Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AP0497

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija (11198/1/2016 – C8-0425/2016 – 2013/0028(COD))

    ĠU C 238, 6.7.2018, p. 404–405 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 238/404


    P8_TA(2016)0497

    Is-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija ***II

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija (11198/1/2016 – C8-0425/2016 – 2013/0028(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

    (2018/C 238/27)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11198/1/2016 – C8-0425/2016),

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità mill-Parlament Litwan, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, mis-Senat tan-Netherlands u mill-Kamra tar-Rappreżentanti tan-Netherlands, mill-Kunsill Federali tal-Awstrija u mill-Parlament Żvediż, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013 (1),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013 (2),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0028),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0373/2016),

    1.

    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

    2.

    Japprova d-dikjarazzjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

    3.

    Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

    4.

    Jissuġġerixxi li l-att jiġi kkwotat bħala “r-Regolament van de Camp-Dijksma fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija” (4);

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    6.

    Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    7.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.

    (2)  ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.

    (3)  Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0148.

    (4)  Wim van de Camp u Sharon Dijksma wettqu n-negozjati dwar l-att, għall-Parlament u l-Kunsill rispettivament.


    ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

    Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar it-trasferiment tal-persunal

    Skont il-premessa 14 u l-Artikolu 4, il-paragrafi 4a, 4b u 6, l-Istati Membri jeħtiġilhom jirrispettaw bis-sħiħ id-Direttiva 2001/23/KE rigward is-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi u huma intitolati li jmorru lil hinn mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva billi jieħdu miżuri addizzjonali għall-protezzjoni tal-persunal f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, bħar-rekwiżit ta' trasferiment obbligatorju tal-persunal anke jekk id-Direttiva 2001/23/KE ma tkunx tapplika.


    Top