Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0207

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar it-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 605/2013, u dwar l-iżviluppi internazzjonali f'dan il-qasam

    COM/2016/0207 final

    Brussell, 15.4.2016

    COM(2016) 207 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar it-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 605/2013, u dwar l-iżviluppi internazzjonali f'dan il-qasam


    Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

    Dwar it-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 605/2013, u dwar l-iżviluppi internazzjonali f'dan il-qasam

    1.Bażi għal dan ir-rapport

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 1 dwar it-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti stabbilixxa projbizzjoni ġenerali għall-prattika tat-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar, jiġifieri it-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar u r-rimi l-baħar tal-karkassa li jifdal. Skont dan ir-Regolament l-Istati Membri jistgħu joħorġu permessi speċjali tas-sajd għall-ipproċessar tal-klieb il-baħar abbord. Biex jipprevjeni t-tneħħija tal-pinen, ir-Regolament stabbilixxa l-hekk imsejjaħ proporzjon pinna mal-karkassa għal klieb il-baħar ipproċessati.

    Dan ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 605/2013 2 . L-Artikolu 6 ta' dan tal-aħħar jistipula: "Meta bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru jaqbad, iżomm abbord, jittrażborda jew iħott klieb il-baħar, l-Istat Membru tal-bandiera għandu […] jibgħat kull sena lill-Kummissjoni […] rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tiegħu ta’ dan ir-Regolament […]. Wara li […] jkunu bagħtu t-tieni rapport annwali tagħhom […], il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Jannar 2016, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u l-iżviluppi internazzjonali f’dan il-qasam." Dan ir-rapport jissodisfa r-rekwiżit tar-rappurtar.

    2.Rappurtar mill-Istati Membri

    Użu ta’ permessi speċjali tas-sajd sal-2013

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003, l-Istati Membri li ppermettew it-tneħħija abbord tal-pinen minn klieb il-baħar mejta kellhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-għadd ta’ permessi speċjali li huma ħarġu kull sena għal dan l-iskop. Ħarsa ġenerali lejn il-permessi maħruġa mill-Istati Membri li użaw din il-possibbiltà skont ir-Regolament l-antik hija ppreżentata fit-Tabella 1 u fil-Grafika 1 fl-Anness.

    Rappurtar mill-Istati Membri għall-2013 u għall-2014

    Meta bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru jaqbdu, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art klieb il-baħar, kull sena l-Istat Membru tal-bandiera għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament matul is-sena preċedenti. Dan jinkludi deskrizzjoni tal-monitoraġġ u tal-infurzar tal-konformità tiegħu mar-Regolament u, b’mod partikolari, informazzjoni dwar:

    l-għadd ta’ drabi li tħattew l-art klieb il-baħar,

    l-għadd, id-data u l-post tal-ispezzjonijiet,

    l-għadd u n-natura ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità kif ukoll il-penali applikata,

    u l-ħatt l-art totali skont l-ispeċijiet (piż/għadd) u skont il-port.

    Tliet Stati Membri kostali – il-Kroazja, l-Italja u r-Rumanija – ma ppreżentaw l-ebda rapport għall-2013 jew għall-2014 3 ; diversi oħra ppreżentaw biss rapport rigward l-implimentazzjoni tagħhom tar-Regolament fl-2013 jew fl-2014. Ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri kollha tingħata fit-Tabella 2 fl-Anness; dawn ir-rapporti huma disponibbli onlajn jekk l-Istat Membru kkonċernat ma oġġezzjonax għall-pubblikazzjoni. 4  

    F’termini ta’ volum, seba’ Stati Membri jirrappurtaw ħatt l-art ta’ iktar minn 50 tunnellata fl-2013, b’żewġ Stati Membri jispikkaw (Spanja, b’aktar minn 60 000 tunnellata, u Franza, b’aktar minn 15 000 tunnellata). Nofs l-Istati Membri li qabel kienu ħarġu permessi speċjali għas-sajd biex jippermettu l-ipproċessar abbord ta’ klieb il-baħar ma rrappurtaw l-ebda qabda ta’ klieb il-baħar mill-flotot tagħhom.

    Spanja u l-Portugall għandhom l-ogħla proporzjonijiet ta’ volumi għal kull ħatt l-art (Tabella 3, Grafika 2). Fit-Tabella 4 tingħata analiżi tal-volumi rrappurtati skont l-ispeċijiet u l-Istati Membri għall-2013. Fil-każ speċifiku tal-ħuta kaħla – speċi li għall-pinen tagħha hemm suq – il-flotot Spanjoli u Portugiżi għandhom l-ikbar ishma f’volumi (Grafika 3).

    Rigward il-frekwenza ta’ spezzjonijiet, hemm ċerta eteroġeneità bejn l-Istati Membri (Tabella 5, Grafika 4). Pereżempju, fl-2013, Malta rrappurtat medja ta’ 84 spezzjoni għal kull 100 ħatt l-art filwaqt li Franza rrappurtat 0,2. Fost l-Istati Membri li qabel kienu ħarġu permessi speċjali tas-sajd għall-ipproċessar abbord ta’ klieb il-baħar, il-Litwanja u l-Estonja ma rrappurtaw l-ebda spezzjoni ta’ bastimenti tas-sajd.

    Aktar minn 4 400 spezzjoni ġew irrappurtati għall-2013, li matulhom instabu erba’ każijiet ta’ ksur: Ċipru rrappurtat każ ta’ ħuta kaħla li nstabet mingħajr pinen abbord bastiment, Franza każ ta' tneħħija tal-pinen ta' klieb il-baħar minn bastiment Venezwelan, Spanja każ ta' tneħħija tal-pinen ta' klieb il-baħar minn bastiment Portugiż, u r-Renju Unit każ ta' sliħ fuq il-baħar ta’ żewġt iklieb il-baħar.

    Spanja ppreżentat informazzjoni addizzjonali b'valutazzjoni tal-impatti finanzjarji tar-Regolament fuq il-flotta Spanjola bil-konz4. Fuq il-bażi tal-ispejjeż irrappurtati ta' adattament għar-rekwiżiti tar-Regolament il-ġdid, analiżi tas-segmenti rilevanti tal-flotta mis-servizzi tal-Kummissjoni tindika li l-akbar segment tal-flotta (f'termini ta' għadd ta' bastimenti u impjiegi) jista' jkompli jopera b'marġnijiet ta' profitti raġonevoli. Għal segmenti li bħalissa diġà qed joperaw b’telf, l-ispejjeż ta’ adattament jistgħu jaggravaw il-problemi finanzjarji tagħhom.

    3.Żviluppi internazzjonali

    Biex ittejjeb il-konservazzjoni tal-klieb il-baħar u biex tippromwovi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-flotot tal-Unjoni, il-Kummissjoni kienet u qed tkompli tippromwovi, il-politiki ta’ ħatt l-art ta’ klieb il-baħar bil-pinen mehmuża b’mod naturali f’organizzazzjonijiet u f’korpi reġjonali tas-sajd, bħall-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC), u f’fora internazzjonali rilevanti.

    L-UE hija wkoll promotur ewlieni tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar is-Sajd Sostenibbli 5 , li tappella lill-Istati biex jieħdu azzjoni immedjata u kkoordinata biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-miżuri eżistenti tal-RFMO jew ta' dispożijonijiet li jirregolaw is-sajd għall-klieb il-baħar u l-qbid inċidentali tal-klieb il-baħar, u l-konformità magħhom.

    4.Konklużjoni

    Il-preżentazzjoni ta' rapporti annwali mill-Istati Membri kif stipulat bir-Regolament ma kinitx kompluta minħabba li 14-il Stat Membru kostali biss minn 23 ippreżentaw rapporti sħaħ dwar l-implimentazzjoni tagħhom tar-Regolament kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014, filwaqt li tliet Stati Membri kostali ma ppreżentaw l-ebda rapport, minkejja bosta tfakkiriet mill-Kummissjoni. Madankollu, l-Istati Membri kollha li fil-passat kienu ħarġu permessi speċjali tas-sajd għall-ipproċessar abbord ta’ klieb il-baħar ippreżentaw mill-inqas rapport wieħed dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament. L-Istati Membri rrappurtaw d-dejta wkoll f’livelli differenti u f’formati differenti.

    Minkejja li d-dejta mhijiex kompluta, ir-rappurtar jista' jkun utli biex jinsiltu xi konklużjonijiet limitati. Ir-rapporti ppreżentati jissuġġerixxu li s-sajd għall-klieb il-baħar fuq skala kbira jsir prinċipalment minn bastimenti ta’ żewġ Stati Membri. L-għadd ta’ ksur identifikat matul l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri li pprovdew l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni, inklużi ż-żewġ Stati Membri ewlenin, jidher li huwa limitat ħafna.

    Il-Kummissjoni hija konxja tat-tħassib imqajjem f'wieħed mir-rapporti tal-Istati Membri, li huwa simili għal dak imqajjem minn xi Stati Membri u xi partijiet ikkonċernati matul il-konsultazzjoni pubblika preċedenti, 6 jiġifieri li l-implimentazzjoni tar-Regolament tikkomplika it-trattament tal-karakssi u timponi spejjeż addizzjonali fuq il-bastimenti kkonċernati 7 . Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja s-sitwazzjoni u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħha. Diffikultajiet bħal dawn jistgħu jkunu indirizzati sa ċertu punt minn strumenti eżistenti, inklużi dawk tal-FEMS 8 , sabiex ikunu jistgħu jinstabu soluzzjonijiet prattiċi għad-diffikultajiet allegati. Il-Kummissjoni temmen ukoll li huwa importanti li tkompli bil-promozzjoni attiva, fil-livell internazzjonali, ta’ politiki ta' ħatt l-art ta' klieb il-baħar bil-pinen mehmuża b'mod naturali, b’konformità mat-talba tal-Kunsill biex jiżdied l-appoġġ internazzjonali li jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet aktar ekwivalenti ta' kompetizzjoni, anke jekk il-proposti tal-UE ma jiġux adottati.

    (1) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32003R1185   
    (2) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32013R0605   
    (3) Madankollu, fir-Rapport annwali għall-2013 dwar il-protezzjoni ta’ ċetaċji kontra qabdiet inċidentalitagħha l-Italja inkludiet indikazzjoni li l-programm ta’ monitoraġġ tagħha kopra wkoll qabdiet inċidentali ta’ klieb il-baħar, filwaqt li rrappurtat “għadd kbir” fil-Baħar Adrijatiku tat-Tramuntana u Ċentrali.
    (4) http://ec.europa.eu/fisheries/marine_species/wild_species/sharks/member-states-reports/index_en.htm
      
    (5) http://www.un.org/documents/resga.htm Adottata annwalment b’kunsens mill-2007: A/RES/62/177, -63/112, -64/72, -65/38, -66/68, -67/79, -68/71 u -69/109:  
    (6) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/en/ALL/?uri=CELEX:52011SC1392   
    (7) L-Artikolu 3 tar-Regolament jippermetti li "sabiex ikun iffaċilitat il-ħżin abbord, il-pinen tal-klieb il-baħar jistgħu jiġu parzjalment imqatta’ u jintwew kontra l-karkassa."
    (8) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/en/ALL/?uri=CELEX:32014R0508   
    Top

    Brussell, 15.4.2016

    COM(2016) 207 final

    ANNESS

    tar-

    RAPPORT LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar it-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 605/2013, u dwar l-iżviluppi internazzjonali f'dan il-qasam


    Anness Tabelli u Grafiki

    L-għadd limitat ta’ rapporti li waslu għall-2014 ma jippermettix il-preżentazzjoni viżiva tad-dejta, għalhekk il-Grafiki juru biss is-sitwazzjoni fl-2013.

    Tabella 1: Permessi speċjali maħruġa mill-Istati Membri bejn l-2004 u l-2012
    skont ir-Regolament l-antik (KE) 1185/2003

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    2008

    2009

    2010

    2011

    2012

    2004-12

    L-Istati Membri kostali li ħarġu permessi speċjali tas-sajd (f'ordni skont l-għadd totali ta’ permessi maħruġa)

    Spanja

    198

    192

    164

    173

    200

    175

    164

    181

    141

    1 588

    Il-Portugall

    11

    12

    28

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    49

    45

    47

    46

    238

    Ir-Renju Unit

    20

    16

    18

    15

    15

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    84

    Il-Ġermanja

    3

    5

    5

    5

    5

    0

    0

    0

    0

    23

    Il-Litwanja

    0

    1

    1

    1

    1

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    4

    L-Estonja

    2

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    2

    Ċipru

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    1

    0

    L-ebda rapport

    1

    Total

    234

    226

    216

    194

    221

    224

    210

    228

    187

    1 940

    L-Istati Membri kostali li ma rrappurtawx jew ma ħarġux permessi speċjali għas-sajd (f’ordni alfabetiku)

    Il-Belġju

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    0

    L-ebda rapport

    Il-Bulgarija

    Mhux SM

    Mhux SM

    Mhux SM

    0

    L-ebda rapport

    0

    0

    0

    0

    Il-Kroazja

    Mhux SM

    Mhux SM

    Mhux SM

    Mhux SM

    Mhux SM

    Mhux SM

    Mhux SM

    Mhux SM

    Mhux SM

    Id-Danimarka

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    Il-Finlandja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    Franza

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    Il-Greċja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-Irlanda

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    0

    L-ebda rapport

    L-Italja

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    Il-Latvja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    Malta

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    In-Netherlands

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    0

    L-ebda rapport

    Il-Polonja

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    Ir-Rumanija

    Mhux SM

    Mhux SM

    Mhux SM

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    Is-Slovenja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-ebda rapport

    0

    L-ebda rapport

    L-Iżvezja

    0

    0

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    L-ebda rapport

    Noti: “L-ebda rapport” = ma ġie ppreżentat l-ebda rapport lill-Kummissjoni; “Mhux SM” = il-pajjiż kien għadu ma kienx Stat Membru tal-UE; Ma nżammux statistiki għal Stati Membri mingħajr kosta (l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Lussemburgu, is-Slovakkja).

    Grafika 1: Permessi speċjali maħruġa mill-Istati Membri bejn l-2004 u l-2012
    skont ir-Regolament l-antik (KE) 1185/2003

    Noti: Għad-dejta sottostanti ara t-Tabella 1.

    Tabella 2: Stati Membri kostali li ilhom jirrappurtaw mill-2013
    skont ir-Regolament il-ġdid (KE) 605/2013

    2013

    2014

    Ħatt (għadd)

    Ħatt (tunnellati)

    Spezzjonijiet (nru)

    Każijiet (nru)

    Ħatt (għadd)

    Ħatt (tunnellati)

    Spezzjonijiet (nru)

    Każijiet (nru)

    L-Istati Membri kostali li ħarġu permessi speċjali tas-sajd fil-passat (ordnati skont l-għadd totali ta’ permessi)

    Spanja

    26 394

    61 572

    204

    1 b

    32 082

    59 251

    131

    0

    Il-Portugall

    5 632

    8 218

    676

    0

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    Ir-Renju Unit

    8 572

    289

    1 025

    1

    14 313

    1 634

    1 184

    1

    Il-Ġermanja

    10

    0,3

    6

    0

    25

    1,8

    7

    0

    Il-Litwanja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-Estonja

    0

    0

    0

    0

    3 e

    246 e

    3

    0

    Ċipru

    381

    3,9

    3

    1

    312

    11,2

    0

    0 f

    L-Istati Membri kostali li ma kinux irrappurtaw jew ma kinux ħarġu permessi speċjali għas-sajd (f’ordni alfabetiku)

    Il-Belġju

    4,783

    483

    102

    0

    mhux applikabbli

    527

    83

    0

    Il-Bulgarija

    247

    31

    81

    0

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    Il-Kroazja

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    Id-Danimarka

    428

    21

    29

    0

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    Il-Finlandja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Franza

    261,040

    16,085

    480

    1 d

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    Il-Greċja

    rapport mhux komplut c

    179

    (3 630) g

    0

    0

    L-Irlanda

    4,310

    1,367

    1,490

    0

    4,303

    1,437

    1,274

    0

    L-Italja

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    Il-Latvja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Malta

    345

    20

    291

    0

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    In-Netherlands

    mhux applikabbli

    79 h

    0

    0

    mhux applikabbli

    77 h

    0

    0

    Il-Polonja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Ir-Rumanija

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    ma ġie ppreżentat l-ebda rapport c

    Is-Slovenja

    457

    1.7

    27

    0

    444

    1.9

    46

    0

    L-Iżvezja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Total

    312,599

    88,170

    4,414

    4

    51,661

    63,186

    2,728

    1

    Noti: b Każ relatat ma' bastiment b'bandiera ta' Stat Membru ieħor. c Stati Membri li ma ppreżentawx rapporti jew li ppreżentaw rapporti mhux kompluti kienu ntalbu mill-Kummissjoni jagħtu l-informazzjoni nieqsa iżda sa qabel il-finalizzazzjoni ta' dan ir-rapport dan kienu għadhom ma għamluhx. b Każ relatat ma' bastiment b'bandiera ta' pajjiż terz. e Fir-rapport tagħha tal-2014, l-Estonja kienet inkludiet ukoll darbtejn meta seħħ ħatt fl-2015, li ma ġewx ikkunsidrati f'dan ir-rapport. L-Estonja rrappurtat u kkonfermat l-ħatt ta' 231 tunnellata raj minn wieħed mill-bastimenti tagħha f'ġurnata waħda biss. f Ċipru rrapporta tliet każijiet, iżda dawn kienu relatati ma' ħatt ta' speċi pprojbiti, u mhux għat-tneħħija tal-pinen. g Il-Greċja rrappurtat l-għadd ta' klieb il-baħar li tħattew l-art, u mhux il-piż; għaldaqstant, id-dejta tagħhom ma ġietx ikkunsidrata għat-tabelli u għall-grafiki l-oħra. h In-Netherlands ma rrapportawx l-għadd ta' ħatt l-art; għaldaqstant, id-dejta tagħhom ma ġietx ikkunsidrata għat-tabelli u għall-grafiki l-oħra.

    Tabella 3: Il-ħatt ta’ klieb il-baħar u l-volum irrappurtati mill-Istati Membri fl-2013 u fl-2014

     

    2013

    2014

     

    Ħatt (għadd)

    Ħatt (tunnellati)

    Kg għal kull ħatt

    Ħatt (għadd)

    Ħatt (tunnellati)

    Kg għal kull ħatt

    Spanja

    26,394

    61,572

    2,333

    32,082

    59,251

    1,847

    Il-Portugall

    5,632

    8,218

    1,459

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    L-Irlanda

    4,310

    1,367

    317

    4,303

    1,437

    334

    Il-Bulgarija

    247

    31

    125

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Il-Belġju

    4,783

    483

    101

    mhux applikabbli

    527

    mhux applikabbli

    Franza

    261,040

    16,085

    62

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Malta

    345

    20

    57

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Id-Danimarka

    428

    21

    49

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Ir-Renju Unit

    8,572

    289

    34

    14,313

    1,634

    114

    Il-Ġermanja

    10

    0.3

    31

    25

    1.8

    71

    Ċipru

    381

    3.9

    10

    312

    11.2

    36

    Is-Slovenja

    457

    1.7

    4

    444

    1.9

    4

    L-Estonja

    0

    0

    0

    3

    246

    81,999

    Total

    312,599

    88,170

    282

    51,482

    62,582

    1,222

    Noti: Abbażi tat- Tabella 2 .

    Grafika 2: Il-ħatt ta’ klieb il-baħar u l-volum irrappurtati mill-Istati Membri fl-2013

    Noti: Għad-dejta sottostanti ara t-Tabella 3.

    Tabella 4: Il-volumi ta’ ħatt irrappurtati (f’tunnellati) fl-2013 skont l-ispeċi magħżula

    BE

    BG

    CY

    DE

    DK

    ES

    FR

    IE

    MT

    NL

    PT

    UK

    Total

    ALV

    39.8

    40

    BSH

    255

    14,962

    223

    1.9

    2.6

    6,420

    199

    22,064

    CMO

    266

    266

    CWZ

    19.0

    19

    DGH

    0.3

    14.4

    0.1

    30.9

    46

    DGS

    31.0

    0.2

    20.2

    0.3

    0.4

    1.9

    3.5

    57

    DGX

    254

    0.1

    9.6

    6.4

    270

    DGZ

    33.0

    1.1

    0.8

    35

    GAG

    1.0

    21.2

    321

    8.8

    0.00

    352

    GAU

    10.6

    0.01

    11

    GUP

    6.0

    2.2

    0.1

    8

    GUZ

    45.1

    45

    HYD

    97.3

    97

    JRS

    7.1

    7

    LMA

    96.7

    2.8

    100

    MAK

    0.3

    13.4

    14

    MSK

    62.4

    62

    QUB

    51.0

    10.4

    61

    RAJ

    2,245

    449

    2,694

    RJC

    1,579

    1,579

    RJE

    66.1

    66

    RJF

    159

    159

    RJH

    415

    415

    RJI

    61.4

    61

    RJM

    1,190

    1,190

    RJN

    2,222

    2,222

    RJO

    29.3

    29

    SCL

    453

    35.9

    214

    1.2

    704

    SDV

    0.9

    3,071

    24.7

    3,096

    SHO

    17.5

    17

    SKH

    9.0

    0.04

    0.01

    0.3

    5.9

    15

    SKX

    10.0

    0.02

    10

    SMA

    2,439

    5.0

    0.03

    1,159

    46.0

    3,649

    SMD

    1.6

    1.5

    2.6

    6

    SRX

    975

    28.0

    1,002

    SYC

    452

    5,321

    0.1

    39.1

    3.2

    5,816

    SYT

    21.4

    0.1

    226

    248

    SYX

    196

    16.3

    1.0

    213

    TIG

    5.7

    0.3

    6

    TOE

    7.0

    7

    TRK

    10.0

    0.8

    11

    TTR

    24.2

    24

    Noti: Gew inklużi biss l-ispeċijiet b’total irrappurtat ta’ ħatt li kien aktar minn ħames (5) tunnellati; għad-dejta sottostanti ara r-rapporti onlajn tal-Istati Membri individwali (in-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 fit-test ewlieni). L-ispeċijiet huma identifikati bil-kodiċi alfa 3 tagħhom mil-lista ASFIS tal-FAO; ara http://www.fao.org/fishery/collection/asfis/en . Għall-kodiċijiet tal-pajjiżi ara http://publications.europa.eu/code/pdf/370000en.htm .

    Grafika 3: Il-ħatt irrappurtat (f’tunnellati) ta’ ħuta kaħla mill-Istati Membri fl-2013

     

    Noti: Għad-dejta sottostanti ara t-Tabella 4.

    Tabella 5: Il-ħatt ta’ klieb il-baħar u l-ispezzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri fl-2013 u fl-2014

     

    2013

    2014

     

    Ħatt (għadd)

    Spezzjonijiet (nru)

    Spezzjonijiet għal kull 100 ħatt

    Ħatt (għadd)

    Spezzjonijiet (nru)

    Spezzjonijiet għal kull 100 ħatt

    Malta

    345

    291

    84.3

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Il-Ġermanja

    10

    6

    60.0

    25

    7

    28.0

    L-Irlanda

    4,310

    1,490

    34.6

    4,303

    1,274

    29.6

    Il-Bulgarija

    247

    81

    32.8

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Il-Portugall

    5,632

    676

    12.0

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Ir-Renju Unit

    8,572

    1,025

    12.0

    14,313

    1,184

    8.3

    Id-Danimarka

    428

    29

    6.8

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Is-Slovenja

    457

    27

    5.9

    444

    46

    10.4

    Il-Belġju

    4,783

    102

    2.1

    mhux applikabbli

    (83)

    mhux applikabbli

    Ċipru

    381

    3

    0.8

    312

    0

    0

    Spanja

    26,394

    204

    0.8

    32,082

    131

    0.4

    Franza

    261,040

    480

    0.2

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    L-Estonja

    0

    0

    0

    3

    3

    100

    Total

    312,599

    4,414

    1.4

    51,482

    2,725

    5.3

    Noti: Abbażi tat-Tabella 2.

    Grafika 4: Il-ħatt ta’ klieb il-baħar u l-ispezzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri fl-2013

    Noti: Għad-dejta sottostanti ara t-Tabella 5.

    Top