This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015XG0930(01)
Notice from the Government of the Republic of Poland concerning Directive 94/22/EC of the European Parliament and of the Council on the conditions for granting and using authorisations for the prospection, exploration and production of hydrocarbons in the ‘Anna’ area
Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona “Anna”
Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona “Anna”
ĠU C 322, 30.9.2015, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/4 |
Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona “Anna”
(2015/C 322/05)
Din il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta’ konċessjonijiet għal prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam fiż-żona “Anna” fil-Provinċja ta’ Śląskie:
Isem |
Sistema ta’ kooordinati 2000 |
|
X |
Y |
|
Anna |
5 541 593,09 |
6 529 826,33 |
5 541 616,30 |
6 528 058,14 |
|
5 542 439,36 |
6 528 167,79 |
|
5 545 400,94 |
6 529 132,85 |
|
5 545 238,45 |
6 529 554,46 |
|
5 545 178,53 |
6 529 990,02 |
|
5 545 327,78 |
6 530 629,40 |
|
5 545 627,31 |
6 531 542,86 |
|
5 545 132,83 |
6 531 518,62 |
|
5 545 089,82 |
6 530 922,15 |
|
5 543 168,20 |
6 530 181,79 |
|
5 542 696,62 |
6 530 130,33 |
|
5 541 593,09 |
6 529 826,33 |
L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.
Applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard minn nofsinhar (12: 00 CET/CEST) fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet rċevuti se jkunu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
(a) |
It-teknoloġija proposta għax-xogħol (40 %), |
(b) |
Il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (50 %), |
(c) |
It-tariffa proposta għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri (10 %). |
It-tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri għaż-żona “Anna” hija:
1. |
Għall-prospettar ta’ metan mis-saffi tal-faħam: — Waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 2 000,00 fis-sena, — Għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 2 000,00 fis-sena, — Għas-sitt sena u s-snin sussegwenti ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 2 000,00 fis-sena; |
2. |
l-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam: — Waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 4 000,00 fis-sena, — Għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 4 000,00 fis-sena, — Għas-sitt sena u s-snin ta’ wara ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 4 000,00 fis-sena; |
3. |
Għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam: — Waqt perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 6 000,00 fis-sena, — Għas-sitt, is-seba’ u t-tmien sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 6 000,00 fis-sena, — Għad-disa’ sena u s-snin ta’ wara ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 6 000,00 fis-sena. |
Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-applikazzjonijiet se titlesta f’perjodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifika miktuba fuq ir-riżultat tal-proċedura.
L-applikazzjonijiet għandhom jitfasslu bil-Pollakk.
L-awtorità tal-liċenzjar se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u/jew l-esplorazzjoni tal-metan mis-saffi tal-faħam lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet relevanti, u se tikkonkludi kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri miegħu.
Sabiex tkun tista’ twettaq attività li tinvolvi l-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam fil-Polonja, l-operatur għandu jkollu kemm drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Ministerstwo Środowiska |
Departament Geologii i Koncesji Geologicznych (Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonjiet Ġeoloġiċi) |
ul. Wawelska 52/54 |
00-922 Warszawa |
POLSKA/POLAND |
L-informazzjoni tista’ tinkiseb mis-:
— |
sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ambjent: www.mos.gov.pl |
— |
|
Approvat minn:
Sławomir M. BRODZIŃSKI
Ġeoloġista Kap tal-Istat