IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 19.10.2016
COM(2016) 681 final
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdu assistenza lil Ġermanja
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016PC0681
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the European Union Solidarity Fund to provide assistance to Germany
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdu assistenza lil Ġermanja
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdu assistenza lil Ġermanja
COM/2016/0681 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 19.10.2016
COM(2016) 681 final
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdu assistenza lil Ġermanja
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 000 000 (prezzijiet tal-2011), minbarra l-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju.
Il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità għall-Fond huma ddettaljati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.
Abbażi tal-applikazzjoni mill-Ġermanja, il-kalkolu tal-għajnuna mill-Fond, ibbażat fuq l-istima tal-ħsara diretta totali kkawżata, huwa kif ġej:
Diżastru |
Ħsara diretta
|
Kost totali ta' operazzjonijiet eliġibbli (f’miljuni ta’ EUR) |
Il-limitu massimu applikat għal diżastru reġjonali [1,5% tal-PDG] (f'miljuni ta' EUR) |
2,5 % tal-ħsara diretta
|
6 % ta’ ħsara diretta 'l fuq mil-livell limitu |
Ammont totali tal-għajnuna proposta (f’EUR) |
IL-ĠERMANJA |
1 259,005 |
94,196 |
622,8 |
31 475 125 |
~ |
31 475 125 |
TOTAL |
31 475 125 |
Fid-dawl tal-eżami tal-applikazzjoni 2 , u meta jitqies l-ammont massimu possibbli tal-kontribuzzjoni mill-Fond kif ukoll l-għan tar-riallokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta’ EUR 31 475 125.
Il-Kummissjoni se tressaq abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE) sabiex fil-baġit tal-2016 jiddaħħlu l-approprjazzjonijiet speċifiċi tal-impenji u l-pagamenti.
Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, se tinbeda proċedura ta' trilogu skont il-Punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 3 .
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdu assistenza lil Ġermanja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea 4 , u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 5 , u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u li turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali.
(2)Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 500 000 000 (bil-prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 6 .
(3)Fid-19 ta’ Awwissu 2016, il-Ġermanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara sensiela ta' każijiet qawwija iżda qosra ta' għargħar li affettwat ir-reġjun ta’ Niederbayern f’Mejju u Ġunju 2016.
(4)L-applikazzjoni tal-Ġermanja tissodisfa l-kundizzjonjiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.
(5)Il-Fond għandu għalhekk jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Ġermanja.
(6)Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li jieħu l-Fond biex jiġi mobilizzat, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 31 475 125 lill-Ġermanja, f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din għandha tapplika minn … [id-data tal-adozzjoni tagħha].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President