This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016AE3054
Opinion of the European Economic and Social Committee on the proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council laying down rules on the making available on the market of CE marked fertilising products and amending Regulations (EC) No 1069/2009 and (EC) No 1107/2009 [COM(2016) 0157 final — 2016/0084 (COD)]
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 [COM(2016) 0157 final — 2016/0084 (COD)]
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 [COM(2016) 0157 final — 2016/0084 (COD)]
ĠU C 389, 21.10.2016, p. 80–85
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/80 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009
[COM(2016) 0157 final — 2016/0084 (COD)]
(2016/C 389/11)
Relatur: |
is-Sur Cillian LOHAN |
Nhar it-8 ta’ April u nhar il-11 ta’ April 2016, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 u l-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009”
[COM(2016) 0157 final — 2016/0084 (COD)].
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Ġunju 2016.
Matul il-518-il sessjoni plenarja (seduta tal-14 ta’ Lulju 2016), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’unanimità permezz ta’ 184 vot favur.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li għandha l-għan li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern fis-settur tal-fertilizzanti skont il-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari. Il-KESE huwa tal-fehma li dan l-approċċ, jekk ikun estiż b’mod wiesa’ għal setturi oħra, jista’ jikkontribwixxi għas-sostenibilità ambjentali inġenerali, inklużi l-iżvilupp ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-ħarsien tal-ambjent. |
1.2. |
Il-Kumitat jappoġġja l-proposta li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament eżistenti, għaliex b’hekk jinħolqu kundizzjonijiet ekwi armonizzati għall-fertilizzanti ta’ oriġini bijoloġika u bbażati fuq l-iskart u jitneħħew il-limiti għall-innovazzjoni. Madankollu, il-KESE jirrakkomanda li jinżammu u jiġu applikati l-prinċipji ewlenin kollha tal-ħarsien ambjentali, fosthom il-prinċipju ta’ prekawzjoni. |
1.3. |
Il-KESE jaqbel mal-ħolqien ta’ sistema effiċjenti ta’ kontroll, tikkettar u traċċabilità biex ikunu żgurati l-kwalità u s-sikurezza tal-prodotti bis-sehem attiv tal-partijiet kollha involuti. Il-Kumitat jissuġġerixxi li tiġi applikata s-sistema ta’ tikkettar diġà eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti sabiex tingħata informazzjoni ċara dwar l-użu u l-konservazzjoni tal-fertilizzanti. Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ metodu ta’ analiżi uffiċjali biex jiġu vverifikati l-kredenzjali ta’ kwalunkwe sistema ta’ tikkettar u biex jiġi żgurat li l-integrità ta’ kwalunkwe tikkettar applikat tkun robusta biżżejjed. |
1.4. |
Il-Kumitat josserva li l-fertilità u l-protezzjoni tal-ħamrija huma aspett ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni, iżda jinnota li dan l-għan se jkun diffiċli li jinkiseb mingħajr Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija. Barra minn hekk, jenfasizza l-ħtieġa li wieħed iżomm f’moħħu d-differenzi fil-ħamrija fost l-Istati Membri, liema fatt għandu jinvolvi l-adozzjoni ta’ standards speċifiċi. |
1.5. |
Il-Kumitat jappoġġja l-proposta li jiġu stabbiliti limiti sabiex jitnaqqas il-kadmju u metalli tqal oħra fil-fertilizzanti. Il-KESE, konxju li din id-deċiżjoni ser iżżid l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-fertilizzanti li s-sors tagħhom tal-fosfat jiġi mit-tħaffir tas-sodda tal-blat, jixtieq jenfasizza li din hija opportunità kbira għall-fertilizzanti organiċi b’bażi bijoloġika li jiksbu proporzjon sostanzjali tas-suq. Dan, min-naħa tiegħu, ser joħloq aktar opportunitajiet u jgħin biex jixpruna l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. |
1.6. |
Il-KESE jagħraf li l-produtturi jistgħu jagħżlu li jikkonformaw ma’ liġijiet Ewropej jew nazzjonali dwar it-tikkettar iżda, minħabba l-impatt potenzjali ta’ regoli u standards nazzjonali diverġenti dwar id-distorsjoni u l-frammentazzjoni tas-suq, huwa jenfasizza l-importanza ta’ approċċ li jevita l-kompetizzjoni inġusta u nuqqas ta’ konformità mal-ogħla standards ta’ traċċabbiltà, kwalità u sikurezza. |
1.7. |
Il-Kumitat josserva li ċerti definizzjonijiet u standards dwar fertilizzanti li joriġinaw minn materja prima sekondarja mhumiex ċari. B’mod partikolari, ser tinħtieġ definizzjoni ta’ “materja prima sekondarja” meta jiġu proposti direttivi u regolamenti relatati mal-prinċipji ta’ ekonomija ċirkolari. Sabiex titjieb l-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid, il-KESE jirrakkomanda integrazzjoni u armonizzazzjoni iżjed approfonditi mad-Direttiva eżistenti dwar l-Iskart. |
1.8. |
Il-Kumitat huwa tal-fehma li t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari hija sfida kruċjali għall-Ewropa u l-ġenerazzjonijiet futuri. Sabiex insegwu din it-triq, huwa jirrrakkomanda li jingħataw inċentivi biex jinkoraġġixxu lill-intrapriżi li jkunu interessati jibdlu l-produzzjoni tagħhom, u jieħdu inizjattivi li jkollhom l-għan li jappoġġjaw il-bidla fil-qasam tal-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. |
1.9. |
L-istrateġiji tal-Istati Membri dwar it-trattament, l-infrastruttura u l-ġestjoni tal-ilma mormi għandhom jirrikonoxxu l-valur tal-ilma mormi u l-ħama bħala sorsi ta’ materja prima għall-industrija tal-fertilizzanti organiċi. |
1.10. |
Il-ġbir u produzzjoni fuq skala reġjonali sostnuti minn netwerks ta’ distribuzzjoni fost l-Istati Membri għandhom jagħmlu parti integrali mill-istruttura ta’ suq tal-fertilizzanti organiċi. |
2. Introduzzjoni
2.1. |
Il-proposta tal-Kummissjoni ġiet żviluppata sabiex toffri soluzzjonijiet konkreti għall-problemi li ħarġu fl-evalwazzjoni ex post (1) tar-Regolament eżistenti dwar il-fertilizzanti (2), fil-qafas usa’ tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari (3). |
2.2. |
B’mod partikolari, il-proposta għandha l-għan li tindirizza żewġ problemi ovvji li jaffettwaw is-suq intern fis-settur tal-fertilizzanti:
|
2.3. |
Il-punti prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni huma:
|
2.4. |
Skont il-Kummissjoni, il-proposta se twassal għal firxa ta’ benefiċċji, li jinkludu:
|
3. Kummenti ġenerali
3.1. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni, kemm għaliex issolvi ċerti kwistjonijiet kritiċi fis-suq tal-fertilizzanti kif ukoll għax tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari. |
3.2. |
Il-Kumitat itenni l-appoġġ tiegħu għal kull inizjattiva li għandha l-għan li tagħlaq iċ-ċirku fil-kuntest tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari (12). Il-KESE jqis il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi armonizzati għal fertilizzanti ta’ oriġini organika bħala mira ambjentali importanti, kif ukoll xprun importanti għall-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. |
3.3. |
Il-KESE jaqbel dwar il-ħtieġa li jitneħħew l-ostakli li jillimitaw il-moviment liberu ta’ materja prima sekondarja (li tinkludi materja prima sekondarja li hija organika) u l-innovazzjoni, filwaqt li jinżammu u jiġu applikati l-prinċipji ewlenin kollha tal-protezzjoni ambjentali, fosthom il-prinċipju ta’ prekawzjoni. |
3.4. |
Il-Kumitat jappoġġja l-proposta li tiġi stabbilita sistema effikaċi/effettiva ta’ kontrolli, tikkettar u traċċabbiltà biex ikunu żgurati s-sikurezza u l-kwalità ta’ dawn il-prodotti. B’mod partikolari
|
3.5. |
Il-KESE jagħraf li l-produtturi jistgħu jagħżlu li jikkonformaw mal-liġijiet Ewropej jew nazzjonali dwar it-tikkettar, imma jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-regoli u l-istandards nazzjonali diverġenti huma waħda mill-kawżi prinċipali tad-distorsjoni u l-frammentazzjoni attwali tas-suq. Għal din ir-raġuni jirrakkomanda approċċ immirat sabiex jiġi evitat theddid ġdid ta’ kompetizzjoni inġusta u nonkonformità mal-ogħla standards ta’ traċċabbiltà, kwalità u sikurezza. |
3.6. |
Il-Kumitat josserva li l-fertilità u l-protezzjoni tal-ħamrija huma aspett kruċjali tal-proposta tal-Kummissjoni, iżda jinnota li dan l-għan se jkun diffiċli li jinkiseb mingħajr Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija li tista’ tfassal u tinforza standards komuni għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ħamrija (14). Barra minn hekk, jenfasizza l-ħtieġa li wieħed iżomm f’moħħu d-differenzi fil-ħamrija fost l-Istati Membri, liema fatt għandu jinvolvi l-adozzjoni ta’ standards speċifiċi. |
3.7. |
Il-Kumitat jaqbel mat-tfassil ta’ limiti sabiex gradwalment jitnaqqsu l-kadmju u metalli tqal oħra fil-fertilizzanti. Sadanittant, huwa konxju mill-fatt li tnaqqis immedjat u radikali tal-livelli tal-kadmju fil-fertilizzanti ser iżid l-ispejjeż tal-produzzjoni u b’hekk l-ispejjeż tal-bdiewa u tal-konsumaturi. F’konformità mal-proċessi li jfixklu li jiffurmaw parti mit-tranżizzjoni għal mudell ekonomiku ċirkolari, din il-bidla fl-ispiża, u l-bidla konsegwenti fil-prezzijiet, jistgħu jkunu għodda ekonomika biex tixpruna l-bidla fil-livell tal-konsumaturi jew fil-livell tal-bdiewa. Jeħtieġ li l-bdiewa jiġu protetti minn żidiet drastiċi fil-prezz u għalhekk jibbenefikaw mill-aċċessibbiltà għall-fertilizzanti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. |
3.8. |
Il-KESE jenfasizza li l-kompetittività tal-SMEs tista’ tintlaqat minn spejjeż ta’ konformità addizzjonali (15). Minħabba l-valur strateġiku ta’ dan ir-Regolament, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġu pprovduti inċentivi li jiffavorixxu t-tranżizzjoni tal-SMEs lejn produzzjoni aktar sostenibbli (16). Id-DĠ tal-UE responsabbli għar-riċerka u l-agrikoltura ser ikollhom rwoli prinċipali f’dan il-proċess. |
3.9. |
Il-KESE huwa tal-fehma li t-tranżizzjoni għal fertilizzanti iktar sostenibbli kif ukoll għal ekonomija ċirkolari teħtieġ impenn qawwi mill-partijiet kollha involuti (manifatturi, bdiewa, ħaddiema u konsumaturi). Il-pariri tekniċi u l-aħjar prattiki jkomplu jevolvu, iżda dawn mhux dejjem jiġu komunikati b’mod tajjeb. Bħal f’oqsma oħrajn, l-informazzjoni, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja huma essenzjali (17). Il-Forum tal-Ekonomija Ċirkolari propost li ser isir fil-KESE kif propost fl-Opinjoni NAT/676 dwar il-Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari jista’ jgħin biex jaqdi rwol fit-twettiq ta’ dan. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1. |
Il-KESE jaqbel li l-bijostimulanti tal-pjanti għandhom jiġu inklużi fil-qafas ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE minflok prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, permezz tal-emenda tal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Madankollu, il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-proċess bir-reqqa sabiex jiġi żgurat li dan ma jkunx użat biex tiġi evitata l-liġi dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jkun ta’ theddida potenzjali għas-saħħa u għall-ambjent. |
4.2. |
Il-Kumitat jemmen li fertilizzanti li joriġinaw minn materja prima sekondarja fil-futur jistgħu jikkostitwixxu parti importanti minn ekonomija ċirkolari integrata (18). Sabiex titjieb l-armonizzazzjoni mad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (19) eżistenti, il-KESE jipproponi:
|
4.3. |
L-istatus ta’ tmiem tal-istadju tal-iskart (20), kif definit fil-proposta tal-Kummissjoni, japplika għall-fertilizzanti u mhux għall-komponenti tagħhom. Il-KESE jissuġġerixxi li dan il-kunċett għandu japplika għall-komponenti, minħabba li kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru għandha ssir fuq il-komponenti tal-bidu u mhux fuq il-fertilizzanti bħala prodotti finali. |
4.4. |
Il-Kumitat huwa konvint li n-“nudge thinking” jista’ tkun għodda utli biex jintlaħaq l-għan ġenerali ta’ suq intern aktar effiċjenti fil-kuntest tat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, li jinvolvi u jindirizza lill-manifatturi, il-bdiewa u l-konsumaturi u jinkoraġġixxi għażliet u mġiba aktar sostenibbli. |
4.5. |
L-ilma urban mormi għandu potenzjal bħala materja prima sekondarja għal din l-industrija emerġenti. L-analiżi tal-infrastruttura tal-ilma mormi fil-livell tal-Istati Membri għandha titħeġġeġ sabiex tiġi ddeterminata analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji eżatta fl-investiment fl-iżvilupp tal-infrastruttura li tipprijoritizza l-provvista ta’ ilma mormi ta’ kwalità għolja, separat sew, u rikk fin-nutrijenti. L-awrina tista’ tipprovdi sors affidabbli ta’ fosfru u nitroġenu mingħajr il-konċentrazzjonijiet assoċjati ta’ metalli tqal li jinstabu f’depożiti fis-sodda ta’ blat li fihom il-fosfati b’mod partikolari. |
4.6. |
Il-ġbir u l-produzzjoni fuq skala reġjonali sostnuti minn netwerks ta’ distribuzzjoni fost l-Istati Membri għandhom jagħmlu parti integrali mill-istruttura ta’ suq ta’ fertilizzanti fuq bażi organika. Dan il-mudell huwa kkomplementat minn għadd kbir ta’ ġbir fuq skala komunitarja u, fejn ikun fattibbli, unitajiet ta’ produzzjoni. |
4.7. |
Il-Kumitat jinnota li tnaqqis ambizzjuż tal-kadmju jista’ jintlaħaq aktar faċilment b’attenzjoni kbira fuq fertilizzanti tal-fosfati li ġejjin minn sorsi oħrajn li mhumiex minn blat estratt minn mini kkontaminati mill-kadmju. |
4.8. |
Jeħtieġ li l-eżenzjonijiet mill-qafas legali tar-REACH (ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi) jestendu lil hinn mill-kompost biex jiġu inkoraġġiti opportunitajiet ġodda tas-suq u innovazzjoni f’oqsma bħas-struvite u prodotti relatati. |
4.9. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi kategoriji addizzjonali għall-materjali komponenti fl-Annessi, b’mod li tibqa’ aġġornata mal-progress teknoloġiku li jippermetti l-produzzjoni ta’ fertilizzanti siguri u effettivi minn materja prima sekondarja rkuprata, bħall-faħam bijoloġiku u l-irmied. |
4.10. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq inċentivi biex jiġi appoġġjat ir-riċiklaġġ tad-demel tal-bhejjem skont il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari. Fl-istess ħin, huwa importanti li ma noħolqux sistemi li jappoġġjaw produzzjoni eċċessiva ta’ demel. Opinjonijiet oħrajn dwar ir-riforma tal-PAK (21) u dwar il-ħtieġa li nirriformaw is-sistemi agrikoli jenfasizzaw il-ħtieġa għal tnaqqis fir-reġjuni li jipproduċu konċentrati tad-demel bħala parti minn riforma totali tas-sistemi agroalimentari tagħna lejn mudell sostenibbli. |
Brussell, l-14 ta’ Lulju 2016.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS
(1) Ċentru għas-Servizzi ta’ Strateġija u Evalwazzjoni (CSES), Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 dwar il-fertilizzanti – Rapport finali, 2010.
(2) (KE) Nru 2003/2003.
(3) COM(2015) 614/2.
(4) Il-Kummissjoni tistma li l-fertilizzanti inorganiċi jammontaw għal 80 % tal-valur tas-suq, filwaqt li l-fertilizzanti organiċi u organominerali flimkien jammontaw għal 6,5 %, u l-materjal għat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-materjal għat-trattament bil-ġir jirrappreżentaw madwar 10,5 % tal-valur tas-suq. Il-bijostimulanti tal-pjanti u l-addittivi agronomiċi, għalkemm jirrappreżentaw biss 3 % tal-valur tas-suq, jitqiesu bħala li għandhom potenzjal qawwi ta’ żvilupp tas-suq.
(5) Ir-Regolament eżistenti jiżgura l-moviment liberu biss għal fertilizzanti inklużi fl-Anness I. Bażikament, l-għoti tat-tikketta “Fertilizzant tal-KE” jitlob li ssir emenda għall-Anness I, imma dan tant hu kkumplikat li 50 % tal-fertilizzanti attwalment fis-suq jitħallew barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma prodotti minn materjali organiċi jew bijoskart riċiklat mill-katina alimentari.
(6) Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għal tliet sfidi marbutin mal-użu tal-fertilizzanti: 1) in-nutrijenti jintilfu fl-ambjent, li jfisser spejjeż kbar mil-lat tas-saħħa u l-mitigazzjoni tad-danni; 2) il-fosfru huwa materja prima kritika li tiġi barra mill-Ewropa – 90 % tal-fertilizzanti tal-fosfat jiġi impurtati minn pajjiżi terzi; 3) il-kadmju huwa komponent kruċjali tal-fetilizzanti tal-fosfat li l-impatt tagħhom fuq l-ambjent huwa partikolarment perikoluż.
(7) Ir-Regolament tal-2003 dwar il-Fertilizzanti ħoloq żewġ kategoriji differenti: “Fertilizzanti tal-KE” u “Fertilizzanti li mhumiex tal-KE” (magħrufin ukoll bħala “fertilizzanti nazzjonali”). Dawn tal-aħħar jistgħu jitqiegħdu fis-swieq nazzjonali minħabba li jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali u jistgħu jiċċirkolaw ukoll fis-suq tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku.
(8) COM(2016) 157 final. Punti ta’ introduzzjoni 14-15.
(9) COM(2016) 157 final. Punti ta’ introduzzjoni 23-27.
(10) Jekk il-produtturi jridu jbigħu l-prodotti tagħhom f’pajjiżi oħrajn tal-UE, iżda ma jridux tikketta CE mal-prodotti tagħhom, ikunu jistgħu jagħmlu dan, iżda dan jiddependi mir-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri.
(11) Il-limiti għall-kadmju fil-fertilizzanti ser isiru aktar stretti, minn 60 mg/kg għal 40 mg/kg wara 3 snin, u għal 20 mg/kg wara 12-il sena.
(12) Opinjoni tal-KESE, Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari (ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 547/2011.
(14) Opinjoni tal-KESE, Strateġija Tematika għall-protezzjoni tal-ħamrija (ĠU C 168, 20.7.2007, p. 29).
(15) Il-Kummissjoni Ewropea, “Competitiveness proofing – fertilising materials”, 2013. Dan l-istudju jindika li għal xi kumpaniji, pereżempju SMEs li jipproduċu l-kompost, l-ispejjeż ta’ konformità jistgħu jammontaw għal 10 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni, b’impatt dirett fuq il-kompetittività tal-SMEs.
(16) Opinjoni tal-KESE, L-użu sostenibbli tal-fosfru, punt 3.4.4 (ĠU C 177, 11.6.2014, p. 78).
Opinjoni tal-KESE, Il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi, punt 1.1 (ĠU C 12, 15.1.2015, p. 75).
(17) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 12.
(18) Opinjoni tal-KESE, Ekonomija ċirkolari: ħolqien ta’ impjiegi u pjan ta’ azzjoni ekoloġiku għall-SMEs, punt 2.8 (ĠU C 230, 14.7.2015, p. 99).
(19) 2008/98/KE. Artikolu 2(1)(f).
(20) COM(2016) 157 final, Artikolu 18.
(21) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 35.