EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0664

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar għodod alternattivi għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni, l-istat tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-kompetizzjoni u l-governanza tal-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-istat tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji strutturati u l-fattibilità ta' Aġenzija Ewropea tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu

COM/2016/0664 final

Brussell, 19.10.2016

COM(2016) 664 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar għodod alternattivi għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni, l-istat tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-kompetizzjoni u l-governanza tal-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-istat tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji strutturati u l-fattibilità ta' Aġenzija Ewropea tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu


Werrej

INTRODUZZJONI    

I. Ir-riskju ta’ sovradipendenza fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni u alternattivi disponibbli    

4. Sovradipendenza fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni    

4. Alternattivi disponibbli għal klassifikazzjonijiet esterni    

II. L-istat tas-suq tas-CR u valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament CRA biex tingħata spinta lill-kompetizzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu    

4. Analiżi tas-suq tas-CRAs    

2. L-impatt u l-valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament CRA dwar il-kompetizzjoni    

III. L-impatt u l-valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-CRA dwar il-governanza    

1. Kunflitt ta’ interessi    

2. Dispożizzjonijiet relatati mal-SFIs u l-estensjoni potenzjali għal prodotti finanzjarji oħra    

3. Mudelli alternattivi ta’ rimunerazzjoni    

IV. L-adegwatezza u l-fattibilità li tiġi appoġġjata aġenzija Ewropea tal-klassifikazzjoni tal-kreditu    

KONKLUŻJONI    



INTRODUZZJONI

Dan ir-rapport iwieġeb għal diversi obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar Aġenziji li Jiggradaw il-Kreditu (CRA), kif emendat 1 (ir-Regolament CRA). B’mod partikolari, dan ir-rapport:

janalizza referenzi għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni fil-leġiżlazzjoni tal-UE u f’kuntratti privati fost il-partijiet fis-swieq finanzjarji. Huwa jivvaluta wkoll alternattivi potenzjali għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni li attwalment qegħdin jintużaw minn parteċipanti fis-suq madwar l-UE (Taqsima I); 2

jivvaluta l-impatt u l-effikaċja tal-miżuri tar-Regolament CRA li jirrigwardaw il-kompetizzjoni fl-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (Taqsima II); 3

jivvaluta l-impatt tar-Regolament CRA fuq il-governanza u l-proċeduri interni tas-CRAs, b’mod partikolari l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interessi u l-użu ta’ mudelli alternattivi ta’ rimunerazzjoni. Ir-rapport janalizza wkoll id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ Strumenti Finanzjarji Strutturati (SFIs) u l-estensjoni potenzjali tagħhom għal klassijiet ta’ assi oħra (Taqsima III); 4

iqis il-fattibilità tat-twaqqif ta’ CRA Ewropea għall-valutazzjoni ta’ dejn sovran u ta' fondazzjoni Ewropea tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-klassifikazzjonijiet l-oħra kollha tal-kreditu (Taqsima IV) 5 . 

Dan ir-rapport jivvaluta, inter alia ħafna mid-dispożizzjonijiet ewlenin li ġew introdotti fl-aħħar emenda tar-Regolament CRA. Huwa msejjes fuq il-Parir Tekniku tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar it-tnaqqis ta’ dipendenza esklużiva u mekkanistika fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni 6 , l-istudju li sar minn ICF Consulting Services dwar il-Fattibilità ta’ alternattivi għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu 7 , il-Parir Tekniku tal-ESMA dwar il-kompetizzjoni, l-għażla u l-kunflitt ta’ interess fl-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 8 u l-istudju li sar minn Europe Economics dwar l-istat tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 9 . Il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati b’mod estensiv permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma, kwestjonarji u intervisti fil-kors tat-tħejjija ta’ dawn il-parir tekniku u studji 10 .

I. Ir-riskju ta’ sovradipendenza fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni u alternattivi disponibbli

4. Sovradipendenza fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni

Ir-reazzjoni internazzjonali għall-kriżi finanzjarja globali kienet tinkludi sforzi biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni, b’mod partikolari biex “jitnaqqsu l-effetti ta’ herding u ta’ preċipizju li jheddu l-istabbiltà finanzjarja li attwalment ġejjin minħabba l-implimentazzjoni permanenti ta’ livelli ta’ limitu ta’ klassifikazzjoni tas-CRA fil-liġijiet, fir-regolamenti u fil-prattiċi tas-suq 11 [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-UE wieġbet għal dawn l-isforzi, inkluż billi adottat tibdil leġiżlattiv (ara hawn taħt). Madankollu, għad hemm il-ħtieġa li jiġi vvalutat sa liema punt ir-referenzi li għad fadal għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni fil-leġiżlazzjoni tal-UE jistgħu jiskattaw is-sovradipendenza. Barra minn hekk, is-sovradipendenza tista’ tirriżulta wkoll minħabba l-użu ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni minn parteċipanti fis-suq f’kuntratti privati.

Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji hemm diversi atti legali tal-UE li jirreferu għall-użu ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni. Uħud minn dawn (AIFMD 12 , UCITS 13 u IORPs 14 ) ġew emendati bid-Direttiva 2013/14/UE 15 , li introduċiet regoli addizzjonali għall-kumpaniji ta’ ġestjoni jew ta’ investiment ta’ UCITS u għall-maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi (AIFMs) li jeħtieġu proċessi tal-ġestjoni tar-riskji sabiex jiġi evitat li jistrieħu b’mod esklużiv u mekkanistiku fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni. Dan sar sabiex tiġi evitata sovradipendenza fuq klassifikazzjonijiet fil-kejl ta’ riskju ta’ kreditu. Waħda minn dawn ir-regoli li introduċiet id-Direttiva 2013/14/UE kienet ir-rekwiżit li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw l-adegwatezza tal-proċessi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

EMIR 16 , il-leġiżlazzjoni dwar il-Kontropartijiet Ċentrali (CCPs), tippermetti li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu(CRAs) jwettqu valutazzjonijiet sabiex jiġi stabbilit il-livell tar-riskju iżda ma timponix fuqhom u lanqas ma neċessarjament tinċentiva lis-CCPs biex jagħmlu dan. Jekk jintużaw klassifikazzjonijiet esterni, is-CCPs iridu jipprovdu xi kontroanaliżi jew jissupplimentaw il-valutazzjoni tagħhom b’analiżi propja.

Is-CRR 17 u d-CRD IV 18 fihom diversi dispożizzjonijiet li jippermettu trattamenti differenti ta’ riskji assoċjati ma’ skopertura, skont jekk dawn l-iskoperturi jkunux ikklassifikati jew le. 19 Bħala riżultat, ir-rekwiżiti kapitali assoċjati ma’ skopertura jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli skont jekk dik l-iskopertura tkunx ikklassifikata minn CRA jew le u l-klassifikazzjoni pprovduta. 20 Il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) bħalissa qiegħed fil-proċess li jirrevedi l-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu u qies diversi alternattivi biex jiġu sostitwiti l-klassifikazzjonijiet esterni. 21 Il-Kumitat jipproponi li jinżammu r-referenzi għall-klassifikazzjonijiet esterni filwaqt li l-użu tagħhom jiġi kkumplimentat bi proċessi ta’ diliġenza dovuta tal-banek, kif ukoll titjib tar-rekwiżiti dwar l-użu ta’ klassifikazzjonijiet esterni, sabiex jiġi żgurat li l-banek iwettqu d-diliġenza dovuta u l-immaniġġjar tar-riskji interni propji u ma jistriħux mekkanistikament fuq klassifikazzjonijiet esterni.

Mekkaniżmu simili jintuża minn Solvenza II, 22 li tipprovdi għal kunsiderazzjonijiet differenti ta’ riskju li jiddependu fuq jekk ikunx hemm klassifikazzjoni esterna disponibbli jew le (u liema klassifikazzjoni tkun ġiet assenjata lil din l-iskopertura). Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ sovradipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet, Solvenza II tipprovdi li, meta l-assiguraturi jużaw valutazzjoni esterna tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, dawn għandhom jivvalutaw l-adegwatezza ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni bħala parti mill-immaniġġjar tar-riskju tagħhom billi jużaw valutazzjonijiet addizzjonali fejn prattikabbilment possibbli sabiex tiġi evitata kwalunkwe dipendenza awtomatika fuq valutazzjonijiet esterni 23 . Barra minn hekk, l-Att Delegat ta’ Solvenza II 24 jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-użu ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni, bħall-ħtieġa li jiġu pprovduti valutazzjonijiet tal-kreditu interni għal skoperturi akbar jew aktar kumplessi, li dan jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tar-riskju ta’ sovradipendenza.

Filwaqt li hemm fis-seħħ regoli ta’ mitigazzjoni sabiex tiġi evitata dipendenza esklużiva u mekkanistika fuq klassifikazzjonijiet esterni, l-użu ta’ klassifikazzjonijiet f'oqsma kritiċi tal-oqfsa tas-CRR u tas-Solvenza II, b’mod partikolari dawk relatati mal-kalkoli ta’ kapital regolatorju jew rekwiżiti ta’ solvenza, jista’ joħloq inċentiv għall-istituzzjonijiet finanzjarju u għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni biex jistrieħu fuq valutazzjonijiet minn aġenziji ta’ klassifikazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni ser tkompli timmonitorja l-impatt ta’ dawn ir-rekwiżiti u tipprovdi kontribut lill-korpi rilevanti, bħall-Kumitat ta’ Basel, sabiex jiġi mitigat kwalunkwe riskju ta’ dipendenza eċċessiva fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-qafas prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-impriżi ta’ assigurazzjoni.

L-evitar ta’ sovradipendenza fuq referenzi kuntrattwali jista’ jinkiseb permezz ta’ dispożizzjonijiet dwar projbizzjoni jew rekwiżiti ulterjuri ta’ divulgazzjoni. Madankollu, filwaqt li dan tal-aħħar jidher li mhuwiex adattat għal rapporti ta’ klassifikazzjoni pprovduti minn politiki jew linji gwida dwar investimenti, tal-ewwel jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà kuntrattwali u jkollu bilfors jiġi ġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku. Fi kwalunkwe każ, ir-referenzi għall-klassifikazzjonijiet ma għandhomx ikunu skuża għall-maniġers biex jevitaw li jwettqu d-diliġenza dovuta propja qabel ma jieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti. Il-Kummissjoni ser tkompli timmonitorja l-prattiki tas-suq sabiex jiġi identifikat kwalunkwe riskju dovut għal sovradipendenza kuntrattwali fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni.

4. Alternattivi disponibbli għal klassifikazzjonijiet esterni

L-alternattivi ewlenin disponibbli għal klassifikazzjonijiet esterni huma kejl ibbażat fuq is-suq tar-riskju ta’ kreditu, għodod interni għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu, u valutazzjonijiet minn partijiet terzi.

Kejl ibbażat fuq is-suq (eż. firxiet ta’ swap ta’ inadempjenza u informazzjoni dwar l-ipprezzar ta’ bond) huwa oġġettiv u trasparenti f'termini ta’ aċċessibbiltà u jippermetti li assi partikolari jiġi assenjat piż speċifiku tar-riskju.Dan jista' jintuża biex titkejjel il-probabbiltà ta’ riskju ta’ inadempjenza għal firxa wiesgħa ta’ klassijiet ta’ assi differenti, bħal dejn sovran, dejn korporattiv u prodotti strutturati. Madanakollu, dawn l-għodod ta’ kejl jistgħu jkunu soġġetti għal limitazzjonijiet importanti. Iż-żewġ riskji ewlenin identifikati mill-ESMA u mill-istudju ta’ ICF huma l-volatilità għolja ta’ dawn l-għodod ta’ kejl u l-inkapaċità tagħhom li jesprimu indikazzjonijiet aktar differenzjati dwar ir-riskju assoċjat ma’ investiment. B’mod partikolari, miżuri bbażati fuq is-suq huma esposti għar-riskju ta’ manipulazzjoni, jiġifieri r-riskju li parteċipanti fis-suq strateġikament jinfluwenzaw il-prezzijiet sabiex tiġi ġġenerata konsegwenza regolatorja u u jibbenefikaw minnha.

Għodod interni għall-valutazzjoni ta’ riskju ta’ kreditu jintużaw bħala għodda għall-valutazzjoni tar-riskju għal finijiet prudenzjali, b’mod partikolari għall-kalkolu tal-kapital regolatorju taħt il-qafas ta’ Basel III u s-CRR (speċifikament skont l-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (IRB)) u skont il-qafas Solvenza II għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni. Metodoloġiji interni huma aktar probabbli li jirriflettu b’mod korrett il-profil tar-riskju ta’ mutwatarju jew ta’ titolu ta’ sigurtà speċifiku u jistgħu jiġu addattati abbażi tal-ħtiġijiet ta’ kull parteċipant fis-suq. Potenzjalment jistgħu jintużaw ukoll għal kwalunkwe kategorija ta’ strumenti finanzjarji u investiment.

L-iżvantaġġ prinċipali tal-użu ta’ mudelli ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu interna bħala alternattivi għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni huma l-ispejjeż għoljin involuti. Dawn jinkludu l-ispejjeż marbuta mal-iżvilupp tal-għodod analitiċi u l-ġbir tad-data – li possibbilment jinkludu drittijiet ta’ abbonament għal aċċess għal bażi tad-data ta’ data finanzjarja relevanti - kif ukoll ir-reklutaġġ ta’ persunal kwalifikat biex iwettaq il-parti kritika tal-analiżi u biex iwettaq validazzjoni u kontroll tal-kwalità tal-mudelli.

Barra minn hekk, metodoloġiji ta’ valutazzjoni interna tar-riskju ta’ kreditu jistgħu ma joffrux l-istess livell ta’ komparabbiltà pprovduta minn klassifikazzjonijiet esterni fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ arranġamenti kuntrattwali, filwaqt li CRAs jipprovdu mod oġġettiv u ċar għad-definizzjoni tal-livell aċċettabbli ta’ riskju (permezz ta’ sistemi standardizzati ta’ klassifikazzjoni bħal AAA/AA, eċċ.).

Barra minn hekk, lanqas ma jiżguraw livell għoli ta’ trasparenza lejn is-suq. Dan huwa prinċipalment dovut għall-fatt li dawn il-mudelli mhumiex pubblikament disponibbli u hemm diffikultà oġġettiva għall-istandardizzazzjoni tagħhom peress li l-fatturi suġġettivi ta’ riskju u l-mudell kummerċjali kkunsidrat għat-twettiq tal-klassifikazzjoni interna jistgħu jvarjaw minn attur tas-suq għall-ieħor. Għalhekk jistgħu jitqiesu utli għall-investitur uniku li jkun qed iwettaq l-analiżi iżda ma jipprovdux lis-suq bi stampa ċara u prospetti ta’ ċerti prodotti bħal sovrani.

Klassifikazzjonijiet minn partijiet terzi jsiru minn partijiet li ma jkunux involuti fl-investiment. Eżempji huma miżuri bbażati fuq kontabilità, klassifikazzjoni tar-Riskju ta’ Pajjiż tal-OECD, klassifikazzjonijiet mill-Banek Ċentrali u klassifikazzjonijiet offruti minn kumpaniji privati u bbażati fuq mudelli komputazzjonali.

I.Miżuri bbażati fuq il-Kontabbiltà

Miżuri bbażati fuq il-kontabilità jistgħu jipprovdu informazzjoni utli u faċilment komparabbli dwar proporzjonijiet finanzjarji bażiċi, li jistgħu jgħinu sabiex tiġi vvalutata l-affidabilità kreditizja ta’ investiment. Madankollu, huma soġġetti wkoll għal għadd ta’ limitazzjonijiet importanti u ma jistgħux jitqiesu bħala alternattiva sħiħa għal klassifikazzjonijiet esterni. Wieħed mill-iżvantaġġi tal-miżuri bbażati fuq il-kontabilità huwa li filwaqt li jkopru l-klassijiet kollha ta’ assi korporattivi mhumiex adattati għal dejn sovran u għal ħafna prodotti strutturati. Barra minn hekk, l-aċċess għall-informazzjoni, kif enfasizzat minn uħud mill-partijiet interessati intervistati fil-kuntest tal-istudju ta’ ICF, għadu problematiku peress li f'ċerti pajjiżi l-miżuri bbażati fuq il-kontabbiltà jistgħu ma jkunux għadhom faċilment disponibbli għal kumpaniji mhux elenkati minħabba livelli aktar baxxi jew mhux armonizzati fl-istandards jew fl-obbligi ta’ rapportar.

Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ ħiliet speċifiċi kif ukoll esperjenza settorjali biex dawn l-għodod jintużaw b’mod effettiv u jiksbu valutazzjonijiet affidabbli. L-interpretazzjoni u l-ġudizzju jilgħabu rwol ewlieni fil-miżuri bbażati fuq il-kontabilità speċjalment meta jkun hemm bżonn ta’ tqabbil. Per eżempju, analisti differenti jistgħu japplikaw proporzjonijiet differenti għall-istess ditta li min-naħa tagħhom jistgħu jwasslu għal riżultati diverġenti. Filwaqt li minnu nnifsu dan mhuwiex aspett negattiv, jimplika li l-interpretazzjoni ta’ proporzjonijiet mingħajr għarfien espert adegwat u għarfien kuntestwali tista’ tkun diffiċli.

II.Il-klassifikazzjoni tar-Riskju ta’ Pajjiż tal-OECD

Il-Klassifikazzjonijiet tar-Riskju ta’ Pajjiż tal-OECD joffru kemm kopertura ġeografika akbar minn klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni u d-data rilevanti hija disponibbli għall-pubbliku. Madankollu, il-klassifikazzjonijiet tal-OECD għandhom fokus limitat u jqisu biss kategoriji speċifiċi ta’ riskju (riskji politiċi u oħrajn direttament assoċjati magħhom) u ma jinkludux indikaturi rilevanti oħra ta’ riskju ekonomiku li potenzjalment jistgħu jkunu utli għall-investituri u għal deċiżjonijiet dwar investimenti. Għalhekk, il-klassifikazzjonijiet tar-riskju ta’ pajjiż tal-OECD jistgħu jitqiesu bħala għodda valida biex jiġu vvalutati ċerti tipi ta’ riskju. Għalkemm huma jiffaċċjaw xi limitazzjonijiet, jistgħu jikkumplimentaw, u jkunu mezz possibbli għall-verifika ta’ klassifikazzjonijiet esterni ta’ dejn sovran.

III.Sistemi ta' evalwazzjoni minn Banek Ċentrali

Reġistri Ċentrali ta’ Kreditu (CCR) u Bażijiet tad-Data Ċentrali ta’ Dikjarazzjonijiet Finanzjarji (CFSD) huma eżempji rilevanti ta’ għodod ta’ sistemi ta' evalwazzjoni li huma jew proprjetà tal-banek ċentrali jew immaniġġjati minnhom. It-tekniki tas-CCRs u tas-CFSDs jiġu l-aktar applikati għal strumenti ta’ dejn korporattiv iżda l-kopertura ġeografika u settorjali tagħhom tvarja minn pajjiż għall-ieħor skont parametri bħall-eliġibbiltà tal-istrumenti bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja. L-iżvantaġġ prinċipali ta’ CCRs u ta’ CFSDs huwa l-kopertura limitata tagħhom tal-pajjiżi u tal-klassijiet ta’ assi kif ukoll aċċess limitat għad-data. Huma limitati wkoll fl-applikazzjoni tagħhom għad-dejn korporattiv u f’ċerti pajjiżi l-kopertura tagħhom ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji hija negliġibbli. Sistemi ta' evalwazzjoni jistgħu jkunu għodda importanti għal kumpaniji iżgħar, peress li jippermettu mezz irħas sabiex tinkiseb valutazzjoni tal-kreditu (meta mqabbel ma’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn CRAs). Madankollu, is-sistemi ta' evalwazzjoni ma jidhrux li huma biżżejjed biex jipprovdu alternattiva sħiħa fattibbli għal sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu esterni iżda pjuttost għandhom jintużaw bħala sors komplementari u utli ta’ informazzjoni dwar l-affidabbiltà kreditizja ta’ prodott finanzjarju.

L-analiżi teknika li saret biex jitħejja dan ir-rapport turi li attwalment fis-suq ma hemmx alternattivi fattibbli biex jissostitwixxu kompletament il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni. Uħud mill-għodod u l-miżuri msemmija hawn fuq jistgħu sa ċertu punt jiġu kkunsidrati bħala sostituti validi għall-valutazzjonijiet tas-CRAs iżda jinvolvu spejjeż sostanzjali li b’mod partikolari jistgħu jkunu projbittivi għal atturi iżgħar fis-swieq finanzjarji. Għodod oħrajn jistgħu jintużaw biss biex jikkomplementaw il-valutazzjonijiet tas-CRAs. Ftit huma d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-UE li jirrigwardaw il-klassifikazzjonijiet esterni - bħad-dispożizzjonijiet rilevanti fis-CRR/CRD IV u Solvenza II - li jistgħu joħolqu inċentiv għall-istituzzjonijiet finanzjarji u għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni biex jistrieħu fuq valutazzjonijiet minn aġenziji tal-klassifikazzjoni, u din hija r-raġuni għaliex il-monitoraġġ addizzjonali jeħtieġ li jkun iffokat fuq dawn iż-żewġ oqfsa.

II. L-istat tas-suq tas-CR u valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament CRA biex tingħata spinta lill-kompetizzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

4. Analiżi tas-suq tas-CRAs

L-istat attwali tas-suq

Attwalment l-industrija tal-klassifikazzjoni hija ddominata minn tliet ditti bbażati fl-Istati Uniti (S&P, Moody’s u Fitch), b’kopertura ġeografika globali 25 tal-klassijiet kollha ta’ assi (bonds korporattivi, bonds sovrani, SFIs u bonds koperti 26 ) (ara wkoll it-Tabella 1) u sehem kumulattiv fis-suq mid-dħul ta’ madwar 92% fl-UE (Tabella 2) 27 . Għalkemm daħlu ditti ġodda fis-suq Ewropew tal-klassifikazzjoni tal-kreditu - li attwalment jikkonsistu minn 26 aġenzija rreġistrata u 4 aġenziji ċċertifikati tal-klassifikazzjoni 28 - ħafna mis-CRAs iżgħar jikklassifikaw sett limitat ta’ klassijiet ta’ assi u l-attivitajiet transkonfinali u l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografika tagħhom huma limitati.

Tabella 1: Kategoriji ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu offruti minn aġenziji rreġistrati tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-UE 2011-2015

(sors ESMA, CEREP)

2011

2012

2013

2014

2015 (L-Ewwel Semestru)

CRA

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

AM Best Europe-Rating Services Ltd. (AMBERS)

IN

CO

IN

CO

IN

CO

IN

CO

IN

CO

ARC Ratings, S.A.

CO

FI

CO

CO

CO

SV

CO

SV

SF

ASSEKURATA Assekuranz Rating-Agentur GmbH

IN

IN

IN

IN

IN

Axesor SA

CO

CO

CO

CO

SF

BCRA-Credit Rating Agency AD

FI

IN

CO

SS

FI

IN

CO

SS

FI

IN

CO

SS

FI

IN

CO

SV

SS

FI

IN

CO

SV

SS

Capital Intelligence (Cyprus) Ltd

FI

CO

SV

FI

CO

SV

FI

CO

SV

FI

CO

SV

FI

CO

SV

CERVED Group S.p.A.

CO

CO

CO

CO

CO

Creditreform Rating AG

CO

CB

CO

SF

CB

CO

SF

CB

CO

SF

CB

CO

SF

CB

CRIF S.p.A.

CO

CO

CO

CO

CO

Dagong Europe Credit Rating Srl (Dagong Europe)

FI

FI

IN

CO

FI

IN

CO

DBRS Ratings Limited

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

The Economist Intelligence Unit Ltd

SV

SV

SV

Euler Hermes Rating GmbH

FI

CO

FI

CO

FI

CO

FI

CO

FI

CO

European Rating Agency, a.s.

SS

SS

SS

SS

SS

EuroRating Sp. zo.o.

FI

CO

FI

CO

Feri EuroRating Services AG

SV

SV

FI

CO

SV

FI

CO

SV

FI

CO

SV

SF

Fitch Ratings Limited

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

GBB-Rating Gesellschaft für Bonitätsbeurteilung mbH

FI

CO

FI

CO

FI

CO

FI

CO

FI

CO

ICAP Group SA

CO

CO

CO

CO

CO

INC Rating Sp. zo.o.

SS

modeFinance S.r.l.

CO

Moody's Investors Service Ltd

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

Rating-Agentur Expert RA GmbH

FI

IN

CO

SV

PE

Scope Ratings AG

CO

CO

CO

SF

FI

CO

SF

FI

CO

SF

Spread Research SAS

CO

CO

CO

Standard & Poor's Credit Market Servics Europe

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

FI

IN

CO

SV

SS

PE

SN

SF

CB

Tifsira:

FI

Korporattivi– Finanzjarji

SN

Supranazzjonali

IN

Korporattivi – Tal-Assigurazzjoni

SF

Finanzjament Strutturat

CO

Korporattivi – Mhux Finanzjarji

CB

Bonds Koperti

SV

Sovrani

Mhux irreġistrati

SS

Sottosovrani

PE

Entitajiet Pubbliċi

Tabella 2: Il-kalkolu tas-sehem fis-suq ibbażat fuq il-fatturat tal-2014 minn attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u servizzi anċillari fil-livell ta’ grupp fl-UE

Aġenzija tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu Rreġistrata

Sehem mis-Suq

AM Best Europe-Rating Services Ltd. (AMBERS)

0,79%

ARC Ratings, S.A.

0,02%

ASSEKURATA Assekuranz Ratings-Agentur GmbH

0,21%

Axesor S.A.

0,61%

BCRA-Credit Rating Agency AD

0,02%

Capital Intelligence (Cyprus) Ltd.

0,12%

CERVED Group S.p.A.

1,20%

Creditreform Rating AG

0,50%

CRIF S.p.A.

0,33%

Dagong Europe Credit Rating Srl

0,02%

DBRS Ratings Limited

1,47%

Euler Hermes klassifikazzjoni GmbH

0,20%

European Rating Agency, a.s.

0,00%

EuroRating Sp. Zo.o.

0,00%

Feri EuroRating Services AG

0,64%

Fitch Group 29

16,80%

GBB-Rating Gesellschaft für Bonitätsbeurteilung mbH

0,32%

ICAP Group SA

0,55%

INC Rating Sp. Zo.o 30 .

0,00%

ModeFinance S.A 31 .

0,00%

Moody’s Group 32

34,67%

Rating-Agentur Expert RA GmbH 33

0,00%

Scope Credit Rating GmbH

0,14%

Spread Research SAS

0,11%

Standard & Poor’s Group 34

40,42%

The Economist Intelligence Unit Ltd.

0,87%

Total

100%

Sors: ESMA

L-istruttura oligopolistika u ferm ikkonċentrata tal-industrija tas-CRAs – kemm globalment kif ukoll fil-livell ta’ kategorija ta’ prodotti individwali – tissuġġerixxi li l-akbar CRAs li joperaw globalment jistgħu, fil-prinċipju, ikunu jistgħu jeżerċitaw setgħa fis-suq biex maż-żmien jgħollu l-prezzijiet b’mod profittabbli ’il fuq minn livelli kompetittivi jew jirrestrinġu l-għażla jew il-kwalità tas-servizzi pprovduti.  

Kull CRA topera bħala pjattaforma, li toffri aċċess għal netwerk ta’ emittenti u investituri u li fiha l-provvista u d-domanda huma interdipendenti: l-emittenti jippreferu jużaw dawk is-CRAs li huma rikonoxxuti mill-akbar ammont ta’ investituri u l-investituri jridu jużaw is-CRAs li jistgħu joffru l-akbar kopertura tal-emittenti u tal-istrumenti li fihom huma interessati.

Minkejja l-emendi tal-2013 għar-Regolament CRA, ġiet osservata żieda żgħira fil-konċentrazzjoni tas-suq ġenerali tas-CRAs, b’dan il-kalkolu bbażat fuq id-dħul mill-attività ta’ klassifikazzjoni biss. Il-miżuri tas-sehem mis-suq ibbażati fuq id-dħul totali (dħul mill-attività ta’ klassifikazzjoni u servizzi anċillari) juru livelli aktar baxxi ta’ konċentrazzjoni meta mqabbla ma’ miżuri bbażati fuq id-dħul mill-attività ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu biss. Iżda, il-kalkolu tas-sehem mis-suq abbażi tad-dħul totali huwa aktar kumpless minħabba nuqqas ta’ definizzjoni u trattament universali ta’ “servizzi anċillari”. Dan jista’ jindika li s-servizzi anċillari jikkostitwixxu attività importanti għal CRAs iżgħar, filwaqt li CRAs akbar jistrieħu aktar fuq id-dħul mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, fir-rigward tat-tip ta’ klassifikazzjoni, il-konċentrazzjoni żdiedet għal bonds korporattivi (l-aktar suq ikkonċentrat), filwaqt li naqset fil-klassifikazzjonijiet sovrani u fl-SFIs.

Il-maġġoranza ta’ emittenti għandhom it-tendenza li jużaw CRA waħda jew tnejn biss minflok firxa u fil-biċċa l-kbira l-għażla tagħhom hija mmotivata mill-aċċettabilità ta’ CRA fost l-investituri, ir-regolaturi u l-banek ċentrali 35 . Barra minn hekk, jidher li hemm preferenza qawwija għal CRAs li għandhom kopertura globali, li tirrifletti l-fatt li n-negozju tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija ta’ natura ferm reputazzjonali. Preżumibbilment, l-għażla tas-CRAs għalhekk tiddependi ferm fuq ir-rikonoxximent ta’ isimhom.

Suq ikkonċentrat ħafna jikkostitwixxi riskju għall-istabbiltà finanzjarja jekk is-CRAs josservaw l-imġieba ta’ xulxin u jwieġbu billi joħorġu opinjonijiet simili dwar l-affidabilità kreditizja tal-emittenti, kif intwera matul l-aħħar kriżi finanzjarja u tad-dejn sovran.

Ostakoli għad-dħul fis-suq

Id-dħul fis-suq jista’ jiġi inibit mill-preżenza ta’ ostakoli regolatorji u dawk relatati mas-suq.

Dwar l-ostakoli regolatorji, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (EACRA) esprimiet tħassib dwar l-esklużjoni tal-maġġoranza ta’ CRAs irreġistrati mil-lista ta’ Istituzzjonijiet Esterni tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAIs) skont il-Qafas ta’ Valutazzjoni ta’ Kreditu tal-Eurosistema (ECAF) għall-aċċettazzjoni tal-kollateral, peress li dan jista’ joħnoq il-kompetizzjoni 36 . Tabilħaqq l-ECAIs iridu jissodisfaw diversi kriterji operattivi u jipprovdu kopertura relevanti: b’mod partikolari, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta’ kopertura definiti mill-Eurosistema fir-rigward ta’ assi kklassifikati, emittenti kklassifikati u l-volum ikklassifikat jiġi diversifikat fost il-klassijiet ta’ assi eliġibbli u l-pajjiżi taż-żona tal-euro. Bħala riżultat ta’ dan, attwalment il-BĊE jirrikonoxxi biss CRAs ta’ importanza sistemika għas-sistema finanzjarja bħala ECAIs – jiġifieri S&P, Moody’s, Fitch u DBRS - u dan jista’ jillimita l-kompetizzjoni fis-suq tal-klassifikazzjonijiet. Kif ġie indikat fil-Parir Tekniku tal-ESMA, "il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jibqgħu fattur fl-oqfsa tal-klassifikazzjoni tal-kollateral ta’ uħud mill-banek ċentrali fl-UE u dan jista’ jkollu riperkussjonijiet sinifikanti għall-proċeduri propji ta’ klassifikazzjoni interna ta’ parteċipanti fis-suq finanzjarju". Mod wieħed kif jiġi mitigat dan l-ostakolu għad-dħul fis-suq jista’ jkun li titnaqqas id-dipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet fil-Qafas Ewropew tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (ECAF) tal-BĊE.

Barra minn hekk, uħud mid-dikjarazzjonijiet fis-sejħa għall-Evidenza 37 jirreferu għall-ispiża ta’ konformità li tikkostitwixxi ostakolu ieħor għal operaturi ġodda, speċjalment għal CRAs iżgħar. Sabiex jiġu rreġistrati bħala CRA, id-ditti jridu juru konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament CRA. Minkejja eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal CRAs iżgħar, il-partijiet interessati tal-industrija jqisu li r-rekwiżiti regolatorji jiffavorixxu s-CRAs dominanti, peress li għas-CRAs żgħar l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ konformità jinvolvi ħafna spejjez 38 . Barra minn hekk, fejn jeżistu livelli limiti li ’l fuq minnhom japplikaw regolamenti addizzjonali, dawn huma meqjusa bħala ostakli potenzjali għat-tkabbir għas-CRAs żgħar (b’mod partikolari fil-kuntest ta’ bonds korporattivi iżda anke għal SFIs). B’mod ġenerali jrid jinstab bilanċ bejn il-proporzjonalità tal-istandards li għandhom japplikaw għal CRAs iżgħar u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kwalità u t-trasparenza tal-klassifikazzjonijiet li jipproduċu.

L-adozzjoni riċenti tal-Istandards Tekniċi ta’ Implimentazzjoni (STIs) dwar l-immappjar tal-ECAIs 39 mill-Kummissjoni, wara l-parir tekniku tal-ESA, finalment ser tippermetti lill-banek u lill-assiguraturi Ewropej li jużaw CRAs iżgħar fl-oqfsa tal-kapital regolatorju. Dan l-immappjar jista’ joħloq xi opportunitajiet futuri għall-użu ta’ CRAs iżgħar u jista’ jistimula l-iżvilupp tas-suq.

Dwar l-ostakoli relatati mad-dinamika tas-suq, l-ostaklu ewlieni għal operaturi ġodda – apparti l-fatt li jidher li ma hemmx biżżejjed domanda għal CRAs addizzjonali - huwa n-natura ferm reputazzjonali tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, operaturi ġodda – li ġeneralment ftit li xejn ikollhom reputazzjoni fost l-investituri jew xejn affattu – jsibuha diffiċli biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ rekord ta’ kisbiet storiċi, kif ukoll għan-nuqqas ta’ kopertura ġeografika suffiċjenti tagħhom. Barra minn hekk, operaturi ġodda jridu jistabbilixxu klijentela biex jegħlbu l-“effetti ta’ netwerk” fl-industrija, li jiffavorixxu lil CRAs akbar għad-detriment ta’ CRAs iżgħar peress li l-klassifikazzjonijiet tal-akbar CRAs jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq għall-prodotti klassifikati.

Tariffi

L-emendi tal-2013 għar-Regolament CRA introduċew dispożizzjoni li teħtieġ li t-tariffi mitluba lill-klijenti tas-CRAs għall-provvista ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu u ta’ servizzi anċillari ma jkunux diskriminatorji u jkunu bbażati fuq spejjeż attwali.

Bi tweġiba għas-sejħa għall-evidenza, xi assiguraturi argumentaw li jidher li s-CRAs qed jitolbu lill-parteċipanti fis-suq spejjeż addizzjonali (sa 80% ogħla) għall-użu tal-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-kreditu fir-rapportar tagħhom lill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti, li dan iwassal għal żieda fl-ispejjeż ta’ implimentazzjoni ta’ Solvenza II (kif irrapportat mill-Assoċjazzjoni tal-Assiguraturi Reċiproċi u mill-Kooperattivi tal-Assigurazzjoni fl-Ewropa).

Skont ir-Regolament CRA, l-ESMA għandha s-setgħa li tissorvelja s-CRAs sabiex jiġi żgurat li t-tariffi mitluba mill-klijenti ma jkunux diskriminatorji u jkunu bbażati fuq l-ispiża reali. Il-Kummissjoni tistieden lill-ESMA biex tiżgura li t-tariffi mitluba mill-assiguraturi jkunu strettament konformi mar-Regolament CRA.

L-iżviluppi mistennija fis-suq tas-CRAs

Fis-snin li ġejjin, ser jiġu introdotti għadd ta’ miżuri bil-ħsieb li tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq tas-CRAs, jiġifieri l-Pjattaforma Ewropea tal-Klassifikazzjoni - li ser itejjeb il-viżibilità għall-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu maħruġa minn CRAs iżgħar u tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-klassifikazzjonijiet tal-istess strument minn CRAs differenti. L-immappjar tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni li ġie adottat dan l-aħħar fil-kuntest ta’ CRR u s-Solvenza II huwa maħsub ukoll biex jiġi żgurat trattament ġust tal-klassifikazzjonijiet maħruġa mis-CRAs kollha, indipendentement mid-daqs tagħhom, filwaqt li jippermetti li superviżuri prudenzjali jiżguraw li s-CRAs sistemikament importanti jkunu soġġetti għal salvagwardji effettivi.

2. L-impatt u l-valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament CRA dwar il-kompetizzjoni

L-għan ġenerali tal-emendi tal-2013 għar-Regolament CRA fir-rigward tal-kompetizzjoni kien li tiżdied il-kompetizzjoni bejn is-CRAs u jiġi inkoraġġit l-użu ta’ CRAs iżgħar. B’mod partikolari, dawn l-emendi introduċew klassifikazzjoni doppja obbligatorja għall-SFIs (l-Artikolu 8c), inċentiv biex tinħatar talanqas CRA żgħira fil-każ ta’ klassifikazzjoni doppja (l-Artikolu 8d), divulgazzjonijiet ġenerali u perjodiċi (l-Artikolu 11(2)) u t-twaqqif ta’ Pjattaforma Ewropea tal-Klassifikazzjoni (l-Artikolu 11(a)).

L-Artikolu 8c

Skont l-Artikolu 8c, l-emittenti huma meħtieġa jitolbu klassifikazzjonijiet doppji tal-kreditu għal SFIs sabiex tiġi żgurata t-tieni klassifikazzjoni indipendenti.

Din id-dispożizzjoni jista’ jkollha impatt fuq is-suq biss jekk it-tieni klassifikazzjoni tiġi ppubblikata jew tkun magħrufa mill-investituri; f'dak il-każ l-investituri u l-emittenti jkunu jistgħu jqabblu l-klassifikazzjonijiet tal-istess strument finanzjarju u, bħala konsegwenza, jiżdiedu l-ispejjeż reputazzjonali tas-CRAs minħabba li differenzi kbar bejn klassifikazzjonijiet minn CRAs differenti jistgħu jqajmu dubji dwar il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet infushom.

Barra minn hekk, jekk l-investituri jkunu konxji li l-emittenti huma meħtieġa jiksbu t-tieni klassifikazzjoni, allura anki jekk ma jkunx hemm obbligu legali li jippubblikawha, l-investituri jistgħu jitolbuha. Għalhekk l-istrumenti finanzjarji, li għalihom it-tieni klassifikazzjoni ma tiġix divulgata, jistgħu jiġu perċepiti bħala ta’ kwalità inferjuri.

B’mod ġenerali, l-għadd ta’ CRAs li jikklassifikaw l-SFIs żdied, li jfisser li fil-fatt l-emittenti jfittxu li jiksbu klassifikazzjonijiet addizzjonali mhux biss minn CRAs kbar - li kienu diġà kklassifikaw l-SFIs - iżda anke minn CRAs żgħar. Għalhekk din il-miżura tidher li hija ta’ benefiċċju għas-segment strutturat tas-suq finanzjarju.

L-Artikolu 8d

Skont l-Artikolu 8d, meta emittent jew parti terza relatata jkunu biħsiebhom jaħtru talanqas żewġ (2 )CRAs għal emissjoni jew entità, l-emittent jew il-parti terza relatata trid tikkunsidra li taħtar talanqas aġenzija waħda tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li ma jkollhiex aktar minn 10% tas-sehem mis-suq, dment li l-emittent jew il-parti terza relatata tqis li din li hija kapaċi tikklassifika l-emissjoni jew l-entità rilevanti, u li waħda minn dawn is-CRAs iżgħar tkun disponibbli biex tipprovdi klassifikazzjoni. Barra minn hekk, meta emittent jew parti terza relatata ma jkollhomx il-ħsieb li jaħtru talanqas CRA iżgħar, dan jeħtieġ li jiġi dokumentat.

Din il-miżura għad trid tiġi implimentata b’mod sħiħ u tiġi infurzata fuq livell nazzjonali. Bħala konsegwenza, għadu mhux possibbli li jiġi vvalutat l-impatt tal-Artikolu 8d. Barra minn hekk, għadu ma jistax jiġi identifikat l-għadd ta’ entitajiet u ta’ strumenti finanzjarji li għandhom klassifikazzjonijiet multipli permezz tal-bażi tad-data CEREP 40 (iżda l-ERP ser tippermetti lill-investituri jaraw liema CRAs ikunu ħarġu klassifikazzjoni tal-kreditu fuq entità jew strument partikolari).

CRAs żgħar jista’ ma jkollhomx biżżejjed esperjenza u reputazzjoni biex l-emittenti jagħżluhom b’mod volontarju għat-tieni klassifikazzjoni (u din it-tieni klassifikazzjoni mhijiex obbligatorja sakemm l-emissjoni ma tkunx SFI). L-impatt jiddependi fuq jekk l-emittenti jagħżlux li jiksbu t-tieni klassifikazzjoni minn CRA iżgħar jew jekk jagħżlux li jispjegaw għaliex ma jagħmlux dan.

Barra minn hekk, jista’ jkun hemm nuqqas ta’ inċentiv biex emittenti individwali jbiddlu CRAs skont id-dispożizzjoni “ikkonforma jew spjega”, peress li l-Artikolu 8d mhuwiex obbligatorju. Sabiex titjieb l-effikaċja ta’ din id-dispożizzjoni, l-ESMA approvat il-mandat għal Task Force temporanju dwar informazzjoni li għandha tiġi dokumentata u rrapportata meta tiġi kkunsidrata l-ħatra ta’ CRAs multipli biex jassistu lill-Awtoritajiet Settorjali Kompetenti fir-responsabiltajiet superviżorji tagħhom skont l-Artikolu 8d u 8c tar-Regolament CRA 41 .

Fl-aħħar nett, l-użu u l-effikaċja tal-kalkolu tas-sehem mis-suq meħtieġ mill-Artikolu qajmu tħassib minħabba li dawn ma jiġux ikkalkolati biss abbażi tad-dħul mill-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, iżda anke fuq id-dħul minn servizzi anċillari. Barra minn hekk dawn il-kalkoli jistgħu jkunu qarrieqa minħabba n-nuqqas ta’ definizzjoni ċara ta’ servizzi anċillari. CRAs żgħar u operaturi ġodda tabilħaqq sostnew nuqqas ta’ għarfien dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u talbu sabiex tinħareġ gwida fil-livell tal-UE jew ta’ Stat Membru.

L-Artikolu 11(2)

Skont l-Artikolu 11(2), is-CRAs huma meħtieġa jirrapportaw informazzjoni dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li joħorġu – inklużi klassifikazzjonijiet mhux mitluba – lir-Repożitorju Ċentrali tal-ESMA (il-bażi tad-data CEREP). Dan huwa sabiex jippermetti lill-investituri li jqabblu d-data bejn is-CRAs u jeżaminaw il-prestazzjoni tal-klassifikazzjonijiet maħruġa minn CRA unika.

L-Artikolu 11(2) jista’ jibbenefika lil investituri sofistikati aktar minn dawk li jafdaw għaliex, anki jekk l-informazzjoni kollha tkun pubblikament disponibbli, it-tqabbil tal-prestazzjoni tas-CRAs xorta jieħu l-ħin u jeħtieġ ħila.

Il-pubblikazzjoni ta’ din id-data tista’ żżid il-viżibilità ta’ CRAs żgħar u tgħinhom jegħlbu l-ostakolu reputazzjonali għad-dħul.

L-Artikolu 11a

Skont l-Artikolu 11a, is-CEREP ser tiġi inkorporata fil-Pjattaforma Ewropea tal-Klassifikazzjoni (“ERP”), sit web operat mill-ESMA li ser jippubblika l-klassifikazzjonijiet kollha tal-kreditu disponibbli maħruġa minn CRAs irreġistrati u ċċertifikati.

L-ERP ġiet stabbilita sabiex jiżdied l-ammont ta’ informazzjoni disponibbli għall-investituri u biex tiġi pprovduta viżibilità għas-CRAs iżgħar, peress li l-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet kollha fuq sit web jista’ jżid l-għarfien u l-fiduċja tal-investituri f’CRAs żgħar. Madankollu, l-użu ta’ metodoloġiji differenti bejn is-CRAs ma jippermettix li jsir tqabbil sempliċi bejn il-klassifikazzjonijiet.

Għandu jiġi nnotat ukoll li “klassifikazzjonijiet imħallsin mill-investitur” – li jiġu prodotti esklussivament għall-investituri u divulgati lilhom bi ħlas - ma jiġux inklużi fl-ERP sabiex ma jimminawx dawn il-mudelli kummerċjali.

L-ERP għadha ma bdietx taħdem għal kollox u għalhekk għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat l-impatt tagħha fuq il-kompetizzjoni. Peress li l-viżibilità u r-reputazzjoni huma importanti ħafna fl-industrija tal-klassifikazzjoni, l-effetti ta’ din id-dispożizzjoni fuq il-kompetizzjoni għandhom ikomplu jiġu monitorjati ladarba l-pjattaforma tiġi kompletament implimentata.

3. Valutazzjoni ġenerali

Jidher li CRAs żgħar u operaturi ġodda għadhom mhumiex qed joħorġu għadd sinifikanti ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-klassijiet kollha ta’ assi u jidher li ftit hemm kompetizzjoni fost is-CRAs, meta wieħed iqis iż-żidiet frekwenti fit-tariffi u t-tariffi għoljin mitluba mill-akbar CRAs.

Madankollu, għandu jiġi enfasizzat ukoll li s-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huwa suq speċjali, prinċipalment xprunat mir-reputazzjoni fost l-investituri u l-emittenti. Minħabba n-natura ferm reputazzjonali tas-suq, il-miżuri li jisfurzaw l-għażla ta’ CRAs lil hinn minn dak li kieku l-emittenti kienu jagħżlu u minn dak apprezzat mill-investituri jistgħu jwasslu għal konsegwenzi mhux intenzjonati filwaqt li jkollhom effikaċja limitata fil-promozzjoni ta’ dħul addizzjonali fis-suq.

Ir-Regolament CRA ħoloq qafas pożittiv għat-titjib tal-kompetizzjoni fis-settur tas-CRAs.

B’mod ġenerali, l-Artikolu 8c, flimkien mal-Artikolu 8d, 11(2) u 11a jista’ jwassal għal żieda fid-domanda għal CRAs żgħar għall-klassifikazzjonijiet ta’ SFIs. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-Artikoli 11a u 11(2) - li jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tieni klassifikazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku – tista’ tiffavorixxi l-impatt tal-Artikolu 8c, li permezz tiegħu l-investituri jkunu jistgħu jpoġġu aktar pressjoni fuq CRAs biex jikkompetu fir-rigward tal-kwalità.

Barra minn hekk, ir-Regolament CRA ta viżibilità akbar lis-CRAs li joperaw fl-UE, pereżempju permezz ta’ reġistrazzjoni mal-ESMA u d-divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni dwar klassifikazzjonijiet ta’ kreditu maħruġa. Barra minn hekk, żieda fil-miżuri ta’ trasparenza żiedu l-għarfien dwar l-eżistenza ta’ CRAs żgħar. Fl-aħħar nett, il-ħruġ – u l-pubblikazzjoni - ta’ klassifikazzjonijiet mhux mitluba jidher li huwa għodda effettiva biex tiżdied il-viżibilità ta’ CRAs żgħar u jippermettilhom jibnu reputazzjoni.

Bħala konklużjoni, filwaqt li hemm xi miżuri li qegħdin fil-proċess li jiġu implimentati, il-Kummissjoni mhijiex qed tistenna bidla mgħaġġla fl-industrija oligopolistika tal-klassifikazzjoni. Madankollu, l-analiżi u l-Parir Tekniku tal-ESMA juru li hemm bżonn ta’ aktar żmien sabiex jiġi vvalutat bis-sħiħ l-impatt tal-miżuri reċentement introdotti tar-Regolament CRA fuq il-kompetizzjoni fis-suq tas-CRAs.

III. L-impatt u l-valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-CRA dwar il-governanza

Meta wieħed iqis li s-suq attwali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għadu ddominat minn tliet CRAs kbar u CRAs ġodda jridu jiffaċċjaw diversi ostakli biex jidħlu fis-suq, huwa ta’ importanza kbira li tiġi żgurata l-kondotta tajba tas-CRAs, b’mod partikolari ta’ CRAs diġà stabbiliti, u klassifikazzjonijiet ta’ kwalità għolja. Dan jista’ jinkiseb biss permezz ta’ restrizzjonijiet regolatorji xierqa li fl-aħħar mill-aħħar se jkunu wkoll ta’ benefiċċju għall-produzzjoni ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kwalità għolja u għalhekk stabbiltà fis-suq.

Il-kriżi finanzjarja riċenti enfasizzat - inter alia - kwistjonijiet relatati mal-kwalità u mal-indipendenza ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu. B’mod partikolari, kien hemm tħassib dwar kunflitt ta’ interessi potenzjali bejn l-emittenti u l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minħabba l-mudell fejn l-emittent iħallas u r-relazzjonijiet b’saħħithom u fit-tul bejn l-emittenti. Barra minn hekk, kien hemm tħassib dwar l-indipendenza tas-CRAs meta jikklassifikaw strumenti maħruġa mill-azzjonisti tagħhom u l-indipendenza u l-kwalifiki tal-analisti li jwettqu l-klassifikazzjoni. Barra minn hekk, wara l-kriżi finanzjarja, kien hemm bżonn li titjieb it-trasparenza dwar prodotti finanzjarji strutturati, sabiex l-investituri jkunu jistgħu jwettqu l-valutazzjoni proprja tal-affidabbiltà kreditizja ta’ dawn il-prodotti kumplessi. Biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, fl-aħħar reviżjoni tar-Regolament CRA ġew introdotti għadd ta' dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti ta’ interess (1), SFIs (2) u mudelli ta’ rimunerazzjoni (3). L-għan ta’ din it-Taqsima huwa li jiġi identifikat jekk dawn id-dispożizzjonijiet humiex effettivi jew jekk hemmx bżonn ta’ aktar titjib.

1. Kunflitt ta’ interessi

Ir-Regolament CRA jipprovdi diversi dispożizzjonijiet li jittrattaw l-evitar u l-immaniġġjar ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi. L-għan ġenerali huwa li tiġi żgurata l-indipendenza tas-CRAs u konsegwentement il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tagħhom kif ukoll biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri fil-funzjonament tas-suq finanzjarju inġenerali.

It-twaqqif ta’ diretturi mhux eżekuttivi indipendenti (INEDS) fir-Regolament CRA kien fattur ewlieni biex tiġi żgurata l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll intern u l-identifikazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi. Permezz tal-ħatra ta’ persuni għal din il-funzjoni, huwa importanti ħafna li jiġu żgurati standards minimi ta’ għarfien u reputazzjoni tajba. L-ESMA esprimiet ix-xewqa tagħha li tkun aktar proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġu żgurati livelli konsistentement għolja ta’ governanza fost is-CRAs.

Ir-Regolament CRA jistabbilixxi regoli u proċeduri interni għall-analisti u għal persuni oħra involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sabiex jiġi identifikat u mmaniġġjat kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jinqala’ matul il-proċess tal-klassifikazzjonijiet. Dawn id-dispożizzjonijiet huma kkumplimentati bir-rekwiżiti dettaljati fl-Anness I tar-Regolament CRA. Ir-regoli ta’ eżenzjoni għal CRAs żgħar jgħinu biex jiġi żgurat li l-impatt tar-Regolament CRA fuq CRAs ta’ daqs differenti jkun proporzjonat.

Il-pressjoni tal-azzjonisti fuq is-CRAs għandha l-potenzjal li timmina l-indipendenza tagħhom fejn CRA tikklassifika l-azzjonisti tagħha stess jew strumenti finanzjarji maħruġa mill-azzjonisti. Dan huwa mitigat permezz ta’ dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja li jiżguraw l-indipendenza tas-CRAs u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tagħhom. Madankollu, l-applikazzjoni prattika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għadha mhijiex ċara, minħabba li attwalment ma hemm l-ebda definizzjoni komuni tat-terminu “azzjonist” fuq livell Ewropew.

Ir-Regolament CRA jipprovdi sett ta’ rekwiżiti relatati mal-għarfien, mal-ħiliet u mal-imġieba ta’ analisti tal-klassifikazzjonijiet u ta’ impjegati oħra ta’ CRA li huma involuti fil-proċess tal-klassifikazzjoni. Permezz tat-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ rotazzjoni gradwali għal dawk il-persuni, tista’ tiġi żgurata l-indipendenza tal-klassifikazzjonijiet. Madankollu, minħabba r-rotazzjoni tal-persunal, jistgħu jinqalgħu spejjeż minħabba t-trasferiment ta’ analista lejn portafoll ieħor.

Il-ħidma attwali tal-ESMA fuq il-linji gwida dwar il-validazzjoni u r-rieżami tal-metodoloġiji tal-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu 42 jista’ jipprovdi aktar ċarezza dwar il-proċeduri interni ta’ konformità u tar-riskju ta’ CRA u għalhekk definizzjoni aktar ċara tal-kunċett “metodoloġija tal-klassifikazzjoni” filwaqt li titqies id-definizzjoni tal-Kodiċi tal-IOSCO 43 tal-2015.

Il-livell attwali ta’ sanzjonijiet ma jidhirx li huwa proporzjonat mal-fatturat tas-CRAs, speċjalment għal dawk kbar. Attwalment il-multi possibbli li l-ESMA tista’ timponi, fil-prattika la għandhom effett dissważiv u lanqas ta’ deterrent 44 . Għalhekk il-Kummissjoni ser tkompli tirrifletti fuq ir-reġim ta’ sanzjonar tar-Regolament CRA li huwa differenti mir-reġimi taħt il-leġiżlazzjoni Ewropea aktar riċenti.

2. Dispożizzjonijiet relatati mal-SFIs u l-estensjoni potenzjali għal prodotti finanzjarji oħra

Id-dispożizzjoni tar-Regolament CRA dwar rotazzjoni obbligatorja bejn CRA u emittent (l-Artikolu 6b) hija limitata għall-ħruġ ta’ rititolizzazzjonijiet ikkumplimentati minn perjodu ta’ reklużjoni ta’ mhux aktar minn erba' snin li matulhom CRA ma tistax toħroġ klassifikazzjonijiet fuq rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur. Effetti potenzjalment onerużi għal CRAs żgħar jiġu mitigati minn eżenzjoni.

L-Artikolu 8b tar-Regolament CRA jirrikjedi li l-ESMA twaqqaf sit web għall-finijiet ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar SFIs. L-ESMA reċentement ħabbret li, minħabba għadd ta’ diffikultajiet iffaċċjati fil-ħidma preparatorja għat-twaqqif tas-sit web, huwa improbabbli li din ser tkun disponibbli għall-entitajiet relatriċi sal-iskadenza legali tal-1 ta’ Jannar 2017.

Kemm Artikolu 6b kif ukoll l-Artikolu 8b għad iridu jiġu implimentati u applikati fil-prattika. Flimkien mad-dispożizzjoni dwar klassifikazzjoni doppja tal-kreditu obbligatorja għal SFIs fl-Artikolu 8c, jidher li attwalment ma hemmx biżżejjed għażla fost is-CRAs li jikklassifikaw kategoriji ta’ assi differenti biex il-kompetizzjoni tkun tista’ taħdem b’mod effettiv. Minħabba dan ta’ hawn fuq, f’dan l-istadju estensjoni potenzjali tal-mekkaniżmu ta’ rotazzjoni obbligatorja u d-dispożizzjonijiet dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar SFIs għal prodotti finanzjarji oħra tidher li hija prematura minħabba li attwalment ma hemmx biżżejjed data disponibbli biex jiġi analizzat l-impatt ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fuq il-prattika tal-klassifikazzjoni tal-kreditu . Il-Kummissjoni ser tkompli timmonitorja l-iżviluppi fis-suq hekk kif isiru applikabbli d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament CRA.

3. Mudelli alternattivi ta’ rimunerazzjoni

Mill-implimentazzjoni tar-Regolament CRA li jittratta l-mudelli ta’ remunerazzjoni ma tantx ġie osservat tibdil fl-industrija tal-klassifikazzjoni, b’mod speċjali fil-klassifikazzjonijiet għal bonds korporattivi u SFIs. Il-mudell dominanti u l-aktar frekwentement użat ta’ rimunerazzjoni fis-suq tas-CRAs huwa l-mudell fejn l-emittent iħallas, fejn is-CRAs jitħallsu mill-emittenti li jkunu jixtiequ jissolleċitaw klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-prodotti ta’ investiment tagħhom.

Eżempji oħra ta’ mudelli ta’ rimunerazzjoni huma l-mudell ta' interess proprju Skin-in-the-game - fejn l-investituri jipproduċu klassifikazzjonijiet għal proġetti li jiffinanzjaw parzjalment billi jżommu l-istrumenti maħruġin, jew fejn CRAs jiġu remunerati fl-istrumenti li jikklassifikaw li jżommu sal-maturità  45 u l-mudell Platform-pays li jintroduċi intermedjarju fis-suq sabiex jiffinanzja u jipproduċi l-klassifikazzjoni. Il-mudell ta’ kumpens ta’ ħlas għal prestazzjoni (Pay-for-performance compensation-model) jeħtieġ li kull CRA tħallas persentaġġ fiss mid-dħul tagħha lil fond komuni, li mbagħad jitħallas lis-CRA bl-aħjar prestazzjoni u dan jipprovdi inċentiv lis-CRAs biex itejbu l-eżattezza tal-klassifikazzjonijiet tagħhom, filwaqt li potenzjalment iwassal għal inċertezza dwar l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta’ inċentiv. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jistgħu jiġu prodotti wkoll minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jew jiġu ffinanzjati mill-gvernijiet. L-involviment tal-gvern fl-allokazzjoni ta’ CRAs lil emittenti jista’ jżid ir-riskju tas-segmentazzjoni tas-swieq tul linji nazzjonali u potenzjalment jista’ jikkawża wkoll kunflitt ta’ interessi fl-industrija, speċjalment fir-rigward tal-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet sovrani u sottosovrani.

Kif ġie identifikat fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni tal-2011, il-mudelli potenzjali kollha ta’ rimunerazzjoni jistgħu jġorru kunflitt ta’ interess possibbli. Għalhekk ir-Regolament CRA ma jordnax l-użu ta’ mudell ta’ remunerazzjoni partikolari peress li ma hemm l-ebda bżonn essenzjali li jiġi favorit mudell fuq ieħor.

Attwalment, mudelli alternattivi ta’ rimunerazzjoni ftit li xejn jintużaw fil-prattika bħala soluzzjonijiet awtonomi peress li s-CRAs għandhom it-tendenza li minflok jużaw mudelli ibridi. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jinħarġu lil xi klijenti taħt il-mudell fejn l-emittent iħallas u lil oħrajn taħt il-mudell fejn l-investitur iħallas jew fuq bażi ta’ sottoskrizzjoni. L-analiżi tal-ESMA tikkonkludi li din il-flessibbiltà fl-għażla tal-mudell ta’ rimunerazzjoni għandha tinżamm sabiex l-atturi fis-suq ikollhom il-libertà li jagħżlu l-aktar mudell xieraq fir-rigward tal-istrateġija tas-suq tagħhom.



4. Valutazzjoni Ġenerali

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament CRA dwar il-governanza jidhru li huma ta’ natura predominantement preventiva filwaqt li jagħtu kontribut importanti biex tiġi żgurata l-indipendenza tas-CRAs. Għalkemm, skont il-Parir Tekniku tal-ESMA, ċerti dispożizzjonijiet jistgħu joħolqu spejjeż ta’ implimentazzjoni għas-CRAs billi jimponu tibdil fis-sistemi tal-IT, fit-taħriġ, fil-proċeduri legali u ta’ konformità, il-qafas riċenti dwar il-governanza tas-CRAs huwa mistennij jġib benefiċċji ġenerali fuq terminu twil.

Għalkemm fil-prattika tal-klassifikazzjoni tal-kreditu t-tibdil jista’ ma jkunx viżibbli immedjatament, id-dispożizzjonijiet huma effettivi peress li jagħtu lir-regolaturi l-għodod meħtieġa biex jissorveljaw lis-CRAs li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ governanza tar-Regolament CRA. Madankollu, ir-reġim ta’ sanzjonar fis-Regolament CRA jista’ jkollu bżonn ta’ reviżjoni biex jiġi żgurat li huwa kredibbli u proporzjonat bħala deterrent.

IV. L-adegwatezza u l-fattibilità li tiġi appoġġjata aġenzija Ewropea tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

Minħabba kwistjonijiet marbuta mal-proċikliċità fil-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet żvelati mill-kriżi riċenti tad-dejn sovran tal-UE, fl-2013 ir-Regolament CRA ġie emendat bl-introduzzjoni ta’ miżuri addizzjonali biex tiżdied it-trasparenza tal-klassifikazzjonijiet tad-dejn sovran. L-Artikolu 8a tar-Regolament CRA issa jirrikjedi li s-CRAs jippubblikaw kalendarju fuq bażi annwali fejn għandhom jiġu stabbiliti d-dati għall-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sovrani rispettivi tagħhom.

Barra minn hekk, f’rapport tal-2015 46 il-Kummissjoni analizzat l-adegwatezza tal-iżvilupp ta’ valutazzjoni Ewropea tal-affidabbiltà kreditizja u jekk hemmx sorsi suffiċjenti u xierqa ta’ informazzjoni għall-investituri li jippermettulhom iwettqu valutazzjoni proprja tar-riskju ta’ kreditu ta’ sovrani. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-introduzzjoni ta’ din il-valutazzjoni Ewropea tal-affidabbiltà kreditizja ftit li xejn iżżid valur addizzjonali mal-informazzjoni eżistenti li tiġi pprovduta minn diversi sorsi tar-reġim ta’ sorveljanza fiskali u makroekonomika (eż. ir-rapporti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew). Barra minn hekk mhux ser ikun hemm titjib fl-informazzjoni miksuba għall-investituri istituzzjonali peress li diġà għandhom biżżejjed data permezz ta’ mezzi pubbliċi u privati. Barra minn hekk, l-investituri li joperaw fis-suq globali tal-bonds sovrani għandhom it-tendenza li jistrieħu aktar fuq informazzjoni pprovduta minn istituzzjonijiet internazzjonali bħall-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew il-Bank Dinji.

KONKLUŻJONI

Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni jibqgħu jilgħabu rwol importanti f’xi partijiet tal-qafas regolatorju tal-UE għas-settur finanzjarju, speċjalment għall-banek u għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li attwalment ma hemm ebda alternattivi fattibbli li jistgħu jissostitwixxu kompletament il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni. F’dan l-isfond, is-superviżuri għandhom ikomplu jippromwovu l-mitigazzjoni ta’ dipendenza mekkanistika fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu billi jiġi żgurat li l-parteċipanti fis-suq jużaw għodod alternattivi, bħal dawk imsemmija fit-Taqsima I.2, biex jikkumplimentaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni ser tkompli timmonitorja l-iżviluppi fis-suq.

Fir-rigward tal-kompetizzjoni, qabel ma tqis l-adozzjoni ta’ miżuri ulterjuri l-Kummissjoni ser tkompli timmonitorja l-iżvilupp tas-suq bi tweġiba għall-implimentazzjoni tar-Regolament CRA. Dan huwa partikolarment rilevanti peress li uħud mid-dispożizzjonijiet għadhom fil-proċess ta’ implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-benefiċċji tieħu ż-żmien.

L-iżgurar li l-qafas regolatorju huwa proporzjonat u ma jimponix spejjeż mhux dovuti huwa pre-rekwiżit għall-promozzjoni tad-dħul fis-suq u kompetizzjoni akbar fis-suq għas-CRAs. Bħala segwitu għas-Sejħa għall-Evidenza tagħha, il-Kummissjoni ser tkompli timmonitorja l-applikazzjoni tar-Regolament CRA fuq CRAs iżgħar, b’mod partikolari l-kwistjoni tal-proporzjonalità.

B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni ser tfittex li jiġu evitati u jkomplu jitnaqqsu l-ostakli regolatorji għad-dħul fis-suq, kif għamlet riċentement billi emendat l-abbozz tal-STI dwar l-immappjar tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu proposti mill-ESAs. Ser tippromwovi wkoll l-aktar aċċettazzjoni wiesgħa possibbli ta’ CRAs iżgħar, inkluż fil-kuntest tal-Qafas Ewropew tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (ECAF) tal-SEBĊ.

Minkejja dawn l-isforzi sabiex tiġi stimulata kompetizzjoni akbar, l-iżviluppi riċenti jissuġġerixxu li għall-futur qrib is-suq għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jista’ jibqa' oligopolija konċentrata ħafna. F’dan il-kuntest, huwa essenzjali li jiġi żgurat li s-CRAs diġà stabbiliti jkunu soġġetti għal qafas regolatorju robust sostnut minn reġim kredibbli ta’ sanzjonar b’livelli proporzjonati ta’ multi li jaġixxu bħala deterrent effikaċi. Barra minn hekk, proċeduri interni effettivi dwar il-governanza u l-konformità għandhom rwol partikolarment importanti biex tiġi żgurata l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni f’suq ikkaratterizzat minn pressjoni kompetittiva limitata fis-suq u r-Regolament CRA introduċa rekwiżiti importanti sabiex jissaħħu dawn l-arranġamenti.

Fir-rigward ta’ SFIs, għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat l-impatt tar-Regolament CRA, peress li ċerti dispożizzjonijiet relevanti għadhom ma ġewx applikati fil-prattika. F’dan il-kuntest, fil-mument ma jidhirx xieraq li tiġi kkunsidrata l-estensjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament CRA għal prodotti finanzjarji oħra.

Fir-rigward tal-obbligu ta’ rappurtar fl-Artikolu 39b paragrafu 2 subparagrafu 2 tar-Regolament CRA, u b’kont meħud tar-rapport tal-Kummissjoni tal-2015 dwar l-adegwatezza tal-iżvilupp ta’ valutazzjoni Ewropea tal-affidabbiltà kreditizja għad-dejn sovran, il-Kummissjoni tqis li fil-preżent ma hemm l-ebda ħtieġa għal aġenzija Ewropea tal-klassifikazzjoni tal-kreditu speċjalizzata fid-dejn sovran jew fondazzjoni Ewropea tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal klassifikazzjonijiet oħra tal-kreditu. Barra minn hekk, fil-prattika t-twaqqif ta’ tali aġenziji komuni x’aktarx li żżid aktar spejjeż pjuttost milli xi valur addizzjonali lis-suq tal-klassifikazzjonijiet.

B’mod ġenerali, huwa meqjus li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament CRA ser ikollhom impatt pożittiv fit-tul fuq is-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Attwalment ma hemm l-ebda evidenza relatata ma’ konsegwenzi negattivi potenzjali għas-CRAs jew għall-emittenti. Peress li għadhom ma ġewx implimentati d-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament CRA, hemm bżonn li s-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkompli jiġi mmonitorjat biex jiġi vvalutat l-impatt sħiħ ta’ dan il-qafas leġiżlattiv.

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 145, 31.5.2011), bid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 174, 1.7.2011), bir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 (ĠU L 146, 31.5.2013), u bid-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 (ĠU L 153, 22.5.2014).

(2)

L-Artikolu 39b(1) tar-Regolament CRA.

(3)

L-Artikolu 39(4)(5) tar-Regolament CRA.

(4)

L-Artikolu 39(4)(5) tar-Regolament CRA.

(5)

L-Artikolu 39b(2) tar-Regolament CRA.

(6)

ESMA/2015/1471 – ESMA Technical Advice on reducing sole and mechanistic reliance on external credit ratings – pubblikazzjoni disponibbli fuq https://www.esma.europa.eu/sites/default/files/library/2015/11/esma-2015-1471_technical_advice_on_reducing_sole_and_mechanistic_reliance_on_external_credit_ratings.pdf

(7)

MARKT/2014/257/F4/ST/OP-LOT1 disponibbli fuq http://ec.europa.eu/finance/rating-agencies/index_en.htm  

(8)

ESMA/2015/1472 – ESMA Technical Advice on competition, choice and conflicts of interest in the credit rating industry – pubblikazzjoni disponibbli fuq https://www.esma.europa.eu/sites/default/files/library/esma-2015-1472_technical_advice_on_competition_choice_and_conflicts_of_int.pdf  

(9)

     MARKT/2014/257/F/Lot 2 disponibbli fuq http://ec.europa.eu/finance/rating-agencies/index_en.htm .

(10)

Għal aktar informazzjoni ara l-paġna 5 tal-Parir Tekniku tal-ESMA dwar it-tnaqqis ta’ dipendenza esklużiva u mekkanistika fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni, p. 5 et seq. tal-istudju minn ICF, p.10 tal-Parir Tekniku tal-ESMA dwar il-kompetizzjoni, l-għażla u l-kunflitt ta’ interess fl-industrija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, p. 7 tal-istudju ta’ Europe Economics

(11)

Ara b’mod partikolari p. 1 ta’ Principles for Reducing Reliance on CRA Ratings , tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) disponibbli fuq http://www.fsb.org/2010/10/r_101027/ .Ara wkoll Roadmap for Reducing Reliance on CRA Ratings tal-FSB, disponibbli fuq http://www.fsb.org/2012/11/r_121105b/.

(12)

Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010

(13)

Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni);

(14)

Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali.

(15)

Id-Direttiva 2013/14/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, id-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza żejda fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu.

(16)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

(17)

Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(18)

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE.

(19)

Il-metodoloġija hija indikata fit-test leġiżlattiv bħala l-“approċċ standardizzat” u attwalment hija l-aktar metodoloġija komunement użata taħt is-CRR u s-CRD għall-banek.

(20)

Pereżempju, fil-każ ta’ skoperturi għal korporattivi, jekk ikun hemm klassifikazzjoni ta' CRA disponibbli u l-iskopertura tirċievi l-ogħla klassifikazzjoni (eż. AAA) il-piż tar-riskju applikat ikun ta’ 20%. Għalhekk il-bank ikun meħtieġ iżomm kapital regolatorju ekwivalenti għal 20% tal-valur tal-iskopertura. Jekk, madanakollu, ma jkunx hemm klassifikazzjoni disponibbli, il-piż tar-riskju li għandu jiġi applikat ikun ta’ mill-inqas 100%.

(21)

Il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, it-Tieni dokument konsultattiv, Revisions to the Standardised Approach for credit risk, Maħruġ għall-kummenti sal-11 ta’ Marzu 2016, Diċembru 2015, disponibbli fuq http://www.bis.org/bcbs/publ/d347.htm

(22)

Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

(23)

L-Artikolu 44(4a) ta’ Solvenza II, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2015 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri biex jiġu eżaminati l-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 295, 12.11.2015, p.16.

(24)

L-Artikolu 3-6 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II).

(25)

B’referenza għal-lokazzjoni tal-emittent jew tal-istrument ikklassifikat.

(26)

Ara l-kategoriji tal-klassijiet ta’ assi fil-bażi tad-data tas-CEREP .

(27)

Sehem mis-suq ikkalkulat abbażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2014.

(28)

Ara l-lista aġġornata ta’ CRAs irreġistrati u ċċertifikati disponibbli fuq https://www.esma.europa.eu/supervision/credit-rating-agencies/risk

(29)

Fitch France S.A.S; Fitch Deutschland GmbH; Fitch Italia S.p.A.; Fitch Polska S.A.; Fitch Ratings España S.A.U.; Fitch Ratings Limited u Fitch Ratings CIS Limited.

(30)

Rreġistrata b’effett mis-27 ta’ Ottubru 2015.

(31)

Rreġistrata b’effett mill-10 ta’ Lulju 2015.

(32)

Moody’s Investors Service Cyprus Ltd; Moody’s France S.A.S.; Moody’s Deutschland GmbH; Moody’s Italia S.r.l.; Moody’s Investors Service España S.A.; Moody’s Investors Service Ltd; u Moody’s Investors Services EMEA Ltd.

(33)

Rreġistrata b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2015.

(34)

Standard & Poor’s Credit Market Services France S.A.S.; Standard & Poor’s Credit Market Services Italy S.r.l.; u Standard & Poor’s Credit Market Services Europe Limited.

(35)

Pereżempju, minn mindu l-BĊE ddeċieda li jinkludi d-DBRS fil-lista tal-ECAIs fil-ECAF, id-DBRS beda jkollha aċċess aħjar għas-suq.

(36)

EACRA –, Dokument ta’ Pożizzjoni, Referenza: ECB criteria for acceptance of Credit Rating Agencies as ECAI sources for ECAF purposes, 26 ta’ Frar 2016.

(37)

Id-dokument ta’ konsultazzjoni u r-riżultati tas-Sejħa għall-Evidenza huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/finance/consultations/2015/financial-regulatory-framework-review/index_en.htm

(38)

Pereżempju huma jrid ikollhom bord indipendenti ta’ rieżami li jkun magħmul minn impjegati full-time, uffiċjal ta’ konformità full-time, rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ divulgazzjoni, rekwiżit li jinformaw lill-entitajiet ikklassifikati qabel ir-rilaxx formali tal-klassifikazzjonijiet.

(39)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għar-riskju tal-kreditu b'konformità mal-Artikoli 136(1) u 136(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) dwar l-iffissar tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għat-titolizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(40)

Il-bażi tad-data CEREP tiġbor data dwar klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn CRAs rreġistrati u ċċertifikati, u dwar klassifikazzjonijiet ta’ kreditu approvati minn CRAs rreġistrati, kif ukoll dwar klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa f'pajjiż terz minn CRAs mhux iċċertifikati jew irreġistrati fl-UE iżda li jappartjenu għall-istess grupp. Ftit mill-informazzjoni fil-bażi tad-data CEREP hija disponibbli għall-pubbliku permezz tas-sit web tal-ESMA.

(41)

Ara wkoll il-Mistoqsijiet u t-Tweġibiet, il-Gwida u għodda oħra tal-ESMA, kif ukoll mudell komuni għar-rapportar bi struzzjonijiet relatati.

(42)

Ara d-dokument ta’ konsultazzjoni fuq is-sit web tal-ESMA https://www.esma.europa.eu/press-news/esma-news/esma-consults-validation-and-review-cras%E2%80%99-methodologies-guidelines .

(43)

IOSCO Code of Conduct Fundamentals for Credit Rating Agencies Final Report 2015 disponibbli fuq http://www.iosco.org/library/pubdocs/pdf/IOSCOPD482.pdf  

(44)

Bħala paragun, f’Jannar 2015 il-Kummissjoni dwar is-Sigurtajiet u l-Kambju (SEC) tal-Istati Uniti imponiet penali ta’ USD 77 miljun għal serje ta’ ksur gravi tal-liġi tat-titoli federali min-naħa ta’ Standard & Poor’s, https://www.sec.gov/news/pressrelease/2015-10.html  

(45)

     Il-mudell huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-entità li tipproduċi l-klassifikazzjoni – li hija wkoll investitur fit-titoli li qed jiġu kklassifikati – għandha interess ċar fil-preċiżjoni tal-klassifikazzjoni.

(46)

     RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-adegwatezza tal-iżvilupp ta’ valutazzjoni Ewropea tal-affidabbiltà kreditizja għad-dejn sovran, Brussell, 23.10.2015, COM(2015), disponibbli fuq http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52015DC0515&qid=1472830667704&from=MT

Top