Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XG0421(02)

    Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    ĠU C 128, 21.4.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 128/5


    Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    (2015/C 128/03)

    Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

    Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ proċessar hu r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 (2), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/613 (3) u implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/614 (4).

    Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

    Council of the European Union

    General Secretariat

    DG C 1C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussell

    BELGIQUE/BELGIË

    indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

    L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/613 u implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/614.

    Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

    Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

    Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

    Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (5).

    Id-data personali se tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

    Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


    (1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    (2)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.

    (3)  ĠU L 102, 21.4.2015, p. 3.

    (4)  ĠU L 102, 21.4.2015, p. 10.

    (5)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


    Top