Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016IP0294

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2016 dwar id-deċiżjoni ta' ħruġ mill-UE bħala konsegwenza tar-referendum fir-Renju Unit (2016/2800(RSP))

    ĠU C 91, 9.3.2018, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 91/40


    P8_TA(2016)0294

    Ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2016 dwar id-deċiżjoni ta' ħruġ mill-UE bħala konsegwenza tar-referendum fir-Renju Unit (2016/2800(RSP))

    (2018/C 091/05)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Jieħu nota tax-xewqa taċ-ċittadini tar-Renju Unit li joħorġu mill-UE; jirrimarka li r-rieda espressa mill-poplu trid tiġi rrispettata kompletament u bis-sħiħ, l-ewwel nett bl-attivazzjoni tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) mill-aktar fis possibbli;

    2.

    Jenfasizza li dan huwa mument kruċjali għall-UE: jeħtieġ li l-interessi u l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni jinġiebu lura fiċ-ċentru tad-dibattitu; jeħtieġ li l-proġett Ewropew jerġa' jiġi varat issa;

    3.

    Jenfasizza li r-rieda ta’ maġġoranza taċ-ċittadini tar-Renju Unit għandha tiġi rrispettata permezz ta' implimentazzjoni rapida u koerenti tal-proċedura ta' ħruġ;

    4.

    Jirrimarka li n-negozjati skont l-Artikolu 50 tat-TUE dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jridu jibdew malli tiġi kkomunikata notifika formali;

    5.

    Iwissi li, għall-prevenzjoni ta' inċertezza li tagħmel ħsara lil kulħadd u għall-protezzjoni tal-integrità tal-Unjoni, in-notifika stipulata fl-Artikolu 50 tat-TUE trid issir mill-aktar fis possibbli; jistenna li l-Prim Ministru tar-Renju Unit jinnotifika l-eżitu tar-referendum lill-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2016; din in-notifika tagħti bidu għall-proċedura ta' ħruġ;

    6.

    Ifakkar li l-ftehim milħuq mill-kapijiet ta' stat u ta' gvern fi Frar 2016 kien jistipula li kellu jidħol fis-seħħ biss fil-każ li r-Renju Unit jiddeċiedi li jibqa' fl-UE; għaldaqstant huwa null u invalidu;

    7.

    Ifakkar li kwalunkwe relazzjoni ġdida bejn ir-Renju Unit u l-UE ma tistax tiġi miftiehma qabel ma jkun ġie konkluż il-ftehim dwar il-ħruġ;

    8.

    Ifakkar li l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew hija meħtieġa skont it-Trattati, u li l-Parlament irid ikun involut bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċeduri varji li jikkonċernaw il-ftehim dwar il-ħruġ u kwalunkwe relazzjoni futura;

    9.

    Jistieden lill-Kunsill jaħtar il-Kummissjoni bħala negozjatur dwar l-Artikolu 50 tat-TUE;

    10.

    Jenfasizza li l-isfidi attwali jirrikjedu riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-UE: hemm il-ħtieġa ta' riforma tal-Unjoni u li din tittejjeb u ssir aktar demokratika; jieħu nota li, filwaqt li xi Stati Membri jistgħu jagħżlu li jintegraw aktar bil-mod jew sa grad anqas, il-qalba tal-UE trid tiġi msaħħa, u li jeħtieġ li jiġu evitati soluzzjonijiet à la carte; iqis li l-ħtieġa li nippromwovu l-valuri komuni tagħna, nipprovdu stabbiltà, ġustizzja soċjali, sostenibbiltà, tkabbir u impjiegi, negħlbu l-inċertezza ekonomika u soċjali persistenti, nipproteġu liċ-ċittadini u nindirizzaw l-isfida tal-migrazzjoni tirrikjedi li niżviluppaw u niddemokratizzaw, b'mod partikolari, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, kif ukoll li nsaħħu l-politika estera u ta' sigurtà komuni; għalhekk iqis li r-riformi jridu jirriżultaw f'Unjoni li tipproduċi dak li ċ-ċittadini jistennew minnha;

    11.

    Jitlob pjan direzzjonali għal Unjoni mtejba abbażi ta' sfruttament sħiħ tat-Trattat ta' Lisbona, li għandu jiġu kkompletat b'reviżjoni tat-Trattati;

    12.

    Sejjer jadotta bidliet fl-organizzazzjoni interna tiegħu biex jirrifletti r-rieda ta’ maġġoranza taċ-ċittadini tar-Renju Unit li joħorġu mill-Unjoni Ewropea;

    13.

    Jieħu nota tar-riżenja tal-Kummissarju tar-Renju Unit u tar-riallokazzjoni tal-portafoll tiegħu;

    14.

    Jitlob li l-Kunsill jibdel l-ordni tal-Presidenzi tiegħu sabiex ma jħallix li l-proċess ta' ħruġ jipperikola l-amministrazzjoni tal-ħidma ta' kuljum tal-Unjoni;

    15.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Gvernijiet tar-Renju Unit.


    Top