EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC0627(02)

Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

ĠU C 212, 27.6.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/8


Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2015/C 212/06)

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jiġix imnedi rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri konċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Karbur tat-tungstenu, karbur tat-tungstenu sempliċement imħallat ma’ trab metalliku u karbur tat-tungstenu mdewweb

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 287/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 78, 24.3.2011, p. 1)

25.3.2016


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Faks: +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


Top