa l-obbligi skont il-leġiżlazzjoni tagħha stess.

    39.Jitħassar l-Artikolu 89(3) peress li din id-dispożizzjoni hija issa inkorporata fl-Artikolu 75a tar-Regolament bażiku.

    40.Jitħassar l-Artikolu 92 bħala konsegwenza tal-emendi fl-Artikolu 88 tar-Regolament bażiku.

    41.L-Artikolu 93 jiġi emendat u jiddaħħal l-Artikolu 94a biex jirreferi għall-arranġamenti tranżitorji fl-Artikolu 87b tar-Regolament bażiku u għad-dispożizzjonijiet tranżitorji speċjali għall-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad għall-ex ħaddiema tal-fruntiera.

    42.L-Artikolu 96 jiġi emendat biex jipprevedi li, għal finijiet biex issir konverżjoni tal-munita skont l-Artikolu 107 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità 31 , l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jirreferu għar-rati tal-kambju ppubblikati skont l-Artikolu 90 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni.

    Artikolu 3

    Dan l-Artikolu jispeċifika id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda.

    Anness

    1.L-Anness jinkludi emendi fl-Annessi attwali tar-Regolament bażiku. Dawn l-Annessi għandhom bżonn li minn żmien għal żmien jiġu aġġornati minħabba t-tibdiliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    2.L-Anness 1 tar-Regolament bażiku dwar l-eżenzjonijiet mill-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-familja jiġi emendat biex jirrifletti l-bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonċerna l-għoti ta' pagamenti ta' manteniment għas-Slovakkja u l-Iżvezja u l-allowances speċjali marbutin mat-twelid ta’ tarbija u mal-adozzjoni għall-Ungerija, ir-Rumanija u l-Iżvezja.

    3.L-Anness II tar-Regolament bażiku dwar il-konvenzjonijiet bilaterali jiġi emendat biex titħassar ir-referenza għal “SPANJA-PORTUGALL” li skadew.

    4.L-Anness III tar-Regolament bażiku jiġi emendat skont l-Artikolu 87(10a): jitħassru l-entrati għall-Estonja, Spanja, l-Italja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi wara l-iskadenza tagħhom fl-1 ta’ Mejju 2014. Barra minn hekk, il-Kroazja, il-Finlandja u l-Iżvezja jitneħħew mill-Anness III fuq talba tagħhom.

    5.L-Anness IV tar-Regolament bażiku jelenka l-Istati Membri li jagħtu aktar drittijiet lill-pensjonanti li jirritornaw lejn l-Istat kompetenti. Dan qed jiġi emendat biex jinkludi l-Estonja, il-Litwanja, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja, u r-Renju Unit li jixtiequ jagħtu aċċess sħiħ għall-benefiċċji tal-mard in natura għall-pensjonanti li jirritornaw lejn it-territorji tagħhom.

    6.L-Anness X tar-Regolament bażiku, li jelenka l-benefiċċji speċjali nonkontributorji fi flus, jiġi emendat biex jirrifletti bidliet fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali.

    Jitħassru xi entrati peress li l-benefiċċji ma għadhomx jeżistu (l-allowance soċjali Ċek, l-allowance Estonjan għall-adulti b’diżabilità, l-allowance Ungeriż għat-trasport u l-allowance Sloven tal-pensjoni tal-istat u tal-manteniment) jew il-benefiċċju ġie definit mill-ġdid u hu parti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-assistenza soċjali (is-sostenn Sloven tad-dħul tal-pensjonanti).

    Għandhom jiżdiedu benefiċċji li għadhom kif ġew introdotti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 70(2) tar-Regolament bażiku (il-benefiċċju Estonjan tal-funerali, l-allowance soċjali Rumen għall-pensjonanti u l-komponent tal-mobilità tal-Pagament Brittaniku għall-Indipendenza Personali).

    Tnejn mill-entrati attwali għall-Ġermanja u l-Iżvezja għandhom jiġu aġġornati peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ġiet emendata.

    7.L-Anness XI tar-Regolament bażiku, li fih dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, għandu bżonn jiġi aġġornat.

    L-emenda fl-entrata Ġermaniża hija intiża biex tiżgura li r-reġim tat-taxxa l-aktar favorevoli japplika għall-persuni li jirċievu benefiċċju għal ġranet mhux maħduma mill-ġenitur.

    L-emenda fl-entrata Estonjana tipprevedi metodu għall-kalkolu pro rata tal-benefiċċju tal-invalidità skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku fil-waqt li jispeċifika li l-perjodi ta’ residenza sħaħ fl-Estonja li se jittieħdu inkonsiderazzjoni se jibdew mal-età ta’ 16-il sena sa meta tkun ġrat l-invalidità.

    L-emenda fl-entrata tan-Netherlands tipprevedi li persuni li jirċievu “pensjoni ekwivalenti” skont l-Anness XI (l)(f), u membri tal-familja tagħhom, huma intitolati, abbażi ta’ pensjoni ekwivalenti u sussegwentement abbażi tal-pensjoni statutorja tax-xjuħija, li jirċievu benefiċċji tal-mard in natura fl-Istat Membru ta’ residenza mħallsin min-Netherlands.

    Jiddaħħlu żewġ entrati ġodda għar-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja b’rabta mal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tad-29 ta’ Ottubru 1992 konkluża wara d-dissoluzzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka (diġà elenkati fl-Anness II). L-objettiv hu li jitqiesu l-partikolaritajiet tas-supplimenti ġodda tal-pensjoni tagħhom li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn iċ-ċirkostanzi storiċi speċjali.

    L-ewwel żewġ paragrafi tal-entrata Żvediża għandhom jitħassru bħala konsegwenza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-257/10, Bergström, UE:C:2011:839. 

    Il-paragrafi 1, 2 u 4 tal-entrata tar-Renju Unit jiġu emendati biex jirriflettu t-tibdiliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    8.Jiżdied Anness ġdid mar-Regolament bażiku, l-Anness XII, li ser jelenka l-benefiċċji tal-kura fit-tul ikkoordinati skont il-Kapitolu 1a, kif imsemmi fl-Artikolu 35a(3).

    9.Jiżdied anness ġdid mar-Regolament bażiku, l-Anness XIII, li ser jelenka l-benefiċċji tal-familja fi flus maħsuba biex jieħdu l-post l-introjtu matul il-perjodi tat-trobbija tat-tfal, kif imsemmi fl-Artikolu 68b.

    2016/0397 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 32 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Fl-1 ta’ Mejju 2010 bdiet taħdem sistema mondernizzata tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

    (2)Dawn ir-Regolamenti kienu aġġornati bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 biex jiġu ssupplimentati, iċċarati u aġġornati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti, speċjalment fil-qasam tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u tal-benefiċċji tal-qgħad, u biex isiru adattazzjonijiet tekniċi fir-referenzi għal-leġizlazzjoni nazzjonali fl-Annessi.

    (3)Jidher mill-evalwazzjonijiet u mid-diskussjonijiet fil-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali li fl-oqsma tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, il-benefiċċji tal-qgħad u l-benefiċċji tal-familja, il-proċess ta’ modernizzazzjoni għandu jkompli.

    (4)Jibqa’ essenzjali li r-regoli ta’ koordinazzjoni jżommu pass mal-evoluzzjoni tal-kuntest ġuridiku u tas-soċjetà li fih dawn joperaw billi jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-waqt fl-istess ħin tiġi żgurata ċ-ċarezza ġuridika, it-tqassim ġust u ekwu tal-piż finanzjarju bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u s-sempliċità amministrattiva tar-regoli.

    (5)Hu meħtieġ li tiġi garantita ċ-ċertezza legali billi jiġi ċċarat li l-aċċess għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali minn ċittadini mobbli ekonomikament inattivi fl-Istat Membru ospitanti, tista’ ssir bil-kundizzjoni li ċ-ċittadin ikollu dritt ta’ residenza legali fl-Istat Membru skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri 33 . Għal dawn il-finijiet, għandu jkun hemm distinzjoni ċara ta’ ċittadin ekonomikament inattiv minn persuna li qed tfittex ix-xogħol li d-dritt tiegħu ta’ residenza ngħatalu direttament bl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    (6)Il-benefiċċji tal-kura fit-tul għadhom s’issa ma ġewx inklużi b’mod espliċitu fl-ambitu materjali tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 iżda kkoordinati bħala benefiċċji tal-mard, u dan qed iwassal għal inċertezza legali kemm għall-istituzzjonijiet u kif ukoll għall-persuni li jitolbu l-benefiċċji tal-kura fit-tul. Hemm il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas legali stabbli xieraq għall-benefiċċji tal-kura fit-tul fir-Regolament biex jinkludi definizzjoni ċara ta’ tali benefiċċji.

    (7)Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza rigward it-terminoloġija fil-liġi tal-UE, it-terminu “stazzjonament” għandu jintuża għall-istazzjonament tal-ħaddiema fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi 34 . Barra minn hekk, biex tinkiseb konsistenza fit-trattament bejn il-persuni impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom, hemm bżonn li r-regoli speċjali għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-każijiet li huma temporanjament stazzjonati jew mibgħuta f’Stat Membru ieħor għandhom japplikaw b’mod konsistenti kemm għall-persuni impjegati kif għall-persuni li jaħdmu għal rashom.

    (8)Fil-qasam tal-benefiċċji tal-qgħad, ir-regoli ta’ aggregazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni għandhom jiġu applikati b’mod uniformi mill-Istati Membri kollha. Bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema transfruntiera msemmija fl-Artikolu 65(2), ir-regoli dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi għall-finijiet tal-għoti ta’ intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-persuna assigurata fiż-żmien l-aktar reċenti ġabret b’mod sħiħ ta’ mill-anqas tliet xhur ta’ assigurazzjoni f’dak l-Istat Membru. L-Istat Membru preċedentament kompetenti għandu jsir kompetenti għall-persuni kollha assigurati li ma jissodisfawx din il-kundizzjoni. F’dan il-każ, ir-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni l-aktar riċenti għandu jkollha l-istess effett ta’ reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda kienet assigurata qabel.

    (9)Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2013, 35 hemm bżonn li jiġi estiż it-tul minimu ta’ żmien tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad minn tliet xhur għal sitta sabiex jitjiebu l-opportunitajiet tal-persuni qiegħda li jiċċaqilqu għal Stat Membru ieħor biex ifittxu x-xogħol u ċ-ċansijiet tagħhom ta’ integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u biex jiġi indirizzat l-ispariġġ tal-ħiliet bejn il-fruntieri.

    (10)Hemm ħtieġa li tiġi żgurata parità akbar tat-trattament għall-ħaddiema tal-fruntiera u ħaddiema transfruntiera billi jiġi żgurat li ħaddiema tal-fruntiera jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad mill-Istat Membru tal-aħħar attività sakemm dawn ikunu ħadmu f’dak l-Istat Membru għal ta’ mill-anqas l-aħħar 12-il xahar.

    (11)Il-benefiċċji tal-familja maħsuba biex jieħdu post l-introjtu fil-perjodu tat-trobbija tat-tfal tfasslu biex jissodisfaw l-bżonnijiet individwali u personali tal-ġenitur soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti u għalhekk jiddistingwu ruħhom minn benefiċċji oħra tal-familja billi dawn huma maħsuba biex jikkumpensaw ġenitur għat-telf tal-introjtu jew is-salarju fi żmien mqatta’ fit-trobbija aktar milli biex jissodisfa biss l-ispejjeż ġenerali tal-familja.

    (12)Biex dan ir-Regolament ikun jista’ jiġi aġġornat f’waqtu mal-iżviluppi fuq il-livell nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tkun tista’ temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 987/2009. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol tat-tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitmexxew skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 36 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess żmien li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jkollhom x’jaqsmu mat-tħejjija tal-atti delegati.

    (13)Bil-ħsieb li l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżball fl-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni, hu meħtieġ li tiġi stabbilita bażi oħra legali permissiva li tiffaċilita l-ipproċessar tad-data personali dwar il-persuni li għalihom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009. B’hekk Stat Membru jkun jista’ , minn żmien għal żmien, iqabbel id-data li jkollhom l-istituzzjonijiet kompetenti tiegħu ma’ dawk ta’ Stat Membru ieħor sabiex jiġu identifikati l-iżbalji u l-inkonsistenzi li jeħtieġu aktar investigazzjoni.

    (14)Sabiex jitħarsu d-drittijiet tas-suġġetti tad-data filwaqt li fl-istess ħin jiġi ffaċilitat l-interess leġittimu tal-Istati Membri li jikkollaboraw fl-infurzar tal-obbligi legali, huma meħtieġ li jiġu speċifikati b’mod ċar iċ-ċirkostanzi li fihom id-data personali skambjata skont dawn ir-Regolamenti tista’ tintuża għall-finijiet għajr għas-sigurtà soċjali u li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni speċifika u adegwata lis-soġġetti tad-data.

    (15)Bil-ħsieb li titħaffef il-proċedura għall-verifika u l-irtirar tad-dokumenti (b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur) f’każ ta’ frodi u żball, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-istituzzjoni emittenti u l-istituzzjoni li qed titlob l-irtirar. Fejn ikun hemm dubju dwar il-validità ta’ dokument jew dwar il-korrettezza tal-evidenza ta' sostenn jew fejn hemm differenza ta’ opinjonijiet bejn l-Istati Membri dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, hu fl-interess tal-Istati Membri u l-persuni kkonċernati li l-istituzzjonijiet ikkonċernati jilħqu ftehim f’perjodu raġonevoli ta’ żmien.

    (16)Biex jiġi żgurat tħaddim effettiv u effiċjenti tar-regoli ta’ koordinazzjoni huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-impjegati li jwettqu attività ekonomika f’żewġ Stati Membri jew aktar sabiex ikun hemm parità akbar mal-kundizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li huma stazzjonati jew mibgħuta biex iwettqu attività ekonomika fi Stat Membru uniku. Barra minn hekk, ir-regoli dwar l-istazzjonament li jipprevedu l-kontinwazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għandhom japplikaw għal persuni li kellhom rabta preċedenti mas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tal-oriġini.

    (17)Għandhom jingħataw is-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni 37 .

    (18)Jekk Stat Membru ma jkunx jista’ jinnotifika sad-data tal-iskadenza l-ispiża medja annwali għal kull persuna f’kull grupp ta’ età għas-sena ta’ referenza, huwa meħtieġ li tingħata alternattiva li l-Istat Membru jista’ jippreżenta t-talbiet għal dik is-sena abbażi tal-ispejjeż medji annwali għas-sena immedjatament preċedenti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali. Ir-rimborż tan-nefqa fuq il-benefiċċji in natura abbażi tal-ammonti fissi għandu jkun qrib kemm jista’ jkun possibbli għan-nefqa attwali; għalhekk deroga mill-obbligu tan-notifika għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva u ma għandhiex tingħata f’sena konsekuttiva. 

    (19)Wara li ttieħed kont tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każijiet C-345/09 van Delft u Oħrajn, UE:C:2010:610 u C-543/13 UE:C:2015:359 Fischer-Lintjens , hemm bżonn li jiġu ffaċilitati l-bidliet retrospettivi fil-leġiżlazzjoni applikabbli. Għalhekk il-proċedura ta’ tpaċija li tapplika f’sitwazzjonijiet fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ġiet applikata b’mod provviżorju skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandha tiġi estiża wkoll għal każijiet oħra li jirriżultaw minn bidla retroattiva tal-leġiżlazzjoni applikabbli. Barra minn hekk, f'dan il-kuntest, hu meħtieġ li ma jiġux applikati dispożizzjonijiet diverġenti dwar il-limitazzjoni fil-liġi nazzjonali biex jiġi żgurat li ħlas retroattiv bejn l-istituzzjonijiet ma jiġix ostakolat minn xi limiti ta’ żmien applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-waqt li fl-istess ħin jiġi stabbilit perjodu ta’ limitu uniformi ta’ ħames snin li jgħodd b’lura mill-bidu tal-proċedura ta’ djalogu msemmija taħt l-Artikoli 5(2) u 6(3) ta’ dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li din il-proċedura għas-soluzzjoni ta’ dan it-tilwim ma tiġix mfixxkla.

    (20)Irkupru effettiv huwa wkoll mezz ta’ prevenzjoni u mod kif jiġu ttrattati l-abbużi u l-frodi u mezz biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-iskemi tas-sigurtà soċjali. Il-proċeduri ta’ rkupru li jinsabu fil-Kapitolu III tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) 987/2009 ssejsu fuq il-proċeduri u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2008/55/KE tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra 38 . Din id-Direttiva ġiet issuperata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra 39 , li introduċiet strument uniformi biex jintuża għall-miżuri ta’ infurzar kif ukoll formola standard għan-notifika tal-istrumenti u l-miżuri marbuta mat-talbiet. Fir-rieżami mill-Kummissjoni Amministrattiva skont l-Artikolu 86(3) tar-Regolament 987/2009 ħafna mill-Istati Membri sabuha vantaġġuża li jużaw strument uniformi għall-infurzar simili għal dak previst mid-Direttiva 2010/24/UE. Għalhekk jeħtieġ li r-regoli għall-assistenza reċiproka fl-irkupru ta’ talbiet dwar is-sigurtà soċjali jirriflettu l-miżuri l-ġodda fid-Direttiva 2010/24/UE sabiex jiġi żgurat irkupru aktar effettiv u l-funzjonament bla xkiel tar-regoli ta’ koordinazzjoni.

    (21)Huwa meħtieġ li l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jiġu adattati biex jieħdu kont tat-tibdiliet legali f’ċerti Stati Membri u biex tiġi garantita ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jiġi emendat kif ġej:

    1.Tiżdied it-tieni sentenza fil-Premessa 2 kif ġej:

    “L-Artikolu 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiggarantixxi lil kull ċittadin tal-Unjoni d-dritt għall-moviment liberu soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u bil-miżuri adottati li jagħmluhom effettivi.”

    2.Fil-Premessa 5, wara “għall-persuni konċernati taħt il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti” jiddaħħal dan il-kliem li ġej:

    40 “, soġġett għall-kondizzjonijiet li jirrigwardaw l-aċċess għal ċerti benefiċċji tas-sigurtà soċjali minn ċittadini mobbli tal-UE ekonomikament inattivi fl-Istat Membru ospitanti stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri.”

    3.Wara l-Premessa 5, jiddaħħal dan li ġej:

    “(5a) Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri huma intitolati li jiftħu l-aċċess taċ-ċittadini ekonomikament inattivi fl-Istat Membru ospitanti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, li ma jikkostitwixxux assistenza soċjali fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE soġġetta għal dritt ta’ residenza legali fit-tifsira ta’ din id-Direttiva. Il-verifika tad-dritt legali ta’ residenza għandha ssir skont ir-rekwiżit tad-Direttiva 2004/38/KE. Għal dawn il-finijiet, għandu jkun hemm distinzjoni ċara ta’ ċittadin ekonomikament inattiv minn persuna li qed tfittex ix-xogħol li d-dritt tagħha ta’ residenza ngħatalha direttament bl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza ġuridika għaċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, hemm bżonn ta’ kodifikazzjoni ta’ din il-każistika.

    (5b) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċittadini mobbli tal-UE ekonomikament inattivi ma jiġux mxekkla milli jissodisfaw il-kundizzjoni li jkollhom kopertura ta' assigurazzjoni komprensiva tal-mard fl-Istat Membru ospitanti, kif stabbilit fi-Direttiva 2004/38/KE. Din tista’ tinvolvi li dawn iċ-ċittadini jitħallew jikkontribwixxu b’mod proporzjonat għal skema ta’ kopertura ta’ mard fl-Istat Membru li fih abitwalment jirrisjedu.

    (5c) Minkejja il-limitazzjonijiet fid-dritt għal trattament ugwali għal persuni ekonomikament inattivi, li joħroġu mid-Direttiva 2004/38/KE jew inkella bis-saħħa tal-liġi tal-Unjoni, xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jirristrinġi d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), id-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2) u l-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35).”

    4.L-ewwel sentenza tal-Premessa 18b tinbidel b’dan li ġej:

    41 “Fl-Anness III, is-Subparti FTL tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014 tad-29 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-kunċett ta’ bażi tas-servizz għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina huwa ddefinit bħala l-post, assenjat mill-operatur lill-membru tal-ekwipaġġ, li minnu l-membru tal-ekwipaġġ normalment jibda u jispiċċa perjodu ta’ dmir jew sensiela ta’ perjodi ta’ dmir u fejn, f’kundizzjonijiet normali, l-operatur ma jkunx responsabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ ikkonċernat.”

    5.Il-Premessa 24 tinbidel b’dan li ġej:

    “(24) Benefiċċji tal-kura fit-tul għall-persuni assigurati u l-membri tal-familja tagħhom jridu jiġu kkoordinati skont regoli speċifiċi li, fil-prinċipju, isegwu r-regoli applikabbli għall-benefiċċji tal-mard, b’konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. Hemm bżonn ukoll li jiġu previsti dispożizzjonijiet speċifiċi f’każ ta’ overlapping ta’ benefiċċji tal-kura fit-tul in natura u fi flus.”

    6.Wara l-Premessa 35, jiddaħħal dan li ġej:

    “(35a) Il-benefiċċji tal-familja fi flus maħsuba biex jieħdu post l-introjtu matul perjodi tat-trobbija tat-tfal huma drittijiet individwali li huma personali għall-ġenitur soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti. Minħabba n-natura speċifika ta’ dawn il-benefiċċji tal-familja, dawn il-benefiċċji għandhom jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu riżervati esklussivament għall-ġenitur ikkonċernat. L-Istat Membru b’kompetenza sekondarja jista’ jagħżel li r-regoli ta’ prijorità fil-każ ta’ overlapping tad-drittijiet għall-benefiċċji tal-familja taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti u taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tal-membri tal-familja ma għandhomx japplikawhom għal dawn il-benefiċċji. Meta Stat Membru jagħżel li ma japplikax r-regoli ta’ prijorità, dan għandu jagħmlu b’konsistenza fir-rispett tal-persuni kollha intitolati f’sitwazzjoni analoga. Dan l-Istat Membru jrid jiġi elenkat fil-Parti II tal-Anness XIII.”

    7.Wara l-Premessa 39, jiddaħħal dan li ġej:

    42 “(39a) L-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 679/2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament.”

    8.Wara l-Premessa 45, jiddaħħlu l-premessi li ġejjin:

    43 “(46) Sabiex ikun possibbli aġġornament f’waqtu ta’ dan ir-Regolament mal-iżviluppi fuq il-livell nazzjonali, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ddelegat lill-Kummissjoni Ewropea fir-rispett tal-emendar tal-Annessi ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 987/2009. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol tat-tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitmexxew skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.B’mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess żmien li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jkollhom x’jaqsmu mat-tħejjija tal-atti delegati.

    (47) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol (l-Artikolu 15), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17), id-dritt għan-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21), id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24), id-drittijiet tal-anzjani (l-Artikolu 25), l-integrazzjoni tal-persuni diżabbli (l-Artikolu 26), il-ħajja tal-familja u professjonali (l-Artikolu 33); id-dritt għas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali (l-Artikolu 34), id-dritt għall-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35) u d-dritt għal-libertà ta' moviment u ta' residenza (l-Artikolu 45); u għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

    (48) Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jillimita d-drittijiet u l-obbligi indipendenti rikonoxxuti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari d-Dritt għall-Ħajja (l-Artikolu 2), id-Dritt għall-protezzjoni minn trattamenti inumani jew degradanti (l-Artikolu 3), id-Dritt għall-Proprjetà (l-Artikolu 1 tal-ewwel Protokoll adizzjonali) u d-dritt għan-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 14) u dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-obbligi.”

    9.L-Artikolu 1 jiġi emendat kif ġej:

    (a)Fil-Punt (c) it-terminu “Titolu III, Kapitoli 1 u 3” jinbidel bit-terminu “It-Titolu III, il-Kapitoli 1, 1a u 3”.

    (b)Fil-Punt (i)(1)(ii) wara t-terminu “it-Titolu III, Kapitolu 1 dwar benefiċċji marbuta mal-mard, benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità”, jiddaħħal it-terminu “u l-Kapitolu 1a dwar il-benefiċċji tal-kura fit-tul”.

    (c)Fil-Punt (va)(i) wara t-terminu “[tat-]Titolu III, Kapitolu 1 (benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta’ paternità), jiddaħħal it-terminu “u l-Kapitolu 1a (benefiċċji tal-kura fit-tul)” u titħassar l-aħħar sentenza.

    (d)Il-Punt li ġej jiddaħħal wara l-Punt (va):

    “(vb) “benefiċċju tal-kura fit-tul” tfisser kull benefiċċju in natura, fi flus jew dawn it-tnejn f’daqqa għall-persuni li, matul perjodu estiż ta’ żmien, minħabba anzjanità, diżabbiltà, mard jew indeboliment, jeħtieġu assistenza konsiderevoli minn persuna jew persuni oħra biex iwettqu l-attivitajiet essenzjali ta’ kuljum inklużi dawk biex isostnu l-awtonomija personali tagħhom; din tinkludi benefiċċji mogħtija lill-persuna li tipprovdi tali assistenza jew għaliha;”

    10.Fl-Artikolu 3(1), il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (b):

    “(ba) benefiċċji tal-kura fit-tul;”

    11.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 4

    Trattament Ugwali

    1. Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom igawdu l-istess benefiċċji u għandhom ikunu soġġetti għall-istess obbligi skont il-leġiżlazzjoni ta' kull Stat Membru daqs li kieku kienu ċittadini tiegħu.

    44 2. Stat Membru jista’ jirrikjedi li l-aċċess ta’ persuna ekonomikament inattiva li tirrisjedi f’dak l-Istat Membru għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tiegħu jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet tad-dritt għal residenza legali kif stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membr.”.

    12.L-Artikolu 11 jiġi emendat kif ġej:

    (a)Fil-paragrafu 2 it-terminu “benefiċċji fi flus marbutin ma' mard li jkopru trattament għal perjodu mhux determinat” jinbidel bit-terminu “benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul”.

    (b)Il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

    45 “5. Attività bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li jwettaq servizzi għal passiġġieri jew għal merkanzija tal-ajru għandha titqies bħala attività mwettqa esklussivament fl-Istat Membru fejn tinsab il-bażi tas-servizz kif definit fis-Subparti FTL tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014/UE tad-29 ta’ Jannar 2014.”

    13.L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 12

    Regoli speċjali

    46 1. Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi stazzjonata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi jew tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor biex iwettaq xogħol f’isem dak l-impjegatur, għandu jkompli jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ dan ix-xogħol ma jaqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna ma tiġix stazzjonata jew tintbagħat biex tieħu post persuna oħra impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, stazzjonata jew mibgħuta qabel fit-tifsira ta’ dan l-Artikolu.

    2. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa’ tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru sakemm it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ din l-attività ma taqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna mhix tieħu post persuna oħra impjegata jew li taħdem għal rasha stazzjonata.”.

    14.Fl-Artikolu 13 il-paragrafu 4a li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 4:

    “4a. Persuna li qed tirċievi benefiċċji tal-qgħad fi flus minn Stat Membru u li fl-istess ħin qiegħda twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li jħallas il-benefiċċji tal-qgħad.”.

    15.Fl-Artikolu 32, jiżdied dan il-paragrafu 3 li ġej:

    “3. Fejn membru tal-familja għandu dritt derivattiv għall-benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, ir-regoli ta’ prijorità li ġejjin għandhom japplikaw:

    (a)Fil-każ tad-drittijiet mogħtija fuq bażi differenti, l-ordni ta’ prijorità għandha tkun kif ġej:

    (i) drittijiet mogħtija abbażi ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha;

    (ii) drittijiet mogħtija abbażi ta’ pensjoni li persuna assigurata tirċievi;

    (iii) drittijiet mogħtija abbażi tar-residenza tal-persuna assigurata;

    (b)fil-każ ta’ drittijiet derivattivi mogħtija fuq l-istess bażi, l-ordni ta’ prijorità għandha tkun stabbilita b’referenza għall-post ta’ residenza tal-membru tal-familja bħala kriterju sussidjarju;

    (c)F’każijiet fejn huwa impossibbli li tiġi stabbilita l-ordni ta’ prijorità abbażi tal-kriterji preċedenti, bħala l-aħħar kriterju, għandu tapplika l-itwal perjodu ta’ assigurazzjoni tal-persuna assigurata taħt l-iskema nazzjonali tal-pensjonijiet.”.

    16.L-Artikolu 34 jitħassar.

    17.Wara l-Artikolu 35, jiddaħħal dan il-Kapitolu li ġej:

    “KAPITOLU 1a

    Benefiċċji tal-kura fit-tul

    Artikolu 35a

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikoli 17 sa 32 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-benefiċċji tal-kura fit-tul.

    2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tal-benefiċċji tal-kura fit-tul li jissodisfaw il-kriterji li hemm fl-Artikolu 1 (vb) ta’ dan ir-Regolament, li jispeċifika liema huma l-benefiċċji in natura u liema huma l-benefiċċji fi flus.

    3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu benefiċċji tal-kura fit-tul fi flus skont l-Kapitoli l-oħra tat-Titolu III, jekk il-benefiċċju u l-kundizzjonijiet speċifiċi li għalihom il-benefiċċju huwa soġġett huma elenkati fl-Anness XII u sakemm l-eżitu ta’ din il-koordinazzjoni hija mill-inqas daqstant favorevoli għall-benefiċjarji bħallikieku l-benefiċċju ġie kkoordinat skont dan il-Kapitolu.

    Artikolu 35b

    Sitwazzjoni ta' overlapping ta' benefiċċji tal-kura fit-tul

    1. Jekk persuna li tirċievi l-benefiċċju tal-kura fit-tul fi flus mogħtija skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti jirċievi, fl-istess żmien u skont dan il-Kapitolu, il-benefiċċji tal-kura fit-tul in natura mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew żjara fi Stat Membru ieħor, u istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru hija wkoll rikjesta li tħallas lura l-ispiża ta’ dawn il-benefiċċji in natura skont l-Artikolu 35c, id-dispożizzjoni ġenerali dwar il-prevenzjoni tal-overlapping tal-benefiċċji stabbilita fl-Artikolu 10 għandha tapplika, b’din ir-restrizzjoni li ġejja biss: l-ammont tal-benefiċċju fi flus għandu jitnaqqas bl-ammont rimborżabbli għall-benefiċċju in natura li jista’ jintalab skont l-Artikolu 35c mill-istituzzjoni tal-ewwel Stat Membru.

    2. Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu fuq miżuri oħra jew fuq miżuri supplimentari li ma għandhomx ikunu anqas favorevoli għall-persuni konċernati mill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1.

    Artikolu 35c

    Rimborż bejn istituzzjonijiet

    1. L-Artikolu 35 għandu japplika mutatis mutandis għall-benefiċċji tal-kura fit-tul.

    2. Jekk il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru fejn l-istituzzjoni kompetenti taħt dan il-Kapitolu hija stabbilita ma tipprovdix benefiċċji tal-kura fit-tul in natura, l-istituzzjoni li hi jew tkun kompetenti f’dan l-Istat Membru taħt il-Kapitolu 1 għar-rimborż tal-benefiċċji tal-mard in natura mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha titqies li hi dik kompetenti wkoll taħt il-Kapitolu 1a.”

    18.Fl-Artikolu 50(2), it-terminu “l-Artikolu 52(1) (a) jew (b)” jinbidel bit-terminu “l-Artikolu 52(1) (b)”.

    19.L-Artikolu 61 jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 61

    Regoli speċjali dwar l-aggregazzjoni ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti

    1. Bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 65(2), l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 għall-persuna kkonċernata għandha tkun bil-kundizzjoni li din tkun lestiet reċentement perjodu ta’ mill-anqas tliet xhur ta’ assigurazzjoni, impjieg, jew impjieg indipendenti skont il-leġiżlazzjoni li skontha l-benefiċċji jintalbu.

    2. Meta persuna qiegħda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-aggregazzjoni tal-perjodi skont il-paragrafu 1 minħabba li t-tul ta’ żmien totali tal-perjodi kompluti l-aktar reċenti ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti tagħha f’dak l-Istat Membru hu anqas minn tliet xhur dik il-persuna għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn din il-persuna lestiet dawn il-perjodi qabel skont il-kundizzjonijiet u soġġetta tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 64a.”.

    20.L-Artikolu 64 jiġi emendat kif ġej:

    (a)Fil-paragrafu 1(c) il-kelma “tlieta” għandha tinbidel b’ “sitta” u l-kliem “tat-tliet xhur sa massimu ta’ sitt xhur” għandu jinbidel bil-kliem “tas-sitt xhur sa tmiem il-perjodu tal-intitolament għall-benefiċċji ta’ dik il-persuna”;

    (b)Fil-paragrafu 3, il-kelma “tlieta” għandha tinbidel b’ “sitta” u l-kliem “massimu ta’ sitt xhur” għandu jinbidel bil-kliem “sa tmiem il-perjodu tal-intitolament għall-benefiċċji”;

    21.Wara l-Artikolu 64, jiddaħħal dan l-Artikolu 64a li ġej

    Artikolu 64 a

    Regoli speċjali għall-persuni qiegħda li ċċaqilqu għal Stat Membru ieħor mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(1) u tal-Artikolu 64

    F’sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61(2), l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna qiegħda kienet qabel soġġetta għaliha għandu jsir kompetenti biex jipprovdi l-benefiċċji tal-qgħad. Dawn għandhom jiġu pprovduti bi spiża tal-istituzzjoni kompetenti għall-perjodu stabbilit fl-Artikolu 64(1)(c), jekk il-persuna qiegħda tkun disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru tal-assigurazzjoni l-aktar reċenti u taderixxi mal-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. L-Artikolu 64(2) sa (4) għandu japplika mutatis mutandis.”

    22.L-Artikolu 65 jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 65

    Persuni qiegħda li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti

    1. Persuna qiegħda li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għall-ex-impjegatur jew għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru kompetenti. Din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti bħallikieku hija kienet residenti f'dak l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-Istat Membru kompetenti.

    2. B’deroga mill-paragrafu 1, persuna kompletament qiegħda li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, li ma kinitx lestiet 12-il xahar ta’ assigurazzjoni tal-qgħad esklussivament taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizz tal-impjiegi fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. Din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti bħallikieku hija kienet residenti f'dak l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-Istat Membru ta' residenza. Alternattivament, persuna kompletament qiegħda msemmija f’dan il-paragrafu, li tkun intitolata għal benefiċċju tal-qgħad biss skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti jekk din kienet residenti hemm, tista’ minflok tagħżel li tkun disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi f’dak l-Istat Membru u li tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru jekk din il-persuna kienet residenti hemm.

    3. Jekk persuna kompletament qiegħda msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 ma tixtieqx issir jew tibqa’ disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru kompetenti wara li tkun irreġistrat hemm, u tixtieq tfittex xogħol fl-Istat Membru ta’ residenza jew fl-Istat Membru tal-aħħar attività, l-Artikolu 64 għandu japplika mutatis mutandis, minbarra għall-Artikolu 64(1)(a). L-istituzzjoni kompetenti tista’ testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1)(c) sa tmiem il-perjodu tal-intitolament tal-benefiċċji.

    4. Persuna kompletament qiegħda, imsemmija f’dan l-Artikolu, barra li tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru kompetenti, tista’ tkun ukoll disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru l-ieħor.

    5. Il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal persuna li hija qiegħda parzjalment jew b’mod intermittenti.”

    23.Wara l-Artikolu 68a, jiddaħħal dan li ġej:

    Artikolu 68b

    Dispożizzjonijiet speċjali għall-benefiċċji tal-familja fi flus maħsuba biex jieħdu post l-introjtu matul il-perjodi tat-trobbija tat-tfal

    1. Il-benefiċċji tal-familja fi flus li huma maħsuba li jieħdu post l-introjtu matul il-perjodi tat-trobbija tat-tfal u li huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII għandhom jingħataw unikament lil persuna soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti u ma għandu jkun hemm l-ebda dritt derivat għall-membri tal-familja tagħha għal tali benefiċċji. L-Artikolu 68a ta’ dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawn il-benefiċċji lanqas l-istituzzjoni kompetenti ma għandha tkun rikjesta li tieħu kont ta’ talba ppreżentata mill-ġenitur l-ieħor, persuna meqjusa bħala ġenitur jew istituzzjoni li taġixxi ta’ gwardjan ta’ tifel jew tfal skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 68(2), f’każijiet ta’ overlapping ta’ drittijiet taħt leġiżlazzjoni jew leġiżlazzjonijiet konfliġġenti, Stat Membru jista’ jagħti benefiċċju tal-familja msemmija fil-paragrafu 1 b’mod sħiħ lil benefiċjarju irrispettivament l-ammont stabbilit mill-ewwel leġiżlazzjoni. L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw tali deroga għandhom jiġu elenkati fil-Parti 2 tal-Anness XIII b’referenza għall-benefiċċji tal-familja li għalihom id-deroga tapplika.”

    24.Wara l-Artikolu 75, jiddaħħal dan l-Artikolu 75a li ġej fit-“Titolu V DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI”:

    Artikolu 75 a

    L-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti

    1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tagħhom huma konxji tad-dispożizzjonijiet kollha, leġiżlattivi jew ta’ natura oħra, u japplikawhom, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, fl-oqsma koperti mit-termini ta’ dan ir-Regolament bażiku u tar-Regolament ta’ implimentazzjoni u fi ħdan dawn it-termini.

    2. Sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-ispettorati fl-Istati Membri tagħhom.”.

    25.Wara l-Artikolu 76, jiddaħħal dan l-Artikolu 76a li ġej:

    Artikolu 76a

    Setgħa biex jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament. Dawk l-atti għandhom jistabbilixxu proċedura li tinkludi l-limiti ta’ żmien għal:

    il-ħruġ, il-format u l-kontenuti ta’ dokument portabbli li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur,

    id-determinazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li fihom id-dokument għandu jinħareġ,

    l-elementi li għandhom jiġu vverifikati qabel ma d-dokument jista’ jinħareġ,

    l-irtirar tad-dokument meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu huma kkontestati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg.

    47 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kummissjoni Amministrattiva, li għandha tkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011”

    26.L-Artikolu 87b jiddaħħal kif ġej:

    Artikolu 87b

    48 Dispożizzjoni tranżitorja għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru xxxx

    1. L-ebda drittijiet ma jistgħu jinkisbu skont dan ir-Regolament (UE) xxx għall-perjodu ta' qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu.

    2. Kull perjodu ta' assigurazzjoni u, fejn jixraq, kull perjodu ta' impjieg, impjieg indipendenti jew residenza magħmula skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru qabel [the date of application of Regulation (EU) xxxx] fl-Istat Membru konċernat għandhom jitqiesu għad-determinazzjoni tad-drittijiet miksuba taħt dan ir-Regolament.

    3. Soġġett għall-paragrafu 1, dritt għandu jinkiseb taħt dan ir-Regolament (UE) Nru xxxx anki jekk dan jittratta kontinġenza li tqum qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru konċernat.

    4. L-Artikoli 61, 64 u 65 ta’ dan ir-Regolament fis-seħħ qabel [the entry into application of the Regulation (EU) No xxxx] għandhom ikomplu japplikaw għall-benefiċċji tal-qgħad mogħtija lill-persuni li l-qgħad tagħhom beda qabel dik id-data.”.

    27.L-Artikolu 88 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 88

    Id-delega ta’ setgħa biex taġġorna l-Annessi

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 88a biex, minn żmien għal żmien, temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament ta’ implimentazzjoni wara talba mill-Kummissjoni Amministrattiva.

    Artikolu 88 a

    Eżerċizzju tad-delega

    1. Is-setgħa li tadotta atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 88 għandha tingħata lill-Kummissjoni Ewropea għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-[the date of entry into force of the Regulation (EU) No xxxx].

    3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 88 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti delegati diġà fis-seħħ.

    4. Qabel l-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

    5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.

    6. Att delegat skont l-Artikolu 88 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni Ewropea li huma mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.

    28.L-Annessi I, II, III, IV, X u XI jiġu emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    29.L-Annessi XII u XIII jiddaħħlu skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 jiġi emendat kif ġej:

    1.Il-premessa li ġejja tiddaħħal wara l-premessa (18):

    “(18a) Ċerti regoli u proċeduri speċifiċi huma meħtieġa għar-rimborż tal-ispiża tal-benefiċċji mġarrba minn Stat Membru ta’ residenza, fejn il-persuni kkonċernati huma assigurati fi Stat Membru differenti. L-Istati Membri li għandhom bżonn jitħallsu lura abbażi tan-nefqa fissa għandhom jinnotifikaw l-ispejjeż medji annwali għal kull persuna f’data ta’ skadenza fissa biex ikun possibbli r-rimborż malajr kemm jista’ jkun possibbli. Jekk Stat Membru ma jkunx jista’ jinnotifika sad-data tal-iskadenza l-ispiża medja annwali għal kull persuna f’kull grupp ta’ età għal sena ta’ referenza, huwa meħtieġ li tingħata alternattiva li l-Istat Membru jista’ jippreżenta t-talbiet għal dik is-sena abbażi tal-ispejjeż medji annwali tas-sena immedjatament preċedenti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali. Ir-rimborż tan-nefqa fuq il-benefiċċji in natura abbażi tal-ammonti fissi għandu jkun qrib kemm jista’ jkun possibbli għan-nefqa attwali; għalhekk deroga mill-obbligu tan-notifika għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva u ma għandhiex tingħata f’sena konsekuttiva.”.

    2.Il-premessa 19 tinbidel b’dan li ġej:

    49 “(19) Il-proċeduri bejn l-istituzzjonijiet għall-assistenza reċiproka fl-irkupru ta’ talbiet dwar is-sigurtà soċjali għandhom jissaħħu sabiex jiġi żgurat irkupru aktar effettiv u l-funzjonament bla xkiel tar-regoli tal-iskemi tas-sigurtà soċjali. Irkupru effettiv huwa wkoll mezz ta’ prevenzjoni u ta’ trattar tal-abbużi u l-frodi u mezz biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-iskemi tas-sigurtà soċjali. Dan jinvolvi li jiġu adottati proċeduri ġodda li jużaw bħala bażi għadd ta’ dispożizzjonijiet eżistenti fid-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta’ strument uniformi għall-infurzar u proċeduri standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka u n-notifika ta’ strumenti u miżuri li jirrigwardaw l-irkupru ta’ talba għas-sigurtà soċjali.”

    3.Il-premessi li ġejjin jiddaħħlu wara l-premessa (24):

    50 (25) Il-Kummissjoni Amministrattiva adottat id-Deċiżjoni Nru H5 tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi u l-iżbalji fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali , li jenfasizza li l-azzjoni li tiġġieled il-frodi u l-iżbalji hija parti mill-implimentazzjoni xierqa tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dan ir-Regolament. Għalhekk, huwa fl-interess taċ-ċertezza legali li dan ir-Regolament ikollu bażi legali ċara li tippermetti lill-istituzzjonijiet kompetenti jiskambjaw data personali mal-awtoritajiet rilevanti fl-Istat Membru ta’ żjara jew ta’ residenza marbuta mal-persuni li d-drittijiet u l-obbligi tagħhom kienu diġà ġew stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dan ir-Regolament, sabiex jiġu identifikati l-frodi u l-iżbalji bħala parti tajba mill-implimentazzjoni xierqa kontinwa ta’ dawn ir-Regolamenti. Hu meħtieġ ukoll li jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi li fihom d-data personali tista’ tiġi pproċessata għall-iskop għajr is-sigurtà soċjali inkluża biex tiġi mmonitorjata l-konformità mal-obbligi legali fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali fl-oqsma tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà, l-immigrazzjoni u l-liġi tat-tassazzjoni.

    (26) Sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe rikjesti u tweġibiet tad-data huma meħtieġa u proporzjonati għall-implimentazzjoni xierqa tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dan ir-Regolament, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data. Ma għandu jkun hemm l-ebda tneħħija awtomatika ta’ intitolament ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-iskambju tad-data, u kwalunkwe deċiżjoni meħuda abbażi tal-iskambju tad-data għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwu kkonċernat jiġifieri, li din tissejjes fuq evidenza suffiċjenti u hija soġġetta għal proċedura ġusta ta’ appell.”.

    4.Fl-Artikolu 1(2), il-punt li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu (e):

    “(ea) ‘frodi’ tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonali biex tittieħed azzjoni, sabiex wieħed jikseb jew jirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew biex jevita l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, kuntrarju għal-liġi ta’ Stat Membru,”.

    5.Fl-Artikolu 2, il-paragrafi 5 sa 7 li ġejjin jiżdiedu wara l-paragrafu 4:

    “5. Meta d-drittijiet jew l-obbligi ta’ persuna li għaliha japplikaw ir-Regolament bażiku u r-Regolament ta’ implimentazzjoni ġew stabbiliti jew iddeterminati, l-istituzzjoni kompetenti tista’ titlob lill-istituzzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ żjara li jipprovdi d-data personali dwar dik il-persuna. Ir-rikjesta u kwalunkwe tweġiba għandhom jikkonċernaw informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru kompetenti biex jidentifika kwalunkwe ineżattezza fil-fatti li fuqhom dokument jew deċiżjoni li tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuna skont ir-Regolament bażiku jew ir-Regolament ta’ implimentazzjoni hija bbażata. Ir-rikjesta tista’ ssir wkoll fejn ma jkun l-ebda dubju dwar il-validità jew l-eżattezza tal-informazzjoni li hemm fid-dokument jew li fuqha d-deċiżjoni hija bbażata f’każ partikolari. It-talba għall-informazzjoni u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati.

    6. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tat-tipi ta’ talbiet u tweġibiet tad-data li jistgħu jsiru skont il-paragrafu 5 u l-Kummissjoni Ewropea għandha tagħti lil din il-lista l-pubbliċità neċessarja. Dawk it-talbiet u t-tweġibiet tad-data li ġew elenkati biss għandhom jiġu permessi.

    51 7. It-talba u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ data Ġenerali), kif previst mill-Artikolu 77 tar-Regolament bażiku.”.

    6.Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

    “3. Meta tinġabar, tiġi trażmessa jew ipproċessata data personali skont il-leġiżlazzjoni tagħhom għall-finijiet biex jiġi implimentat ir-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw b’mod sħiħ drittijiethom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu ta’ tali data, b’mod partikolari dwar id-drittijiet għall-aċċess, ir-rettifika, l-oġġezzjoni għall-ipproċessar ta’ tali data personali u jiġu infurmati bis-sħiħ bis-salvagwardji li jikkonċernaw id-deċiżjonijiet individwali awtomatizzati. Soġġett tad-data għandu jkun jista’ jeżerċita d-dritt tal-aċċess għad-data proċessata tiegħu skont dan ir-Regolament mhux biss billi jindirizza l-awtorità li tikkontrolla d-data iżda wkoll permezz tal-istituzzjoni kompetenti fejn hu residenti.”.

    7.Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:

    “1. Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru u li juru l-pożizzjoni ta’ persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, u l-evidenza ta’ sostenn li abbażi tagħha nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħrajn sakemm dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mill-Istat Membru li fih inħarġu. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu validi biss jekk it-taqsimiet indikati kollha bħala obbligatorji jimtlew.

    2. F’każ ta’ dubju dwar il-validità ta’ dokument jew l-eżattezza tal-fatti li fuqha jissejsu, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li tirċievi d-dokument għandha titlob mill-istituzzjoni emittenti l-kjarifika meħtieġa u, jekk ikun l-każ, l-irtirar ta’ dak id-dokument.

    a)Meta tirċievi tali talba, l-istituzzjoni emittenti għandha tikkonsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, fejn meħtieġ, tirtirah jew tirranġah fi żmien 25 jum ta’ xogħol minn meta tasal ir-rikjesta. Hekk kif jinstab każ mhux konfutabbli ta’ frodi mwettaq mill-applikant tad-dokument, l-istituzzjoni emittenti għandha tirtira jew tirrettifika d-dokument immedjatament u b’effett retroattiv.

    b)Jekk l-istituzzjoni emittenti, li tkun kkunsidrat mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument, ma tkunx tista’ ssib xi żball, għandha tgħaddi lill-istituzzjoni li qed tagħmel ir-rikjesta l-evidenza kollha ta’ sostenn fi żmien 25 jum ta’ xogħol minn meta tasal ir-rikjesta. F’każijiet urġenti, fejn ir-raġunijiet għall-urġenza ġew indikati b’mod ċar fir-rikjesta, din għandha ssir fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta tasal ir-rikjesta, minkejja li l-istituzzjoni emittenti jista’ jkun ma tkunx lestiet id-deliberazzjonijiet tagħha skont is-subparagrafu (a) t’hawn fuq.

    c)Meta l-istituzzjoni li qed tagħmel ir-rikjesta, wara li tkun irċeviet l-evidenza ta’ sostenn, jibqagħlha dubji dwar il-validità ta’ dokument jew l-eżattezza tal-fatti li fuqhom il-partikolaritajiet li hemm fih issejsu, li l-informazzjoni li fuqha d-dokument kien inħareġ mhix korretta, tista’ tippreżenta evidenza f’dan is-sens u tagħmel rikjesta oħra għal kjarifika u, fejn xieraq, l-irtirar ta’ dak id-dokument mill-istituzzjoni emittenti skont il-proċedura u l-perjodi ta’ żmien stabbiliti hawn fuq.”.

    8.L-Artikolu 14 jiġi emendat kif ġej:

    (a) Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

    52 “1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, “persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi allokata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi jew tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor” għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tiġi stazzjonata jew tintbagħat fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li jkun bagħatha skont it-Titolu II tar-Regolament bażiku.”.

    (b) Il-paragrafu 5a jinbidel b’dan li ġej:

    “5a. Għall-fini tal-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament bażiku “uffiċċju reġistrat jew post tan-negozju” għandha tirreferi għall-uffiċċju reġistrat jew l-post tan-negozju fejn id-deċiżjonijiet essenzjali tal-impriża jiġu adottati u fejn il-funzjonijiet tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha jitwettqu, sakemm l-impriża twettaq attività sostanzjali f’dan l-Istat Membru. Inkella, għandha titqies li tinsab fl-Istat Membru fejn iċ-ċentru ta’ interess tal-attivitajiet tal-impriża determinati skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 9 u 10 jinsab.”.

    (c) Jiddaħħal il-paragrafu 12 l-ġdid wara l-paragrafu 11:

    “12. Jekk persuna li tirrisjedi barra t-territorju tal-Unjoni twettaq l-attività tagħha bħala persuna impjegata jew impjegata indipendenti f’żewġ Stati Membri jew aktar, konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ wieħed minn dawk l-Istati Membri, huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku u r-Regolament ta’ implimentazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għandhom japplikaw mutatis mutandis soġġett għall-kundizzjoni li r-residenza tagħha għandha titqies li hi fl-Istat Membru fejn l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża tal-impjegatur tagħha jew iċ-ċentru ta’ interess tal-attivitajiet tagħha jinsab.”.

    9.L-Artikolu (15)2 jinbidel b’dan li ġej:

    “2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għal persuni koperti mill-Artikolu 11(3)(d) u l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.”

    10.Il-paragrafi 1, 2, 3 u 5 tal-Artikolu 16 jinbidlu b’dawn li ġejjin:

    “1. Persuna li twettaq attivitajiet f’żewġ Stati Membri jew aktar l-impjegatur tagħha għandu jinforma b’dan lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħha.

    2. L-istituzzjoni nominata tal-post ta’ residenza għandha, mingħajr dewmien, tiddetermina l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, wara li jitqiesu l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni. L-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjonijiet nominati ta’ kull Stat Membru li fih qed titwettaq attività jew li fih l-impjegatur hu stabbilit.

    3. Jekk dik l-istituzzjoni tiddetermina li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor hija applikabbli, hija għandha tagħmel dan b’mod provviżorju u għandha tinforma mingħajr dewmien lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li hi tikkunsidra bħala kompetenti b’din id-deċiżjoni provviżorja. Id-deċiżjoni għandha ssir definittiva fi żmien xahrejn wara li l-istituzzjoni nominata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun ġiet infurmata dwarha, sakemm din l-istituzzjoni tal-aħħar tinforma lill-ewwel istituzzjoni u lill-persuni kkonċernati li għadha ma tistax taċċetta d-determinazzjoni provviżorja jew li għandha opinjoni differenti dwar dan.

    5. L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija determinata bħala applikabbli jew b’mod provviżorju jew b’mod definittiv għandha tinforma mingħajr dewmien lill-persuna kkonċernata u/jew lill-impjegatur tagħha. “

    11.Dawn il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 19(2):

    “3. Kull meta istituzzjoni tintalab biex toħroġ l-attestazzjoni msemmija hawn fuq, għandha twettaq valutazzjoni xierqa tal-fatti rilevanti u tiggarantixxi li l-informazzjoni li fuqha l-attestazzjoni tingħata hija korretta.

    4. Meta jkun meħtieġ għall-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi fuq il-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, informazzjoni rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali tal-persuni kkonċernati għandha tiġi skambjata direttament bejn l-istituzzjonijiet kompetenti u l-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew tat-taxxa tal-Istati konċernati; din tista’ tinkludi l-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet barra mill-eżerċizzju jew l-infurzar tad-drittijiet u l-obbligi skont ir-Regolament bażiku u dan ir-Regolament b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi legali rilevanti fl-oqsma tax-xogħol, is-saħħa u sigurtà, l-immigrazzjoni u l-liġi dwar it-tassazzjoni. Dettalji oħra għandhom jiġu stipulati b’deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva.

    53 5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu obbligati li jipprovdu informazzjoni speċifika u adegwata lill-persuni kkonċernati dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont ir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), kif previst mill-Artikolu 77 tar-Regolament bażiku u għandhom josservaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu3(3) ta’ dan ir-Regolament.”.

    12.L-Artikolu 20a li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 20:

    Artikolu 20a

    Setgħa biex jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku. Dawk l-atti għandhom jistabbilixxu proċedura li tinkludi l-limiti ta’ żmien għal:

    il-ħruġ, il-format u l-kontenuti ta’ dokument portabbli li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur,

    id-determinazzjoni tas-sitwazzjonijiet li fihom id-dokument għandu jinħareġ,

    l-elementi li għandhom jiġu vverifikati qabel ma d-dokument jista’ jinħareġ,

    l-irtirar tad-dokument meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu huma kkontestati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg.

    54 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kummissjoni Amministrattiva, li għandha tkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011”

    13.Fit-Titolu III, il-Kapitolu 1, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

    “Benefiċċji tal-mard, tal-maternità u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità, u benefiċċji tal-kura fit-tul”.

    14.Fl-aħħar tal-Artikolu 23 tiżdied is-sentenza li ġejja:

    “Din id-dispożizzjoni tapplika mutatis mutandis għall-benefiċċji tal-kura fit-tul.”

    15.Fl-Artikolu 24(3), it-terminu “u 26” jinbidel b’“, 26 u 35a”

    16.Fl-Artikolu 28(1), wara t-terminu “skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku”, jiżdied dan it-terminu li ġej “skont l-Artikolu 35a tiegħu”.

    17.L-Artikolu 31 jiġi emendat kif ġej:

    (c) It-titlu jinbidel b’dan it-titlu li ġej:

    “L-applikazzjoni tal-Artikolu 35b tar-Regolament bażiku”;

    (d)Fil-paragrafu 1, it-terminu “l-Artikolu 34” jinbidel b’“l-Artikolu 35b”;

    (e)Fil-paragrafu 2, it-terminu “l-Artikolu 34(2)” jinbidel b’“l-Artikolu 35a(2)”.

    18.Fl-Artikolu 32, il-paragrafu 4 li ġej jiżdied wara l-paragrafu 3:

    “4. Dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis għall-benefiċċji tal-kura fit-tul.”

    19.It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(3) jitħassar.

    20.Fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(4), jitħassar il-kliem “Fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti,”

    21.Fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 55, it-terminu “l-Artikolu 65a(3)” jinbidel b’“l-Artikolu 64a u l-Artikolu 65a(3)”

    22.L-Artikolu 55 a li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 55:

    Artikolu 55 a

    Obbligu tas-servizz tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-aktar assigurazzjoni reċenti

    Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni tal-Istat Membru tal-aktar assigurazzjoni riċenti għandha immedjatament tibgħat dokument lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni preċedenti li fih: id-data li fiha l-persuna kkonċernata spiċċat qiegħda, il-perjodu tal-assigurazzjoni, tal-impjieg jew tal-impjieg indipendenti komplut skont il-leġiżlazzjoni tagħha, iċ-ċirkostanzi rilevanti tal-qgħad li x’aktarx taffettwa l-intitolament għall-benefiċċji, id-data tar-reġistrazzjoni bħala persuna qiegħda u l-indirizz tagħhom.”.

    23.L-Artikolu 56 jiġi emendat kif ġej:

    (a)Fil-paragrafu 1, it-terminu “l-Artikolu 65(2)” jinbidel bl-“Artikolu 65(4)”;

    (b)Il-paragrafu 3 jitħassar.

    24.Il-Kapitolu 1 tat-Titolu IV jingħata isem ġdid kif ġej:

    KAPITOLU I

    Rimborż tal-ispiża tal-benefiċċji fl-applikazzjoni tal-Artikolu 35, 35c u l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku”

    25.Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 64, l-ewwel inċiż jinbidel b’dan li ġej:

    “ - l-indiċi (i = 1, 2, 3 u 4) jirrappreżenta l-erba’ gruppi ta’ età użati għall-kalkolu tal-ammonti fissi:

    i = 1: persuni ta’ taħt l-65 sena,

    i = 2: persuni ta’ bejn l-65 u l-74 sena,

    i = 3: persuni ta’ bejn l-75 u l-84 sena,

    i = 4: persuni ta’ 85 sena u aktar,”

    26.L-Artikolu 65 jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 65

    Notifika tal-ispejjeż medji annwali

    1. L-ammont tal-ispiża medja annwali għal kull persuna f’kull grupp ta’ età għandu jkun notifikat lill-Bord tal-Verifika sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni sena wara s-sena in kwistjoni.

    2. L-ispejjeż medji annwali notifikati skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati kull sena f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Amministrattiva.

    3. Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jinnotifika l-ispejjeż medji għal sena speċifika sad-data ta’ skadenza msemmija fil-paragrafu 1, għandu sal-istess skadenza jitlob permess mill-Kummissjoni Amministrattiva u mill-Bord tal-Verifika li juża l-ispejjeż medji annwali għal dak l-Istat Membru kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali għas-sena ta’ qabel is-sena speċifika li fiha n-notifika hija pendenti. Meta jintalab tali permess, l-Istat Membru hu rikjest li jispjega r-raġunijiet għala mhux kapaċi li jinnotifika l-ispejjeż medji annwali għas-sena in kwistjoni. Jekk il-Kummissjoni Amministrattiva, wara li tkun ikkunsidrat l-opinjoni tal-Bord tal-Verifika, tapprova r-rikjesta tal-Istat Membru, l-ispejjeż medji annwali msemmija hawn qabel għandhom jiġu ppubblikati mill-ġdid f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    4. Id-deroga fil-paragrafu 3 ma għandhiex tingħata għal snin konsekuttivi.”.

    27.L-Artikolu 70 jitħassar.

    28.L-Artikolu 73 jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 73

    Ħlas tal-benefiċċji u l-kontribuzzjonijiet mogħtija jew imħallsa bi żball fil-każ ta’ għoti provviżorju ta’ benefiċċji jew bidla retroattiva tal-leġiżlazzjoni applikabbli

    1. Fil-każ ta’ bidla retroattiva tal-leġiżlazzjoni, inklużi sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(4) u (5) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-leġiżlazzjoni applikabbli tkun ġiet determinata jew l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji kienet identifikata, l-istituzzjoni li ħallset bi żball il-benefiċċji fi flus għandha tfassal dikjarazzjoni tal-ammont imħallas u għandha tibagħtha lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti għall-fini tar-rimborż tagħhom.

    L-istess japplika fir-rigward tal-benefiċċji in natura, li għandhom jiġru rimborżati mill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti skont it-Titolu IV tar-Regolament ta’ implimentazzjoni.

    2. L-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti biex tħallas il-benefiċċji fi flus għandha tnaqqas l-ammont li għandha tħallas lura lill-istituzzjoni li ma kinitx kompetenti jew li kienet biss provviżorjament kompetenti, mill-arretrati tal-benefiċċji korrispondenti li hija għandha tagħti lill-persuna kkonċernata u għandha tittrasferixxi mingħajr dewmien l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li ħallset provviżorjament il-benefiċċji fi flus.

    Jekk l-ammont ta’ benefiċċji mħallsin bi żball jeċċedi l-ammont ta’ arretrati pagabbli mill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, jew jekk l-arretrati ma jeżistux, l-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti għandha tnaqqas dan l-ammont minn ħlasijiet li jkunu għaddejjin soġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti li japplikaw għal dan it-tip ta’ proċedura ta’ tpaċija skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika u tittrasferixxi mingħajr dewmien l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li tkun ħallset bi żball il-benefiċċji fi flus għall-fini tar-rimborż tagħhom.

    3. L-istituzzjoni li rċeviet bi żball kontribuzzjonijiet mingħand persuna ġuridika u/jew fiżika ma għandhiex tħallas lura l-ammonti in kwistjoni lill-persuna li ħallsithom sakemm hija ma tkunx ġiet aċċertata mill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti s-somom dovuti lilha mill-persuna kkonċernata.

    Fuq talba mill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, li għandha ssir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ġiet determinata l-leġiżlazzjoni applikabbli, l-istituzzjoni li rċeviet bi żball il-kontribuzzjonijiet għandha tittrasferihom lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti għal dak il-perjodu għall-fini tas-soluzzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet dovuti mill-persuna ġuridika u/jew fiżika lilha. Il-kontribuzzjonijiet trasferiti għandhom jitqiesu retroattivament bħala li tħallsu lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti.

    Jekk l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet imħallsin bi żball jeċċedi l-ammont li l-persuna ġuridika u/jew fiżika għandha tagħti lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, l-istituzzjoni li rċeviet bi żball il-kontribuzzjonijiet għandha tħallas lura l-ammont eċċessiv lill-persuna ġuridika u/jew fiżika kkonċernata.

    4. L-eżistenza ta’ limiti ta’ żmien skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma għandhiex tkun raġuni valida għar-rifjut biex jitħallsu t-talbiet bejn l-istituzzjonijiet skont dan l-Artikolu.

    5. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal talbiet marbuta ma’ perjodi li huma eqdem minn 60 xahar fid-data meta tibda proċedura skont l-Artikoli 5(2) jew 6(3) ta’ dan ir-Regolament.

    29.Wara l-Artikolu (75)3, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

    55 “4. Informazzjoni skambjata skont din it-Taqsima tista’ tintuża għall-fini ta’ valutazzjoni u infurzar inkluża l-applikazzjoni ta’ miżuri prekawzjonarji fir-rigward ta’ talba, u barra minn hekk, tista’ tintuża għall-fini ta’ valutazzjoni u infurzar ta’ taxxi u dazji koperti bl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra. Meta rifużjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tirrigwarda persuna li tirrisjedi jew iżżur Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li minnu tkun trid issir r-rifużjoni jista’ jinforma lill-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ żjara bir-rifużjoni li tkun ġejja, mingħajr talba minn qabel. “

    30.Fl-Artikolu 76 il-paragrafu 3a li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 3:

    “3 a. Il-paragrafu 3 ma għandu fl-ebda każ jinftiehem li jippermetti li parti rikjesta ta’ Stat Membru tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni sempliċiment għax din l-informazzjoni tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, mandatarju jew persuna li taġixxi f’aġenzija jew f’kapaċità fiduċjarja, jew minħabba li hija relatata ma’ interess proprjetarju f’persuna.”

    31.L-Artikolu 77 jiġi emendat kif ġej:

    c) Il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

    “2. Ir-rikjesta għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn formola standard li jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

    (a) l-isem, l-indirizz u data rilevanti oħra għall-identifikazzjoni tad-destinatarju;

    (b) l-iskop tan-notifika u l-perjodu li matulu n-notifika għandha titwettaq;

    (c) deskrizzjoni tad-dokument mehmuż u n-natura u l-ammont tat-talba kkonċernata;

    (d) l-isem, l-indirizz u dettalji oħra ta’ kuntatt li jirrigwardaw:

    (i) l-uffiċċju responsabbli li għandu x’jaqsam mad-dokument mehmuż, u, jekk differenti;

    (ii) l-uffiċċju fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni li tikkonċerna d-dokument notifikat jew li tikkonċerna l-possibilitajiet li l-obbligu ta’ ħlas jiġi kkontestat.”

    b) Il-paragrafi 4, 5 u 6 li ġejjin jiddaħħlu wara l-paragrafu 3:

    “4. Il-parti applikanti għandha tagħmel rikjesta għal notifika skont dan l-Artikolu biss meta ma tkunx tista’ tinnotifika f’konformità mar-regoli li jirregolaw in-notifika tad-dokument ikkonċernat fl-Istat Membru tagħha, jew fejn tali notifika tagħti lok għal diffikultajiet sproporzjonati.

    5. Il-parti rikjesta għandha tiżgura li n-notifika fl-Istat Membru tal-parti rikjesta tkun saret f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta.

    6. Il-paragrafu 5 għandu jkun bla preġudizzju għal kwalunkwe forma oħra ta’ notifika magħmula minn awtorità tal-Istat Membru tal-parti applikanti f’konformità mar-regoli fis-seħħ f’dak l-Istat Membru.

    Awtorità fl-Istat Membru tal-parti applikanti tista’ tinnotifika kwalunkwe dokument direttament bil-posta reġistrata jew bil-posta elettronika lil persuna ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor.”

    32.L-Artikolu 78 jiġi emendat kif ġej:

    a) Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

    “1. Fuq it-talba tal-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tirkupra talbiet li huma s-soġġett ta’ strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti. Kwalunkwe rikjesta għall-irkupru ta’ talba għandha tkun akkumpanjata minn strument li jippermetti l-infurzar mill-Istat Membru tal-parti rikjesta.”

    b) Fil-paragrafu 2, jitħassar il-punt b.

    c) L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

    “3. Qabel ma l-parti applikanti tagħmel rikjesta għall-irkupru, għandhom jiġu applikati proċeduri xierqa ta’ rkupru disponibbli fl-Istat Membru tal-parti applikanti, għajr fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

    a) fejn ikun ovvju li ma hemm l-ebda assi għall-irkupru fl-Istat Membru tal-parti applikanti jew li dawn il-proċeduri mhumiex ser jirriżultaw fi ħlas totali tat-talba, u l-parti applikanti għandha informazzjoni speċifika li tindika li l-persuna kkonċernata għandha assi fl-Istat Membru tal-parti rikjesta.

    b) fejn ir-rikors għal tali proċeduri fl-Istat Membru tal-parti applikanti jagħti lok għal diffikultà sproporzjonata.”

    d) Jiddaħħal dan il-paragrafu 6 li ġej:

    “6. Ir-rikjesta għall-irkurpru ta’ talba tista’ tkun akkumpanjata minn dokumenti oħra relatati mat-talba maħruġa fl-Istat Membru tal-parti applikanti.”

    33.L-Artikolu 79 jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 79

    Strument li jippermetti l-infurzar tal-irkupru

    1. L-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti rikjesta għandu jirrifletti l-kontenuti sostanzjali tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar, u jikkostitwixxi l-unika bażi għall-miżuri ta’ rkupru u ta’ prekawzjoni meħuda fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. Dan ma għandux ikun soġġett għal kwalunkwe att ta’ rikonoxximent, ta’ suppliment jew ta’ sostituzzjoni f’dak l-Istat Membru.

    2. L-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar għandu jinkludi:

    (a) l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra marbuta mal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika konċernata u/jew il-parti terza fil-pussess tal-assi tiegħu jew tagħha;

    (b) l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra marbuta mal-uffiċċju responsabbli għall-valutazzjoni tat-talba, u jekk differenti, l-uffiċċju fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni dwar it-talba jew il-possibbiltajiet għall-kontestazzjoni tal-obbligi tal-ħlas;

    (c) informazzjoni rilevanti għall-identifikazzjoni tal-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha, maħruġ fl-Istat Membru tal-parti applikanti;

    (d) deskrizzjoni tat-talba, inklużi n-natura u l-ammont tal-perjodu kopert mit-talba, kwalunkwe dati ta’ rilevanza għall-proċess ta’ infurzar u l-ammont tat-talba, inklużi s-somma kapitali, l-interessi, il-multi, il-pieni amministrattivi u l-miżati u l-ispejjeż kollha l-oħra indikati fil-muniti tal-Istati Membri tal-parti applikanti u l-parti rikjesta;

    (e) id-data ta’ notifika tal-istrument lid-destinatarju mill-parti applikanti u/jew mill-parti rikjesta;

    (f) id-data li minnha u l-perjodu li matulu l-infurzar ikun possibbli f’konformità mal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti;

    (g) kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.”.

    34.L-Artikolu 80 jiġi emendat kif ġej:

    a) Fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza tinbidel kif ġej:

    “Soġġett għall-Artikolu 85(1a), l-ammont sħiħ tat-talba li jiġi rkuprat mill-parti rikjesta għandu jintbagħat lura mill-parti rikjesta lill-parti applikanti.”

    b) Fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

    “Mid-data li fiha r-rikjesta għall-irkupru tkun waslet, il-parti rikjesta għandha titlob imgħax għal kull ħlas tard skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta.”

    35.L-Artikolu 81 jiġi emendat kif ġej:

    a) Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

    “1. Jekk, matul il-proċedura ta’ rkupru, it-talba, l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti applikanti jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, il-validità tan-notifika magħmula minn awtorità fl-Istati Membru tal-parti applikanti jiġu kkontestati minn parti interessata, l-azzjoni għandha titressaq minn din il-parti quddiem l-awtoritajiet adatti tal-Istat Membru tal-parti applikanti, skont il-liġijiet fis-seħħ f’dak l-Istat Membru. Il-parti applikanti għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-parti rikjesta b’din l-azzjoni. Il-parti interessata tista’ wkoll tinforma lill-parti rikjesta bl-azzjoni.”

    b) Il-paragrafu 3 jinbidel kif ġej:

    “Fejn il-kontestazzjoni tikkonċerna l-miżuri ta’ infurzar meħudin fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, jew il-validità tan-notifika magħmula minn awtorità tal-parti rikjesta, l-azzjoni għandha titressaq quddiem l-awtorità adatta ta’ dak l-Istat Membru skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.”

    c) Il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

    “4. Il-parti applikanti għandha tinforma immedjatament lill-parti rikjesta bi kwalunkwe emenda sussegwenti fir-rikjesta tagħha għall-irkupru jew bl-irtirar tar-rikjesta tagħha fil-waqt li tindika r-raġunijiet għall-emenda jew l-irtirar.”

    d) Jiżdied dan il-paragrafu 5 li ġej:

    “5. Jekk emenda tar-rikjesta hija kkawżata minn deċiżjoni tal-awtorità adatta msemmija fl-Artikolu 81(1), il-parti applikanti għandha tikkomunika din id-deċiżjoni flimkien mal-istrument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti rikjesta Wara dan, il-parti rikjesta għandha tipproċedi b’miżuri oħra ta’ rkupru abbażi tal-istrument rivedut.

    Miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni diġà meħuda abbażi tal-istrument uniformi oriġinali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jistgħu jitkomplew abbażi tal-istrument rivedut, sakemm l-emenda tar-rikjesta hija dovuta għall-invalidità tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti applikanti jew l-istrument uniformi oriġinali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti rikjesta.

    L-Artikoli 79 u 81 għandhom japplikaw b’rabta mal-istrument rivedut.”

    36.L-Artikolu 82(1)(b) jinbidel b’dan li ġej:

    “(b) li tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli 76 sa 81 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, jekk it-talba inizjali taħt l-Artikolu 76 sa 78 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tapplika għal talbiet li ilhom aktar minn ħames snin, li jiddataw mid-data ta’ maturità tat-talba fl-Istat Membru tal-parti applikanti sad-data tar-rikjesta inizjali għall-assistenza. Madankollu, jekk it-talba jew l-istrument li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti applikanti jiġi kkontestat, il-perjodu ta’ ħames snin għandu jitqies li jibda mill-mument li ġie stabbiliti li t-talba jew l-istrument li jippermetti l-irkupru ma jistax jibqa’ jiġi kkontestat.

    Barra minn hekk, f’każijiet fejn jingħata posponiment tal-pagament jew tal-pjan ta' ħlas bin-nifs mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-parti applikanti, il-perjodu ta’ ħames snin għandu jitqies li jibda mill-mument meta l-perjodu kollu tal-ħlas wasal fi tmiemu.

    Madankollu, f’dawk il-każijiet il-parti rikjesta ma għandhiex tkun obbligata li tagħti assistenza fir-rispett tat-talbiet li huma eqdem minn 10 snin, li jiddataw mid-data ta’ maturità tat-talba fl-Istat Membru tal-parti applikanti.”

    37.L-Artikolu 84 jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 84

    Miżuri ta’ prekawzjoni

    1. Wara rikjesta motivata mill-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tieħu miżuri prekawzjonarji, jekk tippermettilha l-liġi nazzjonali u skont l-prattika amministrattiva, biex tiżgura rkupru fejn talba jew strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti applikanti hu kkontestat fi żmien meta ssir ir-rikjesta, jew meta t-talba għadha mhix soġġetta għal strument li jippermetti infurzar fl-Istat Membru tal-parti applikanti, sakemm il-miżuri prekawzjonarji huma wkoll possibbli, f’sitwazzjoni simili, skont il-liġi nazzjonali u l-prattiki amministrattivi tal-Istat Membru tal-parti applikanti.

    Id-dokument imfassal biex jippermetti l-miżuri prekawzjonarji fl-Istat Membru tal-parti applikanti u li hu relatat mat-talba li għaliha tintalab, jew le, l-assistenza reċiproka, għandu jinhemeż mar-rikjesta għall-miżuri prekawzjonarji fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. Dan id-dokument ma għandu jkun soġġett għall-ebda att ta’ rikonoxximent, ta’ suppliment jew ta’ sostituzzjoni fl-Istat Membru tal-parti rikjesta.

    2. Ir-rikjesta għall-miżuri prekawzjonarji tista’ tkun akkumpanjata minn dokumenti oħra relatati mat-talba maħruġa fl-Istat Membru tal-parti applikanti.

    3. Għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-ewwel paragrafu, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 78, 79, 81 u 82 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

    38. Fl-Artikolu 85, jiżdied dan il-paragrafu 1a li ġej wara l-paragrafu 1:

    “1a Fejn l-ispejjeż marbutin mal-irkupru ma jistgħux jiġu rkuprati mid-debitur flimkien mal-ammont tat-talba, dawn għandhom jew jitnaqqsu minn kwalunkwe ammont li jista’ jiġi irkuprat jew, meta dan ma jkunx possibbli, jitħallsu lura mill-parti applikanti. Il-parti applikanti u l-parti rikjesta jistgħu jaqblu dwar arranġament ta’ rimborż speċifiku għall-każ, jew jirrinunzjaw għar-rimborż ta’ dawn l-ispejjeż.”

    39.Wara l-Artikolu 85, jiddaħħal l-Artikolu 85a kif ġej:

    Artikolu 85 a

    Preżenza fl-uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni fl-inkjesti amministrattivi

    1. Bi qbil bejn il-parti applikanti u l-parti rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti mill-parti rikjesta, uffiċjali awtorizzati mill-parti applikanti jistgħu, bil-ħsieb li jippromwovu l-assistenza reċiproka prevista f’din it-Taqsima:

    (a) ikunu preżenti fl-uffiċċji fejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru tal-parti rikjesta jaqdu dmirijiethom;

    (b) jkunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru tal-parti rikjesta;

    (c) jassistu lill-uffiċjali kompetenti tal-Istat Membru tal-parti mitluba waqt il-proċedimenti fil-qorti f’dak l-Istat Membru.

    2. Sakemm dan ikun permess mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1(b) jista’ jipprevedi li l-uffiċjali tal-Istat Membru tal-parti applikanti jistgħu jintervistaw l-individwi u jeżaminaw ir-reġistri.

    3. Uffiċjali awtorizzati mill-parti applikanti li jagħmlu użu mill-possibbiltajiet offerti mill-paragrafi 1 u 2 għandhom dejjem ikunu kapaċi jipproduċu awtorità bil-miktub li tiddikjara l-identità tagħhom u l-kapaċità uffiċjali tagħhom.

    40.L-Artikolu 87 jiġi emendat kif ġej:

    a) Fil-paragrafu 4, titħassar ir-referenza għall-“Artikolu 34” u tinbidel b’“l-Artikolu 1(vb)”,

    b) Fl-aħħar tal-paragrafu 6, tiżdied is-sentenza li ġejja:

    “Madankollu, jekk l-istituzzjoni li ntalbet twettaq il-kontroll tuża wkoll is-sejbiet għall-għoti tal-benefiċċji lill-persuna kkonċernata skont il-leġiżlazzjoni li tapplika, ma għandhiex titlob l-ispejjeż imsemmija fis-sentenza preċedenti.”.

    41.L-Artikolu 89(3) jitħassar.

    42.L-Artikolu 92 jitħassar.

    43.Fl-Artikolu 93, it-terminu “l-Artikolu 87” jinbidel b’“l-Artikoli 87 sa 87b”

    44.Jiddaħħal l-Artikolu 94a kif ġej:

    “94 a

    Dispożizzjoni tranżitorja għall-benefiċċji tal-qgħad

    Sakemm jidħol fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru XXX, l-Artikoli 56 u 70 tal-verżjoni tar-Regolament ta’ implimentazzjoni fis-seħħ qabel [the date of entry into force of the Regulation (EU) No xxxx] għandhom ikomplu japplikaw għall-benefiċċji tal-qgħad mogħtija lill-persuni li spiċċaw qiegħda qabel dik id-data.”.

    45.L-Artikolu 96 jiġi emendat kif ġej:

    (a) It-tieni sentenza tal-paragrafu 1 tinbidel kif ġej:

    “Madankollu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 107, ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandu jibqa’ fis-seħħ u jkompli jkollu effett legali għall-finijiet ta’:”

    (b) Jiżdied paragrafu 1a ġdid wara l-paragrafu 1

    “1 a. Għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-regoli dwar il-konverżjoni tal-munita għandhom ikunu rregolata bl-Artikolu 90 ta’ dan ir-Regolament.”

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak li jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta' sigurtà soċjali, ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1, corrigendum ĠU L 200, 7.6.2004.
    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, ĠU L 284, 30.10.2009.
    (3) L-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol, 2014
    (4) Pacolet J u De Wispelaere F, Aggregation of periods or salaries for unemployment benefits: Report on U1 portable documents for migrant workers (Network Statistics FMSSFE: 2015) it-Tabella 1 (l-Anness XII tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt).
    (5) Pacolet, J. u De Wispelaere, F., Export of unemployment benefits – PD U2 Questionnaire, Network Statistics FMSSFE, il-Kummissjoni Ewropea, Ġunju 2014,
    (6) Din l-istima hija bbażata fuq ir-Rapport Annwali dwar il-Mobbiltà tal-Ħaddiema tal-2015, il-Kummissjoni Ewropea (2015), minħabba li m’hemmx figuri dwar in-numru ta’ ħaddiema bejn il-fruntieri fit-tifsira legali li hemm fir- Regolament (KE) Nru 883/2004.
    (7) De Coninck J: Reply to an ad hoc request for comparative analysis: salary-related child raising benefits, FreSsco - Freemovement of workers and Social security coordination, il-Kummissjoni Ewropea 2015 p. 9 (l-Anness XXV tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt)
    (8) ĠU L 018 , 21.01.1997 p. 1
    (9) ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1
    (10) http://ec.europa.eu/priorities/publications/president-junckers-political-guidelines_en.
    (11) http://ec.europa.eu/priorities/internal-market_en.
    (12) http://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/better-regulation-why-and-how_mt
    (13) Il-Kummissjoni Amministrattiva hija magħmula mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. In-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iżvizzera jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli biex tindirizza kwistjonijiet amministrattivi, kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni li jqumu mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, u għall- promozzjoni u l-iżvilupp tal-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa wkoll fil-laqgħat u tipprovdi s-Segretarjat tagħha.
    (14) Ara fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 l-Artikoli 87(10b) u 87a(2) u fir-Regolament (KE) Nru 987/2009 l-Artikolu 86(1), (2) u (3).
    (15) Il-Kunsill ħa d-deċiżjoni f’Diċembru 2011 li jirrevedi l-effett taż-żieda ta’ dispożizzjoni ġdida dwar il-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema tal-fruntiera li jaħdmu għal rashom f’perjodu ta’ sentejn wara l-applikazzjoni tagħha. F’din il-laqgħa u fuq talba tal-maġġoranza tal-Istati Membri, il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni li r-reviżjoni se tkun okkażjoni biex tinfetaħ diskussjoni usa’ dwar id-dispożizzjonijiet attwali ta’ koordinazzjoni fil-qasam tal-benefiċċji tal-qgħad u biex jiġi eżaminat il-bżonn ta’ reviżjoni tal-prinċipji tiegħu.
    (16) http://ec.europa.eu/yourvoice/consultations/index_en.htm
    (17) trESS Think Tank Report 2010, Analysis of selected concepts of the regulatory framework and practical consequences on the social security coordination; the trESS Think Tank Report 2011, Coordination of long-term care benefits-current situation and future prospects;, the 2012 Analytical Study on the Legal impact assessment for the revision of Regulation 883/2004 with regard to the coordination of long-term care benefits and the trESS Think Tank Report 2012 on Coordination of unemployment benefits.(all reports available on www,tress-network.org).
    (18) SWD (2016) 460
    (19) Ħadu sehem is-servizzi li ġejjin: DĠ CNECT; DĠ ECFIN; DĠ ENER; DĠ ESTAT; DĠ FISMA; DĠ GROW; DĠ HOME; DĠ JUST; Is-Servizz Legali; DĠ MOVE; DĠ NEAR; DĠ REGIO, DG RTD; DĠ SANTE, SEC GEN; DĠ TAXUD, DĠ TRADE.
    (20) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
    (21) trESS Think Tank Report 2011, Coordination of long-term care benefits-current situation and future prospects ( http://www.tress-network.org/tress2012/EUROPEAN%20RESOURCES/EUROPEANREPORT/trESSIII_ThinkTankReport-LTC_20111026FINAL_amendmentsEC-FINAL.pdf ).
    (22) Il-Każ C-160/96 Molenaar UE:C:1998:84, il-Każ C-215/99, Jauch UE:C:2001:139; il-Każijiet C-502/01 u C-31/02 Gaumain-Cerri u Barth UE:C:2004:413.
    (23) Il-Każ C-282/89, Antonissen, UE:C:1991:80. Ara wkoll il-Każ C-67/14, Alimanovic, UE:C:2015:597 il-paragrafu 57
    (24) ĠU L 28, 31.01.2014, p. 17.
    (25) Ir-Rakkomandazzjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza, ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49.
    (26) COM(2015) 216 final.
    (27) ĠU L 84, 31.3.2010.
    (28) COM(2013) 837 final.
    (29) Pereżempju, il-Każ C-202/97, FTS, il-paragrafu 51 UE:C:2000:75, il-Każ C-2/05 Herbosch Kiere, il-paragrafu 22 UE:C:2006:69.
    (30) Pacolet J u De Wispelaere F Recovery Procedures Report (Network Statistics FMSSFE: 2015) prodott skont l-obbligi ta’ reviżjoni li hemm fl-Artikolu 86(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009
    (31) ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1-83 (L-edizzjoni speċjali Ingliża: Is-Serje I, il-Volum 1972(I) P. 160 – 233)
    (32) ĠU C , , p. .
    (33) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
    (34) ĠU L 018 , 21.01.1997 p. 1.
    (35) COM(2013) 269 final.
    (36) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
    (37) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
    (38) ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.
    (39) ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1
    (40) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77
    (41) ĠU L 28, 31.01.2014, p. 17
    (42) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.
    (43) COM(2015) 216 final.
    (44) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
    (45) ĠU L 28, 31.01.2014, p. 17.
    (46) ĠU L 018 , 21.01.1997 p. 1.
    (47) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13-18.
    (48) [To be inserted].
    (49) ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.
    (50) ĠU 2010/C 149/05.
    (51) [To be inserted].
    (52) ĠU L 018 , 21.01.1997 p. 1.
    (53) [To be inserted].
    (54) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13-18.
    (55) ĠU C 84, 31.3.2010, p. 4.
    Top

    Strasburgu, 13.12.2016

    COM(2016) 815 final

    ANNESS

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera)

    {SWD(2016) 460 final}
    {SWD(2016) 461 final}


    1.L-Anness I jiġi emendat kif ġej:

    (A) il-Parti 1 tiġi emendata kif ġej:

    I.It-taqsima “IS-SLOVAKKJA” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “IS-SLOVAKKJA

    Il-benefiċċju sostitut ta’ manteniment għat-tfal (ħlas ta’ manteniment għat-tfal) taħt l-Att Nru. 452/2004 Coll. tal-benefiċċju sostitut ta’ manteniment għat-tfal kif emendat u ssupplimentat mill-Att tal-Familja Nru. 36/2005 Coll. kif emendat u ssupplimentat minn regolamenti li ġew wara”;

    II.It-taqsima “L-IŻVEZJA” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “L-IŻVEZJA

    Appoġġ ta’ manteniment (Kapitli 17-19 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali)”.

    (b)Il-Parti II tiġi emendata kif ġej:

    I.it-taqsima “L-UNGERIJA” titħassar;

    II.it-taqsima “IR-RUMANIJA” titħassar;

    III.tiżdied taqsima wara t-taqsima “IL-FINLANDJA” bil-kontenut li ġej:

    “L-IŻVEZJA

    Allowance għall-adozzjoni (Kapitlu 21 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (2001:110))"

    2.Fl-Anness II, it-taqsima “SPANJA - IL-PORTUGALL” titħassar.

    3.Fl-Anness III, it-taqsimiet "L-ESTONJA", "SPANJA", "IL-KROAZJA", "L-ITALJA", "IL-LITWANJA", "L-UNGERIJA", "L-OLANDA", "IL-FINLANDJA" u "l-IŻVEZJA" jitħassru.

    4.L-Anness IV jiġi emendat kif ġej:

    (a)it-taqsima “L-ESTONJA” tiddaħħal wara “IL-ĠERMANJA”;

    (b)it-taqsima “IL-LITWANJA” tiddaħħal wara “ĊIPRU”;

    (c)it-taqsima “MALTA” tiddaħħal wara “L-UNGERIJA”;

    (d)it-taqsima “IL-PORTUGALL” tiddaħħal wara “IL-POLONJA”;

    (e)it-taqsima “IR-RUMANIJA” tiddaħħal wara “IL-PORTUGALL”;

    (f)it-taqsima “IS-SLOVAKKJA” tiddaħħal wara “IS-SLOVENJA”;

    (g)it-taqsima “IL-FINLANDJA” tiddaħħal wara “IS-SLOVAKKJA”;

    (h)it-taqsima “IR-RENJU UNIT” tiddaħħal wara “L-IŻVEZJA”;

    5.L-Anness X jiġi emendat kif ġej:

    (a) it-taqsima “IR-REPUBBLIKA ĊEKA” titħassar;

    (b) fit-taqsima “IL-ĠERMANJA”, il-paragrafu (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “(b) Benefiċċji biex ikopru spejjeż ta’ sussistenza skont il-provvediment bażiku għal min ifittex ix-xogħol konformi mal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali).";

    (c) fit-taqsima “L-ESTONJA”:

    I.il-paragrafu (a) jitħassar;

    II.Fil-paragrafu (b), “.” tiġi sostitwita minn “;” u jiżdied paragrafu ġdid:

    “(c) Benefiċċju tal-Funerali (Att tal-Istat dwar il-Benefiċċji għall-Funerali tat-08 ta’ Novembru 2000).”;

    (d) fit-taqsima “L-UNGERIJA”, fil-paragrafu (b) “;” tiġi sostitwita min “.” u l-paragrafu (c) jitħassar; 

    (e) it-taqsima li ġejja “IR-RUMANIJA” tiddaħħal wara t-taqsima “IL-PORTUGALL”

    “IR-RUMANIJA”

    Allowance soċjali għall-pensjonanti (Ordinanza ta’ Emerġenza għall-Gvern Nru. 6/2009 li tistabbilixxi l-pensjoni soċjali garantita minima, approvata mil-Liġi Nru. 196/2009).”;

    (f) it-taqsima “IS-SLOVENJA” titħassar;

    (g) it-taqsima “L-IŻVEZJA” tiġi sostitwita minn:

    “L-IŻVEZJA

    (a) Supplimenti għall-housing għal persuni li jirċievu pensjoni (Kapitoli 99-103 tal-Kodiċi dwar l-Assigurazzjoni Soċjali);

    (b) Sostenn għall-manteniment tal-anzjani (Kapitlu 74 tal-Kodiċi dwar l-Assigurazzjoni Soċjali).”;

    (h) fit-taqsima “IR-RENJU UNIT”,”.” fi tmiem il-paragrafu (e) tiġi sostitwita minn “;” u jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “(f) il-komponent tal-mobilità ta’ Ħlas għall-Indipendenza Personali (fil-leġiżlazzjoni tal-Gran Brittanja, Parti4 mill-Att dwar ir-Riforma fil-Welfare 2012 u fil-Leġiżlazzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq, il-Parti 5 tar-Riforma tal-Welfare (l-Irlanda ta’ Fuq) Ordni 2015 (S.I. 2015/2006 (N.I. 1)).".

    6.L-Anness XI jiġi emendat kif ġej:

    (a) Fit-taqsima “IR-REPUBBLIKA ĊEKA”, il-paragrafu kurrenti jiġi nnumerat paragrafu “1.” u jiddaħħal paragrafu ieħor warajh bil-kontenut li ġej:

    "2. Minkejja l-Artikolu 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, għall-iskop tal-għoti tal-benefiċċju suuplimentari fir-rigward tal-perjodi tal-assigurazzjoni kompluti skont il-leġiżlazzjoni tal-ex-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka, il-perjodi tal-assigurazzjoni taħt il-leġiżlazzjoni Ċeka biss jistgħu jitqiesu sabiex tintlaħaq il-kundizzjoni ta’ mill-inqas sena ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni Ċeka fi ħdan il-perjodu definit wara d-data tad-dissoluzzjoni tal-federazzjoni (§ 106a, paragrafu 1, ittra b) tal-Att Nru. 155/1995 Col., dwar l-assigurazzjoni tal-pensjoni).";

    (b)Fit-taqsima “IL-ĠERMANJA”, il-paragrafu 3 jiġi ssostitwit minn li ġej:

    "3.Għall-iskop tal-għoti ta’ benefiċċji fi flus taħt §47(1) ta’ SGB V, §47(1) ta’ SGB VII u § 24i ta’ SGB V lill-persuni assigurati li jgħixu fi Stat Membru ieħor, l-iskemi tal-assigurazzjoni Ġermaniżi jikkalkulaw il-paga netta, li tintuża biex tivvaluta l-benefiċċji, daqslikieku l-persuna assigurata kienet tgħix il-Ġermanja, sakemm il-persuna assigurata ma titlobx valutazzjoni abbażi tal-paga netta li attwalment tirċievi. Għall-iskop ta’ l-għoti tal-benefiċċju tal-leave tal-ġenituri skont l-Allowance Federali għall-Ġenituri u l-Att dwar il-Leave tal-Ġenituri (BEEG) lil persuni li jgħixu fi Stat Membri ieħor, l-istituzzjoni kompetenti għall-benefiċċju Ġermaniż tal-leave għall-ġenituri għandha tikkalkula d-dħul medju ta’ kull xahar skont §§2c sa 2f tal-Att, li jintuża biex jiġu vvalutati l-benefiċċju, daqslikieku l-persuna tgħix il-Ġermanja. B’dan, jekk il-bracket IV tat-taxxa tkun applikabli skont it-tieni sentenza ta’ §2e(3) tal-BEEG minħabba li l-benefiċjarju ma ġiex ikklassifikat f’ebda bracket tat-taxxa Ġermaniża waqt il-perjodu tal-valutazzjoni, il-persuna tista’ titlob li l-benefiċċju tal-leave tal-ġenituri jiġi vvalutat abbażi td-dħul nett attwali tiegħu intaxxat fl-Istat Membru ta’ residenza.”;

    (c)Fit-taqsima “L-ESTONJA”, il-paragrafu kurrenti jiġi nnumerat paragrafu1 u jiddaħħal paragrafu (2) ġdid:

    "2. Għall-iskop tal-kalkolu tal-allowance għall-kapaċità tax-xogħol pro rata skont l-Artikolu 52(1)(b) ta’ dan ir-Regolament, il-perjodi ta’ residenza magħmula fl-Estonja jitqiesu b’bidu mill-età ta’ 16 sakemm seħħet il-kontinġenza.”;

    (d)Fit-taqsima “L-OLANDA”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-paragrafu 1(f):

    "(fa). Kull persuna kif imsemmija fl-Artikolu 69(1) taż-Zorgverzekeringswet (Att dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa) li, fl-aħħar jum tax-xahar qabel dak li fih tkun laħqet l-età ta’ 65, tkun qed tirċievi pensjoni jew benefiċċju ttrattat, abbażi tal-punt (f) ta’ din it-taqsima, bħala pensjoni pagabbli taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża, għandha titqies bħala pensjonabbli għall-għanijiet tal-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament sakemm tilħaq l-età tal-pensjoni msemmija fl-Artikolu 7a tal-Algemene Ouderdomswet (Att Ġenerali dwar il-Pensjonijiet tal-Anzjanità).";

    (e)It-taqsima li ġejja “IS-SLOVAKKJA” tiddaħħal wara t-taqsima “L-AWSTRIJA”:

    “IS-SLOVAKKJA

    Minkejja l-Artikolu 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, għall-iskop tal-għoti tal-benefiċċju suuplimentari fir-rigward tal-perjodi tal-assigurazzjoni kompluti skont il-leġiżlazzjoni tal-ex-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka, il-perjodi tal-assigurazzjoni taħt il-leġiżlazzjoni Slovakka biss jistgħu jitqiesu sabiex tintlaħaq il-kundizzjoni ta’ mill-inqas sena ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni Ċeka fi ħdan il-perjodu definit wara d-data tad-dissoluzzjoni tal-federazzjoni (§ 69b, paragrafu 1, ittra b) tal-Att Nru. 461/2003 Col., dwar l-Assigurazzjoni Soċjali).";

    (f)Fit-taqsima “L-IŻVEZJA”:

    I.jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

    II.fil-paragrafu 3, “(l-Att 2000:798)” jiġi ssostitwit minn:

    “(Kapitolu 6 tal-Att dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali li jikkonċerna l-Kapitoli 53–74)”;

    III.fil-paragrafu 4:

    fl-intestatura, ir-referenza għal “Kapitolu 8 tal-Lag (1962:381) om allmän försäkring (l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali)” tiġi sostitwita minn “Kapitolu 34 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali”;

    fil-paragrafu (b), ir-referenza għal “ il-Kapitolu 8, il-paragrafi 2 u 8 tal-Att imsemmi”, tiġi sostitwita minn “il-Kapitolu 34, Taqsimiet 3, 10 u 11 tal-Att imsemmi” u r-referenza għal “l-Att dwar il-pensjoni għax-xjuħija bbażata fuq id-dħul (1998:674)” tiġi sostitwita minn “il-Kapitolu 59 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali”;

    IV.fil-paragrafu 5 (a), ir-referenza għal “(l-Att 2000:461)” tiġi sostitwita minn “(il-Kapitolu 82 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali)”.

    (g) Fit-taqsima “Ir-RENJU UNIT”:

    I.il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’li ġej:

    "1. Fejn, konformi mal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, persuna li tkun laħqet l-età pensjonabbli qabel is-6 ta’ April 2016 tista’ tkun intitolata għal pensjoni tal-irtirar jekk:

    (a) jitqiesu l-kontribuzzjonijiet ta’ ex-konjuġi jew ex-sieħeb jew sieħba ċivili daqslikieku kienu l-kontribuzzjoni ta’ dik il-persuna stess; jew

    (b) il-kundizzjonijiet rilevanti tal-kontribuzzjoni jkunu ssodisfati mill-konjuġi, is-sieħeb jew sieħba ċivili, l-ex-konjuġi jew l-ex-sħab ċivili, ipprovdut b’hekk, f’kull każ li l-konjuġi jew is-sieħeb ċivili jew jew l-ex-konjuġu jew l-ex-sieħeb ċivili huma jew kienu qed jeżerċitaw attività bħala impjegati jew jaħdmu għal rashom, u kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ wieħed jew żewġ Stati Membri, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġi ddeterminat l-intitolament skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. F’dan il-każ, ir-referenzi fil-Kapitolu 5 imsemmi għal ‘perjodi ta’ assigurazzjoni’ għandhom jinftiehmu bħala referenza għal perjodi ta’ assigurazzjoni kompluti minn:

    (i) konjuġi, sieħeb ċivili, ex-konjuġi jew ex-sieħeb ċivili fejn issir pretensjoni minn

    persuna miżżewġa jew sieħeb ċivili, jew

    persuna li ż-żwieġ jew l-unjoni ċivili tagħha ġew itterminati mhux bil-mewt tal-konjuġi jew tas-sieħeb ċivili; jew

    (ii) ex-konjuġi jew ex-sieħeb ċivili, fejn issir pretensjoni minn:

    armla, armel jew sieħeb ċivili li immedjatament qabel l-età pensjonabbli ma kienx intitolat għall-allowance tal-ġenitur armel, jew

    armla li żewġha jkun miet qabel id-9 ta’ April 2001 li immedjatament qabel l-età pensjonabbli ma kinitx intitolata għall-allowance ta’ omm armla, allowance ta’ ġenitur armel jew pensjoni tar-romol, jew li hija intitolata biss għal pensjoni tar-romol relatata mal-età kkalkulata skont l-Artikolu 52(1)(b) ta’ dan ir-Regolament, u għal dan il-għan ‘pensjoni tar-romol relatata mal-età’ tfisser pensjoni tar-romol pagabbli b’rata mnaqqsa skont it-taqsima 39(4) tal-Att tal-1992 dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Sċojali.

    Dan il-punt ma japplikax għall-persuni li jilħqu l-età pensjonabbli fis-6 ta’ April 2016 jew wara.

    2. Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-intitolament għall-allwonace għall-attendenza, l-allowance għall-carers, u l-allowance għall-għajxien b’diżabilità u l-ħlas għall-indipendenza personali, perjodu ta’ impjieg, impjieg awtonomu jew residenza komplut f’territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex ir-Renju Unit għandu jitqies safejn ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-perjodi ta’ preżenza meħtieġa fir-Renju Unit, qabel il-jum li fih jiskatta għall-ewwel darba l-intitolament għall-benefiċċju inkwistjoni.”

    II.il-paragrafu 4 jiġi ssostiwit minn:

    "4.Meta japplika l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament, jekk il-persuna kkonċernata tinkapaċita ruħu fuq ix-xogħol b’riżultat ta’ invalidità waqt li soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, ir-Renju Unit għandu, għall-iskopjiet tat-Taqsima 30A (5) tal-Att tal-1992 dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali, il-Parti 1 tal-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare tal-2007 jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti għall-Irlanda ta’ Fuq, iqis kwalunkwe perjodu li fih il-persuna kkonċernata tkun irċeviet, fir-rigward ta’ dik l-inkapaċità għax-xogħol:

    (i)benefiċċji fi flus għall-mard jew pagi jew salarju minflokhom, jew

    (ii)benefiċċji skont it-tifsira tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament mogħtija fir-rigward tal-invalidità li tkun segwiet dik l-inkapaċità għax-xogħol, taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru l-ieħor,

    daqslikieku kienu perjodi ta’, skont kif xieraq, inkapaċità għal żmien fil-qosor imħallsa skont it-Taqsimiet 30A (1)-(4) tal-Att tal-1992 dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali, Allowance tal-Impjieg u ta’ Sostenna (Fażi ta’ valutazzjoni) imħallsa skont il-Parti 1 tal-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare tal-2007 jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti għall-Irlanda ta’ Fuq.

    Bl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jitqiesu biss il-perjodi li fihom il-persuna ma kinitx tkun kapaċi taħdem fi ħdan it-tifisra tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit.”.

    7.Wara l-Anness Xi, jiddaħħlu l-Annessi li ġejjin:

    “ANNESS XII

    BENEFIĊĊJI GĦALL-KURA FIT-TUL FI FLUS IPPROVDUTI B’DEROGA MILL-ARTIKOLU 35A(1) TAL-KAPITOLU 1A

    (Artikolu 35a(3)).”

    "ANNESS XIII

    BENEFIĊĊJI TAL-FAMILJA FI FLUS MAĦSUBA BIEX JISSOSTWIXXUI D-DĦUL WAQT PERJODI TAT-TROBBIJA TAT-TFAL

    (Artikolu 68b)".

    Parti 1 Benefiċċji tal-familja fi flus maħsuba biex jissostitwixxu d-dħul waqt perjodi ta’ trobbija tat-tfal

    (Artikolu 68b(1))

    Parti II Stati Membri li jagħtu bis-sħiħ il-benefiċċji tal-familja msemmija fl-Artikolu 65b(1)

    (Artikolu 68b(2)).”

    Top