Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0199

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2016_

    COM/2016/0199 final

    Brussell, 11.4.2016

    COM(2016) 199 final

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2016


    1.INTRODUZZJONI

    Sistemi ġudizzjarji effettivi għandhom rwol kruċjali biex isostnu l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali tal-Unjoni. Dawn huma wkoll prerekwiżit għal ambjent favur l-investiment u n-negozju. It-titjib fl-effettività ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali hija għalhekk waħda mill-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew – iċ-ċiklu annwali tal-UE tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tgħin lill-Istati Membri biex jilħqu din il-prijorità.

    Ir-raba' edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tkompli tiżviluppa ħarsa ġenerali komprensiva tal-funzjonament ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali: aktar Stati Membri pparteċipaw fil-ġbir ta' data; ġew introdotti indikaturi tal-kwalità ġodda, pereżempju dwar l-istandards, taħriġ, stħarriġ u għajnuna legali; l-indikaturi dwar l-indipendenza ġew arrikkiti, inkluż permezz ta' stħarriġ ġdid tal-Ewrobarometru; u huwa pprovdut aktar għarfien f'ċerti oqsma bħall-komunikazzjoni elettronika.

    X’inhi t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE?

    It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE hija għodda ta' informazzjoni li tassisti lill-UE u lill-Istati Membri fil-kisba ta’ ġustizzja aktar effettiva billi tipprovdi data oġġettiva, affidabbli u paragunabbli dwar il-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri kollha.

    It-Tabella ta’ Valutazzjoni tikkontribwixxi biex jiġu identifikati nuqqasijiet potenzjali, titjib u prattiki tajba. Hija turi x-xejriet fil-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali fuq perjodu ta' żmien. Ma tippreżentax klassifikazzjoni unika globali iżda tagħti ħarsa ġenerali ta' kif jiffunzjonaw is-sistemi ġudizzjarji kollha bbażati fuq indikaturi varji li huma ta’ interess komuni għall-Istati Membri kollha.

    It-Tabella ta’ Valutazzjoni ma tippromwovix xi tip partikolari ta’ sistema ġudizzjarja u tittratta lill-Istati Membri kollha b’mod ugwali. Ikun xi jkun il-mudell tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali jew it-traduzzjoni legali li tkun imsejsa fuqha, il-puntwalità, l-indipendenza, l-affordabbiltà, u l-aċċess faċli għall-utent huma wħud mill-parametri essenzjali ta’ sistema ġudizzjarja effettiva.

    It-Tabella ta’ Valutazzjoni tiffoka fuq il-kawżi kontenzjużi ċivili u kummerċjali kif ukoll fuq kawżi amministrattivi biex tgħin lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex iwittu t-triq għal ambjent aktar favur in-negozju, l-ambjent u ċ-ċittadin. It-Tabella ta’ Valutazzjoni hija strument li jevolvi fi djalogu mal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, bl-għan li jiġu identifikati l-parametri essenzjali ta’ sistema ġudizzjarja effettiva. Il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex progressivament twessa’ l-kamp ta' applikazzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni u r-riflessjoni dwar kif dan għandu jsir.

    X’inhi l-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE?

    It-Tabella ta’ Valutazzjoni tuża diversi sorsi ta’ informazzjoni. Il-biċċa l-kbira tad-data kwantitattiva hija pprovduta mill-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Evalwazzjoni tal-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ) li magħha l-Kummissjoni kkonkludiet kuntratt sabiex twettaq studju speċifiku kull sena. 1  Din id-data tkopri l-perjodu mill-2010 sal-2014, u ġiet ipprovduta mill-Istati Membri skont il-metodoloġija tal-CEPEJ. L-istudju jipprovdi wkoll kummenti dettaljati u skedi ta' informazzjoni speċifiċi għall-pajjiż li jagħtu aktar kuntest u għandhom jinqraw flimkien ma’ dawn il-grafiki.

    Is-sorsi l-oħrajn ta' data huma l-grupp tal-persuni ta' kuntatt dwar sistemi ġudizzjarji nazzjonali, 2  in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (ENCJ), in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-UE (ACA), in-Netwerk tal-Kompetizzjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati (CCBE), il-Kumitat tal-Komunikazzjoni, l-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali, in-Netwerk tal-Kooperazzjoni għall-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Eurostat, in-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), il-Bank Dinji u l-Forum Ekonomiku Dinji. Il-metodoloġija għat-Tabella ta' Valutazzjoni 2016 issaħħet bl-involviment aktar mill-qrib tal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

    It-tabella ta’ Valutazzjoni tal-UE għall-Ġustizzja kif titma' s-Semestru Ewropew?

    It-Tabella ta’ Valutazzjoni tipprovdi informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji u tgħin biex jiġi vvalutat l-impatt ta’ riformi fil-ġustizzja. Jekk it-Tabella ta' Valutazzjoni tiżvela prestazzjoni dgħajfa, din dejjem teħtieġ analiżi aktar profonda tar-raġunijiet għaliex. Din il-valutazzjoni speċifika għall-pajjiż titwettaq fil-kuntest tal-proċess tas-Semestru Ewropew permezz ta’ djalogu bilaterali mal-awtoritajiet u mal-partijiet interessati kkonċernati. Din il-valutazzjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-partikolaritajiet tas-sistema legali u l-kuntest tal-Istati Membri kkonċernati. Dan eventwalment jista’ jwassal lill-Kummissjoni biex tipproponi lill-Kunsill biex jadotta Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi skont il-Pajjiż dwar it-titjib ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali. 3

    2.KUNTEST: SFORZI KONTINWI BIEX JITJIEBU S-SISTEMI ĠUDIZZJARJI

    Din l-edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni qiegħda tiġi ppubblikata fi żmien meta numru ta' Stati Membri qegħdin jieħdu miżuri biex itejbu s-sistemi ġudizzjarji tagħhom. Il-grafika t'hawn taħt turi li fl-2015 kważi l-Istati Membri kollha għamlu, jew ħabbru, bidliet fis-sistemi ġudizzjarji tagħhom.

    Grafika 1: Attività leġiżlattiva u regolatorja li tikkonċerna sistemi ġudizzjarji fl-2015 (miżuri adottati/ inizjattivi mħabbra għal kull Stat Membru) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea 4 )

    Grafika 1 tippreżenta ħarsa ġenerali fattwali ta' 'min jagħmel xiex', mingħajr xi evalwazzjoni kwalitattiva. Tiżvela li ħafna Stati Membri huma attivi fl-istess oqsma u jistgħu għalhekk jitgħallmu minn xulxin. Turi wkoll dinamika ta' riformi fil-ġustizzja madwar l-UE peress li, barra mill-miżuri adottati fl-2015, f'numru ta' Stati Membri tħabbru aktar inizjattivi.

    Il-kamp ta' applikazzjoni, l-iskala u s-sitwazzjoni attwali tal-inizjattivi differenti jvarjaw fost l-Istati Membri. Numru kbir ta' Stati Membri ppromulgaw jew ħabbru bidliet fil-liġi proċedurali tagħhom. L-attivitajiet tagħhom komplew jiffokaw fuq l-ICT, iżda l-Istati Membri ħadu wkoll inizjattivi li jikkonċernaw il-professjonijiet legali, il-metodi ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), l-għajnuna legali, l-amministrazzjoni tal-qrati, it-tariffi tal-qorti, l-istatut tal-imħallfin, it-tfassil mill-ġdid ta' mapep ġudizzjarji, l-ispeċjalizzazzjoni tal-qorti u l-Kunsilli għall-Ġudikatura.

    Dawn l-isforzi huma parti mir-riformi strutturali mħeġġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2016 enfasizza li ''it-titjib fil-kwalità, fl-indipendenza u fl-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri huwa prerekwiżit għall-ambjent favur l-investiment u n-negozju. […] Huwa meħtieġ li jiġu żgurati proċeduri rapidi, li jiġi indirizzat ix-xogħol b'lura tal-qrati, li jiżdiedu s-salvagwardji għall-indipendenza ġudizzjarja u tittejjeb il-kwalità tal-ġudikatura, fosthom permezz ta' użu aħjar tal-ICT fil-qrati u l-użu ta' standards ta' kwalità.'' 5  Għall-istess raġuni, it-titjib fis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali huwa wkoll fost l-isforzi meħtieġa fil-livell nazzjonali biex jakkumpanja l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa. 6

    Is-sejbiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015, flimkien ma' valutazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' kull Stat Membru kkonċernat, tqiesu fis-Semestru Ewropew. Is-Semestru Ewropew 2015 juri li ċerti Stati Membri xorta waħda għadhom jaffaċċjaw sfidi partikolari. 7 B'mod partikolari, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, indirizza Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż lil ċerti Stati Membri li jenfasizzaw modi li bihom huma jistgħu jagħmlu s-sistemi ġudizzjarji tagħhom aktar effettivi. 8 Barra minn hekk, ir-riformi fil-ġustizzja fl-Istati Membri l-oħrajn li jaffaċċjaw sfidi huma mmonitorjati mill-qrib permezz tar-rapporti tal-pajjiżi ppubblikati matul is-Semestru Ewropew 9 u f'dawk l-Istati Membri skont Programm ta' Aġġustament Ekonomiku. 10 Barra minn hekk, fil-kuntest tat-Tielet Pilastru tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, is-sistemi ġudizzjarji f'disa' Stati Membri ġew identifikati bħala sfida għall-investiment. 11

    Bejn l-2014 u l-2020, l-UE sejra tipprovdi sa EUR 4.2 biljun permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) biex jagħtu appoġġ għar-riformi ġudizzjarji. 12 14-il Stat Membru 13 identifikaw il-ġustizzja bħala qasam li għandu jiġi appoġġjat mill-Fondi SIE fid-dokumenti ta' programmar tagħhom. Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza li jittieħed approċċ orjentat lejn ir-riżultati meta jiġu implimentati l-fondi: dan l-approċċ huwa meħtieġ ukoll skont ir-Regolament tal-Fondi ESI. Il-Kummissjoni qiegħda tiddiskuti mal-Istati Membri kif l-aħjar tivvaluta u tevalwa l-impatt tal-fondi ESI fuq is-sistemi ġudizzjarji kkonċernati.

    L-impatt ekonomiku ta' sistemi ġudizzjarji li jiffunzjonaw b'mod sħiħ jiġġustifika dawn l-isforzi. Sistemi ġudizzjarji effettivi għandhom rwol importanti fl-istabbiliment tal-fiduċja matul iċ-ċiklu tan-negozju. Meta s-sistemi ġudizzjarji jiggarantixxu l-infurzar tad-drittijiet, il-kredituri huma aktar probabbli li jsellfu, il-kumpaniji huma dissważi minn imġiba opportunistika, l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet huma mnaqqsin u n-negozji innovattivi li ta’ spiss jiddependu fuq assi intanġibbli. L-importanza tal-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali għall-SMEs ġiet enfasizzata fi stħarriġ tal-2015 14 ta kważi 9 000 SMEs Ewropej dwar l-innovazzjoni u l-IPR. L-istħarriġ sab b'mod partikolari illi l-ispiża u t-tul eċċessiv tal-proċedimenti ġudizzjarji kienu fost ir-raġunijiet ewlenin għalfejn ma nbditx proċedura minħabba ksur ta' drittijiet ta' proprjeta intellettwali l-qorti. L-impatt pożittiv ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali fuq l-ekonomija hu enfasizzat fil-letteratura u r-riċerka 15 , inkluż mill-Fond Monetarju Internazzjonali, 16 il-Bank Ċentrali Ewropew, 17 l-OECD, 18 il-Forum Ekonomiku Dinji, 19 u l-Bank Dinji.  20  

    Ir-rilevanza tal-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom hija kkonfermata wkoll mill-ammont ta' xogħol konsistentement għoli għall-qrati matul is-snin, għalkemm is-sitwazzjoni tvarja bejn l-Istati Membri, kif muri mill-figuri t'hawn isfel.

    Grafika 2: Numru ta' kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn deħlin* (Prim'istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ 21 )

    * Skont il-metodoloġija tas-CEPEJ, din il-kategorija tinkludi l-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi kollha, il-kawżi tar-reġistru tal-artijiet u tan-negozju mhux kontenzjużi, kawżi tar-reġistru oħrajn, kawżi mhux kontenzjużi oħrajn, il-kawżi tal-liġi amministrattiva u kawżi oħrajn mhux kriminali. IT: Fl-2013, ġiet introdotta klassifikazzjoni differenti ta' kawżi ċivili, għalhekk it-tqabbil ta' snin differenti jista' jwassal għal konklużjonijiet żbaljati. DK: Ambjent tan-negozju mtejjeb allegatament jispjega li l-qrati fil-livelli kollha rċivew inqas kawżi.

    Grafika 3: Numru ta' kawżi ċivili u kummerċjali litiġjużi deħlin* (Prim'istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

    * Il-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi jikkonċernaw tilwim bejn partijiet, pereżempju tilwim dwar kuntratti, skont il-metodoloġija tas-CEPEJ. B'kuntrast għal dan, il-kawżi ċivili (u kummerċjali) mhux kontenzjużi jikkonċernaw proċedimenti mhux ikkontestati, pereżempju, ordnijiet ta’ ħlas mhux ikkontestati. Il-kawżi kummerċjali huma indirizzati minn qrati kummerċjali speċjali f’xi pajjiżi, u ttrattati minn qrati (ċivili) ordinarji f’oħrajn. EL: Bidliet fil-metodoloġija ntrodotti fl-2014. IT: Fl-2013 ġiet introdotta klassifikazzjoni differenti ta' kawżi ċivili, għalhekk it-tqabbil bejn snin differenti jista' jwassal għal konklużjonijiet żbaljati.

    3.IS-SEJBIET EWLENIN tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2016

    L-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza huma l-parametri prinċipali għal sistema ġudizzjarja effettiva, u t-Tabella ta' Valutazzjoni tippreżenta indikaturi dwar it-tlieta li huma.

    3.1 L-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji

    L-indikaturi relatati mal-effiċjenza tal-proċedimenti huma: it-tul tal-proċedimenti (iż-żmien għat-tlestija); ir-rata ta' għeluq tal-kawżi u; in-numru ta’ kawżi pendenti.

    3.1.1 It-tul tal-proċedimenti

    It-tul tal-proċedimenti jindika ż-żmien stmat (f’jiem) meħtieġ biex tiġi solvuta kawża l-qorti, jiġifieri ż-żmien li tieħu l-qorti sabiex tieħu deċiżjoni fil-prim'istanza. L-indikatur taż-"żmien għat-tlestija" huwa n-numru ta’ kawżi mhux solvuti diviż bin-numru ta’ kawżi solvuti sa tmiem is-sena mmultiplikat bi 365 (jum). 22 Il-grafiki kollha 23 jikkonċernaw proċedimenti fil-prim'istanza u jqabblu, fejn disponibbli, id-data għall-2010, 2012, 2013 u 2014. 24  

    * Skont il-metodoloġija tas-CEPEJ, din il-kategorija tinkludi l-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi kollha, il-kawżi tar-reġistru tal-artijiet u tan-negozju mhux kontenzjużi, kawżi tar-reġistru oħrajn, kważi mhux kontenzjużi oħrajn, il-kawżi tal-liġi amministrattiva u kawżi oħrajn mhux kriminali. Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-data jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, HR, IT, CY, LV, HU, RO, SI, FI). CZ u SK jirrapportaw li mhuwiex possibbli li jiġu individwati n-numru ta' kawżi pendenti fil-prim'istanza, peress li l-kawżi huma kkunsidrati pendenti sakemm l-ebda proċediment ieħor ma jkun possibbli. PT: Mhemmx data disponibbli minħabba limitazzjonijiet tekniċi.

    Grafika 5: Żmien meħtieġ biex jiġu solvuti kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi* 
    (Fil-prim'istanza/f'jiem) (sors: studju tas-CEPEJ)

    * Il-kawżi ċivili (u kummerċjali) kontenzjużi jikkonċernaw tilwim bejn partijiet, pereżempju tilwim dwar kuntratti, skont il-metodoloġija tas-CEPEJ. Min-naħa l-oħra, il-kawżi ċivili (u kummerċjali) mhux kontenzjużi jikkonċernaw proċedimenti mhux ikkontestati, pereżempju, ordnijiet ta’ ħlas mhux ikkontestati. Il-kawżi kummerċjali huma indirizzati minn qrati kummerċjali speċjali f’xi pajjiżi, u ttrattati minn qrati (ċivili) ordinarji f’oħrajn. Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-data jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, EL, ES, HR, IT, CY, LV, LU, HU, RO, SI, FI) jew għamlu twissijiet dwar il-kompletezza tad-data li jaf ma tkoprix l-istati federali kollha jew lill-qrati kollha (DE, LU). CZ u SK jirrappurtaw li mhuwiex possibbli jindividwaw in-numru ta' kawżi pendenti fil-prim istanza, peress li l-kawżi jiġu kkunsidrati pendenti sakemm ma jkunx possibbli li jsir proċediment ulterjuri. Qabel 2014, NL ippreżentat żmien għat-tlestija ponderat, mhux ikkalkulat mis-CEPEJ. PT: Id-data għall-2014 ma kinitx disponibbli minħabba restrizzjonijiet tekniċi.

    Grafika 6: Żmien meħtieġ biex jiġu solvuti kawżi amministrattivi* (tal-prim istanza/fi ġranet) (sors: studju tas-CEPEJ) 

    * Il-kawżi tal-liġi amministrattiva jikkonċernaw tilwim bejn iċ-ċittadini u l-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali, skont il-metodoloġija tas-CEPEJ. Il-kawżi tal-liġi amministrattiva jiġu indirizzati minn qrati amministrattivi speċjali f'xi pajjiżi u minn qrati (ċivili) ordinarji f'oħrajn. Il-paraguni għandhom isiru b'attenzjoni peress li xi Stati Membri rrappurtaw xi bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-data jew fil-kategorizzazzjoni (HU, FI), organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema amministrattiva tal-qrati (HR fl-2012) jew għamlu twissijiet dwar il-kompletezza tad-data li jaf ma tkoprix l-istati federali kollha jew lill-qrati kollha (DE, LU). CZ u SK jirrapportaw li mhuwiex possibbli li jiġu individwati n-numru ta' kawżi pendenti fil-prim istanza, peress li l-kawżi huma kkunsidrati pendenti sakemm l-ebda proċediment ieħor mhuwa possibbli. CY: Iż-żieda fil-kawżi relatati mar-rikapitalizzazzjoni u r-riżoluzzjoni konġunta tagħhom allegatament tispjega l-varjazzjonijiet. MT: Żieda fin-numru ta' mħallfin allegatament tispjega l-varjazzjonijiet.

    3.1.2 Rata tal-ikklirjar

    Ir-rata tal-ikklirjar hija l-proporzjon tan-numru ta’ kawżi solvuti meta mqabbel man-numru ta’ kawżi li jkunu deħlin. Hija tkejjel jekk qorti hijiex tlaħħaq mal-ammont ta’ kawżi deħlin. Meta r-rata tal-ikklirjar tkun ta' madwar 100% jew aktar, dan ifisser li s-sistema ġudizzjarja għandha l-kapaċità li tal-inqas taqta' kawżi bl-istess rata li jidħlu. Meta r-rata tal-ikklirjar tkun inqas minn 100%, dan ifisser li l-qrati qed isolvu l-kawżi inqas minn numru ta' kawżi li jidħlu.


    Grafika 7: Rata ta' riżoluzzjoni ta' kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn* 
    (fil-prim'istanza/f'% - valuri ogħla minn 100% jindikaw li jiġu solvuti iktar kawżi milli jidħlu, filwaqt li valuri inqas minn 100% jindikaw li jiġu solvuti inqas kawżi milli jidħlu) (sors: studju tas-CEPEJ) 

    * Il-paraguni għandhom isiru b'attenzjoni peress li xi Stati Membri irrappurtaw xi bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir jew il-kategorizzazzjoni tad-data (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI, FI). Bidliet fil-kawżi li jidħlu allegatament jispjegaw il-varjazzjonijiet f'LT u SK. LV: Fatturi esterni u interni bħal proċedimenti ġodda ta' insolvenza allegatament kellhom impatt fil-varjazzjonijiet.PT: Data mhijiex disponibbli minħabba limitazzjonijiet tekniċi.

    Figura 8: Rata ta' riżoluzzjoni ta' kawżi ċivili u kummerċjali litigużi* (fl-ewwel istanza/f'%) (sors: studju tas-CEPEJ)

    * Il-paraguni għandhom isiru b'attenzjoni peress li xi Stati Membri rrappurtaw xi bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-data jew fil-kategorizzazzjoni (CZ, EE, EL, IT, CY, LV, HU, SI, FI) jew għamlu twissijiet dwar il-kompletezza tad-data li jaf ma tkoprix l-istati federali kollha jew lill-qrati kollha (DE, LU). NL: Qabel l-2014, ingħata żmien għat-tlestija ponderat, mhux ikkalkulat mis-CEPEJ. LU: L-introduzzjoni tal-metodi tal-istatistiċi l-ġodda allegatament tispjega l-varjazzjonijiet. IE: Prattiċi storiċi fir-reġistrazzjoni tal-kawżi ċivili pendenti allegatament jispjegaw ir-riżultati l-baxxi. PT: Id-data għall-2014 ma kinitx disponibbli minħabba restrizzjonijiet tekniċi.

    Grafika 9: Rata ta' riżoluzzjoni tal-kawżi amministrattivi* (fil-prim'istanza/f'%) (sors: studju tas-CEPEJ) 

    * Il-paraguni għandhom isiru b'attenzjoni peress li xi Stati Membri irrappurtaw xi bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-data jew il-kategorizzazzjoni (HU, FI), organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema amministrattiva tal-qrati (HR fl-2012) jew għamlu twissijiet dwar il-kompletezza tad-data li jaf ma tkoprix l-istati federali kollha jew lill-qrati kollha (DE, LU). LT: Bidliet fil-kawżi li jidħlu allegatament jispjegaw il-varjazzjonijiet. MT: Żieda fin-numru ta' mħallfin allegatament tispjega l-varjazzjonijiet.

    3.1.3 Kawżi pendenti

    In-numru ta’ kawżi pendenti juri n-numru ta’ kawżi li għad iridu jiġu indirizzati fi tmiem perjodu. Hija tinfluwenza wkoll iż-żmien għar-riżoluzzjoni tal-kawża.

    Grafika 10: Numru ta' kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u kawżi pendenti oħra* (fil-prim istanza/għal kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

    * Il-paraguni għandhom isiru b'attenzjoni peress li xi Stati Membri irrappurtaw xi bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir jew il-kategorizzazzjoni tad-data (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, RO, SI, FI). CZ u SK jirrappurtaw li mhuwiex possibbli jindividwaw in-numru ta' kawżi pendenti fil-prim'istanza, peress li l-kawżi jiġu kkunsidrati pendenti sakemm ma jkunx possibbli li jsir proċediment ulterjuri. ES: Bidliet fil-kawżi li jidħlu allegatament jispjegaw il-varjazzjonijiet. PT: Data mhijiex disponibbli minħabba limitazzjonijiet tekniċi.



    Grafika 11: Numru ta' kawżi pendenti ċivili u kummerċjali litiġjużi* (fil-prim'istanza/għal kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

    * Il-paraguni għandhom isiru b'attenzjoni peress li xi Stati Membri rrappurtaw xi bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-data jew il-kategorizzazzjoni (CZ, EE, EL, IT, CY, LV, HU, RO, SI, FI) jew għamlu twissijiet dwar il-kompletezza tad-data li jaf ma tkoprix l-istati federali kollha jew lill-qrati kollha (DE, LU). Bidliet fil-kawżi li jidħlu allegatament jispjegaw il-varjazzjonijiet fid-DK, EL, u ES. CZ u SK jirrappurtaw li mhuwiex possibbli jindividwaw in-numru ta' kawżi pendenti fil-prim'istanza, peress li l-kawżi jiġu kkunsidrati pendenti sakemm ma jkunx possibbli li jsir proċediment ulterjuri. PT: Id-data għall-2014 ma kinitx disponibbli minħabba restrizzjonijiet tekniċi.

    Grafika 12: Numru ta' kawżi pendenti amministrattivi* (fil-prim istanza/għal kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

    * Il-paraguni għandhom isiru b'attenzjoni peress li xi Stati Membri irrappurtaw xi bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-data jew fil-kategorizzazzjoni (HU, FI), organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema amministrattiva tal-qrati (HR fl-2012) jew għamlu twissijiet dwar il-kompletezza tad-data li jaf ma tkoprix l-istati federali kollha jew lill-qrati kollha (DE, LU). Bidliet fil-kawżi li jidħlu allegatament jispjegaw il-varjazzjonijiet fi ES u CY. CZ u SK jirrappurtaw li mhuwiex possibbli jindividwaw in-numru ta' kawżi pendenti fil-prim'istanza, peress li l-kawżi jiġu kkunsidrati pendenti sakemm ma jkunx possibbli li jsir proċediment ulterjuri.

    3.1.4 L-effiċjenza f'oqsma speċifiċi

    Din it-Taqsima tipprovdi informazzjoni iktar dettaljata dwar iż-żmien meħtieġ mill-qrati biex isolvu t-tilwim f'oqsma speċifiċi tal-liġi u tikkumplimenta d-data ġenerali dwar l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji. L-oqsma jintgħażlu fuq il-bażi tar-rilevanza tagħhom għas-suq uniku, l-ekonomija u l-ambjent tan-negozju inġenerali. Id-data dwar it-tul medju tal-proċedimenti f'dawn l-oqsma speċifiċi tipprovdi fehim iktar sfumat dwar kif tiffunzjona sistema ġudizzjarja nazzjonali. It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2016 tibni fuq l-eżerċizzji tal-ġbir tad-data ta' qabel u tistudja l-oqsma tal-insolvenza, il-liġi tal-kompetizzjoni, il-liġi tal-konsumatur, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-liġi dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-akkwist pubbliku.

    Ħarsa iktar mill-qrib lejn il-funzjonament tal-qrati meta japplikaw il-liġi tal-UE f'oqsma speċifiċi 25 hija partikolarment rilevanti. Il-liġi tal-UE tifforma bażi komuni fis-sistemi legali tal-Istati Membri u l-litigazzjoni bbażata fuq il-liġi tal-UE għalhekk hija partikolarment adegwata biex tikseb data komparabbli. Meta japplikaw il-liġi tal-UE, il-qrati nazzjonali jaġixxu bħala qrati tal-Unjoni u jiżguraw li d-drittijiet u l-obbligi mogħtija skont il-liġi tal-UE jiġu infurzati b'mod effettiv. Ħarsa iktar mill-qrib lejn oqsma speċifiċi tal-UE titfa' dawl fuq kemm hija infurzata b'mod effettiv il-liġi tal-UE. Dewmien twil fil-proċedimenti ġudizzjarji jista' jkollu konsegwenzi negattivi fuq l-infurzar tad-drittijiet li jirriżultaw mil-liġi tal-UE inkwistjoni, eż. meta rimedji adegwati ma jkunux iktar disponibbli jew danni finanzjarji serji jsiru rrekuperabbli.

    Grafika 13 Insolvenza: Żmien meħtieġ biex tissolva l-insolvenza* (fi snin) (sors: Il-Bank Dinji: Twettiq ta’ Negozju)

    * Iż-żmien għall-kredituri biex jirkupraw il-kreditu tagħhom. Il-perjodu ta’ żmien jibda mill-inadempjenza tal-kumpanija sal-ħlas ta’ parti mill-flus jew tal-ammont ta' flus kollu dovut lill-bank. It-tattiċi ta' dewmien potenzjali mill-partijiet, bħall-preżentazzjoni ta' appelli dilatorji jew talbiet għal estensjoni, jittieħdu inkunsiderazzjoni. Id-data hija derivata minn tweġibiet għall-kwestjonarji mill-prattikanti lokali tal-insolvenza u vverifikati permezz ta' studju tal-liġijiet u r-regolamenti, kif ukoll informazzjoni pubblika dwar sistemi ta' insolvenza. Data miġbura f'Ġunju ta' kull sena.

    Grafika 14 Kompetizzjoni: Tul medju tal-kawżi ta' stħarriġ ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta' kompetizzjoni li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE* 26 (fil-prim istanza/f'jiem) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea man-Netwerk Ewropew ta' Kompetizzjoni)

    Wieħed mill-aspetti prinċipali ta' ambjent ta' negozju attraenti hija l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-kompetizzjoni. Dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat li n-negozji jkunu jistgħu jikkompetu fuq l-istess livell. L-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni fil-prim istanza jidhru li jieħdu iktar fit-tul meta jitqabblu maż-żmien għar-riżoluzzjoni fil-kawżi amministrattivi (Grafika 6) jew fil-kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u kawżi oħra inġenerali (Grafika 4). Probabbilment, dawn ir-riżultati jindikaw il-kumplessità u l-importanza ekonomika tal-kawżi meta tkun ġiet applikata l-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE.

    * L-ebda kawża ma ġiet identifikata f'dan il-perjodu fil-BG, EE, CY, MT. IE: Ix-xenarju definit biex tinkiseb id-data f'din il-Grafika ma japplikax (l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni m'għandhiex is-setgħa li tieħu deċiżjonijiet bl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE). AT: Ix-xenarju ma japplikax b'mod dirett; id-data tinkludi l-kawżi kollha deċiżi mill-Qorti Cartel li jinvolvu l-ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Iż-żmien meħtieġ biex jissolvew il-kawżi ta' stħarriġ ġudizzjarju ġie kkalkulat fuq il-bażi tat-tul tal-kawżi meta ttieħdet deċiżjoni tal-qorti fis-sena ta' referenza. L-Istati Membri huma ppreżentati fuq il-bażi tat-tul medju peżat tal-proċedimenti ġudizzjarji waqt dawn it-tliet snin. 27 In-numru ta' kawżi rilevanti għal kull Stat Membru jvarja, iżda f'ħafna kawżi dan in-numru huwa baxx (inqas minn tlieta fis-sena). Dan jista' jagħmel it-tul medju dipendenti fuq it-tul ta' kawża waħda eċċezzjonalment twila jew qasira u jirriżulta f'varjazzjonijiet kbar minn sena għal oħra (eż. BE, DE, PL, UK). Xi wħud mill-itwal kawżi involvew referenza għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (eż. CZ).

    Grafika 15 Komunikazzjonijiet elettroniċi: Tul medju tal-kawżi ta' stħarriġ ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali regolatorji li japplikaw il-liġi tal-UE dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi* (prim istanza/f'jiem) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea mal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet)

    Il-leġiżlazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi timmira li tagħmel is-swieq relatati iktar kompetittivi u tiġġenera investiment, innovazzjoni u tkabbir. L-infurzar effettiv ta' din il-leġiżlazzjoni huwa essenzjali wkoll biex jikseb il-miri ta' prezzijiet iktar baxxi għaċ-ċittadini, servizzi ta' kwalità aħjar u iktar trasparenza. B'mod ġenerali, it-tul medju biex jiġu solvuti l-kawżi ta' stħarriġ ġudizzjarju fil-liġi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi 28 fil-prim istanza jidhru itwal mit-tul medju biex jiġu solvuti kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn (Grafika 4). Paragun mal-kawżi tal-liġi tal-kompetizzjoni (Grafika 14) u tal-protezzjoni tal-konsumatur (Grafika 17) juri diverġenzi ikbar fit-tul medju fil-grupp ta' kawżi li jikkonċerna l-komunikazzjonijiet elettroniċi. Probabbilment, dan huwa minħabba l-ispettru wiesgħa ta' kawżi koperti minn din il-kategorija, li jvarjaw minn reviżjonijiet estensivi ta' "analiżi tas-swieq" għal kwistjonijiet iffukati fuq il-konsumatur.

    * L-ebda kawża ma ġiet identifikata f'dan il-perjodu fil-LU u fil-LV, l-ebda kawża fil-FI fl-2013, l-ebda kawża fl-IE u f'MT fl-2014. In-numru ta' kawżi rilevanti ta' stħarriġ ġudizzjarju jvarja skont l-Istat Membru. F'xi kawżi, in-numru limitat ta' kawżi rilevanti (BE, EE, IE, CY, LT, UK) jfisser li kawżi b'tul ta' żmien twil ħafna jistgħu jaffettwaw b'mod konsiderevoli l-medja. AT: Fl-2013 kien hemm numru eċċezzjonalment kbir ta' kawżi kumplessi tal-analiżi tas-suq biex jiġu deċiżi mill-qorti rilevanti. DK: korp kważi ġudizzjarju huwa inkarigat mill-appelli tal-prim istanza. Fl-ES, AT, PL qrati differenti huma inkarigati skont is-suġġett tal-kawża.

    Grafika 16 Trademark Komunitarja: Tul medju tal-kawżi ta' ksur tat-trademark komunitarja* (prim istanza/f'jiem) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea mal-Osservatorju Ewropew dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali)

    Id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali huma essenzjali biex jistimulaw l-investiment fl-innovazzjoni. Mingħajr mezzi effettivi ta' infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-innovazzjoni u l-kreattività huma skorraġuti u l-investiment jispiċċa. Għalhekk, il-Grafika 16 tippreżenta data dwar iż-żmien meħtieġ għall-qrati nazzjonali biex jieħdu deċiżjoni f'kawżi li jikkonċernaw ksur tal-iktar titolu komuni ta' proprjetà intellettwali tal-UE - Trademark Komunitarja. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trademarks Komunitarji 29 tagħti rwol sinifikanti lill-qrati nazzjonali, li jaġixxu bħala qrati tal-Unjoni u jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw it-territorju tas-suq uniku. Id-data turi differenzi fuq perjodu ta' żmien medju ta' dawn il-kawżi fi Stati Membri differenti, li jistgħu jkollhom impatt fuq id-detenturi tat-trademarks Komunitarji li qiegħdin ifittxu rimedju ġudizzjarju f'kawżi ta' allegat ksur.

    * HR: L-ebda kawża ma ġiet identifikata f'dan il-perjodu. L-ebda kawża ma ġiet identifikata fil-LU u fl-IE fl-2012, fil-LT fil-2013 u fl-EE u fil-FI fl-2014. It-tul medju tal-kawżi ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' data statistika, fejn disponibbli, jew kampjun ta' kawżi. L-Istati Membri huma organizzati fuq il-bażi tat-tul medju peżat tal-proċedimenti ġudizzjarji waqt dawn it-tliet snin. DK: Id-data mogħtija għall-2012 u l-2013 tinkludi l-kawżi kollha li għandhom x'jaqsmu mat-trademarks. EL: Id-data għall-2014 hija medja kkalkulata ibbażata fuq data minn qrati differenti. Intużaw stimi mill-qrati għad-data fid-DE, ES, PT, SE. In-numru ta' kawżi rilevanti jvarja skont l-Istat Membru. In-numru ta' kawżi rilevanti kien limitat (inqas minn ħamsa) fil-LT fl-2012, fl-EE u fil-FI fl-2012 u fl-2013, fl-IE u fil-LU fl-2013 u fl-2014, fl-HU fl-2012 u fl-2014. Dan jista' jagħmel it-tul medju dipendenti fuq it-tul ta' kawża waħda eċċezzjonalment twila jew qasira u jirriżulta f'varjazzjonijiet kbar minn sena għal oħra.

    Grafika 17 Protezzjoni tal-konsumatur: Tul medju tal-kawżi ta' stħarriġ ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur li japplikaw il-liġi tal-UE* (prim istanza/f'jiem) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea man-Netwerk ta' Kooperazzjoni tal-Protezzjoni tal-Konsumatur) 

    L-infurzar effettiv tal-liġi tal-konsumatur tal-UE 30 jiżgura li l-konsumaturi jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom u li l-kumpaniji li jiksru r-regoli tal-konsumatur ma jiksbux vantaġġi mhux ġusti. L-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-qrati għandhom rwol importanti fl-infurzar tal-liġi tal-konsumatur tal-UE. Ix-xenarju ta' hawn taħt ikopri lill-Istati Membri fejn l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur għandhom is-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet li jiddikjaraw ksur tal-liġi tal-konsumatur. 31 Il-kawżi trattati mill-awtoritajiet tal-konsumatur ta' spiss jikkonċernaw kwistjonijiet importanti tal-konsumatur. Stħarriġ ġudizzjarju li jdum ħafna jista' jtawwal ir-riżoluzzjoni tal-ksur possibbli tal-liġi tal-konsumatur, li tista' taffettwa serjament lill-konsumaturi u n-negozji.

    * Ix-xenarju ma japplikax għall-BE, LU, AT, FI, SE, UK. Ma seħħet l-ebda kawża rilevanti fl-IE, CY, MT waqt il-perjodu li għalih kienet disponibbli d-data. DE: L-awtoritajiet amministrattivi għandhom kompetenza li jadottaw deċiżjonijiet f'kawżi transfruntiera u ma seħħew l-ebda kawżi transfruntiera rilevanti f'dan il-perjodu. FR: Il-kawżi ta' appell huma marġinali u d-data kienet disponibbli biss għall-2013. ES: Id-data turi l-medja ta' erba' komunitajiet awtonomi kull sena u l-medja tista' tvarja f'pajjiżi awtonomi oħra. In-numru ta' kawżi fid-DK, EE, FR, HR, LT, NL, SI għall-perjodu kopert huwa baxx, li jfisser li kawża waħda b'tul qasir jew twil ħafna tista' taffettwa b'mod konsiderevoli l-medja u tista' twassal għal varjazzjonijiet ikbar għal kull sena. Xi Stati Membri taw stima (IT, PL, RO għall-2013). B'mod ġenerali, id-data ma tkoprix servizzi u prodotti finanzjarji. It-tul medju jiġi kkalkulat f'jiem kalendarji, li jgħodd mill-jum meta tkun ġiet ippreżentata azzjoni jew appell quddiem il-qorti u sal-jum ta' meta l-qorti tkun adottat id-deċiżjoni finali.



    Oqsma speċifiċi oħra

    Fl-2015, il-Kummissjoni esplorat modi kif tiġbor id-data mal-ACA-Europe - l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Il-liġi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku 32 hija ekonomikament importanti, peress li tipprevedi rimedji mgħaġġla u effettivi għal offerenti attwali u potenzjali li jikkontestaw l-għoti tal-kuntratti pubbliċi. Id-data miksuba minn 17-il Stat Membru, turi li fl-2013-2014, it-tul medju fl-UE ta' proċedimenti sostantivi fil-kawżi tal-akkwisti pubbliċi fil-qrati tal-aħħar istanza 33 kien inqas minn sena (268 jum). 34  Stħarriġ ġudizzjarju effettiv jiżgura li l-offerenti jistgħu jibbenefikaw mill-kamp ta' applikazzjoni sħiħ tar-rimedji skont il-liġi tal-UE dwar rimedji fl-akkwisti pubbliċi u s-soċjetà inġenerali ma tkunx affettwata mill-prestazzjoni mdewma tal-kuntratti pubbliċi.

    3.1.5 Ġabra fil-qosor dwar l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji

    Il-puntwalità tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji hija essenzjali biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema ġudizzjarja. Il-parametri prinċipali użati mit-Tabella ta' Valutazzjoni għall-eżaminazzjoni tal-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji huma t-tul tal-proċedimenti (żmien stmat f'jiem meħtieġa biex tinqata' kawża), ir-rata tal-ikklirjar (il-proporzjon tan-numru ta' kawżi li jinqatgħu fuq in-numru ta' kawżi li jidħlu) u n-numru ta' kawżi pendenti (li għad irid jiġi indirizzat fl-aħħar tas-sena). It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2016 turi xi sinjali pożittivi.

    Meta mqabbla mal-edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni ta' qabel, id-data turi li:

    It-tul tal-kawżi ċivili u kummerċjali litiġjużi b'mod ġenerali tjieb (Grafika 5). Madankollu, għall-kategorija l-wiesgħa "l-kawżi kollha" 35 (Grafika 4) u għall-kawżi amministrattivi (Grafika 6), it-tul tal-proċedimenti mar għall-agħar f'iktar pajjiżi milli tjieb.

    Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li hemm data disponibbli għalihom, il-qrati għandhom rati tal-ikklirjar iktar minn 100% fil-kategorija tal-"kawżi kollha" (Grafika 7) u għall-kawżi ċivili u kummerċjali litiġużi (Grafika 8). Dan ifisser li jistgħu jitrattaw il-kawżi li jidħlu f'dawn l-oqsma. Madankollu, fir-rigward tal-kawżi amministrattivi (Grafika 9), il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom rata tal-ikklirjar ta' inqas minn 100% li turi li qed jaffaċċjaw diffikultajiet biex ilaħħqu mal-kawżi li jidħlu.

    Rigward il-kawżi pendenti, hemm stabbiltà globali iżda jista' jiġi osservat titjib f'diversi Stati Membri li affaċċjaw sfidi partikolari b'numru kbir ta' kawżi pendenti, kemm fil-kategorija tal-"kawżi kollha" (Grafika 10) kif ukoll għall-kawżi amministrattivi (Grafika 12).

    Id-data tul is-snin turi li:

    Hemm ftit volatilità fir-riżultati, li tista' titjieb jew tiddeterjora fl-Istati Membri minn sena għal oħra. Din il-varjanza tista' tiġi spjegata b'fatturi kuntestwali bħal żieda f'daqqa ta' kawżi li jidħlu - peress li varjazzjonijiet ta' iktar minn 10% tal-kawżi li jidħlu mhumiex mhux tas-soltu. Riżultati li jvarjaw jistgħu jkunu ġejjin ukoll minn nuqqasijiet sistemiċi bħal nuqqas ta' flessibbiltà u rispons tas-sistema ġudizzjarja, kapaċità insuffiċjenti għall-adattament għall-bidla jew inkonsistenzi fil-proċess tar-riforma.

    Fejn jistgħu jiġu osservati x-xejriet tul dawn l-aħħar tliet snin, jidher li għall-kawżi ċivili u kummerċjali litiġużi u l-kategorija tal-"kawżi kollha", it-tul tal-proċedimenti tjieb f'iktar pajjiżi milli ma tjiebx. Madankollu, is-sitwazzjoni ddeterjorat għall-kawżi amministrattivi. F'pajjiżi fejn ir-rata tal-ikklirjar hija inqas minn 100%, ġeneralment jistgħu jiġu osservati iktar xejriet negattivi milli pożittivi għall-kawżi kollha. Rigward kawżi pendenti, kien hemm tnaqqis globali ħafif fil-kategoriji kollha tal-kawżi.

    Id-data għal oqsma speċifiċi tipprovdi ħarsa aktar fil-fond fit-tul tal-proċedimenti f’ċerti sitwazzjonijiet fejn il-liġi tal-UE hija involuta (eż. leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni, il-komunikazzjonijiet elettroniċi, id-drittijiet tal-konsumatur, u l-proprjetà intellettwali). L-għan ta’ dawn il-figuri huwa sabiex jirriflettu aħjar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji f’tipi konkreti ta’ tilwim relatat man-negozju, anke jekk ix-xenarji dojoq użati għall-kisba tad-data jfissru li l-konklużjonijiet għandhom jittieħdu b’ċerta kawtela. Il-grafiki juru li:

    It-tul tal-proċedimenti fl-istess Stati Membri jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli, skont il-qasam tal-liġi kkonċernat. Jidher ukoll li ċerti Stati Membri jmorru anqas tajjeb f’dawn l-oqsma speċifiċi milli fil-kategoriji usa' tal-kawżi ppreżentati hawn fuq. Dan jista’ jiġi spjegat mill-kumplessità tas-suġġett, mill-passi proċedurali speċifiċi jew mill-fatt li ftit kawżi kkumplikati jistgħu jaffetwaw it-tul medju.

    Il-litigazzjoni bejn partijiet privati hija bħala medja iqsar mil-litigazzjoni kontra l-awtoritajiet tal-istat. Pereżempju, fi ftit Stati Membri biss l-istħarriġ ġudizzjarju tal-prim’istanza tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li japplikaw il-liġi tal-UE (eż. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, tal-konsumatur jew tal-komunikazzjoni elettronika) jieħu anqas minn sena fuq bażi medja. Din is-sejba tenfasizza l-importanza għal kumpaniji u konsumaturi li jkun hemm funzjonament mingħajr intoppi tal-katina tal-infurzar tal-liġi tal-UE kollha, mill-awtorità kompetenti sal-qorti tal-aħħar istanza. Din tikkonferma wkoll ir-rwol ewlieni li l-ġudikatura għandha għall-effikaċja tal-liġi tal-UE u l-governanza ekonomika.


    3.2 Il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji

    Sistemi ġudizzjarji effikaċi ma jeħtieġux biss deċiżjonijiet f’waqthom imma kwalità wkoll. Għaldaqstant nuqqas jista’ jżid ir-riskji tan-negozju għal kumpaniji kbar u SMEs u jaffetwa l-għażliet tal-konsumatur. Għalkemm mhemmx mod wieħed miftiehem ta’ kejl tal-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tiffoka fuq ċerti fatturi li ġeneralment huma aċċettati bħala rilevanti 36 u li jistgħu jgħinu sabiex itejbu l-kwalità tal-ġustizzja. Dawn huma raggruppati f’erba’ kategoriji: (1) aċċessibilità tal-ġustizzja għal ċittadini u negozji; (2) riżorsi u materjali umani adegwati; (3) il-ħolqien ta’ għodod ta’ valutazzjoni; u (4) l-użu ta’ standards tal-kwalità.

    3.2.1 Aċċessibbiltà

    L-aċċessibbiltà hija meħtieġa matul il-katina kollha tal-ġustizzja sabiex tiffaċilita l-kisba tal-informazzjoni – dwar is-sistema ġudizzjarja, dwar kif issir talba u l-aspetti finanzjarji relatati, u dwar l-istat tal-proċedimenti sat-tmiem tal-proċess – sabiex is-sentenza tkun tista’ tiġi aċċessata online malajr.

    L-għoti tal-informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja

    Il-pedament għall-aċċess għall-ġustizzja hija l-informazzjoni pprovduta lil ċittadini u negozji dwar l-aspetti ġenerali tas-sistema ġudizzjarja.

    Grafika 18: Disponibbiltà ta’ informazzjoni online dwar is-sistema ġudizzjarja għall-pubbliku ġenerali* (sors: Il-Kummissjoni Ewropea 37 )

    * F’xi Stati Membri (SI, RO) l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-ispejjeż tal-proċedimenti hija disponibbli permezz tal-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li fiha l-informazzjoni rilevanti. BG: Mhux kull sit elettroniku ta’ kull qorti jistabbilixxi l-informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja, il-bidu ta’ kawża, l-għajnuna legali u l-kompożizzjoni tal-ispejjeż tal-proċeduri. CZ L-informazzjoni dwar kif tibda kawża hija disponibbli fis-sit elettroniku tal-Qorti Suprema, il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-Qorti Kostituzzjonali. DE: Kull stat federali u l-livell federali jiddeċiedi liema informazzjoni jipprovdi online.

    Għoti ta’ għajnuna legali

    "Għandha tingħata għajnuna legali lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-kawżi fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja" (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, l-Artikolu 47(3)). Grafika 19 tistabbilixxi l-allokazzjoni tal-baġit tal-Istati Membri għal kull persuna f'għajnuna legali. L-Istati Membri kollha rrapportaw l-allokazzjoni ta’ baġit.

    Grafika 19: Il-baġit pubbliku annwali allokat għal għajnuna legali* (EUR għal kull abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

    * F’ċerti Stati Membri, il-professjonisti legali jistgħu jkopru wkoll parti mill-għajnuna legali; li mhijiex riflessa fil-figuri ta’ hawn fuq.

    Grafika 20: Livell limitu tal-introjtu għal għajnuna legali f’kawża speċifika tal-konsumatur* (differenzi f'% bejn il-livell limitu tal-Eurostat għall-faqar u l-livell limitu ta' introjtu) (sors: Kummissjoni Ewropea mal-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati (CCBE 38 )

    It-tqabbil tal-baġits iddedikati għal għajnuna legali ma jqisx il-kundizzjonijiet makroekonomiċi differenti li jeżistu madwar l-Unjoni. Sabiex ikun hemm tqabbil aħjar, ġie esplorat xenarju dejjaq speċifiku ta’ tilwim tal-konsumaturi mis-CCBE sabiex tippreżenta l-eliġibilità tal-individwi għal għajnuna legali fil-kuntest tal-introjtu u kundizzjonijiet ta’ għajxien ta’ kull Stat Membru. Id-data f'Grafika 20 tirrigwarda dan ix-xenarju speċifiku. Minħabba l-kumplessità tas-sistemi ta’ għajnuna legali fl-Istati Membri, kull tqabbil għandu jsir bir-reqqa u ma għandux ikun ġeneralizzat. 39  

    Ħafna mill-Istati Membri jagħtu għajnuna legali abbażi tal-introjtu tal-applikant. 40 Grafika 20 hawn isfel tqabbel f'% il-livell limitu tal-introjtu għall-għoti tal-għajnuna legali 41 bil-livell limitu tar-riskju tal-faqar tal-Eurostat (limitu tal-Eurostat). 42 Pereżempju, jekk l-eliġibbiltà għall-għajnuna legali tidher li hi ta' 20%, dan ifisser illi applikant b'introjtu 20% ogħla mil-livell limitu tal-Eurostat jista' jirċievi l-għajnuna legali. Bil-maqlub, jekk l-eliġibbiltà għall-għajnuna legali tidher f’-20%, dan ifisser li l-livell limitu tal-introjtu huwa 20% anqas mil-livell limitu tal-Eurostat. Din hija ħarsa ġenerali komparattiva tal-livelli limitu tal-introjtu użat mill-Istati Membri biex jagħtu l-għajnuna legali f'dan ix-xenarju speċifiku.

    Xi Stati Membri jħaddmu sistema ta’ għajnuna legali li tipprovdi għal kopertura ta’ 100% tal-ispejjeż marbuta mal-litigazzjoni (għajnuna legali sħiħa), ikkumplimentata minn sistema li tkopri partijiet tal-ispejjeż (għajnuna legali parzjali). Xi Stati Membri jħaddmu jew sistema ta’ għajnuna legali sħiħa biss jew parzjali biss.

    * Ħafna mill-Istati Membri jużaw introjtu disponibbli għall-istabbiliment tal-livell limitu għall-eleġibiltà tal-għajnuna legali, ħlief għal DK, FR, NL, PT li jużaw introjtu gross. BG: L-għajnuna legali li tkopri 100% tal-ispejjeż hija pprovduta lil persuni li huma eliġibbli li jirċievu l-benefiċċji ta’ kull xahar tal-għajnuna soċjali; DE: L-ammont tal-livell limitu tal-introjtu huwa bbażat fuq il-Prozesskostenhilfebekanntmachung 2015 u fuq l-ispejjeż medji annwali tad-djar fid-DE fl-2013 (SILC); IE: Minbarra l-introjtu, l-applikant għandu jkun kapaċi juri li l-pagament ta’ kontribuzzjoni finanzjarja se jikkawżalu tbatija żejda. LV: Firxa ta’ introjtu ta' bejn EUR 128.06 u EUR 320 li tiddependi fuq il-post ta’ residenza tal-applikant. Ir-rata hija bbażata fuq il-medja aritmetika. FI: L-ammont tal-livell limitu tad-dħul huwa bbażat fuq il-livell limitu tal-mezzi disponibbli ta’ individwu mingħajr dipendenti u fuq l-ispejjeż medji annwali tad-djar fil-FI fl-2013 (SILC). UK (SC): Il-valur tal-kawża (EUR 3 000) jiġi indirizzat taħt il-proċeduri għal talbiet żgħar li għalihom mhemmx għajnuna legali sħiħa disponibbli.

    Preżentazzjoni ta’ talba online

    Il-preżentazzjoni elettronika ta’ talbiet u komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-avukati hija element importanti ieħor li tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja u tnaqqas id-dewmien u l-ispejjeż. Is-sistemi tal-ICT fil-qrati għandhom ukoll rwol dejjem aktar importanti fil-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u b’hekk jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

    Grafika 21: Preżentazzjoni elettronika ta’ talbiet* (0 = disponibbli f’0% tal-qrati, 4 = disponibbli f’100% tal-qrati 43 ) (sors: studju tas-CEPEJ)

    * PL: Il-possibilità li tippreżenta kawża l-qorti permezz ta’ mezzi elettroniċi teżisti biss għal ċitazzjoni ta’ kawżi ta’ pagamenti. RO: Kawża tista' tiġi ppreżentata lill-qrati permezz ta' email. Sussegwentement, il-preżentazzjoni tiġi stampata u miżjuda mal-fajl tal-kawża.

    Grafika 22: Il-parametri referenzjarji tal-proċeduri online għat-talbiet iż-żgħar (sors: It-13-ir Rapport dwar il-Valutazzjoni Komparattiva għall-Gvern elettroniku, studju li qiegħed jitħejja għall-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija) 44  

    Il-modi faċli kif tippreżenta talbiet żgħar, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew, huma kruċjali għat-titjib tal-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja u sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mid-drittijiet tal-konsumatur tagħhom. L-importanza ta’ proċeduri għal talbiet żgħar online transfruntiera qiegħda tiżdied ukoll b’risposta għal kummerċ elettroniku transkonfinali. Għaldaqstant wieħed mill-għanijiet tal-politika tal-Kummissjoni Ewropea huwa li jiġu ssimplifikati u jitħaffu t-talbiet għal proċeduri żgħar billi tittejjeb il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u billi jsir użu intelliġenti mill-ICT. L-għan aħħari huwa li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-gruppi tal-utenti kollha: qrati, atturi ġudizzjarji u utenti finali. Għat-13-il Rapport dwar il-Valutazzjoni Komparattiva għall-Gvern elettroniku kkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea, il-valutazzjoni tal-proċedura għal talbiet żgħar twettqet minn grupp ta’ riċerkaturi (hekk imsejħa “xerrejja anonomi” (mystery shoppers)) 45 L-għan kien sabiex jiġi żvelat jekk id-dispożizzjonijiet tas-servizz pubbliku online humiex organizzati madwar il-ħtiġijiet tal-utenti. 46

    *L-Istati Membri jirċievu biss 100 punt għal kull kategorija jekk is-servizzi kien kompletament disponobbli online permezz ta' portal ċentrali. Huma rċevew 50 punt jekk l-informazzjoni dwar is-servizz biss kienet disponibbli online.

    Meta mqabbla mal-figuri għas-sena ta’ qabel, iċ-ċart turi titjib fid-disponibbilta tas-seba’ kategoriji kollha. Dsatax-il Stat Membru urew titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet, filwaqt li l-ebda wieħed minnhom ma kellu inqas punti.

    Komunikazzjoni bejn il-qrati u l-avukati

    Grafika 23: Komunikazzjoni elettronika (0 = disponibbli f’0% tal-qrati, 4 = disponibbli f’100% tal-qrati 47 ) (sors: studju tas-CEPEJ)

    Komunikazzjoni mal-midja 

    Billi tirċievi u tirrapporta informazzjoni li tinftiehem u fil-ħin, il-midja sservi bħala mezz li jikkontribwixxi għall-aċċessibilità tas-sistemi ġudizzjarji u xogħol ġudizzjarju.

    Grafika 24: Relazzjonijiet bejn il-qrati u l-istampa/l-midja* (sors: il-Kummissjoni Ewropea 48 )

    * Għal kull istanza (prima, it-tieni u t-tielet), jistgħu jingħataw żewġ punti jekk huma koperti l-kawżi ċivili/kummerċjali u l-kawżi amministrattivi. Jekk kategorija waħda biss hija koperta (eż. jew ċivili/kummerċjali jew amministrattiva), jingħata punt wieħed biss. DE: Kull stat federali għandu l-linji gwida tiegħu għall-imħallfin dwar il-komunikazzjoni mal-istampa u l-midja. SE: L-imħallfin jiġu mħeġġa b’mod attiv sabiex jikkomunikaw is-sentenzi tagħhom lill-midja. Barra minn hekk, inħoloq grupp tal-midja li jikkonsisti minn imħallfin mit-tliet istanzi kollha.

    Aċċess għas-sentenzi –

    Id-dispożizzjoni ta’ sentenzi online tikkontribwixxi għall-avvanz tat-trasparenza u tal-fehim tas-sistema ġudizzjarja u tgħin liċ-ċittadini u n-negozji sabiex jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jaċċessaw il-ġustizzja. Din tikkontribwixxi wkoll għaż-żieda tal-konsistenza fil-ġurisprudenza.

    Grafika 25: Aċċess għal sentenzi ppubblikati online* (kawżi ċivili u kummerċjali u amministrattivi, l-istanzi kollha) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea 49 )

    * Għal kawżi ċivili/kummerċjali u kawżi amministrattivi rispettivament ingħata punt wieħed għal kull istanza fejn is-sentenzi għall-qrati kollha huma disponibbli online għall-pubbliku ġenerali (0.5 punti fejn is-sentenzi huma disponibbli biss għal xi qrati). Meta Stat Membru għandu żewġ istanzi biss, ingħataw punti għal tliet istanzi billi ġiet riflessa l-ogħla istanza rispettiva tal-istanza non-eżistenti. Pereżempju, jekk Stat Membru għandu biss il-prim’istanza u l-ogħla istanza – bl-ogħla istanza tirċievi żewġ punti, it-tieni istanza (non-eżistenti) ingħatat żewġ punti wkoll. Għal dawk l-Istati Membri li ma jiddistingwixxux bejn kawżi amministrattvi u ċivili/kummerċjali, ingħataw l-istess punti għaż-żewġ oqsma tal-liġi. Għal xi Stati Membri, mhux is-sentenzi kollha huma disponibbli online. CZ: Xi sentenzi tal-liġi amministrattiva tal-prim’istanza huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Qorti Amministrattiva Suprema. DE: Kull stat federali u l-livell federali jiddeċiedi fuq id-disponibbiltà online tas-sentenzi tal-qrati rispettivi tagħhom. IT: Is-sentenzi tal-prim u t-tieni istanza f’kawżi ċivili/kummerċjali huma disponibbli online lill-partijiet ikkonċernati biss. SE: Il-pubbliku huwa intitolat li jaqra s-sentenzi jew id-deċiżjonijiet kollha diment li dawn ma jkunux ikklassifikati. RO: Id-disponibbiltà online tas-sentenzi lill-pubbliku ġenerali daħlet fis-seħħ f’Diċembru 2015.

    Grafika 26: Arranġamenti għall-pubblikazzjoni online tas-sentenzi fl-istanzi kollha* – kawżi ċivili/kummerċjali u amministrattivi (sors: Il-Kummissjoni Ewropea 50 )

    *Għal kull istanza (l-ewwel, it-tieni u t-tielet) jistgħu jingħataw żewġ punti jekk huma koperti l-kawżi ċivili/kummerċjali u amministrattivi. Jekk waħda mill-kategoriji biss hija koperta (pereżempju ċivili/kummerċjali jew amministrattiva) jingħata punt wieħed biss għal kull istanza. F’xi Stati Membri (IE, MT, EE) l-imħallfin jiddeċiedu dwar l-anonimizzazzjoni tas-sentenzi. IE: Il-liġi tal-familja, tħaris tat-tfal u ċerti proċeduri oħrajn fejn l-istatut jeħtieġ illi s-sentenzi jkunu anonimizzati. MT: Il-kawżi kollha tal-familja huma anonimizzati. DE: Il-pubblikazzjoni online ta’ għażla ta’ sentenzi f’ħafna mill-Istati federali, l-immarkar ta’ sentenzi skont il-kliem ewlenin f’xi stati federali, sistema ECLI fil-Qorti Kostituzzjonali Federali, il-Qorti Amministrattiva Federali u l-Qorti tax-Xogħol Federali. IT: Is-sentenzi tal-prim u t-tieni istanza f’kawżi ċivili/kummerċjali huma aċċessibbli online lill-partijiet ikkonċernati biss. RO: Id-disponibbiltà online tas-sentenzi lill-pubbliku ġenerali daħlet fis-seħħ f’Diċembru 2015 u deċiżjonijiet li jmorru lura għall-2007 qegħdin jittellgħu bil-mod.

    Aċċess għal metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim

    L-aċċess għall-ġustizzja mhuwiex limitat għall-qrati iżda japplika wkoll għal postijiet oħra barra l-qrati wkoll. L-Istati Membri kollha li pprovdew data daħħlu fis-seħħ metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim. Il-promozzjoni u l-inċentivar tal-użu volontarju tagħhom sabiex jinfurmaw u jżidu l-għarfien jikkontribwixxu għat-titjib tal-aċċess għal ġustizzja. Grafika 27 tkopri kull metodu għas-soluzzjoni tat-tilwim ħlief għal-litigazzjoni fil-qrati. Il-medjazzjoni, il-konċiljazzjoni u l-arbitraġġ huma l-aktar forom komuni ta’ metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim.

    Grafika 27: Promozzjoni ta’ u inċentivi għall-użu ta’ metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim* (sors: Il-Kummissjoni Ewropea 51 )

    *Indikaturi aggregati bbażati fuq l-indikaturi li ġejjin: 1) sit elettroniku li jipprovdi l-informazzjoni dwar l-ADR; 2) Kampanji pubbliċitarji fil-midja; 3) Fuljetti lill-pubbliku ġenerali; 4) Il-Qorti tipprovdi sessjonijiet ta’ informazzjoni speċifika dwar l-ADR fuq talba; 5) Koordinatur tal-ADR/medjazzjoni fil-qrati; 6) Pubblikazzjoni tal-evalwazzjonijiet dwar l-użu tal-ADR; 7) Pubblikazzjoni tal-istatistiċi dwar l-użu tal-ADR; 8) L-għajnuna legali tkopri spejjeż (parzjali jew sħaħ) imġarrba mill-ADR; 9) Rifużjoni sħiħa jew parzjali tal-ispejjeż tal-qorti; inkluż taxxa tal-boll; jekk l-ADR hija ta’ suċċess; 10) Avukat mhux meħtieġ għall-proċedura tal-ADR; 11) L-imħallef jista’ jaġixxi bħala medjatur; 12) Oħrajn. Għall kull wieħed minn dawn it-12-il indikatur, ingħata punt wieħed. Għall kull qasam tal-liġi, jista’ jingħata massimu ta’ 12-il punt. F’xi Stati Membri (ES, FR, LT) proċeduri ta’ konċiljazzjoni qabel il-proċeduri ġudizzjarji huma obbligatorji f’tilwim relatat max-xogħol. Barraminhekk fl-ES, il-medjazzjoni ġudizzjarja hija obbligatorja ladarba l-proċeduri ġudizzjarji jkunu bdew. IE: Il-promozzjoni u l-inċentivi jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-familja. IT: L-imħallfin jistgħu jaġixxu bħala konċiljatur fi proċedura u, jekk ikun hekk, il-konċiljazzjoni tista’ tiġi infurzata. LV: F’tilwim relatat max-xogħol mhumiex imposti drittijiet tal-qorti.


    3.2.2 Riżorsi

    Riżorsi adegwati huma neċessarji għall-funzjonament tajjeb tas-sistema ġudizzjarja u sabiex ikun hemm kundizzjonijiet xierqa fil-qrati u persunal ikkwalifikat tajjeb. Mingħajr numru suffiċjenti ta’ persunal bil-kwalifiki u ħiliet meħtieġa u b'aċċess għal taħriġ kontinwu, il-kwalità tal-proċeduri u d-deċiżjonijiet ikunu fir-riskju.

    Riżorsi finanzjarji

    Il-figuri hawn taħt juru l-baġit li attwalment intnefaq fuq il-qrati, l-ewwel skont l-abitant (Grafika 28) u t-tieni bħala sehem mill-prodott domestiku gross (Grafika 29). 52  

    Grafika 28: In-nefqa totali ġenerali tal-gvern fuq il-qrati* 
    (f’EUR għal kull abitant) (sors : Eurostat)

    * Id-data għal ES, LT, LU, NL u SK hija provviżorja.

    Grafika 29: In-nefqa ġenerali tal-gvern fuq il-qrati* (bħala perċentwal tal-prodott domestiku gross) (sors: Eurostat)

    * Id-data għal ES, LT, LU, NL u SK hija provviżorja.

    Riżorsi umani  

    Ir-riżorsi umani huma element importanti għas-sistema ġudizzjarja. Il-bilanċ bejn is-sessi tal-imħallfin iżid għarfien, ħiliet u esperjenza kumplimentari u jirrifletti r-realtà tas-soċjetà.

    Grafika 30: Numru ta’ mħallfin * (għal kull 100 000 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

    * Din il-kategorija tikkonsisti minn imħallfin li jaħdmu full-time, taħt il-metodoloġija tas-CEPEJ. Din ma tinkludix ir-Rechtspfleger/skrivani tal-qrati li jeżistu f’xi Stati Membri. EL: In-numru totali ta’ mħallfin professjonali jinkludi kategoriji differenti matul is-snin murija hawn fuq, u dan parzjalment jispjega l-varjazzjoni tagħhom.

    Grafika 31: Proporzjon ta’ mħallfin professjonali nisa fil-prim u t-tieni istanza u Qrati Supremi (sors: Il-Kummissjoni Ewropea (Il-Qrati Supremi 53 ) u studju tas-CEPEJ (prim u t-tieni istanza))

    Seba’ Stati Membri jirrapportaw rata bbilanċjata bejn is-sessi 54 tal-imħallfin għaż-żewġ istanzi u 14 irrapportaw rata ta’ mħallfin nisa ‘il fuq mill-bilanċ bejn is-sessi għal mill-inqas waħda miż-żewġ istanzi. Madankollu, fil-livell tal-Qorti Suprema, 19-il Stat Membru rrapportaw rati ta’ mħallfin professjonali nisa taħt – f’xi kawżi ħafna taħt – 40%.

    Grafika 32: Varjazzjoni fil-proporzjon ta’ mħallfin professjonali nisa kemm fil-prim kif ukoll fit-tieni istanza mill-2010 sal-2014 kif ukoll fil-Qrati Supremi mill-2010 sal-2015* (differenza f'punti perċentwali) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea (Il-Qrati Supremi 55 ) u studju tas-CEPEJ (prim u t-tieni istanza))

    * LU: il-proporzjon ta’ mħallfin professjonali nisa fil-Qorti Suprema naqas minn 100% fl-2010 għal 50% fl-2015.

    Grafika 33: Numru ta’ avukati* (għal kull 100 000 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

    *Avukat huwa persuna kkwalifikata u awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tinvoka u taġixxi f’isem il-klijenti tagħha, biex tinvolvi ruħha fil-prattika tal-liġi, biex tidher quddiem il-qrati jew tagħti pariri u tirrappreżenta lill-klijenti tagħha fi kwistjonijiet legali (Rakkomandazzjoni Rec(2000)21 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-libertà tal-eżerċitar tal-professjoni ta’ avukat).

    – It-taħriġ –

    Il-promozzjoni tat-taħriġ, bħala parti mill-politiki tar-riżorsi umani, hija għodda neċessarja sabiex issostni u ttejjeb il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji. It-taħriġ ġudizzjarju, inkluż ħiliet ġudizzjarji huwa importanti wkoll fil-kontribuzzjoni għall-kwalità tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u s-servizz tal-ġustizzja li jitwassal liċ-ċittadini. Id-data stabbilita hawn taħt tkopri t-taħriġ ġudizzjarju f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, inkluż dwar il-komunikazzjoni mal-partijiet u l-istampa.

    Grafika 34: Taħriġ obbligatorju għall-imħallfin* (sors: studju tas-CEPEJ 56 )

    *L-Istati Membri li ġejjin ma joffrux taħriġ f’ċerti kategoriji: MT (taħriġ inizjali); DK (funzjonijiet speċjalizzati); EL, IE, MT, ES (funzjonijiet ta’ ġestjoni); BG, EE, MT (użu ta’ faċilitajiet tal-kompjuter). Fil-każijiet l-oħrajn kollha, it-taħriġ jista’ jiġi pprovdut iżda huwa fakultattiv.

    Grafika 35: L-imħallfin li pparteċipaw f'attivitajiet kontinwi ta' taħriġ fil-liġi tal-UE jew fil-liġi ta' Stat Membru ieħor* (bħala perċentwal tan-numru totali ta’ mħallfin) (sors: Kummissjoni Ewropea, taħriġ ġudizzjarju Ewropew 2015 57 )

    * Fi ftit kawżi rrapportati mill-Istati Membri, il-proporzjon ta' parteċipanti għal membri eżistenti ta' professjoni legali jaqbeż il-100 %, li jfisser li l-parteċipanti ħadu sehem f'aktar minn attività waħda ta' taħriġ fuq id-dritt tal-UE.

    Grafika 36: Perċentwal ta' attivitajiet ta' taħriġ ġudizzjarju kontinwi dwar tipi varji ta' ħiliet ġudizzjarji* (sors: Kummissjoni Ewropea 58 )

    * It-tabella turi d-distribuzzjoni ta' attivitajiet ta' taħriġ ġudizzjarju kontinwi (jiġifieri, dawk li jseħħu wara l-perjodu ta' taħriġ inizjali sabiex wieħed isir imħallef) f'kull wieħed mill-erba' oqsma identifikati bħala perċentwal tat-total. Attivitajiet ta' taħriġ legali ma jitqiesux. Awtoritajiet ta' taħriġ ġudizzjarju fid-DK, LU, UK(NI) ma pprovdewx attivitajiet ta' taħriġ speċifiku dwar il-ħiliet magħżula.

    Grafika 37: Disponibbiltà ta' taħriġ għall-imħallfin dwar komunikazzjoni mal-partijiet u l-istampa (sors: Kummissjoni Ewropea 59 )

    3.2.3 Għodod ta' valutazzjoni

    It-titjib tal-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji jeħtieġ għodod sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament tagħhom. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-qorti jgħinu biex itejbu l-prestazzjoni tal-qorti billi jidentifikaw in-nuqqasijiet u l-bżonnijiet, u billi jagħmlu s-sistema ġudizzjarja aktar risponsiva għal sfidi attwali u futuri. Għodod tal-ICT xierqa jistgħu jipprovdu ġestjoni tal-kawża fil-ħin reali, statistika tal-qorti standardizzata, ġestjoni ta' kawżi pendenti u sistemi ta' twissija bikrija awtomatiċi. L-istħarriġ huwa wkoll indispensabbli sabiex jiġu vvalutat kif jaħdmu s-sistemi ġudizzjarji mill-perspettiva ta' professjonisti legali u utenti tal-qorti. Lil hinn mis-sempliċi fatt ta' implimentazzjoni tal-istħarriġ, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-2016 ħarset aktar bir-reqqa lejn is-suġġetti u s-segwiti ta' stħarriġ li saru fost l-utenti tal-qorti jew professjonisti legali.

    Grafika 38: Disponibbiltà ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-qorti* (sors: studju tas-CEPEJ 60 ) 

    * Is-sistema ta' monitoraġġ għandha l-għan li tivvaluta l-attività ta' kuljum tal-qrati grazzi, b'mod partikolari, għall-ġbir tad-data u l-analiżi tal-istatistika. Is-sistema ta' evalwazzjoni tirreferi għall-prestazzjoni tas-sistemi tal-qrati, billi jintużaw indikaturi u miri. Fl-2014, l-Istati Membri kollha rrapportaw li kellhom sistema li tippermettilhom jissorveljaw in-numru ta' kawżi li deħlin u n-numru ta' deċiżjonijiet mogħtija, li għamlu dawn il-kategoriji irrilevanti. B'mod simili, ħidma fil-fond li tfasslet fl-2015 issostitwixxiet is-sempliċi referenza għall-istandards ta' kwalità bħala kategorija ta' evalwazzjoni. Dan għamilha possibbli biex il-kategoriji li jifdal jiġu amalgamati f'grafika waħda għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Data fuq "elementi oħrajn" tinkludi eżempju kawżi appellati (EE, ES, LV), smigħ (SE), jew in-numru ta' kawżi solvuti fi ħdan ċerti perjodi ta' żmien (DK).

    Grafika 39: L-ICT użat għall-ġestjoni tal-kawża u għall-istatistika tal-attività tal-qorti* 
    (indikatur peżat: min=0, mass=4 61 ) (sors: studju tas-CEPEJ)

    * IE: Il-preżentazzjoni tal-kawża b'mod elettroniku huwa obbligatorju għall-kawżi dwar insolvenza personali aktar milli falliment u fakultattiv għal kwalunkwe pretensjoni żgħira.

    Grafika 40: Suġġetti ta' stħarriġ li saru fost l-utenti tal-qorti jew il-professjonisti legali* (sors: Kummissjoni Ewropea 62 )

    * Uħud mill-Istati Membri li ma wettqux l-istħarriġ fl-2014 għamluh fl-2015 (IT) jew ippjanawh għall-2016 (IE).

    Grafika 41: Is-segwitu ta' stħarriġ li sar fost l-utenti tal-qorti jew il-professjonisti legali (sors: Kummissjoni Ewropea 63 )

    (1) Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/scoreboard/index_en.htm
    (2)  Fid-dawl tat-tħejjija tat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-UE u biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri biex jaħtru żewġ persuni ta' kuntatt, waħda mill-ġudikatura u l-oħra mill-ministeru tal-ġustizzja. Qegħdin isiru laqgħat regolari ta' dan il-grupp informali.
    (3) Ir-raġunijiet għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż ġew ippreżentati fuq bażi annwali mill-Kummissjoni fir-rapporti tal-pajjiżi individwali fil-forma ta' Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/europe2020/making-it-happen/country-specific-recommendations/index_en.htm
    (4) L-informazzjoni nġabret b'kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali għal 26 Stat Membru. Il-Ġermanja u r-Renju Unit ma ssottomettewx l-informazzjoni. Il-Ġermanja iddikjarat li hija involuta fir-riforma tas-sistema ġudizzjarja tagħha bl-iskop u l-iskala li jvarjaw fi ħdan is-16-il stat federali.
    (5) Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2016, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment tas-26 ta’ Novembru 2015, (COM(2015) 690 final, p. 13.
    (6)  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni "L-isfidi tal-Investiment tal-Istati Membri" tat-18 ta’ Diċembru 2015, SWD(2015) 400 final/2.
    (7)  BE, BG, IE, ES, HR, IT, CY, LV, MT, PL, PT, RO, SI, SK.
    (8) HR, IT, LV, SI; ara Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2015 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-Kroazja għall-2015 u l-għoti ta' opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Kroazja tal-2015, (2015/C 272/15); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2015 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-Italja għall-2015 u l-għoti ta' opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Italja tal-2015, (2015/C 272/16); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2015 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-Latvja għall-2015 u l-għoti ta' opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Latvja tal-2015, (2015/C 272/17); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2015 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tas-Slovenja għall-2015 u l-għoti ta' opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tas-Slovenja tal-2015, (2015/C 272/02).
    (9) Ir-rapporti tal-pajjiżi 2015 huma disponibbli fuq:
    (10) CY u EL.
    (11) BG, ES, HR, IT, MT, PL, RO, SK, SI; ara Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni "L-isfidi tal-Investiment tal-Istati Membri" tat-18 ta’ Diċembru 2015, SWD(2015) 400 final/2.
    (12) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013.
    (13) BG, CZ, EL, ES (FEŻR biss), HR, IT, LV, LT, MT, PL, PT, RO, SK, SI.
    (14)  Tabella ta' Valutazzjoni tal-SMEs dwar il-Proprjeta Intellettwali (IP) tal-2015 ippreparata mill-Osservatorju Ewropew dwar il-Ksur ta' Drittijiet ta' Proprjeta Intellettwali (għad trid tkun lesta).
    (15)  Alves Ribeiro Correia/Antas Videira, ''Troika’s Portuguese Ministry of Justice Experiment: An Empirical Study on the Success Story of the Civil Enforcement Actions" (L-Esperiment tal-Ministru tal-Ġustizzja Portugiż ta' Trojka: Studju empiriku dwar l-Istorja ta' Suċċess tal-Azzjonijiet ta' Infurzar Ċivili), fil-Ġurnal Internazzjonali għall-Amministrazzjoni tal-Qorti, Vol. 7, Nru 1, Lulju 2015 jaffermaw is-suċċess tar-riformi mfasslin fil-Portugall.
    (16)  FMI, “Fostering Growth in Europe Now" (Inkattru t-Tkabbir Ekonomiku fl-Ewropa Issa), it-18 ta’ Ġunju 2012.
    (17) Disponibbli fuq: http://www.ecb.europa.eu/press/key/date/2013/html/sp130516.en.html
    (18) Ara pereżempju "What makes civil justice effective?" (X'jagħmel lill-ġustizzja ċivili effettiva?), Noti tal-Politika tad-Dipartiment tal-Ekonomija OECD, Nru 18 ta’ Ġunju 2013 u "The Economics of Civil Justice: New Cross-Country Data and Empirics" (L-Ekonomija tal-Ġustizzja Ċivili: Data u Empiriċi ġodda transnazzjonali", Dokumenti ta’ Ħidma tad-Dipartiment tal-Ekonomija tal-OECD, Nru 1060.
    (19) Il-Form Ekonomiku Dinji, "The Global Competitiveness Report; 2013-2014" (Ir-Rapport dwar il-Kompetittività Globali; 2013-2014) disponibbli fuq: http://www3.weforum.org/docs/WEF_GlobalCompetitivenessReport_2013-14.pdf
    (20) Disponibbli fuq: http://www.doingbusiness.org/reports/global-reports/~/media/GIAWB/Doing%20Business/Documents/Annual-Reports/English/DB14-Chapters/DB14-Enforcing-contracts.pdf
    (21)  Studju tal-2015 dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-UE, imwettaq mis-Segretarjat tas-CEPEJ għall-Kummissjoni, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/scoreboard/index_en.htm
    (22) It-tul tal-proċedimenti, ir-rata tal-għeluq tal-kawżi u n-numru ta’ kawżi pendenti huma indikaturi standard definiti mis-CEPEJ: http://www.coe.int/t/dghl/cooperation/cepej/evaluation/default_en.asp
    (23)  Id-data CEPEJ dwar it-tieni istanza u dwar il-proċedimenti tal-Qorti Suprema u dwar il-kategoriji speċifiċi tal-kawżi (pereżempju insolvenza) mhijiex disponibbli għal numru suffiċjenti ta' Stati Membri.
    (24) Id-data tinkludi aġġornamenti li saru mis-CEPEJ wara l-pubblikazzjoni tal-istudju tagħha, kif sottomess lill-Kummissjoni.
    (25)  Għal oqsma speċifiċi, it-Tabella ta' Valutazzjoni tikkonċentra fuq id-data għal kawżi tal-prim'istanza li jkopru tliet snin (sentejn għall-komunikazzjonijiet elettroniċi). Id-data dwar it-tieni istanza u fejn applikabbli, it-tielet, inġabret iżda mhix ippreżentata f'din it-Tabella ta' Valutazzjoni peress li n-numru ta' Stati Membri li jipprovdu d-data huwa baxx wisq.
    (26)  Ara http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:12012E/TXT&from=MT
    (27)  Dan l-approċċ jippermetti riflessjoni iktar ibbilanċjata tat-tul medju tal-kawżi biex sabiex jitqiesu l-varjazzjonijiet bejn is-snin fl-Istati Membri fejn in-numru ta' kawżi huwa baxx.
    (28)  Il-kalkolu sar fuq il-bażi tat-tul tal-kawżi ta' appell kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tapplika l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw il-Qafas Regolatorju għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Id-Direttivi 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess), id-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) u liġi tal-UE rilevanti oħra bħall-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju, id-Deċiżjonijiet tal-Ispettru tal-Kummissjoni, minbarra d-Direttiva 2002/58/KE dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika.)
    (29) Regolament tat-Trademark Komunitarja (207/2009/KE)
    (30)  Il-Grafika turi t-tul medju tal-appelli mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur fil-proċedimenti ġudizzjarji li għandhom x'jaqsmu mad-Direttiva dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (93/13/KEE), id-Direttiva dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1999/44/KE), id-Direttiva dwar prattiċi kummerċjali żleali (2005/29/KE), id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (2011/83/KE) u d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' implimentazzjoni tagħhom.
    (31)  Fil-BE, AT, FI, SE, UK xi awtoritajiet amministrattivi tal-protezzjoni tal-konsumatur m'għandhomx is-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet li jiddikjaraw ksur tar-regoli rilevanti tal-konsumatur u x-xenarju mhuwiex ikkunsidrat applikabbli. Il-kompetenzi ta' xi awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi jinkludu biss partijiet mil-leġiżlazzjoni tal-konsumatur tal-UE koperta (eż. data għall-PT tkopri biss id-Direttiva 2005/29/KE u d-Direttiva 99/44/KE).
    (32)  Id-Direttiva 89/665/KEE u d-Direttiva 92/13/KEE (id-Direttiva dwar ir-Rimedji), kif emendata mill-atti legali sussegwenti, b'mod partikolari d-Direttiva 2007/66/KE.
    (33) Din id-data mhix rifless tat-tul tal-proċedimenti fi qrati ta' istanza inferjuri qabel ma jsir appell.
    (34)  BE, BG, CZ, EL, ES, IE, FR, HR, CY, LV, LT, HU, NL, AT, SI, FI, SE. Id-data tkopri t-tul tal-proċedimenti sostantivi fil-kawżi tal-akkwisti pubbliċi fil-Qrati Amministrattivi Supremi u fil-qrati tal-aħħar istanza bejn id-data li fiha jsir l-appell u d-data li fiha tingħata d-deċiżjoni ikkalkulat f'jiem ta' xogħol.
    (35)  Il-kawżi litiġjużi u mhux litiġjużi ċivili u kummerċjali kollha, kawżi tar-reġistru tal-artijiet u tar-reġistru tan-negozji mhux litiġjużi, kawżi tar-reġistru oħrajn, kawżi tal-liġi amministrattiva u kawżi mhux kriminali oħra, skont il-metodoloġija tas-CEPEJ.
    (36) Ara eż. CEPEJ “Lista ta’ kontroll biex tiġi promossa l-kwalità tal-ġustizzja u l-ġudikatura”; Opinjoni Nru 6 (2004) tal-Kunsill Konsultattiv tal-Opinjonijiet ta' Mħallfin Ewropej (CCJE) disponibbli minn: https://wcd.coe.int/ViewDoc.jsp?Ref=CCJE(2004)OP6&Sector=secDGHL&Language=lanEnglish
    (37) Id-data tikkonċerna l-2015 u nġabret f’kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar sistemi ġudizzjarji nazzjonali.
    (38)  Id-data tikkonċerna l-2015 u nġabret permezz tat-tweġibiet minn membri tas-CCBE għal kwestjonarju bbażat fuq ix-xenarju speċifiku li ġej: Tilwima ta’ individwu kontra kumpanija (valur tat-talba huwa EUR 3 000). Minħabba li l-kundizzjonijiet għal għajnuna legali jiddependu fuq is-sitwazzjoni tal-persuna, intuża x-xenarju li ġej: applikant waħdu ta’ 35 sena b’impjieg mingħajr dipendenti, b’introjtu regolari u b'appartament mikri.
    (39)  L-Istati Membri jużaw metodi differenti sabiex ikun stabbilit il-limitu għall-eliġibbiltà, eż. perjodi ta’ referenza differenti (introjtu fix-xahar/fis-sena) Madwar nofs l-Istati Membri japplikaw livell limitu tal-kapital finanzjarju u mhux finanzjarju differenti minbarra l-livell limitu tal-introjtu. Il-limiti tal-kapital stabbiliti mill-Istati Membri mhumiex meqjusa. Xi sistemi tal-għajnuna legali tal-Istati Membri jipprovdu għat-talba lura b’mod retroattiv tal-għajnuna legali mogħtija meta l-introjtu/il-kapital tal-benefiċjarju tal-għajnuna legali jiżdied ‘il fuq minn ċertu livell limitu f’numru speċifikat ta’ snin wara l-għoti tal-għajnuna legali. Fil-BE, BG, ES, FR, HR, IE, LV, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, u UK (SC), ċerti kategoriji ta’ persuni (eż. individwi li jirċievu benefiċċji tal-qgħad, tal-inkapaċità jew tal-kura tas-saħħa) huma awtomatikament intitolati li jirċievu għajnuna legali f’tilwim ċivili u kummerċjali mingħajr il-ħtieġa li juru l-mezzi finanzjarji tagħhom.
    (40)  Kriterji addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jużaw sabiex jagħtu għajnuna legali lil individwi bħall-mertu tal-kawża mhumiex riflessi f’dan ix-xenarju.
    (41)  Id-data tirreferi għal-limiti ta' referenza tal-introjtu validi fl-2015.
    (42)  Sors: Stħarriġ Ewropew dwar l-Introjtu u l-Kundizzjonijiet tal-Ħajja, grafika tal-Eurostat ilc_li01, http://ec.europa.eu/eurostat/web/income-and-living-conditions/data/database
    (43)

         Data tikkonċerna l-2014. Rata tat-tagħmir minn 100% (apparat użat għal kollox) għal 0% (apparat non-eżistenti) tindika l-preżenza funzjonali fil-qrati tal-apparat kopert mill-graff, skont l-iskala li ġejja: (100% = 4 punti jekk applikabbli għall-kwistjonijiet kollha / 1.33 punti għal kull kwistjoni speċifika; 50-99% = 3 punti jekk applikabbli għall-kwistjonijiet kollha / 1 punt għal kull kwistjoni speċifika; 10-49%= 2 punti jekk applikabbli għall-kwistjonijiet kollha / 0.66 punt għal kull kwistjoni speċifika; 1-9% = 1 punt jekk applikabbli għall-kwistjonijiet kollha / 0.33 punti għal kull kwistjoni speċifika. Il-kwistjoni tirrigwarda t-tip ta’ litigazzjoni ġestita (ċivili/kummerċjali, kriminali, amministrattiva jew oħra).

    (44)  Data tikkonċerna l-2015. Għandu jiġi ppubblikat f’: http://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/
    (45)

         Ix-xerrejja anonomi huma mħarrġa u mgħarrfa sabiex josservaw, jesperjenzaw u jkejlu proċess (servizz pubbliku) billi jaġixxu bħala utent prospettiv.

    (46)

         Għal dan il-għan, kull riċerkatur aġixxa bħala ċittadin regolari u “il-vjaġġ” tiegħu/tagħha kien għal żmien limitat, jiġifieri kull xerrej anonimu kellu jum sabiex jivvaluta avveniment wieħed tal-ħajja. Dan jimplika li meta karatteristika partikolari ma setgħetx tinstab f’dan iż-żmien, ingħatat risposta fin-negattiv.

    (47)

         Data tikkonċerna l-2014. Rata tat-tagħmir minn 100% (apparat użat għal kollox) għal 0% (apparat non-eżistenti) tindika l-preżenza funzjonali fil-qrati tal-apparat kopert mill-grafika, skont l-iskala li ġejja: (100% = 4 punti jekk applikabbli għall-kwistjonijiet kollha / 1.33 punti għal kull kwistjoni speċifika; 50-99% = 3 punti jekk applikabbli għall-kwistjonijiet kollha / 1 punt għal kull kwistjoni speċifika; 10-49%= 2 punti jekk applikabbli għall-kwistjonijiet kollha / 0.66 punt għal kull kwistjoni speċifika; 1-9% = 1 punt jekk applikabbli għall-kwistjonijiet kollha / 0.33 punti għal kull kwistjoni speċifika. Il-kwistjoni tirrigwarda t-tip ta’ litigazzjoni ġestita (ċivili/kummerċjali, kriminali, amministrattiva jew oħra).

    (48) Id-data tikkonċerna l-2015 u nġabret f’kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar sistemi ġudizzjarji nazzjonali.
    (49) Id-data tikkonċerna l-2015 u nġabret f’kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar sistemi ġudizzjarji nazzjonali.
    (50) Id-data tikkonċerna l-2015 u nġabret f’kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar sistemi ġudizzjarji nazzjonali.
    (51) Id-data tikkonċerna l-2015 u nġabret f’kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar sistemi ġudizzjarji nazzjonali.
    (52)  Sors: In-nefqa ġenerali totali (attwali) mill-gvern fuq l-amministrazzjoni, l-operat jew appoġġ tal-qrati amministrattivi, ċivili u kriminali u s-sistema ġudizzjarja, inkluż l-eżekuzzjoni tal-multi u l-ftehim legali impost mill-qrati u l-operat ta' sistemi ta’ perjodu ta’ prova tal-parole u għajnuna legali – rappreżentazzjoni u pariri legali f'isem il-gvern jew f'isem oħrajn provduti mill-Gvern fi flus jew f'servizzi; minbarra l-amministrazzjonijiet tal-ħabs (Data tal-Kontijiet Nazzjonali, Klassifikazzjoni tal-Karigi tal-Gvern (COFOG), grupp 03.3), tabella tal-Eurostat gov_10a_exp, http://ec.europa.eu/eurostat/data/database
    (53) http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/gender-decision-making/database/index_en.htm  Sors tad-data għall-Qrati Supremi: Il-Kummissjoni Ewropea, Bażi tad-Dejta dwar in-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet disponibbli fuq  
    (54) Rata ta' bejn 40-60% ta’ kull sess titqies bħala bilanċ bejn is-sessi. Il-Kummissjoni Ewropea, Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019, SWD(2015) 278 final, 3 ta' Diċembru 2015, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/document/files/strategic_engagement_en.pdf
    (55) http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/gender-decision-making/database/index_en.htm Sors tad-data għall-Qrati Supremi: Il-Kummissjoni Ewropea, Bażi tad-Dejta dwar in-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet disponibbli fuq   
    (56) Data tikkonċerna l-2014.
    (57) Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet il-mira li, sal-2020, nofs il-ġuristi kollha fl-UE għandhom ikunu attendew taħriġ fid-dritt Ewropew jew fid-dritt ta' Stat Membru ieħor, dan ifisser 5 % kull sena bħala medja. Ir-Rapport tal-2015 dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew (disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/criminal/files/final_report_2015_en.pdf ) jiddeskrivi l-progress lejn din il-mira. Id-data tikkonċerna l-2014.
    (58) Id-data tikkonċerna l-2014 u nġabret data f'kooperazzjoni man-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, li jirrapreżenta lill-istituzzjonijiet ta' taħriġ ġudizzjarju tal-UE. It-taħriġ kontinwu dwar "is-sengħa tal-imħallef" jinkludi attivitajiet dwar kif għandhom jitmexxew is-seduti ta' smigħ, kif jinkitbu d-deċiżjonijiet u r-retorika.
    (59) Id-data tikkonċerna l-2015 u nġabret f’kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar sistemi ġudizzjarji nazzjonali.
    (60) Id-data tikkonċerna l-2014.
    (61)  Id-data tikkonċerna l-2014. Rata tat-tagħmir minn 100% (apparat użat għal kollox) għal 0% (apparat non-eżistenti) tindika l-preżenza funzjonali fil-qrati tal-apparat kopert mill-graff, skont l-iskala li ġejja: 100 %=4 punti jekk applikabbli għall-materji kollha / 1.33 punti għall-materja speċifika; 50-99%=3 punti jekk applikabbli għall-materji kollha / 1 punt għall-materja speċifika; 10-49 %= 2 punti jekk applikabbli għall-materji kollha / 0.66 punt għall-materja speċifika; 1-9 %=1 punt jekk applikabbli għall-materji kollha / 0.33 punt għall-materja speċifika. Il-kwistjoni tirrigwarda t-tip ta’ litigazzjoni ġestita (ċivili/kummerċjali, kriminali, amministrattiva jew oħra).
    (62) Id-data tikkonċerna l-2014 u nġabret f'kooperazzjoni mal-grupp ta' persuni ta' kuntatt dwar sistemi ġudizzjarji nazzjonali.
    (63) Id-data tikkonċerna l-2014 u nġabret b'kooperazzjoni mal-grupp ta' persuni ta' kuntatt tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.
    Top

    Brussell, 11.4.2016

    COM(2016) 199 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2016


    3.2.4 Standards tal-kwalità

    L-istandards jistgħu jgħollu l-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja 1 . Fl-2015, il-Kummissjoni bdiet taħdem mal-grupp ta' persuni ta' kuntatt speċifikament dwar l-istandards li jirrigwardaw il-funzjonament tas-sistemi tal-ġustizzja. L-istandards ta' kwalità jinvolvu firxa wiesgħa ta' suġġetti dwar kif is-sistemi tal-ġustizzja huma stabbiliti u jaħdmu. Bosta atturi jistgħu jwettqu rwol fil-ħolqien ta' dawn l-istandards 2 . Il-Figura 42 tippreżenta stampa ġenerali tal-istandards eżistenti. Hija turi li standards li jkopru ħafna aspetti tas-sistemi tal-ġustizzja tagħhom huma ddefiniti f'numru kbir ta' Stati Membri. It-tagħrif miġbur juri wkoll li l-istandards huma fil-biċċa l-kbira ddefiniti mil-liġi. Madankollu, kwistjonijiet relatati direttament mal-funzjonament operattiv tal-qrati huma stabbiliti l-aktar fil-livell tal-qorti, inkluż permezz ta' prattiki stabbiliti sew tal-qorti. Dan jirrigwarda b'mod partikolari l-ġestjoni ta' xogħol b'lura, il-monitoraġġ ta' kawżi, il-piż tax-xogħol tal-qrati, is-servizzi pprovduti lill-utenti tal-qorti, il-faċilitajiet tal-qorti u informazzjoni lill-partijiet.

    Figura 42: Standards iddefiniti dwar aspetti relatati mas-sistema tal-ġustizzja* (sors: Il-Kummissjoni Ewropea 3 )

    * Innota li t-tweġibiet vojta fi standards marbuta ma' kawżi amministrattivi jistgħu jkunu dovuti għan-nuqqas ta' kategorija speċifika "kawżi amministrattivi" (eż. IE). Il-PL u r-UK ma pprovdewx informazzjoni dwar l-istandards. Fl-oqsma mmarkati, l-istandards huma fil-biċċa l-kbira stabbiliti mill-qrati, inkluż permezz ta' prattiki stabbiliti sew tal-qorti. Għall-oqsma l-oħra kollha, l-istandards huma prinċipalment iddefiniti mil-liġi.

    Il-Figura 43 ta' hawn taħt tanalizza sitt aspetti speċifiċi: il-ħin tal-ipproċessar (limiti taż-żmien 4 u skali ta' żmien 5 ), il-ġestjoni ta' xogħol b'lura, il-monitoraġġ attiv ta' kawżi, l-informazzjoni lill-partijiet, is-sentenzi u l-allokazzjoni ta' riżorsi umani. Din turi li, għalkemm fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-oqsma koperti minn standards jidhru li huma l-istess, il-kontenut tagħhom jista' jvarja b'mod sinifikanti.

    Pereżempju, f'numru limitat ta' Stati Membri, standards dwar l-immaniġġar tax-xogħol b'lura jipprovdu għal tul ta' żmien massimu għall-kawżi pendenti jew għal miżuri li jirranġaw is-sitwazzjoni tax-xogħol b'lura 6 . Standards dwar informazzjoni lill-partijiet ivarjaw mill-għoti ta' informazzjoni lill-partijiet dwar il-kawża tagħhom fl-uffiċċji tal-qorti sal-għoti lill-partijiet ta' aċċess onlajn għall-informazzjoni jew li jiġu pprovduti biha awtomatikament 7 . Is-sistemi tal-monitoraġġ tal-kawżi u ta' twissija bikrija rari huma awtomatizzati, għalkemm fil-parti l-kbira tal-Istati Membri huwa teknikament possibbli li jkun hemm informazzjoni fil-ħin reali permezz ta' sistemi ta' mmaniġġar ta' kawżi. Mudelli elettroniċi standardizzati li huma disponibbli għall-imħallfin f'għadd ta' Stati Membri jistgħu jvarjaw minn mudelli formali sempliċi sa materjal aktar żviluppat immirat li jiffaċilita l-abbozzar tad-deċiżjonijiet.

    Fl-aħħar nett, jidher li xi standards ġew definiti u implimentati fuq livell nazzjonali, filwaqt li oħrajn japplikaw biss f'ċerti qrati jew territorji jew għal ċerti tipi ta' kawżi jew oqsma tal-ġustizzja 8 .


    Figura 43: Standards speċifiċi f'aspetti magħżula relatati mas-sistema tal-ġustizzja* (sors: Il-Kummissjoni Ewropea 9 )

    * CY, IE ma rrappurtaw l-ebda standards fl-oqsma magħżula. Il-PL u r-UK ma pprovdewx informazzjoni dwar l-istandards. DE: Strutturi deċentralizzati jfissru li l-istandards jistgħu jvarjaw minn stat federali għal ieħor u minn qorti għal oħra. Il-kolonna aktar ċara tikkorrispondi man-numru totali ta' Stati Membri li ddefinixxew standards oħra fl-oqsma magħżula. Standards dwar iż-żmien tal-ipproċessar tal-kawżi jinkludu kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi. 

    3.2.5 Konklużjonijiet dwar il-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja

    Aċċess faċli, riżorsi adegwati, għodod ta' valutazzjoni effettivi u standards xierqa huma fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għall-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja. It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2016 tikkonferma li s-sitwazzjoni tvarja b'mod sinifikanti madwar l-UE, iżda wkoll li ħafna Stati Membri qed jagħmlu sforzi partikolari f'dawn l-oqsma.

    Aċċessibbiltà

    It-Tabella ta' Valutazzjoni teżamina l-aċċessibbiltà tas-sistemi tal-ġustizzja matul il-katina kollha tal-ġustizzja u turi dan li ġej:

    Informazzjoni onlajn dwar is-sistema tal-ġustizzja hija disponibbli fl-Istati Membri kollha. Madankollu, informazzjoni dwar kif tibda proċediment ġudizzjarju u dwar il-kompożizzjoni tal-ispejjeż tal-proċedimenti għadha mhix disponibbli f'xi Stati Membri (il-Figura 18). Ċerti Stati Membri żviluppaw soluzzjonijiet avvanzati aċċessibbli għall-utenti f'dan ir-rigward, pereżempju billi jipprovdu għodda interattiva onlajn li tippermetti lill-applikanti tal-għajnuna legali biex jikkalkulaw il-possibiltà li jkunu eliġibbli għal għajnuna legali.

    L-għajnuna legali hija essenzjali biex jiġi ggarantit aċċess ugwali għall-ġustizzja. Meta mqabbel mal-2010, jidher li kien hemm aktar Stati Membri li żiedu l-baġit għall-għajnuna legali milli kien hemm li naqqsuh (il-Figura 19). Meta titqabbel l-eliġibbiltà finanzjarja għal għajnuna legali fix-xenarju speċifiku ta' tilwima tal-konsumatur, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-limitu tad-dħul biex wieħed jikseb għajnuna legali li tkopri mill-inqas parti mill-ispejjeż rispettivi huwa ogħla mil-livell minimu rispettiv tal-Eurostat għall-faqar (il-Figura 20). Xi Stati Membri għandhom sistema fis-seħħ li tirrikjedi rieżami annwali u possibbilment l-adattament tal-limitu għall-għajnuna legali.

    Is-sottomissjoni elettronika ta' pretensjonijiet mhijiex fis-seħħ fl-Istati Membri kollha (il-Figura 21). Madankollu, il-kwalità ta' proċedimenti għal pretensjonijiet żgħar onlajn, pereżempju biex tinkiseb informazzjoni dwar it-trattament tal-kawżi jew il-possibbiltà li jiġu appellati d-deċiżjonijiet tal-qorti, għamlet progress mill-2013 (il-Figura 22). Dan huwa sinjal li l-Istati Membri għamlu sforzi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u n-negozji li jużaw is-sistema tal-ġustizzja.

    Komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-partijiet xorta għadha mhix possibbli fi wħud mill-Istati Membri (il-Figura 23). In-nuqqas ta' għodod tal-ICT jagħmel il-proċedimenti ġudizzjarji aktar diffiċli u għalja, kemm għall-qrati kif ukoll għall-partijiet; pereżempju, fi Stat Membru wieħed, riforma li tippermetti lill-qrati sabiex jippreżentaw id-dokumenti b'mod elettroniku lill-partijiet u lill-avukati ffrankat aktar minn EUR 4,2 miljun fl-2015 (aktar minn 2% tal-baġit tal-qrati).

    Id-disponibbiltà onlajn tas-sentenzi tal-qrati għal kawżi ċivili, kummerċjali u amminsitrattivi tista' tittejjeb (il-Figure 25). Wara l-pubblikazzjoni ta' ċifri dwar din il-kwistjoni fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2015, ċerti Stati Membri bdew jimplimentaw miżuri biex iżidu d-disponibbiltà onlajn ta' sentenzi inkluż fl-ewwel istanza.

    L-użu volontarju ta' metodi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (pereżempju, medjazzjoni, konċiljazzjoni)  huwa promoss u inċentivat fl-Istati Membri kollha. Dan huwa aktar ta' spiss il-każ għal tilwim ċivili u kummerċjali milli għat-tilwim fil-qasam tax-xogħol u tal-konsumaturi (il-Figura 27). Dan l-iżvilupp pożittiv juri li hemm mezzi biex jitħeġġeġ l-użu volontarju ta' metodi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim mingħajr ma jiġi affettwat id-dritt fundamentali għal rimedju quddiem tribunal. L-użu tal-ADR biex jissolva tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti huwa mistenni li jiżdied fil-futur bl-implimentazzjoni fl-2016 tad-Direttiva tal-ADR tal-Konsumaturi u r-Regolament dwar ir-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Onlajn (Online Dispute Resolution - ODR) 10 .

    Riżorsi

    Ġustizzja ta' kwalità għolja tirrikjedi livell adegwat ta' riżorsi finanzjarji u umani, taħriġ xieraq u bilanċ bejn is-sessi fost l-imħallfin. It-Tabella ta' Valutazzjoni turi dan li ġej:

    F'termini ta' riżorsi finanzjarji, id-dejta turi li n-nefqa fuq is-sistema tal-ġustizzja f'ħafna mill-Istati Membri tibqa' pjuttost stabbli (il-Figura 28). Għad-determinazzjoni tar-riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura, ftit Stati Membri biss iqisu d-dejta attwali dwar l-għadd ta' kawżi li qed jidħlu jew dawk riżolti biex jevalwaw l-ispejjeż involuti (il-Figura 51).

    Il-livell ta' bilanċ bejn is-sessi fost l-imħallfin fil-qrati tal-ewwel u/jew it-tieni istanza huwa ġeneralment tajjeb. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, kull sess jirrappreżenta bejn 40 u 60%. Fil-Qrati Supremi, anki jekk il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri mixjin lejn il-bilanċ bejn is-sessi, il-progress għadu miexi bil-mod f'xi wħud (il-Figura 32).

    Fir-rigward tat-taħriġ tal-imħallfin, filwaqt li l-Istati Membri jirrikonoxxu l-importanza ta' taħriġ inizjali kontinwu u obbligatorju (il-Figura 34), huma meħtieġa sforzi biex tittejjeb il-firxa tat-taħriġ offrut, b'mod partikolari fil-ħiliet ġudizzjarji. Taħriġ kontinwu dwar il-ħiliet ġudizzjarji (is-sengħa tal-imħallef), il-ħiliet tal-IT, il-ġestjoni tal-qorti u l-etika ġudizzjarja ma jeżistix fl-Istati Membri kollha u, fejn jeżisti, l-attivitajiet ta' taħriġ spiss ma jkoprux dawn il-ħiliet kollha (il-Figura 36). Barra minn hekk, ċerti Stati Membri ma jipprovdux taħriġ dwar il-komunikazzjoni mal-partijiet u mal-istampa (il-Figura 37), aspett kruċjali għall-utenti finali u biex titrawwem fiduċja fis-sistema tal-ġustizzja.

    Għodod ta' valutazzjoni

    L-għodod tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għall-valutazzjoni tal-funzjonament tas-sistemi tal-ġustizzja huma disponibbli fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (il-Figura 38). Madankollu, il-proċessi ta' monitoraġġ relatati max-xogħol b'lura jew ma' sistemi ta' twissija bikrija rari huma awtomatizzati (il-Figura 43). Barra minn hekk, mhux is-sistemi tal-ġbir tad-dejta kollha jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistema, b'mod partikolari għat-tieni istanza u għal dawk superjuri u f'kategoriji speċifiċi ta' kawżi, bħall-insolvenza. F'ċerti Stati Membri, ġenerazzjonijiet ġodda ta' għodod tal-ICT huma flessibbli biżżejjed biex jissodisfaw ħtiġijiet ġodda jew biex jiġbru dejta dwar l-impatt ta' riformi partikolari; pereżempju meta rriforma l-leġiżlazzjoni tal-ADR tiegħu, Stat Membru stabbilixxa ġbir ta' dejta trimestrali regolari speċifiku biex jivvaluta l-impatt tagħha.

    Is-sistemi ta' ġestjoni tal-kawżi tal-ICT għadhom iridu jiġu mtejba f'ħafna Stati Membri biex jiġi żgurat li jistgħu jservu diversi skopijiet u li jiġu implimentati b'mod konsistenti fis-sistema tal-ġustizzja kollha kemm hi (il-Figura 39). F'ċerti Stati Membri, għadu mhux possibbli li jiġi żgurat il-ġbir nazzjonali ta' dejta fl-oqsma kollha tal-ġustizzja. F'xi Stati Membri, l-għodod tal-ICT ma jipprovdux għall-monitoraġġ f'ħin reali tal-progress tal-kawżi, jew għall-ġestjoni ta' xogħol b'lura, inkluża l-identifikazzjoni ta' kawżi partikolarment antiki. Min-naħa l-oħra, ċerti Stati Membri għandhom sistemi ta' twissija bikrija biex jiskopru problemi jew jikkonformaw ma' standards ta' proċessar tal-kawżi, li jiffaċilita s-sejba ta' soluzzjonijiet tempestivi.

    L-użu regolari ta' stħarriġ huwa importanti biex jinkiseb fehim aħjar tal-opinjonijiet li l-utenti u l-professjonisti jkollhom fuq is-sistema tal-ġustizzja. Madankollu, l-użu ta' stħarriġ għadu 'l bogħod milli jkun prattika komuni fl-Istati Membri kollha (il-Figura 40). Barra minn hekk, meta jintuża l-istħarriġ, ftit Stati Membri biss għandhom segwitu sistematiku, pereżempju sabiex jiddeterminaw il-bżonnijiet ta' taħriġ tal-imħallfin u l-persunal tal-qorti jew biex itejbu l-funzjonament ta' ċerti qrati (il-Figura 41). Fi Stat Membru wieħed, pereżempju, l-istħarriġ jintuża biex jiġi evalwat il-programm ta' ħidma ta' kull erba' snin tal-ġudikatura, u jservi ta' input għall-programm għall-erba' snin ta' wara.

    L-Istandards

    L-użu ta' standards huwa importanti biex tiżdied il-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja. It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2016 tippreżenta fl-ewwel immappjar ħarsa ġenerali lejn l-istandards fl-Istati Membri li jirregolaw il-funzjonament ta' sistemi tal-ġustizzja li turi dan li ġej.

    Il-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom standards li jkopru aspetti simili tas-sistemi tal-ġustizzja tagħhom. Pereżempju, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom standards dwar il-mod kif għandhom jitmexxew il-proċeduri ġudizzjarji, dwar kif għandhom ikunu infurmati l-partijiet jew dwar kif għandhom jitfasslu s-sentenzi (il-Figura 42).

    Madankollu, għadhom jeżistu differenzi sinifikanti fir-rigward tal-kontenut ta' dawn l-istandards u l-livell ta' kwalità li huma jistabbilixxu (il-Figura 43). Minbarra dan, l-implimentazzjoni tal-istandards hija diversa; xi wħud ġew definiti fuq bażi nazzjonali filwaqt li oħrajn japplikaw biss għal ċerti qrati jew territorji jew għal ċerti tipi ta' kawżi jew oqsma tal-ġustizzja.

    Fir-rigward tal-istandards dwar il-ġestjoni ta' kawżi u xogħol b'lura, inqas minn nofs l-Istati Membri għandhom standards dwar miżuri biex jitnaqqas ix-xogħol b'lura eżistenti u hemm saħansitra numru iżgħar li jiddefinixxu t-tul ta' żmien massimu li jistgħu jdumu l-kawżi pendenti. Numru żgħir ta' Stati Membri għandhom standards dwar l-iskali taż-żmien għall-proċeduri u sistemi ta' twissija bikrija, bħal avviżi awtomatiċi għal kawżi li huma qodma, urġenti jew inkella jeħtieġu attenzjoni partikolari.

    Standards dwar kif il-partijiet jiġu mgħarrfa dwar il-kawżi tagħhom jeżistu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Madanakollu, f'xi wħud minnhom biss il-partijiet huma informati awtomatikament jew jista' jkollhom aċċess onlajn għal din l-informazzjoni. Pereżempju, f'xi Stati Membri, il-partijiet jirċievu notifiki awtomatiċi permezz tas-sistema e-file, jew jiġu mfakkra permezz ta' SMS dwar id-data tas-seduti tal-qorti.

    Standards dwar l-elaborazzjoni ta' sentenzi jeżistu f'xi Stati Membri, b'mod partikolari dawk li jikkonsistu f'rekwiżiti speċifiċi dwar l-istruttura. Mudelli elettroniċi standardizzati għad-dispożizzjoni tal-imħallef jeżistu wkoll f'ħafna Stati Membri. Dawn ivarjaw minn mudelli sempliċi għal materjal aktar avvanzat li għandu l-għan li jiffaċilita l-abbozzar tad-deċiżjonijiet. F'numru iżgħar ta' Stati Membri r-rekwiżiti ġenerali dwar iċ-ċarezza u l-konċiżjoni huma pprovduti mil-liġijiet proċedurali u xi wħud saħansitra żviluppaw politika speċifika ta' lingwaġġ ċar għall-komunikazzjoni bil-miktub u orali tal-qorti.

    L-istandards dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi umani huma – fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri – marbuta mal-ammont ta' xogħol. Madankollu, filwaqt li f'xi pajjiżi l-aġġustamenti mhumiex frekwenti, oħrajn għandhom sistema ta' allokazzjoni aktar flessibbli li tippermettilhom li jadattaw kull sena għall-bidliet jew iqisu l-ħtiġijiet mistennija.


    3.3 Indipendenza

    L-indipendenza ġudizzjarja hija rekwiżit li joħroġ mid-dritt għal rimedju effettiv stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Artikolu 47) 11 . Hija importanti wkoll għal ambjent ta' investiment attraenti, billi tassigura l-ġustizzja, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza tas-sistema ġuridika li fiha joperaw in-negozji.

    Barra mill-informazzjoni dwar il-perċezzjoni fuq l-indipendenza ġudizzjarja, it-Tabella ta' Valutazzjoni turi kif is-sistemi tal-ġustizzja huma organizzati biex jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f'ċerti tipi ta' sitwazzjonijiet fejn l-indipendenza tista' tkun f'riskju. Wara li kkoperat man-netwerks ġudizzjarji Ewropej, b'mod partikolari n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (European Network of Councils for the Judiciary - ENCJ), it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2016 turi ċifri aġġornati dwar l-indipendenza strutturali. 12

    Għall-ewwel darba, it-Tabella ta' Valutazzjoni tippreżenta r-riżultati ta' stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja mill-perspettiva taċ-ċittadini u n-negozji.

    3.3.1 Perċezzjoni dwar l-indipendenza ġudizzjarja

    Figura 44: Perċezzjoni tal-indipendenza tal-qrati u l-imħallfin fost il-pubbliku ġenerali (sors: Ewrobarometru 13 )

    Figura 45: Ir-raġunijiet ewlenin fost il-pubbliku ġenerali għan-nuqqas ta' indipendenza li jipperċepixxu (is-sehem ta' dawk kollha li wieġbu valur ogħla jfisser aktar influwenza) (sors: Ewrobarometru 14 )

    Din il-figura turi r-raġunijiet ewlenin għan-nuqqas perċepit ta' indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin. Dawk li wieġbu fost il-pubbliku ġenerali, li kklassifikaw l-indipendenza tas-sistema tal-ġustizzja bħala li hija "pjuttost ħażina" jew "ħażina ħafna", setgħu jagħżlu minn fost tliet raġunijiet biex jispjegaw il-klassifikazzjoni tagħhom. L-Istati Membri huma fl-istess ordni bħal fil-Figura 44.

    Fost ir-rispondeni li kklassifikaw l-indipendenza tas-sistema tal-ġustizzja bħala "tajba ħafna" jew "pjuttost tajba", kważi tliet kwarti (ekwivalenti għal 39% ta' dawk kollha li wieġbu) semmew il-garanziji pprovduti mill-istatus u l-pożizzjoni tal-imħallfin bħala raġuni għall-klassifikazzjoni tagħhom 15 .

    Figura 46: Il-perċezzjoni tal-indipendenza tal-qrati u l-imħallfin fost il-kumpaniji (sors: Ewrobarometru 16 )

    Figura 47: Ir-raġunijiet ewlenin fost il-kumpaniji għan-nuqqas ta' indipendenza li jipperċepixxu (ir-rata ta' dawk kollha li wieġbu valur ogħla jfisser aktar influwenza) (sors: Ewrobarometru 17 )

    Din il-figura turi r-raġunijiet ewlenin għan-nuqqas perċepit ta' indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin. Dawk li wieġbu fost il-kumpaniji, li kklassifikaw l-indipendenza tas-sistema tal-ġustizzja bħala li hija "pjuttost ħażina" jew "ħażina ħafna", setgħu jagħżlu minn fost tliet raġunijiet biex jispjegaw il-klassifikazzjoni tagħhom. L-Istati Membri huma fl-istess ordni bħal fil-Figura 46.

    Fost il-kumpaniji li kklassifikaw l-indipendenza tas-sistema tal-ġustizzja bħala "tajba ħafna" jew "pjuttost tajba", tliet kwarti (ekwivalenti għal 36% tal-kumpaniji kollha li wieġbu) semmew il-garanziji pprovduti mill-istatus u l-pożizzjoni tal-imħallfin bħala raġuni għall-klassifikazzjoni tagħhom 18 .

    Figura 48: WEF: il-perċezzjoni tan-negozji dwar l-indipendenza ġudizzjarja* (perċezzjoni valur ogħla jfisser perċezzjoni aħjar) (sors: Forum Ekonomiku Dinji - WEF 19 )

    * In-numru fil-parentesi huwa l-klassifika l-iktar riċenti fost 140 pajjiż fid-dinja li pparteċipaw.

    3.3.2 Indipendenza strutturali

    Biex tiġi żgurata l-indipendenza strutturali huma meħtieġa salvagwardji ġuridiċi. Il-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom Kunsill għall-Ġudikatura li għandu l-kompitu li jħares l-indipendenza ġudizzjarja. Il-Figura 49 u l-Figura 50 jippreżentaw paragun usa' u aġġornat dwar il-kompożizzjoni (skont il-proċess ta' nomina) u s-setgħat prinċipali tal-Kunsilli eżistenti fl-UE. Din il-ħarsa ġenerali komparattiva tista' tkun utli għall-Istati Membri li jadottaw riformi biex jiżguraw li l-Kunsilli għall-Ġudikatura jaħdmu b'mod effettiv bħala istituzzjonijiet nazzjonali indipendenti b'responsabbiltà finali għal appoġġ lill-ġudikatura fil-kompitu tagħha tal-forniment tal-ġustizzja b'mod indipendenti, filwaqt li jqisu t-tradizzjonijiet u l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja.

    It-Tabella ta' Valutazzjoni teżamina wkoll kif is-sistemi tal-ġustizzja huma organizzati biex jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f'ċerti tipi ta' sitwazzjonijiet fejn l-indipendenza tista' tkun f'riskju. L-erba' indikaturi juru salvagwardji f'dawn is-sitwazzjonijiet: is-salvagwardji rigward it-trasferiment ta' mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom (il-Figura 52), it-tkeċċija ta' mħallfin (il-Figura 53), l-allokazzjoni ta' kawżi li jkunu deħlin f'qorti (il-Figura 54), u l-irtirar u l-iskwalifika ta' mħallfin (il-Figura 55). Ir-Rakkomandazzjoni tal-2010 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-imħallfin: l-indipendenza, l-effiċjenza u r-responsabiltajiet ("ir-Rakkomandazzjoni") tippreżenta standards imfassla biex jippreservaw l-indipendenza tal-ġudikatura f'sitwazzjonijiet bħal dawn. 20 Iċ-ċifri ġew aġġornati f'kawżi fejn il-qafas jew il-prattika ġuridiċi fl-Istati Membri nbidlu mill-pubblikazzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2015. Huma jagħtu ħarsa ġenerali lejn is-salvagwardji ġuridiċi f'ċerti tipi ta' sitwazzjonijiet. Madankollu, ma jipprovdux analiżi u ma jippreżentawx dejta kwantitattiva dwar l-effikaċja tas-salvagwardji u li jkun hemm aktar salvagwardji mhuwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex jiżgura l-effikaċja ta' sistema tal-ġustizzja 21 . Għandu jiġi nnutat ukoll li l-implimentazzjoni ta' politiki u prattiki li jippromwovu l-integrità u jipprevjenu l-korruzzjoni fil-ġudikatura hija essenzjali wkoll sabiex tiġi garantita l-indipendenza ġudizzjarja.

    Figura 49: Kompożizzjoni tal-Kunsilli għall-Ġudikatura skont il-proċess ta' nomina* 22

    Il-grafika turi l-kompożizzjoni tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, 23 il-membri tal-ENCJ, skont il-proċess ta' nomina, skont jekk il-membri humiex imħallfin/prosekuturi eletti jew magħżula/proposti mill-pari tagħhom, membri nnominati mill-fergħa eżekuttiva jew leġiżlattiva, jew membri nnominati minn korpi u awtoritajiet oħra. Mhux inqas minn nofs il-membri tal-Kunsilli għandhom ikunu mħallfin magħżula mill-pari tagħhom mil-livelli kollha tal-ġudikatura u b'rispett tal-pluraliżmu fil-ġudikatura. 24

    *BE: il-membri ġudizzjarji huma l-imħallfin jew il-prosekuturi; BG: il-kategorija tal-"prosekuturi" tinkludi maġistrat investigattiv elett wieħed; DK: il-membri kollha huma maħtura formalment mill-Ministru tal-Ġustizzja; il-kategorija "Maħtur/appuntat minn korpi/awtoritajiet oħra" tinkludi żewġ rappreżentanti tal-qorti (nnominati mill-junjin għall-persunal amministrattiv u mill-junjin tal-pulizija); ES: il-membri tal-Kunsill li ġejjin mill-ġudikatura huma maħtura mill-Parlament - il-Kunsill jikkomunika lill-Parlament il-lista ta' kandidati li rċevew l-appoġġ ta' assoċjazzjoni tal-imħallfin jew ta' ħamsa u għoxrin imħallef; FR: il-Kunsill għandu żewġ formazzjonijiet waħda b'ġuriżdizzjoni fuq imħallfin li jippresjiedu, u l-oħra b'ġuriżdizzjoni fuq il-prosekuturi; Il-Kunsill jinkludi membru wieħed tal-Conseil d'Etat (il-Kunsill tal-Istat) elett mill-assemblea ġenerali tal-Conseil d'Etat; IT-CSM: Consiglio superiore della Magistratura (li jkopri l-qrati ċivili u kriminali); il-kategorija tal-"imħallfin" tinkludi żewġ maġistrati (imħallfin u/jew prosekuturi) eletti mill-Qorti Suprema; IT-CPGA: Consiglio di presidenza della giustizia amministrativa (li jkopri l-qrati amministrattivi); MT: il-Kap tal-Oppożizzjoni jappunta membru lajk; NL: il-membri huma maħtura formalment b'Ordni Rjali fuq proposta tal-Ministru tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja; RO: il-maġistrati eletti huma validati mis-Senat; SI: il-membri huma eletti mill-Assemblea Nazzjonali fuq proposta tal-President tar-Repubblika.

    Figura 50: Is-setgħat tal-Kunsilli għall-Ġudikatura* 25

    Din il-figura turi xi wħud mis-setgħat ewlenin tal-Kunsilli, il-membri tal-ENCJ, bħas-setgħat li jirrigwardaw ifl-ħatra tal-imħallfin u s-setgħat li jaffettwaw il-karrieri tagħhom. Din ġiet estiża biex tinkludi s-setgħa li jevalwaw l-imħallfin u ċerti setgħat maniġerjali, bħas-setgħa li jiddeċiedu dwar in-numru ta' persunal tal-qorti, jallokaw il-baġit għal qrati partikolari u jiddeterminaw l-użu tal-ICT fil-qrati.

    * Il-figura tippreżenta biss ċerti setgħat u mhijiex eżawrjenti. Il-Kunsilli għall-Ġudikatura għandhom setgħat oħra mhux imsemmija hawnhekk. IT: il-kolonna turi s-setgħat għaż-żewġ kunsilli — is-CSM: il-kunsill għal qrati ċivili u kriminali u s-CPGA: il-kunsill għall-qrati amministrattivi; is-CPGA biss għandu setgħat fuq l-ICT fil-qrati u huwa korp konsultattiv; LV: korpi ġudizzjarji oħra li jmexxu lilhom infushom jeżerċitaw ċerti setgħat, eż. fuq dixxiplina u etika; F'xi pajjiżi, l-eżekuttiv huwa marbut, bil-liġi jew fil-prattika, li jsegwi l-proposta tal-Kunsill għall-Ġudikatura għall-ħatra jew it-tkeċċija ta' mħallef (pereżempju ES).

    Figura 51: Kriterji għad-determinazzjoni ta' riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura* 26  

    Il-figura turi liema fergħa tal-gvern (ġudizzjarja, leġiżlattiva jew eżekuttiva) tiddefinixxi l-kriterji għad-determinazzjoni ta' riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura. Hija tippreżenta wkoll il-kriterji li ġejjin għal kull pajjiż: l-allokazzjonijiet huma bbażati jew fuq l-ispejjeż storiċi/realizzati - li huwa l-aktar kriterju komuni - jew, inqas frekwentement, fuq l-għadd ta' kawżi li jkunu deħlin/kawżi riżolti, l-ispejjeż antiċipati jew ħtiġijiet/talbiet tal-qrati.

    * EL u CY: informazzjoni mit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2015; DK: huwa meqjus in-numru ta' kawżi deħlin u kawżi riżolti fil-qrati tal-ewwel istanza; DE: biss għall-baġit tal-Qorti Suprema — fir-rigward tal-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza; is-sistemi ġudizzjarji jvarjaw bejn l-istati federali; DK: in-numru ta' kawżi deħlin u kawżi riżolti għall-qrati tal-ewwel u tat-tieni istanza; FR: in-numru ta' kawżi deħlin u kawżi riżolti għall-qrati tal-istanzi kollha; IT: il-Ministeru tal-Ġustizzja jiddefinixxi kriterji għall-qrati ċivili u kriminali, filwaqt li l-Kunsill għall-Ġudikatura (CPGA) jiddefinixxi kriterji għall-qrati amministrattivi; HU: il-leġiżlazzjoni tgħid li s-salarji tal-imħallfin għandhom ikunu stabbiliti fl-att dwar il-baġit ċentrali b'tali mod li l-ammont ma jkunx aktar baxx milli kien fis-sena ta' qabel; NL: in-numru ta' kawżi riżolti bbażat fuq l-evalwazzjoni tal-ispejjeż għall-qrati huwa kkunsidrat.

    Figura 52: Is-salvagwardji dwar it-trasferiment ta' mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom* 27   (is-sigurtà tal-kariga tal-imħallfin)

    Il-figura turi jekk it-trasferiment ta' mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom huwiex permess u, jekk dan ikun il-każ, liema awtoritajiet jieħdu d-deċiżjoni, ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti u jekk huwiex possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni bħal din. Dawn in-numri jindikaw kemm imħallfin ġew trasferiti mingħajr il-kunsens tagħhom fl-2014 għal raġunijiet organizzattivi, dixxiplinarji jew oħrajn, u kemm appellaw (jekk ma huwa mogħti l-ebda numru, ma hemm l-ebda dejta disponibbli). 28

    *BE: trasferiment għal raġunijiet organizzattivi biss fl-istess qorti; CZ: imħallef jista jiġi trasferit biss lejn qorti tal-istess istanza, jew qorti f'istanza waħda ogħla jew aktar baxxa (kollha fl-istess distrett ġudizzjarju); DE: trasferiment għal żmien massimu ta' tliet xhur, u biss f'każijiet ta' rappreżentazzjoni; FR: Il-Ministru tal-Ġustizzja jista' jittrasferixxi mħallef għal raġunijiet organizzattivi fil-każ rari bħalma huma l-għeluq ta' qorti jew għal raġunijiet ġuridiċi bħal ħatriet għal terminu fiss (għal president tal-qorti jew għal funzjonijiet speċjalizzati); IT: sitt Imħallfin ġew trasferiti mis-CSM (il-kunsill tal-qrati ċivili u kriminali), li tlieta minnhom appellaw kontra t-trasferiment; iż-żewġ imħallfin trasferiti mis-CPGA (il-kunsill tal-qrati amministrattivi) appellaw it-trasferiment; is-CPGA jista' jittrasferixxi biss għal raġunijiet dixxiplinarji; LT: trasferiment temporanju fil-każ ta' ħtieġa urġenti li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-qorti; RO: biss trasferimenti temporanji ta' mhux aktar minn sena, għal sanzjonijiet dixxiplinarji; FI: trasferiment fil-każ ta' riorganizzazzjoni ta' funzjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika.

    Figura 53: It-tkeċċija ta' mħallfin fil-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza* 29  

    Din il-figura turi l-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jipproponu u jieħdu deċiżjoni dwar it-tkeċċija ta' mħallfin fil-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza. 30 Il-parti ta' fuq ta' kull kolonna tindika liema awtorità tieħu d-deċiżjoni finali 31 u l-parti ta' isfel turi – fejn relevanti – liema awtorità tipproponi t-tkeċċija jew min għandu jiġi kkonsultat qabel ma tittieħed deċiżjoni. Iċ-ċifri juru kemm imħallfin (mill-istanzi kollha tal-qrati) tkeċċew fl-2014 minn korp speċifiku u kemm minnhom appellaw kontra t-tkeċċija (jekk ma huwa mogħti l-ebda numru, ma hemm l-ebda dejta disponibbli).

    * IT: Is-CSM (il-kunsill tal-qrati ċivili u kriminali) keċċa tliet imħallfin, li appellaw; Is-CPGA (il-kunsill tal-qrati amministrattivi) ma keċċiex imħallfin; PT: l-ebda mħallfin ma tkeċċew, imma t-tlieta li kienu mġiegħla jirtiraw, appellaw kontra dan; SE: appell ikkonċerna deċiżjoni ta' qorti distrettwali sabiex tirrieżamina deċiżjoni mill-Bord nazzjonali tal-ksur dixxiplinari mill-2011; UK (EN+WL): l-ebda mħallef full-time ma tkeċċa, iżda tkeċċew biss imħallfin part-time (li jitħallsu onorarja), jiġifieri mħallef wieħed ta' tribunal, ħames imħallfin tal-qorti u għaxar membri ta' tribunal (membri lajċi); f'xi pajjiżi, l-eżekuttiv huwa marbut, bil-liġi jew fil-prattika, li jsegwi l-proposta tal-Kunsill għall-Ġudikatura li mħallef jitkeċċa (pereżempju ES, LT).

    Figura 54: L-allokazzjoni tal-kawżi f'qorti 32  

    Il-figura turi l-livelli li fihom il-kriterji għall-allokazzjoni tal-kawżi fi ħdan qorti huma ddefiniti, kif jiġu allokati l-kawżi, u liema awtorità tissorvelja l-allokazzjoni. 33 Il-mod kif sistemi bħall-allokazzjoni każwali tal-kawżi huma implimentati fil-prattika huwa essenzjali wkoll 34 .

    Figura 55: L-irtirar u l-iskwalifika ta' mħallef 35

    Il-figura turi jekk l-imħallfin jistgħux jiġu suġġetti għal sanzjonijiet jekk jonqsu li jirrispettaw l-obbligu tal-irtirar milli jaġġudikaw kawża li fiha l-imparzjalità tagħhom tkun fid-dubju, kompromessa, jew fejn ikun hemm perċezzjoni raġonevoli ta' preġudizzju. Il-figura turi wkoll liema awtorità 36 hija responsabbli biex tieħu deċiżjoni fuq talba għal skwalifika minn parti li jkun biħsiebha tikkontesta mħallef. 37

    3.3.3 Ħidma tan-netwerks ġudizzjarji dwar l-indipendenza ġudizzjarja

    It-Tabella ta' Valutazzjoni tippreżenta ħarsa ġenerali komparattiva lejn ċerti salvagwardji ġuridiċi li għandhom l-għan li jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja iżda ma tipprovdix evalwazzjoni tal-effikaċja tagħhom. Fit-Tabelli ta' Valutazzjoni preċedenti, il-Kummissjoni inkoraġġiet lin-netwerks ġudizzjarji biex japprofondixxu l-valutazzjoni tagħhom tal-effikaċja ta' dawn is-salvagwardji ġuridiċi u indikat li kienet se tirrifletti dwar kif ir-riżultati jistgħu jiġu ppreżentati f'Tabelli ta' Valutazzjoni futuri.

    Bħala l-ewwel pass f'din id-direzzjoni, fl-2015 l-ENCJ wettqet studju 38 dwar l-indipendenza u r-responsabbiltà tal-ġudikatura li eżamina s-salvagwardji ġuridiċi kif formalment stipulati fil-liġi. L-istudju eżamina s-sitwazzjoni f'dawk l-Istati Membri li l-Kunsilli għall-Ġudikatura tagħhom kienu membri tal-ENCJ. Barra minn stħarriġ dwar il-perċezzjoni tal-indipendenza tal-imħallfin, l-istudju fih għadd ta' indikaturi li jirrigwardaw l-indipendenza ġudizzjarja, bħall-awtonomija organizzattiva, il-finanzjament tal-ġudikatura, il-ġestjoni tal-qrati, id-deċiżjonijiet tar-riżorsi umani dwar l-imħallfin, in-nontrasferibbiltà, il-proċedura ta' lment, ir-rappurtar perjodiku, ir-relazzjonijiet mal-istampa, l-etika ġudizzjarja, l-irtirar jew l-iskwalifika. Xi wħud minn dawn l-indikaturi jikkonċernaw sitwazzjonijiet li huma ppreżentati fil-figuri ta' hawn fuq, pereżempju dawk dwar in-nontrasferibbiltà tal-imħallfin u l-irtirar jew l-iskwalifika ta' mħallfin.

    Figura 56: Eżempji ta' salvagwardji eżaminati mill-ENCJ 39

    Il-figura ta' hawn taħt tikkonċerna l-irtirar u l-iskwalifika tal-imħallfin u n-nontrasferibbiltà tal-imħallfin. Hija tipprovdi ħarsa lejn l-arranġamenti formali kif stabbiliti bil-liġi sabiex jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet u ma tkejjilx l-effikaċja tagħhom fil-prattika jew tevalwa l-użu tagħhom. B'mod aktar speċifiku, din iċ-ċifra turi l-arranġamenti għall-irtirar volontarju, il-ksur ta' obbligu ta' rtirar, it-talba għal skwalifika, l-awtorità li tiddeċiedi u jekk huwiex possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni fuq talba għal skwalifika. Il-figura turi wkoll l-arranġament dwar il-possibbiltà li mħallef jiġi trasferit (b'mod temporanju jew permanenti; għal raġunijiet oħra għajr dawk dixxiplinarji) għal uffiċċju ġudizzjarju ieħor (għal dmirijiet ġudizzjarji oħra, qorti oħra jew post ieħor) mingħajr il-kunsens tiegħu jew tagħha.

    Figura 57: L-istħarriġ tal-ENCJ dwar il-perċezzjoni tal-indipendenza (perċezzjoni — valur ogħla jfisser perċezzjoni aħjar) 40

    3.3.4 Taqsira dwar l-indipendenza ġudizzjarja

    L-indipendenza ġudizzjarja hija element fundamentali ta' sistema tal-ġustizzja effettiva. Hija essenzjali biex insostnu l-istat tad-dritt, l-ekwità ta' proċeduri ġudizzjarji u l-fiduċja taċ-ċittadini u n-negozji fis-sistema ġuridika. It-Tabella ta' Valutazzjoni tippreżenta xejriet dwar il-perċezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja, kif ukoll informazzjoni dwar is-salvagwardji ġuridiċi għall-indipendenza u dwar il-Kunsilli għall-Ġudikatura (il-korpi bil-kompitu li jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja).

    B'żieda mal-istħarriġ tal-kumpaniji tal-Forum Ekonomiku Dinji (World Economic Forum - WEF), it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2016 twessa' l-eżami tal-perċezzjoni ta' indipendenza bi stħarriġiet ġodda tal-Ewrobarometru tal-pubbliku ġenerali u tal-kumpaniji:

    Paragun bejn l-istħarriġ kollu ġeneralment juri riżultati simili, b'mod partikolari fost l-Istati Membri bl-anqas u bl-ogħla perċezzjoni ta' indipendenza ġudizzjarja.

    L-istħarriġ tal-WEF, ippreżentat għar-raba' darba, juri li l-perċezzjoni tan-negozji dwar l-indipendenza tjiebet jew baqgħet stabbli fil-maġġoranza tal-Istati Membri, meta mqabbla mas-sena ta' qabel, b'titjib notevoli fi ftit Stati Membri b'livell baxx ta' perċezzjoni ta' indipendenza (il-Figura 48).

    Fost ir-raġunijiet għall-perċezzjoni ta' nuqqas ta' indipendenza tal-qrati u l-imħallfin, l-interferenza jew il-pressjoni min-naħa tal-gvern u l-politiċi, u minn interessi ekonomiċi u interessi speċifiċi oħra huma partikolarment notevoli għal diversi Stati Membri fejn il-perċezzjoni tal-indipendenza hija baxxa ħafna (il-Figuri 45 u 47).

    It-Tabella ta' Valutazzjoni tkompli tiddeskrivi s-salvagwardji ġuridiċi għall-indipendenza ġudizjarja, fejn turi kif is-sistemi tal-ġustizzja huma organizzati biex jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f'ċerti tipi ta' sitwazzjonijiet fejn l-indipendenza tista' tkun f'riskju:

    Rigward it-trasferiment ta' mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom u t-tkeċċija ta' mħallfin fil-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza, it-Tabella ta' Valutazzjoni turi li kważi fl-Istati Membri kollha, imħallfin trasferiti jew imkeċċija jistgħu jappellaw jew jitolbu rieżami ġudizzjarju tad-deċiżjoni. Iċ-ċifri jindikaw li numru żgħir ta' mħallfin tkeċċew jew ġew trasferiti mingħajr il-kunsens tagħhom u li l-biċċa l-kbira tat-trasferimenti kienu għal raġunijiet ta' dixxiplina (il-Figuri 52 u 53).

    Fil-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri il-kawżi li jkunu deħlin jiġu allokati lill-imħallfin b'mod aleatorju jew skont ordni predefinita, u b'hekk titnaqqas id-diskrezzjoni, dment li s-sistemi jkunu implimentati sewwa u li l-allokazzjoni tkun soġġetta għal monitoraġġ (il-Figura 54).

    Għajr fi ftit Stati Membri, imħallfin li ma jirtirawx milli jaġġudikaw kawża li fiha l-imparzjalità tagħhom tkun fid-dubju jistgħu jkunu soġġetti għal sanzjonijiet dixxiplinari (il-Figura 55).

    It-Tabella ta' Valutazzjoni tippreżenta l-ħidma tan-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (ENCJ) dwar l-indipendenza ġudizzjarja, li huwa l-ewwel pass lejn evalwazzjoni tal-effikaċja tas-salvagwardji fil-prattika (il-Figura 56).

    Fid-dawl ta' stampa ġenerali aġġornata dwar il-kompożizzjoni u s-setgħat tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, it-Tabella ta' Valutazzjoni turi li fil-biċċa l-kbira tal-Kunsilli, l-imħallfin (u l-prosekuturi) jiġu eletti mill-kollegi tagħhom (il-Figura 49). Hija turi wkoll li minbarra s-setgħat li jaħtru u jkeċċu mħallfin u li jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw il-karrieri tagħhom, huma biss ftit dawk il-kunsilli li għandhom setgħat maniġerjali biex jiddeterminaw l-għadd ta' persunal ta' qrati partikolari, il-baġits tal-qrati u l-użu tal-ICT fil-qrati (il-Figura 50).

    Huwa biss f'minoranza ta' Stati Membri li l-ġudikatura hija involuta fid-definizzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni tar-riżorsi finanzjarji tagħha. Fi grupp akbar ta' Stati Membri dawn il-kriterji huma ddefiniti biss mill-fergħa eżekuttiva u/jew dik leġiżlattiva (il-Figura 51).

    4.KONKLUŻJONIJIET

    It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE fir-raba' edizzjoni tagħha tagħti stampa konsolidata ta' kif is-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali għamlu progress rigward l-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza tagħhom. Anki jekk is-sitwazzjoni tvarja b'mod sinifikanti, skont l-Istat Membru u l-indikatur rispettiv, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2016 turi xi sinjali pożittivi li l-isforzi biex jittejbu s-sistemi tal-ġustizzja jidher li qed jagħtu l-frott. It-Tabella ta' Valutazzjoni se tkompli ssegwi dawn l-iżviluppi u tapprofondixxi l-ħarsa ġenerali komparattiva tagħha. Ir-rwol fundamentali tas-sistemi tal-ġustizzja għas-sostenn tal-istat tad-dritt jirrikjedi li dawn l-isforzi jiġu segwiti b'impenn u determinazzjoni

    (1) L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2016 (ara COM(2015) 690 final) jirreferi għall-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tal-ġudikatura "inkluż permezz tal-użu ta' standards ta' kwalità".
    (2)  L-istandards jistgħu jiġu stabbiliti mil-liġi, mill-qrati (inkluż permezz ta' prattiki stabbiliti sew tal-qorti), mill-Kunsill għall-Ġudikatura (jew korp ieħor indipendenti) jew minn oħrajn (eż. fir-CZ l-istandards huma, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ifformulati mill-Ministeru tal-Ġustizzja).
    (3) Id-dejta tirrigwarda l-2015 u nġabret b'kooperazzjoni mal-grupp ta' persuni ta' kuntatt dwar is-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali.
    (4) Il-limiti taż-żmien huma skadenzi proċedurali kwantitattivi, ġeneralment stabbiliti fil-liġi proċedurali, għal ċerti tipi ta' kawżi jew passi proċedurali.
    (5) L-iskali taż-żmien huma miri li jistgħu jitkejlu/prattiki li jippromwovu t-tempestività tal-proċeduri ġudizzjarji, pereżempju mħallfin tal-ewwel istanza għandhom jagħmlu stima tat-tul tal-proċess fil-bidu tal-proċedimenti, skali ta' żmien huma stabbiliti f'negozjati bejn il-qrati u l-Ministeru tal-Ġustizzja, il-qrati jistabbilixxu standards ta' żmien għal kategoriji differenti ta' kawżi.
    (6) Pereżempju, f'ċerti Stati Membri, kawżi pendenti għal tliet snin mingħajr ebda azzjoni mill-partijiet jistgħu jitneħħew minn fuq il-lista tal-kawżi tal-qorti, jew kawżi pendenti għal aktar minn sentejn jitqiesu bħala qodma u jiġu segwiti mill-qrib. Miżuri korrettivi jistgħu jinkludu assistenza temporanja minn unità speċjali ta' mħallfin.
    (7)

       Pereżempju, il-partijiet jistgħu jiksbu informazzjoni dwar il-kawżi tagħhom permezz ta' ċentri ta' informazzjoni fil-qrati, jew jiġu awtomatikament infurmati dwar l-iżviluppi rilevanti permezz tal-posta elettronika jew tal-SMS jew permezz ta' proċess awtomatizzat għall-utenti tas-sistema tal-iffajljar elettroniku. Fil-DE l-qrati jżommu lill-partijiet rilevanti infurmati, inkluż mingħajr talba.

    (8) Pereżempju, f'xi Stati Membri, l-ambitu tal-aċċess onlajn għall-informazzjoni huwa limitat għal ċerti tipi ta' kawżi jew qrati jew mhuwiex implimentat b'mod konsistenti.
    (9) Id-dejta tirrigwarda l-2015 u nġabret b'kooperazzjoni mal-grupp ta' persuni ta' kuntatt dwar is-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali.
    (10)  Id-Direttiva tal-ADR tal-Konsumaturi tiżgura li l-konsumaturi u n-negozjanti jkunu jistgħu jirrikorru għal entità tal-ADR għat-tilwim kuntrattwali tagħhom kollu prattikament fis-setturi ekonomiċi kollha, ikunu fejn ikunu (domestikament jew b'mod transfruntier) u jkun sar kif ikun sar ix-xiri (onlajn/offlajn). Ir-Regolament dwar is-Soluzzjoni Onlajn għat-Tilwim (Online Dispute Resolution - ODR) għandu l-għan li jiffaċilita l-użu tas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim għal tilwim li jirriżulta minn xiri onlajn.
    (11)   http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:12012P/TXT&from=EN
    (12) Iċ-ċifri huma bbażati fuq il-Gwida tal-ENCJ u t-tweġibiet għal kwestjonarju aġġornat imfassal mill-Kummissjoni f'assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Ir-risposti għall-kwestjonarju aġġornat mill-Istati Membri li ma għandhomx Kunsilli għall-Ġudikatura jew mhumiex membri tal-ENCJ (CZ, DE, EE, EL, CY, LU, AT u FI) ġew miksuba permezz ta' kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea. Ara l-Gwida għan-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, Ottubru 2015, disponibbli fuq: http://www.encj.eu/images/stories/pdf/workinggroups/guide/encj_guide_version_oct_2015.pdf
    (13) http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/scoreboard/index_en.htm L-istħarriġ tal-Ewrobarometru FL435, li sar bejn l-24 u l-25 ta' Frar 2016; tweġibiet għall-mistoqsija: "Minn dak li taf, kif tikklassifika s-sistema tal-ġustizzja f'(pajjiżna) f'termini tal-indipendenza tal-qrati u l-imħallfin? Taħseb li hija tajba ħafna, pjuttost tajba, pjuttost ħażina jew ħażina ħafna?", disponibbli fuq:
    (14)  L-istħarriġ tal-Ewrobarometru FL435, tweġibiet għall-mistoqsija: "Tista' tgħidli sa liema punt kull waħda mir-raġunijiet li ġejjin tispjega l-klassifikazzjoni tiegħek tal-indipendenza tas-sistema tal-ġustizzja f'(pajjiżna): ħafna, xi ftit jew wisq, mhux daqstant, xejn affattu?".
    (15)  L-istħarriġ tal-Ewrobarometru FL435
    (16)  L-istħarriġ tal-Ewrobarometru FL436, li sar bejn il-25 ta' Frar u l-4 ta' Marzu 2016; tweġibiet għall-mistoqsija: "Minn dak li taf, kif tikklassifika s-sistema tal-ġustizzja f'(pajjiżna) f'termini tal-indipendenza tal-qrati u l-imħallfin? Taħseb li hija tajba ħafna, pjuttost tajba, pjuttost ħażina jew ħażina ħafna?", disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/scoreboard/index_en.htm
    (17)  L-istħarriġ tal-Ewrobarometru FL436; tweġibiet għall-mistoqsija: "Tista' tgħidli sa liema punt kull waħda mir-raġunijiet li ġejjin tispjega l-klassifikazzjoni tiegħek tal-indipendenza tas-sistema tal-ġustizzja f'(pajjiżna): ħafna, xi ftit jew wisq, mhux daqstant, xejn affattu?".
    (18)  L-istħarriġ tal-Ewrobarometru FL436
    (19) L-indikatur tad-WEF huwa bbażat fuq it-tweġibiet tal-istħarriġ għall-mistoqsija: "F'pajjiżek, kemm hija indipendenti s-sistema tal-ġustizzja minn influwenzi tal-gvern, ta' individwi, jew ta' kumpaniji? [1 = assolutament mhux indipendenti; 7 = kompletament indipendenti]" It-tweġibiet għall-istħarriġ ittieħdu minn kampjun rappreżentattiv ta' negozji li kienu jirrappreżentaw is-setturi ewlenin tal-ekonomija (l-agrikoltura, l-industrija tal-manifattura, l-industrija mhux tal-manifattura, u s-servizzi) fil-pajjiżi kollha kkonċernati. L-istħarriġ huwa amministrat f'formati differenti, inklużi intervisti wiċċ imb wiċċ jew bit-telefown ma' kapijiet eżekuttivi, formoli stampati mibgħuta bil-posta, u stħarriġ onlajn, disponibbli fuq: http://www.weforum.org/reports/global-competitiveness-report-2015-2016  
    (20) Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar l-imħallfin: indipendenza, effiċjenza u responsabilitajiet.
    (21) Din il-ħarsa ġenerali turi kif is-sistemi tal-ġustizzja huma organizzati. Mhijiex intenzjonata sabiex tirrifletti l-kumplessità u d-dettalji tagħhom.
    (22) Ibbażat fuq il-Gwida ENCJ, Ottubru 2015.
    (23)  Il-Kunsilli għall-Ġudikatura huma korpi indipendenti, stabbiliti skont il-liġi jew skont il-kostituzzjoni, li jfittxu li jissalvagwardjaw l-indipendenza tal-ġudikatura u tal-imħallfin individwali u b'hekk jippromwovu l-funzjonament effiċjenti tas-sistema tal-ġustizzja. Kull wieħed mit-tliet Kunsilli fir-Renju Unit huwa inkluż fil-ħarsa ġenerali: UK (EN+WL) - il-Kunsill tal-Imħallfin tal-Ingilterra u ta' Wales, UK (NI) - il-Kunsill tal-Imħallfin għall-Irlanda ta' Fuq u UK (SC) - il-Kunsill Ġudizzjarju għall-Iskozja.
    (24) Ara r-Rakkomandazzjoni, §26-27.
    (25) Ibbażat fuq il-Gwida ENCJ, Ottubru 2015.
    (26) Dejta miġbura permezz ta' kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f'assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. It-tweġibiet minn Stati Membri mingħajr Kunsilli għall-Ġudikatura nkisbu b'kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE. L-Istati Membri jidhru fl-ordni alfabetiku tal-ismijiet ġeografiċi tagħhom fil-lingwa oriġinali. L-għoli tal-kolonni ma jirriflettix neċessarjament l-effikaċja tas-salvagwardji.
    (27)  Dejta miġbura permezz ta' kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f'assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. It-tweġibiet minn Stati Membri mingħajr Kunsilli għall-Ġudikatura nkisbu b'kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE. L-Istati Membri jidhru fl-ordni alfabetiku tal-ismijiet ġeografiċi tagħhom fil-lingwa oriġinali. L-għoli tal-kolonni ma jirriflettix neċessarjament l-effikaċja tas-salvagwardji.
    (28) Il-paragrafu 52 tar-Rakkomandazzjoni fih garanziji dwar is-sigurtà tal-kariga tal-imħallfin. L-imħallfin ma għandhomx jiġu trasferiti lejn uffiċċju ġudizzjarju ieħor mingħajr il-kunsens tagħhom, ħlief f'każijiet ta' sanzjonijiet dixxiplinarji jew ir-riforma tal-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja.
    (29) Dejta miġbura permezz ta' kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f'assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. It-tweġibiet minn Stati Membri mingħajr Kunsilli għall-Ġudikatura nkisbu b'kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE. L-Istati Membri jidhru fl-ordni alfabetiku tal-ismijiet ġeografiċi tagħhom fil-lingwa oriġinali. L-għoli tal-kolonni ma jirriflettix neċessarjament l-effikaċja tas-salvagwardji.
    (30) Il-paragrafi 46 u 47 tar-Rakkomandazzjoni jirrikjedu li s-sistemi nazzjonali jipprovdu għal salvagwardji rigward it-tkeċċija ta' mħallfin.
    (31) Jista' jkun korp wieħed jew tnejn differenti skont ir-raġuni għat-tkeċċija jew it-tip ta' mħallef (pereżempju, president).
    (32) Dejta miġbura permezz ta' kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f'assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. It-tweġibiet minn Stati Membri mingħajr Kunsilli għall-Ġudikatura nkisbu b'kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE. L-Istati Membri jidhru fl-ordni alfabetiku tal-ismijiet ġeografiċi tagħhom fil-lingwa oriġinali. L-għoli tal-kolonni ma jirriflettix neċessarjament l-effikaċja tas-salvagwardji.
    (33) Il-Paragrafu 24 tar-Rakkomandazzjoni jirrikjedi li s-sistemi għad-distribuzzjoni tal-kawżi f'qorti jsegwu kriterji oġġettivi stabbiliti minn qabel sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dritt għal imħallef indipendenti u imparzjali.
    (34)  Pereżempju, l-aħħar Rapport mill-Kummissjoni dwar il-Progress fil-Bulgarija skont il-mekkaniżmu tal-Kooperazzjoni u l-Verifika stieden lill-BG sabiex: "Tistabbilixxi kapaċità fil-[Kunsill Ġudizzjarju Suprem] u l-[Ispettorat Ġudizzjarju] sabiex timmonitorja l-applikazzjoni u s-sigurtà tas-sistema l-ġdida għall-allokazzjoni każwali tal-kawżi fil-qrati. Dawn l-istituzzjonijiet iridu jkunu trasparenti dwar l-eżitu tal-ispezzjonijiet u s-segwitu tal-problemi identifikati." COM(2016) 40 final, disponibbli hawn: http://ec.europa.eu/cvm/docs/com_2016_40_en.pdf
    (35) Dejta miġbura permezz ta' kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f'assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. It-tweġibiet minn Stati Membri mingħajr Kunsilli għall-Ġudikatura nkisbu b'kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE. L-Istati Membri jidhru fl-ordni alfabetiku tal-ismijiet ġeografiċi tagħhom fil-lingwa oriġinali. L-għoli tal-kolonni ma jirriflettix neċessarjament l-effikaċja tas-salvagwardji.
    (36) Xi drabi aktar minn awtorità waħda tista' tieħu din id-deċiżjoni, skont il-livell tal-qorti fejn ikun jippresjedi l-imħallef skwalifikat.
    (37) Il-paragrafi 59, 60 u 61 tar-Rakkomandazzjoni jistipulaw li l-imħallfin għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u imparzjali fil-kawżi kollha u għandhom jirtiraw minn kawża jew jirrifjutaw li jaġixxu fejn hemm raġunijiet validi ddefiniti mil-liġi, u mhux f'okkażjonijiet oħra.
    (38) Ir-Rapport tal-ENCJ 2014-2015 dwar l-Indipendenza u r-Responsabbiltà tal-Ġudikatura u tal-Prosekuzzjoni. Ir-rapport juża indikaturi dwar l-aspetti ġuridiċi u oħrajn oġġettivament osservabbli tas-sistema ġuridika li huma essenzjali għall-indipendenza u r-responsabbiltà. Fir-rigward tal-kejl ta' dawn l-aspetti oġġettivi, il-Kunsilli, jew fin-nuqqas tagħhom, korpi governattivi oħra, huma responsabbli għall-għoti tal-punteġġ u għall-kategorizzazzjoni, bl-użu ta' kwestjonarju standardizzat. Din hija awtoevalwazzjoni, iżda waħda ta' aspetti li jistgħu jiġu vverifikati minn kull min ikollu għarfien dwar is-sistemi ġuridiċi kkonċernati. L-indikaturi jippreżentaw il-fehmiet tal-ENCJ dwar kif għandhom ikunu l-arranġamenti formali stabbiliti bil-liġi għall-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja. Ara l-p. 16 u 23, ir-Rapport tal-ENCJ, disponibbli hawn: http://www.encj.eu/images/stories/pdf/workinggroups/independence/encj_report_ independence_accountability_2014_2015_adopted_ga_corr_2016.pdf  
    (39) Il-figura hija derivata mir-riżultati ppreżentati fir-Rapport tal-ENCJ 2014-2015 dwar l-Indipendenza u r-Responsabbiltà tal-Ġudikatura u tal-Prosekuzzjoni (l-eżitu huwa ppreżentat bħala perċentwal ta' punteġġ massimu standardizzat).
    (40) Il-figura hija bbażata fuq it-tweġibiet tal-istħarriġ għall-mistoqsija: "Fuq skala ta' 0-10 (fejn 0 tfisser "assolutament mhux indipendenti" u 10 tfisser "l-ogħla grad possibbli ta' indipendenza"): bħala mħallef ma nħossni indipendenti xejn jew inħossni totalment indipendenti". Total ta' 4,874 imħallef ipparteċipaw fl-istħarriġ li sar f'Marzu 2015. Dawn il-membri tal-ENCJ li ġejjin ma pparteċipawx fl-istħarriġ: FR, MT, HR u HU. SE hija osservatur tal-ENCJ.
    Top