Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XG1117(02)

    Notifika għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2054, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    ĠU C 382, 17.11.2015, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/2


    Notifika għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2054, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    (2015/C 382/02)

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2054 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.

    Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011), li timponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet indikati, qabel id-data tal-adozzjoni ta' dik ir-Riżoluzzjoni, bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000), kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban.

    Fit-23 ta' Settembru 2014 u s-27 ta' Marzu 2015, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, emenda u aġġorna l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    Il-persuna kkonċernata tista' tippreżenta fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 30 tal-UNSCR 1988 (2011), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li hija tiddaħħal fil-lista tan-NU tkun ikkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

    United Nations – Focal point for delisting

    Security Council Subsidiary Organs Branch

    Room TB-08045D

    United Nations

    New York, N.Y. 10017

    STATI UNITI TAL-AMERIKA

    Tel. +1 9173679448

    Fax. +1 2129631300/3778

    Indirizz elettroniku: delisting@un.org

    Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/1988/index.shtml

    B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuna indikati min-NU għandha tiddaħħal fil-listi ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/486/PESK u r-Regolament (UE) Nru 753/2011. Ir-raġunijiet li l-persuna kkonċernata tiddaħħal fil-lista jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 753/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

    Il-persuna kkonċernata tista' tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li hija tiddaħħal fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

    Council of the European Union

    General Secretariat

    DG C 1C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata anke għall-possibbiltà li tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.

    (2)  ĠU L 300, 17.11.2015, p. 29.

    (3)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.

    (4)  ĠU L 300, 17.11.2015, p. 1.


    Top