Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AP0094

    P8_TA(2016)0094 Prodotti li joriġinaw f'ċerti stati AKP ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (riformulazzjoni) (COM(2015)0282 – C8-0154/2015 – 2015/0128(COD)) P8_TC1-COD(2015)0128 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' April 2016 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehim ta' sħubija ekonomika (Riformulazzjoni)

    ĠU C 58, 15.2.2018, p. 225–226 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 58/225


    P8_TA(2016)0094

    Prodotti li joriġinaw f'ċerti stati AKP ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (riformulazzjoni) (COM(2015)0282 – C8-0154/2015 – 2015/0128(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

    (2018/C 058/25)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0282),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0154/2015),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2015 (1)

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' ristrutturazzjoni tal-atti legali (2),

    wara li kkunsidra l-ittra tas-16 ta' Settembru 2015 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0010/2016),

    A.

    billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 32, 28.1.2016, p. 23.

    (2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


    P8_TC1-COD(2015)0128

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' April 2016 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehim ta' sħubija ekonomika (Riformulazzjoni)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1076.)


    Top