EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XG0716(01)

Notifika mingħand il-Gvern Spanjol skont l-artikoli 10(2) u 14 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar il-Gass”) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali rigward il-ħatra tal-kumpanija ENAGAS TRANSPORTE, S.A.U bħala Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni u Operatur Indipendenti tas-Sistema fi Spanja

ĠU C 232, 16.7.2015, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/11


Notifika mingħand il-Gvern Spanjol skont l-artikoli 10(2) u 14 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar il-Gass”) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali rigward il-ħatra tal-kumpanija ENAGAS TRANSPORTE, S.A.U bħala Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni u Operatur Indipendenti tas-Sistema fi Spanja

(2015/C 232/07)

Wara d-deċiżjonijiet finali tal-awtorità regolatorja Spanjola tat-23 ta’ Ottubru 2014 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ ENAGAS TRANSPORTE, S.A.U. bħala Operatur tas-Sistema tat-Trażmissjoni b’Separazzjoni tas-Sjieda (l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar il-Gass), tal-20 ta’ Jannar 2015 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ ENAGAS TRANSPORTE, S.A.U. bħala Operatur Indipendenti tas-Sistema (l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-Gass) għas-sistema ta’ trażmissjoni ENAGAS TRANSPORTE DEL NORTE, S.L. u tal-20 ta’ Jannar 2015 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ ENAGAS TRANSPORTE, S.A.U. bħala Operatur Indipendenti tas-Sistema (l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-Gass) għas-sistema ta’ trasmissjoni ta’ PLANTA DE REGASIFICACIÓN DE SAGUNTO S.A., Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni uffiċjali u l-ħatra ta’ din il-kumpanija bħala Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni li jopera fi Spanja skont l-Artikoli 10 u 14 tad-Direttiva dwar il-gass.

Kull informazzjoni addizzjonali tista’ tinkiseb minn dan l-indirizz:

Ministeru tal-Industrija, l-Enerġija u t-Turiżmu

Relazzjonijiet internazzjonali u kooperazzjoni tas-

Sottosegretarjat tal-Industrija, l-Enerġija u t-Turiżmu

Paseo de la Castellana, 160

28046 Madrid

ESPAÑA

Tel: +34 913494180

Internet: www.minetur.gob.es


Top