EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0688

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija

COM/2016/0688 final - 2013/013 (COD)

Brussell, 24.10.2016

COM(2016) 688 final

2013/0013(COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)


2013/0013 (COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea


dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1.Sfond

Fit-30 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni adottat pakkett komprensiv ta’ sitt proposti leġiżlattivi li għandu l-għan li jwassal kwalità aħjar u aktar għażla fis-servizzi ferrovjarji fl-Ewropa.

Hemm bżonn ta’ titjib fil-kwalità u fl-effiċjenza tas-servizzi biex il-passiġġieri jqisu lill-ferroviji bħala għażla aktar attraenti, u biex tiġi mħeġġa bidla modali. Jistgħu jinkisbu valur aqwa għall-flus u aktar sostenibbiltà fejn il-fondi pubbliċi huma skarsi.

Il-pakkett għandu wkoll l-għan li jħeġġeġ l-innovazzjoni fil-ferroviji tal-UE, b'mod li dawn jissodisfaw l-aspettattivi tal-utenti. Dan iwettqu permezz ta' tliet modi differenti u li huma relatati ma' xulxin billi:

(1)jiftaħ is-swieq domestiċi tal-passiġġieri għall-kompetizzjoni, u joħloq l-obbligu li jsiru offerti għall-kuntratti pubbliċi għal servizzi;

(2)isaħħaħ l-indipendenza tal-maniġers tal-infrastruttura, b'mod li dawn ikunu jistgħu jikkontrollaw il-funzjonijiet ċentrali kollha tan-netwerk ferrovjarju u jiżguraw li kulħadd igawdi minn aċċess ġust għall-ferroviji;

(3)isaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija tal-UE għall-Ferroviji biex din issir punt uniku ta' servizz għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet validi, fil-livell tal-UE kollha, għat-tqegħid fis-suq tal-vetturi, u għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza għall-operaturi fl-UE.

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
(dokument COM(2013) 26 final — 2013/0013 COD):




il-31 ta’ Jannar 2013

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew:


il-11 ta’ Lulju 2013

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni:

it-8 ta’ Ottubru 2013

Id-data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari:

is-26 ta’ Frar 2014

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill:

is-17 ta’ Ottubru 2016    

2.L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni

L-għan ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni li tħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta’ intrapriżi tal-ferrovija huwa li jiġu eliminati l-inkonsistenzi fl-ordni ġuridika tal-UE u, skont l-għanijiet tal-programm REFIT tal-Kummissjoni, ikun hemm kontribut għas-simplifikazzjoni billi jitħassar att legali li ma għadux jintuża.

Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 (“ir-Regolament”) huwa inkonsistenti u inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fis-seħħ bħalissa għal għadd ta' raġunijiet:

Billi l-intrapriżi ferrovjarji għandhom ikunu mmaniġġjati skont il-prinċipji li japplikaw għall-kumpaniji kummerċjali, mhuwa permissibbli l-ebda kumpens mill-Istat għall-assigurazzjoni, għall-pensjonijiet, jew għal infiq operattiv ieħor (ħlief fil-każ ta' kumpens għall-forniment ta' servizzi pubbliċi). Dan il-prinċipju mhux biss huwa stabbilit b'mod ġenerali skont ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda huwa stabbilit b'mod aktar speċifiku fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-intrapriżi ferrovjarji (2008/C 184/07).

Il-lista ta' intrapriżi ferrovjarji eliġibbli għall-kumpens skont ir-Regolament u l-klassifikazzjoni ta' tipi ta' kumpens li jistgħu jitħallsu lill-intrapriżi ferrovjarji jippresupponu integrazzjoni tal-ġestjoni tal-infrastruttura fl-attivitajiet ta' intrapriżi ferrovjarji li hija inkonsistenti mal-prinċipji tas-separazzjoni tal-funzjonijiet essenzjali u tas-separazzjoni tal-kontijiet.

Dan ir-Regolament isemmi biss 40 intrapriża ferrovjarja bħala eliġibbli għall-kumpens. Meta ġie adottat ir-Regolament, dan ma nħassx li kien problematiku peress li l-intrapriżi ferrovjarji diġà stabbiliti kienu jikkompetu esklussivament ma’ modi oħrajn ta’ trasport u mhux ma’ intrapriżi ferrovjarji oħrajn. Madankollu, fil-kuntest ta’ suq liberalizzat, fejn l-intrapriżi ferrovjarji jikkompetu direttament mal-monopolji tradizzjonali, l-għoti ta’ kumpens finanzjarju lil ċerti intrapriżi ferrovjarji biss ma għadux ġustifikat. Jekk il-kundizzjonijiet finanzjarji jvarjaw għall-intrapriżi ferrovjarji (bħala konsegwenza tar-Regolament) mhuwiex żgurat li parteċipanti ġodda jkollhom kundizzjonijiet għall-aċċess mhux diskriminatorju. Pereżempju, l-operaturi ġodda fis-suq jista' jkollhom diffikultajiet biex jattiraw persunal minn intrapriżi ferrovjarji diġà stabbiliti, billi dawn tal-aħħar jistgħu jkunu kapaċi joffru kundizzjonijiet aktar favorevoli tal-pensjonijiet permezz ta' sussidji li jirċievu skont ir-Regolament.

Il-ħlasijiet ta’ kumpens skont il-Klassi IV tar-Regolament (l-ispejjeż ta’ faċilitajiet ta’ passaġġi invell) biss huma kompatibbli mal-leġiżlazzjoni eżistenti. Dawn il-ħlasijiet huma spejjeż assoċjati mal-funzjonijiet ta’ maniġer tal-infrastruttura li, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/34/UE, jista' jibbenefika minn finanzjament mill-Istat. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament marbuta mal-ħlasijiet tal-Klassi IV wkoll ma għadx hemm bżonnhom.

3.Kummenti dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill

Il-pożizzjoni adottata mill-Kunsill fl-ewwel qari fis-17 ta’ Ottubru 2016 tappoġġja l-għanijiet ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni, anki jekk il-Kunsill qabel li jiġi pospost it-tħassir tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li huma applikabbli għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta’ intrapriżi tal-ferrovija tal-klassi IV, kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2017.

4.Konklużjoni

Il-Kummissjoni taċċetta l-pożizzjoni adottata mill-Kunsill biex b’hekk il-Parlament Ewropew jista’ jadotta t-test finali waqt it-tieni qari. Tabilħaqq, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-adozzjoni kemm tal-pilastru tas-suq kif ukoll tal-pilastru tekniku għandha timmassimizza l-benefiċċji f’termini tal-kwalità tas-servizz, tal-effiċjenza u tal-kompetittività tal-industrija ferrovjarja.

Top