EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC0902(01)

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 288, 2.9.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/3


Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 288/04)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu tar-reviżjoni

Raġunijiet tad-deċiżjoni

C(2015) 6004

l-1 ta’ Settembru 2015

Triossidu tad-diarseniku

Nru tal-KE 215-481-4

Nru tal-CAS 1327-53-3

Boliden Kokkola Oy, Outokummuntie 8, 67 101, Kokkola, il-Finlandja

REACH/15/2/0

L-użu tat-triossidu tad-diarseniku fit-tisfija tal-impuritajiet tal-metall mis-soluzzjoni ta’ lissija fil-proċess ta’ electroliżi biex jinkiseb iż-żingu.

fil-21 ta’ Mejju 2027.

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tas-sustanza u ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti f’termini tal-fattibbiltà ekonomika tagħhom għall-applikant.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hi ppubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm


Top