Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XG1013(01)

    L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta' ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, AL YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), IZZ-AL-DIN Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), MOHAMMED Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul), SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), SHAKURI Ali Gholam, SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), il-“Fergħa Militari tal-Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hizbu'llah” magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hizb Allah”, inkluż il-“Kunsill tal-Ġiħad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilu, inkluża l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna)), il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh (ISYF), l-“Ejército De Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”), il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”, il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala l-“PFLP — Kmand Ġenerali”), il-“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (il-“Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja — Armata tal-Poplu”), is-“Sendero Luminoso” — “SL” (“Shining Path”) inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1325)

    ĠU C 338, 13.10.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 338/3


    L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta' ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, AL YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), IZZ-AL-DIN Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), MOHAMMED Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul), SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), SHAKURI Ali Gholam, SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), il-“Fergħa Militari tal-Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hizbu'llah” magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hizb Allah”, inkluż il-“Kunsill tal-Ġiħad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilu, inkluża l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna)), il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh (ISYF), l-“Ejército De Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”), il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”, il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala l-“PFLP — Kmand Ġenerali”), il-“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (il-“Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja — Armata tal-Poplu”), is-“Sendero Luminoso” — “SL” (“Shining Path”) inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

    (ara l-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1325)

    (2015/C 338/03)

    L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta' persuni, gruppi u entitajiet elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1325 (1).

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fond, assi finanzjarju u riżorsa ekonomika oħra ma tista' ssir disponibbli lilhom, la direttament u lanqas indirettament.

    Il-Kunsill ingħata informazzjoni ġdida rilevanti għall-elenkar tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni ġdida, il-Kunsill emenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet, kif meħtieġ.

    Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet aġġornata tal-Kunsill dwar ir-raġuni għalfejn qed jinżammu fil-lista msemmija hawn fuq, fl-indirizz li ġej:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Attn: CP 931 designations)

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Email: sanctions@consilium.europa.eu

    Tali talba għandha tiġi ppreżentata sad-19 ta’ Ottubru 2015.

    Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw, fi kwalunkwe ħin, talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u li jinżammu fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet jiġu kkunsidrati meta jaslu. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill, skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3). Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, għandhom jiġu ppreżentati sas-27 ta' Ottubru 2015.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.


    (1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 12.

    (2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

    (3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


    Top