Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC1016(04)

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 24–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/24


Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2015/C 341/11)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2)

“WALDVIERTLER GRAUMOHN”

Nru tal-UE: AT-PDO-0217-01273 – 4.11.2014

DOP ( X ) IĠP ( ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Waldviertler Sonderkulturenverein

Oberwaltenreith 10

3533 Friedersbach

ÖSTERREICH

Tel. +43 28267443

Fax +43 28267443550

e-mail: naturstoffe@waldland.at

Dan il-grupp huwa l-grupp applikant oriġinali, li bidel ismu u li għandu interess leġittimu fil-korrezzjoni/fl-aġġornament tal-Ispeċifikazzjoni.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Awstrija

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [Bidla fl-isem tal-grupp applikant u tal-organu ta’ spezzjoni, u emendi li jirriflettu din il-bidla]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti)

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

L-Ispeċifikazzjoni (li tikkonsisti fis-sommarju u taqsima dwar il-parti materjali) marbuta mad-denominazzjoni protetta “Waldviertler Graumohn (DOP)” hija emendata kif ġej:

Sommarju:

Fl-intestatura 1, id-dettalji tad-dipartiment responsabbli fl-Istat Membru huma aġġornati kif ġej:

“Austrian Patent Office

Dresdner Strasse 87

1200 Wien

ÖSTERREICH

Tel. +43 1534240

Fax +43 153424535

Email: herkunftsangaben@patentamt.at”

Fl-intestatura 2, l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant huma emendati kif ġej:

“Waldviertel Speciality Crops Association (Waldviertler Sonderkulturenverein)

Oberwaltenreith 10

3533 Friedersbach

ÖSTERREICH

Tel. +43 28267443

Fax +43 28267443550

Email: naturstoffe@waldland.at

Kuntatt: Rudolf Marchart”

Fl-intestatura 5(e) (Metodu ta’ produzzjoni), is-sentenza:

“Għal din ir-raġuni, il-Verein zur Förderung von Sonderkulturen (l-Għaqda Awstrijaka għall-Promozzjoni tal-Għelejjel ta’ Speċjalità) żviluppat tagħmir speċjali għall-ħsad tal-pepprin.”

tinbidel bis-sentenza li ġejja:

“Għal din ir-raġuni, il-Waldviertel Speciality Crops Association (magħrufa qabel bħala l-Għaqda għall-Promozzjoni tal-Għelejjel ta’ Speċjalità fil-Waldviertel, Verein zur Förderung von Sonderkulturen im Waldviertel) żviluppat tagħmir speċjali għall-ħsad tal-pepprin.”

L-intestatura 5(g) (Organu ta’ spezzjoni) issa mibdula kif ġej:

“SGS Austria Controll-Co. GesmbH

Diefenbachgasse 35

1150 Wien

ÖSTERREICH

Tel. +43 15122567–0

Fax +43 15122567–9

e-mail: sgs.austria@sgs.com”

Fl-intestatura 5(h) (Tikkettar), is-sentenza:

“Jista’ jiġi kkummerċjalizzat direttament mill-bdiewa jew mill-impriża Waldland Betriebs- und Handels ges.m.b.H, A-3910 Edelhof.”

tinbidel bis-sentenza li ġejja:

“Jista’ jiġi kkummerċjalizzat direttament mill-bdiewa, jew inkella, għall-klijenti industrijali l-kbar, permezz tal-Waldland Naturstoffe GmbH, u, għall-konsumaturi, permezz tal-impriża sussidjarja Waldland Vermarktungs GmbH. Is-sede taż-żewġ impriżi huwa Oberwaltenreith 10, 3533 Friedersbach.”

Parti materjali:

Fil-p. 1, l-intestaturi 1 u 2 jitħassru, ladarba jirrepetu sempliċement l-intestaturi 1 u 2 tas-sommarju.

Fil-p. 6 u 8, ir-referenzi għall-“Għaqda għall-Promozzjoni tal-Għelejjel ta’ Speċjalità fil-Waldviertel” jinbidlu ma’:

“Għaqda tal-Għelejjel ta’ Speċjalità fil-Waldviertel (magħrufa qabel bħala l-Għaqda għall-Promozzjoni tal-Għelejjel ta’ Speċjalità fil-Waldviertel)”

Fil-p. 9, l-ewwel sentenza tal-aħħar paragrafu:

“Qabel il-kultivazzjoni, il-produtturi (il-bdiewa) u l-Għaqda għall-Promozzjoni tal-Għelejjel ta’ Speċjalità fil-Waldviertel jiffirmaw kuntratti ta’ kultivazzjoni u provvista, li jiffurmaw il-bażi tal-produzzjoni ta’ kwalità.”

tinbidel bis-sentenza li ġejja:

“Qabel il-kultivazzjoni, il-produtturi (il-bdiewa) u Waldland Naturstoffe GmbH, li hija proprjetà tal-Għaqda tal-Għelejjel ta’ Speċjalità fil-Waldviertel, jiffirmaw kuntratti ta’ kultivazzjoni u provvista, li jiffurmaw il-bażi tal-produzzjoni ta’ kwalità.”

Fil-p. 12, l-intestatura (g) Organi ta’ spezzjoni titħassar, ladarba hija ripetizzjoni. L-ewwel paragrafu tal-intestatura (h):

“Il-bdiewa jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom direttament lill-konsumaturi aħħarija jew lill-bejjiegħa. Bosta furnara jixtru l-pepprin direttament mingħand il-bidwi. Il-klijenti l-kbar jirrikorru għand l-għaqda tal-Waldland, li hija ffornita mill-membri tal-għaqda li tippromwovi l-għelejjel ta’ speċjalità.”

jinbidel b’li ġej:

“Jista’ jiġi kkummerċjalizzat direttament mill-bdiewa, jew inkella, għall-klijenti industrijali l-kbar, permezz tal-Waldland Naturstoffe GmbH, u, għall-konsumaturi, permezz tal-impriża sussidjarja Waldland Vermarktungs GmbH. Is-sede taż-żewġ impriżi huwa Oberwaltenreith 10, 3533 Friedersbach.”

Raġunijiet

L-isem u l-istruttura organizzattiva tal-grupp applikant inbidlu mindu l-isem irċieva protezzjoni, u ġew aġġornati sabiex tiġi evitata l-konfużjoni fis-sommarju u fil-parti materjali. L-impriżi msemmmija tal-“Waldland” huma proprjetà tal-grupp applikant.

Il-bidla fl-organu ta’ spezzjoni tirrifletti l-emendi li saru fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġifieri, qlib minn spezzjonijiet pubbliċi min-naħa tal-Gvernatur Provinċjali għal spezzjonijiet minn organi ta’ spezzjoni privati awtorizzati.

6.   Speċifikazzjoni tal-prodott aġġornata (għal DOP u IĠP biss)

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni jinsab fl-indirizz:

http://www.patentamt.at/Media/WaldviertlerGraumohn.pdf

jista’ jiġi aċċessat ukoll direttament mis-sit web tal-Uffiċċju tal-Privattivi tal-Awstrija (www.patentamt.at) billi wieħed jikklikkja: “Markenschutz/Schutzrechte/Herkunftsangabe”. It-test jidher taħt l-isem tad-denominazzjoni ta’ kwalità.


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Top