This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015XG1117(03)
Notice for the attention of the data subject to whom the restrictive measures provided for in Council Regulation (EU) No 753/2011 as implemented by Council Implementing Regulation (EU) 2015/2043 concerning restrictive measures directed against directed against certain individuals, groups, undertakings and entities in view of the situation in Afghanistan applies
Notifika għall-attenzjoni tas-suġġett tad-data li għalih japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

ĠU C 382, 17.11.2015, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/4 |
Notifika għall-attenzjoni tas-suġġett tad-data li għalih japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
(2015/C 382/03)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġett tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 (2), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 (3).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ Ċ (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ Ċ li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG C 1C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu. |
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi skont ir-Regolament (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2043.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(3) ĠU L 300, 17.11.2015, p. 1.
(4) ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.