Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0772

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI dwar il-ħidma tal-Kumitati matul l-2015

COM/2016/0772 final

Brussell, 5.12.2016

COM(2016) 772 final

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

dwar il-ħidma tal-Kumitati matul l-2015

{SWD(2016) 425 final}


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

DWAR IL-ĦIDMA TAL-KUMITATI MATUL L-2015

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni 1 (ir-“Regolament tal-Komitoloġija”), il-Kummissjoni b'dan qed tippreżenta r-rapport annwali tagħha dwar il-ħidma tal-kumitati għall-2015.

Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi fis-sistema tal-komitoloġija fl-2015 u fih taqsira tal-attivitajiet tal-kumitati. Huwa akkumpanjat minn dokument ta’ ħidma tal-persunal bi statistika dettaljata dwar il-ħidma tal-kumitati individwali.

1.    Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi fis-sistema tal-komitoloġija fl-2015

1.1    Żvilupp ġenerali

Il-Kummissjoni eżaminat l-ewwel ħames (5) snin tal-implimentazzjoni tar-Regolament 182/2011 f’rapport adottat fis-26 ta’ Frar 2016 2 . Ikkonkludiet li r-Regolament ippermetta matul dawn l-aħħar ħames (5) snin l-użu effettiv tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni taħt il-kontroll tal-Istati Membri. Hija kkonkludiet ukoll li l-qafas eżistenti jippermetti kooperazzjoni effiċjenti u kostruttiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Kif deskritt fir-rapport annwali tal-2013 3 , il-proċeduri tal-komitoloġija kollha previsti fid-Deċiżjoni l-"qadima" tal-Komitoloġija 4 , bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS), kienu awtomatikament adattati għall-proċeduri l-ġodda tal-komitoloġija stipulati fir-Regolament tal-Komitoloġija (ir-Regolament (UE) 182/2011).

Għalhekk fl-2015, il-kumitati tal-komitoloġija kienu qed joperaw skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Komitoloġija, jiġifieri l-proċedura konsultattiva (l-Artikolu 4) u l-proċedura ta' eżaminazzjoni (l-Artikolu 5), kif ukoll skont il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju (Regulatory Procedure with Scrutiny) (RPS) stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Komitoloġija.

Skont id-dikjarazzjoni 5 , magħmula fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Komitoloġija, li d-dispożizzjonijiet RPS kollha f’atti bażiċi eżistenti jkunu adattati għall-kriterji stipulati fit-Trattat, wara eżerċizzju ta' analiżi preliminari fl-2012, fl-2013 il-Kummissjoni adottat tliet proposti 6 biex tallinja total ta’ 200 att bażiku mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE. F’Novembru 2014, il-Kummissjoni fil-bidu tal-mandat il-ġdid tagħha u fil-kuntest ta’ rieżami ta’ proposti leġiżlattivi pendenti, iddeċidiet li tirtira dawn il-proposti 7 sakemm joħroġ l-eżitu ta’ diskussjonijiet futuri bejn l-istituzzjonijiet fil-kuntest tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar ta' Liġijiet. Dan wassal għal ftehim ġdid ffirmat uffiċjalment fit-13 ta’ April 2016 li tfakkar li “il-ħtieġa li tingħata prijoritarji għolja lill-allinjament fil-pront tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju 8 .

Fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2017 9 , il-Kummissjoni skont dan tħabbar li se “tipproponi leġiżlazzjoni biex tallinja l-atti eżistenti mar-regoli tat-Trattat dwar atti delegati u ta’ implimentazzjoni, biex b’hekk jitneħħew gradwalment il-proċedura regolatorja bi skrutinju” kif ukoll l-intenzjoni tagħha li “tevalwa l-leġittimità demokratika ta’ proċeduri eżistenti għall-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni u tikkunsidra l-għażliet għat-tibdil proċeduri eżistenti għall-adozzjoni ta’ ċerti atti sekondarji.”

1.2    Żvilupp tal-każistika

Skont is-sentenza tagħha fil-Kawża C-88/14, il-Kummissjoni vs il-Parlament u l-Kunsill (il-kawża dwar "Il-Mekkaniżmu dwar ir-Reċiproċità tal-Viża”), fis-16 ta’ Lulju 2015 il-Qorti marret lura għad-delineazzjoni bejn atti delegati u ta’ implimentazzjoni. Bl-applikazzjoni tagħha f'din il-kawża, il-Kummissjoni fittxet l-annullament tal-mekkaniżmu ta' reċipriċità rivedut sa fejn id-dispożizzjonijiet jikkonferixxu fuq il-Kummissjoni setgħa delegata skont l-artikolu 290(1) TFUE aktar milli setgħa ta' implimentazzjoni skont it-tifsira tal-artikolu 291(2) TFUE. Il-Kummissjoni kkunsidrat dawn tal-aħħar li huma aktar xierqa f’dan il-każ, minħabba l-kompiti attwali (l-emenda tal-anness wara rekwiżit ta’ viża introdott minn parti terza). Il-Qorti ċaħdet l-azzjoni tal-Kummissjoni u argumentat li la l-eżistenza u lanqas il-portata tad-diskrezzjonali kkonferita fuq il-Kummissjoni permezz ta’ att leġiżlattiv ma huma rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-att li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni għandux jkun att delegat jew ta’ att ta’ implimentazzjoni.

Fis-sentenza tagħha fil-Kawżi Magħquda T-261/13 u T-86/14, in-Netherlands vs il-Kummissjoni (“Eurostat”) tat-23 ta’ Settembru 2015, il-Qorti annullat id-dispożizzjonijiet fil-miżuri implimentattivi tal-Kummissjoni adottati wara l-proċedura regolatorja bi skrutinju. Fakkret li r-regoli li jiddeterminaw il-mod kif l-istituzzjonijiet tal-UE jaslu għad-deċiżjonijiet tagħhom huma stabbiliti mit-Trattat u ma humiex għad-dispożizzjoni la tal-Istati Membri u lanqas tal-istituzzjonijiet stess. Ir-Renju tan-Netherlands argumenta f’dan il-każ li l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 u ta’ miżuri biex jiġu implimentati dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni, jirrikjedu l-applikazzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, filwaqt li l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni inkwistjoni pprovduti lill-Eurostat biex jistabbilixxi u jaġġorna l-oqsfa metodoloġiċi mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi segwita l-proċedura regolatorja bi skrutinju. Il-Kummissjoni ssostni li l-oqsfa metodoloġiċi ma kinux maħsuba li jkunu vinkolanti fuq l-Istati Membri u ma jikkostitwixxux miżuri ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 2494/95. Il-Qorti ddeċidiet li oqfsa bħal dawn jikkostitwixxu miżuri ta’ implementazzjoni li għandhom jiġu osservati sabiex ir-regolamenti applikabbli jingħataw l-effettività u tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur. Bħala tali, id-dispożizzjonijiet ikkontestati jkunu pprovdew għall-applikazzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni neċessarji, skont kif jipprevedi r-Regolament Nru 2494/95.



2.    Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet

2.1    Numru ta’ kumitati u laqgħat

Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-kumitati tal-komitoloġija, fuq in-naħa l-waħda, u l-entitajiet l-oħra, b’mod partikolari “il-gruppi tal-esperti” iffurmati mill-Kummissjoni stess, fuq in-naħa l-oħra. Dawn tal-aħħar jipprovdu għajnuna esperta lill-Kummissjoni 10 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-politika, kif ukoll ta' atti delegati, filwaqt li l-kumitati tal-komitoloġija jgħinu lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-poteri ta' implimentazzjoni li ġew mogħtija lilha mill-atti legali bażiċi. Dan ir-rapport jiffoka esklussivament fuq il-kumitati tal-komitoloġija. In-numru ta' kumitati tal-komitoloġija attivi fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 kien ikkalkulat skont is-settur tal-attività (ara t-Tabella I). Iċ-ċifri għas-sena preċedenti (fil-31 ta’ Diċembru 2014) qed jingħataw ukoll għal raġunijiet ta' tqabbil. Sezzjonijiet u konfigurazzjonijiet ma jingħaddux separatament minħabba li dawn jappartjenu għal kumitat prinċipali.

TABELLA I — Numru totali ta' kumitati

Settur ta’ politika

2014

2015

AGRI (Agrikoltura u Żvilupp Rurali

18

18

BUDG (Baġit)

2

2

CLIMA (Azzjoni Klimatika)

5

5

CNECT (Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija)

6

5

DEVCO (Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp)

5

5

DIGIT (Informatika)

1

2

EAC (Edukazzjoni u Kultura)

5

5

ECFIN (Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji)

1

1

ECHO (Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili)

2

2

EMPL (Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni)

4

4

ENER (Enerġija)

15

14

ENV (Ambjent )

31

31

ESTAT - Eurostat

7

6

FISMA (Stabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji, u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali)

9

8

FPI (Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija)

4

4

GROW (Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs)

44

43

HOME (Migrazzjoni u Affarijiet Interni)

14

11

JUST (Ġustizzja u Konsumaturi)

20

21

MARE (Affarijiet Marittimi u Sajd)

4

4

MOVE (Mobilità u Trasport)

30

30

NEAR (Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir)

3

3

OLAF (Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Frodi)

1

1

REGIO (Politika Reġjonali u Urbana)

1

1

RTD (Riċerka u Innovazzjoni)

5

5

SANTE (Saħħa u Sikurezza Alimentari)

21

21

SG (Segretarjat Ġenerali)

3*

3*

TAXUD (Tassazzjoni u Unjoni Doganali)

11

11

TRADE (Kummerċ)

15

14

TOTAL :

287

280

* Inkluż il-kumitat ta’ appell (għall-ħtiġijiet tar-reġistru tal-komitoloġija, il-kumitat ta' appell huwa rreġistrat bħala kumitat taħt ir-responsabbiltà tas-SĠ fil-prattika, huwa ġestit mis-servizzi kollha konċernati).

Fl-2015, il-kumitati tal-komitoloġija setgħu ġeneralment jinqasmu skont it-tip ta’ proċedura li kienu jaħdmu biha (proċedura konsultattiva, proċedura ta’ eżaminazzjoni, proċedura regolatorja bi skrutinju — ara t-Tabella II). Ċerti kumitati li kienu japplikaw proċeduri multipli ġew separati minn kumitati li jaħdmu bi proċedura unika.

TABELLA II — L-għadd ta' kumitati skont il-proċedura (2015)

 

Tip tal-proċedura

Konsultattiva

Eżaminazzjoni

Regolatorja bi skrutinju

Li topera skont diversi proċeduri

TOTAL:

AGRIKOLTURA U ŻVILUPP RURALI

0

12

0

6

18

BUDG

1

1

0

0

2

CLIMA

0

1

0

4

5

CNECT

0

1

0

4

5

DEVCO

0

2

0

3

5

DIGIT

0

2

0

0

2

EAC

0

1

0

4

5

ECFIN

0

0

0

1

1

ECHO

0

1

0

1

2

EMPL

0

0

0

4

4

ENER

2

4

2

6

14

ENV

0

6

5

20

31

ESTAT

0

2

0

4

6

FISMA

0

1

2

5

8

FPI

0

3

0

1

4

GROW

6

9

5

23

43

HOME

2

6

0

3

11

JUST

5

5

5

6

21

MARE

0

2

0

2

4

MOVE

3

7

3

17

30

NEAR

1

1

0

1

3

L-OLAF

0

1

0

0

1

REGIO

0

0

0

1

1

RTD

0

4

0

1

5

SANTE

0

9

0

12

21

SG

0

2

0

1

3

TAXUD

1

9

0

1

11

KUMMERĊ

2

6

0

6

14

TOTAL:

23

98

22

137

280

* Inkluż il-kumitat ta' appell.

L-għadd ta’ kumitati mhuwiex l-uniku indikatur ta’ attività fil-livell tal-komitoloġija. L-għadd ta’ laqgħat li saru, kif ukoll l-għadd ta’ proċeduri bil-miktub 11 użati fl-2015 jirriflettu wkoll l-intensità tax-xogħol b’mod ġenerali, fil-livell settorjali u f’kumitati individwali (Tabella III).



TABELLA III — Għadd ta' laqgħat u proċeduri bil-miktub

Għadd ta’ kumitati

Il-laqgħat

Proċeduri bil-miktub

2014

2015

2014

2015

AGRI

18

140

145

8

10

BUDG

2

4

4

2

0

CLIMA

5

12

6

1

1

CNECT

5

11

15

10

11

DEVCO

5

16

16

12

7

DIGIT

2

2

3

0

0

EAC

5

6

4

6

1

ECFIN

1

5

1

0

0

ECHO

2

9

6

3

5

EMPL

4

4

4

7

5

ENER

14

20

16

7

2

ENV

31

38

38

12

12

ESTAT

6

8

6

6

5

FISMA

8

7

8

7

9

FPI

4

5

2

2

3

GROW

43

60

76

24

28

HOME

11

28

29

40

31

JUST

21

10

10

12

5

MARE

4

9

11

2

4

MOVE

30

64

51

23

22

NEAR

3

12

7

20

19

L-OLAF

1

2

2

0

0

REGIO

1

10

1

4

0

RTD

5

52

57

131

205

SANTE

21

122

106

506

437

SG

3

6*

5*

0

1

TAXUD

11

89

65

25

20

KUMMERĊ

14

22

25

23

25

TOTAL

280

773

719

893

868

* Inklużi 4 laqgħat tal-kumitat ta' appell.

2.2    Għadd ta’ opinjonijiet u atti/miżuri ta’ implimentazzjoni

Bħal dejjem, dan ir-rapport jagħti ċ-ċifri globali tal-opinjonijiet formali mogħtija mill-kumitati u l-atti/il-miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti adottati mill-Kummissjoni 12 . Dawn iċ-ċifri jikkwantifikaw l-"output" tal-kumitati (ara t-Tabella IV). Min-numru totali ta’ abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni mressqa quddiem il-kumitati fl-2015, il-PE adotta tliet (3) riżoluzzjonijiet 13 abbażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-Komitoloġija, filwaqt li l-Kunsill ma adottax dawn ir-riżoluzzjonijiet.

TABELLA IV — Għadd ta’ opinjonijiet u atti/miżuri ta’ implimentazzjoni adottati

 

Opinjonijiet

Atti ta' implimentazzjoni
adottati

Miżuri RPS
adottati

2014

2015

2014

2015

2014

2015

AGRI

141

116

135

116

2

1

BUDG

15

4

14

4

0

0

CLIMA

19

7

14

7

5

1

CNECT

21

20

20

12

0

1

DEVCO

86

57

84

58

0

0

DIGIT

1

1

1

1

0

0

EAC

28

5

9

2

0

0

ECFIN

5

1

5

1

0

0

ECHO

9

9

7

11

0

0

EMPL

7

9

3

6

0

0

ENER

14

8

4

1

4

6

ENV

38

37

16

16

19

11

ESTAT

17

16

6

6

10

10

FISMA

17

16

3

10

1

6

FPI

4

4

2

0

0

0

GROW

54

74

19

37

24

13

HOME

45

63

42

42

0

0

JUST

19

9

11

9

1

1

MARE

22

15

22

15

0

0

MOVE

93

55

44

46

32

17

NEAR

112

65

110

65

0

0

L-OLAF

0

0

0

0

0

0

REGIO

12

1

8

1

0

0

RTD

152

266

150

223

0

0

SANTE

799

736

695

671

67

62

SG

13

11*

2

23

0

0

TAXUD

79

65

74

65

0

0

KUMMERĊ

67

56

63

58

0

0

TOTAL

1 889

1 726

1 563

1 506

165

129

* Inklużi 10 opinjonijiet mogħtija mill-kumitat ta' appell u 22 att adottat.

2.3    Laqgħat tal-kumitat ta' appell

Il-kumitat ta' appell iltaqa’ erba' (4) darbiet matul l-2015, u ddiskuta 11-il abbozz ta' atti ta' implimentazzjoni (fil-qasam tal-politika dwar is-saħħa u l-konsumatur, il-mobilità u t-trasport) li kienu riferiti mill-Kummissjoni. Il-kumitat tal-appell ma ta l-ebda opinjoni f'10 każijiet. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tadotta dawn l-10 atti ta’ implimentazzjoni kollha u tirtira att wieħed (1).



2.4    Użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS)

Kif imsemmi fit-Taqsima 1, il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju ma kinitx affettwata mir-riforma tal-komitoloġija tal-2011. Din il-proċedura ma tistax tibqa’ tintuża f'leġiżlazzjoni ġdida, imma għadha tidher f'diversi atti bażiċi eżistenti u se tibqa’ tapplika skont dawk l-atti sakemm jiġu allinjati. Fl-2015, ġew adottati 129 miżura skont l-RPS (ara t-Tabella V). Id-dritt li wieħed jopponi ma ntużax. Meta jitqabbel mal-2014, id-dritt li wieħed jopponi intuża darba.

TABELLA V — Għadd ta' miżuri adottati skont il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju (RPS) (2015)

 

Miżuri RPS
adottati

Il-PE oppona l-adozzjoni ta' abbozz ta' miżuri skont l-RPS

Il-Kunsill oppona l-adozzjoni ta' abbozz ta' miżuri skont l-RPS

AGRI

1

0

0

BUDG

0

0

0

CLIMA

1

0

0

CNECT

1

0

0

DEVCO

0

0

0

DIGIT

0

0

0

EAC

0

0

0

ECFIN

0

0

0

ECHO

0

0

0

EMPL

0

0

0

ENER

6

0

0

ENV

11

0

0

ESTAT

10

0

0

FISMA

6

0

0

FPI

0

0

0

GROW

13

0

0

HOME

0

0

0

JUST

1

0

0

MARE

0

0

0

MOVE

17

0

0

NEAR

0

0

0

L-OLAF

0

0

0

REGIO

0

0

0

RTD

0

0

0

SANTE

62

0

0

SG

0

0

0

TAXUD

0

0

0

KUMMERĊ

0

0

0

TOTAL

129

0

0



3.    Tagħrif dettaljat dwar l-attivitajiet tal-Kumitati

Id-dokument ta' ħidma li jakkumpanja dan ir-rapport jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-ħidma tal-kumitati individwali fl-2015, imqassma fuq il-bażi tad-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernati differenti.

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(2)  COM/2016/092 finali:
(3) Rapport mill-Kummissjoni dwar il-ħidma tal-kumitati matul l-2013, COM(2014)572 final.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE (ĠU C 255, 21.10.2006, p. 4).
(5) Din id-dikjarazzjoni kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali flimkien mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 19).
(6) COM(2013)451, 452 u 751.
(7)  ĠU C 80, 7.3.2015, p. 17
(8)  Kapitolu V, paragrafu 27
(9)  SWD(2016) 400 finali
(10) Għal iktar informazzjoni, ara: http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?Lang=MT  
(11) Il-votazzjoni tal-kumitati tista’ sseħħ f’laqgħa regolari tal-kumitat jew, f'każijiet debitament ġustifikati, permezz ta’ proċedura bil-miktub, skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament tal-Komitoloġija.
(12) Għandu jiġi nnutat li jista' jkun hemm diskrepanzi bejn l-għadd ta' opinjonijiet u l-għadd ta' atti/miżuri ta' implimentazzjoni fi kwalunkwe sena partikolari. Ir-raġunijiet għal dawn hija spjegata fl-introduzzjoni tad-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport.
(13) Riżoluzzjoni dwar l-abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jadotta lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni (2015/3010 (RSP); Riżoluzzjoni dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2) (2015/3006(RSP); Riżoluzzjoni dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis (2-etileżil) ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2015/2962 (RSP).
Top