EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AP0374

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2016)0372 – C8-0233/2016 – 2016/0173(NLE))

ĠU C 215, 19.6.2018, p. 265–265 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/265


P8_TA(2016)0374

L-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2016)0372 – C8-0233/2016 – 2016/0173(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 215/48)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2016)0372),

wara li kkunsidra l-Artikolu 38, paragrafu erbgħa, tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

wara l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0233/2016),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0266/2016),

1.

Japprova l-awtorizzazzjoni lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


Top