This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015XC0305(05)
Publication of an amendment application pursuant to Article 50(2)(a) of Regulation (EU) No 1151/2012 of the European Parliament and of the Council on quality schemes for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
ĠU C 77, 5.3.2015, p. 12–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/12 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2015/C 77/11)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“SALSICCIA DI CALABRIA”
Nru tal-KE: IT-PDO-0217-1568-19.10.2011
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda
—
—
—
—
—
—
—
—
—
2. Tip ta’ emenda
—
—
—
—
3. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott
— |
qed jiġi previst li s-“Salsicca di Calabria” jista’ jkollha wkoll il-forma karatteristika ta’ ngħala taż-żiemel jew il-forma ta’ “U”. Peress li din il-forma tradizzjonalment hija komuni ħafna fost il-produtturi, l-ommissjoni ta’ previżjoni fl-ispeċifikazzjoni attwali huwa żball evidenti li qed jissewwa bl-emenda mitluba. Barra minn hekk qed tiġi prevista wkoll il-possibbiltà li s-“Salsiccia di Calabria” tiġi prodotta forma ta’ katina ta’ tul ta’ mhux anqas minn 40 cm. |
— |
ġie previst li jiġi indikat b’aktar preċiżjoni liema ħwawar jintużaw għall-produzzjoni tas-“Salsiccia di Calabria”. |
Prova tal-Oriġini
— |
ġie previst li jiġi aġġornat it-test tal-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni fir-rigward tal-proċeduri li l-produtturi jridu jwettqu biex jipprovdu l-elementi marbuta mal-prova tal-oriġini, kif stipulat bir-Regolament (UE) nru 1151/2012. |
Metodu ta’ Produzzjoni
— |
tingħata indikazzjoni aktar ċara u distinta tar-rekwiżiti tar-razza, tal-età tat-tbiċċir u l-piż; fost it-tipi ġenetiċi aċċettati, tiġi inkluża r-razza nattiva “Apulo-Calabrese” li hija kkaratterizzata mill-pil iswed. Ġie stabbilit ir-reġistru tal-popolazzjoni ta’ din ir-razza abbażi tal-karatterizzazzjoni tal-popolazzjoni nattiva li minn dejjem ilha teżisti fir-reġjun tal-Puglia (Apulo) u fir-reġjun tal-Calabria. Fost it-tipi ġenetiċi aċċettati tiġi inkluża r-razza “Duroc” minħabba li hija komuni ħafna fiż-żona tal-oriġini tal-ħnieżer. Jiġu wkoll speċifikati r-razez li huma esklużi b’mod assolut minħabba li mhumiex kompatibbli mal-produzzjoni tal-ħanżir tqil adattat għall-produzzjoni tal-laħmijiet imnixxfa. |
— |
għall-identifikazzjoni tal-ħnieżer tiġi introdotta l-possibbiltà li tinbidel il-marka fl-ispeċifikazzjoni attwali u minflok ikun hemm timbru stampat fuq il-koxox tal-ħnieżer bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-impriża fejn ikun twieled il-ħanżir. |
— |
jiġi speċifikat b’mod ċar ir-rekwiżit marbut mal-preżenza ta’ proteini fl-għalf tal-annimal; |
— |
jiġi ċċarat is-sinifikat ta’ “ikel taħt forma likwida”. |
— |
jiġu ċċarati l-ingredjenti li għandhom jiġu użati, bil-korrezzjoni tal-iżball ċar tat-test attwali, fejn jingħad li ġej: “bżar aħmar stipulat bid-dispożizzjonijiet attwali tal-liġi”. Jidher ċar li, minħabba żball klerikali, wara l-kliem “bżar aħmar” tħalla barra l-kliem ulterjuri marbut mal-ingredjenti u l-addittivi “stipulati bid-dispożizzjonijiet attwali tal-liġi”. Bl-emenda jiġi ddefinit aħjar x’irid jiġi mfisser bil-kliem “bżar aħmar”, jew “chili/bżar aħmar ħelu”, li t-tnejn ġejjin mill-ispeċi Capsicum L. L-ispjegazzjoni tal-ingredjenti naturali mhux elenkati fit-test attwali tikkorrispondi għall-prattiki storiċi li kienu jintużaw fiż-żona ta’oriġini; |
— |
jingħataw fid-dettall f’lista pożittiva l-addittivi aċċettati. L-użu tal-addittivi jippermetti li jiġi evitat li jiżdiedu l-proċessi mikrobiċi li jagħmlu ħsara lill-prodott, jikkontribwixxi għall-iżvilupp li jieħu ż-żmien tal-proċess ta’ maturazzjoni, li huwa karatteristiku tal-prodott, u li l-karatteristiċi tas-“Salsiccia di Calabria” ma jinbidlux minħabba fermentazzjoni mhux mixtieqa. |
— |
tiġi introdotta l-possibbiltà li jintużaw laħmijiet mill-koxxa u jiġu ddefiniti l-limiti minimi u massimi għall-kwantitajiet ta’ qatgħat mill-annimal għall-użu fil-produzzjoni tas-“Salsiccia di Calabria”. Dawn l-emendi jikkontribwixxu biex il-prodott jitjieb fil-kwalità filwaqt li jibqa’ marbut mal-prattiki fl-użu fiż-żona ta’ oriġini. Fil-fatt, permezz tagħhom jista’ jintuża laħam ta’ kwalità aħjar (il-koxxa) u jiġu speċifikati f’termini aktar preċiżi r-rekwiżiti li diġà jinsabu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
— |
tonqos il-kwantità minima ta’ xaħam li jintuża fl-għaġna biex jonqsu l-kaloriji fil-prodott. |
— |
ġie previst li s-“Salsiccia di Calabria” maħsuba b’mod esklużiv li tinbiegħ imqatta fin, jista’ jkollha forma ta’ ċilindru dritt biex tiddaħħal fil-musrana ta’ kollaġini li jittiekel. Permezz ta’ dawn il-possibilitajiet il-prodott jista’ jinqata’ aħjar u tiġi evitata l-ħela waqt l-ipproċessar. |
— |
ġie speċifikat li l-perjodu ta’ 30 jum għall-maturazzjoni huwa il-perjodu minimu li jiġi applikat fil-produzzjoni tradizzjonali. |
Tikkettar
— |
ġie introdott il-logo ta’ identifikazzjoni tas-“Salsiccia di Calabria” DPO. |
— |
ġiet introdotta l-possibbiltà li fit-tikketta jidher il-kliem: “pikkanti”, “ħelu”, “abjad”, biex ikun ċar li ntużaw iċ-chili u l-krema tal-bżar. |
— |
ġiet prevista l-possibbiltà li l-prodott jinbiegħ ippakkjat f’vakwu jew f’arja protettiva, sħiħ, f’biċċiet jew imqatta’ fin. Dawn il-possibilitajiet ma jinsabux fl-ispeċifikazzjoni attwali iżda huma meħtieġa biex jiġu rikonċiljati l-protezzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott u l-kambjamenti fit-tipi differenti ta’ xiri u konsum tal-prodott. |
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3)
“SALSICCIA DI CALABRIA”
Nru tal-KE: IT-PDO-0217-1568-19.10.2011
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem
“Salsiccia di Calabria”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immelħa, iffumigati, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-prodott bl-isem ta’ “Salsiccia di Calabria” jinħadem minn għaġna maqgħuda ta’ laħmijiet mill-ispalla, ta’ mhux inqas minn 50 %, mill-koxxa, mhux aktar minn 15 %, u/jew minn taħt il-kustilji, mhux aktar minn 50 %, bix-xaħam u ingredjenti aromatiċi naturali (melħ, bżar iswed mhux mitħun u trab tal-bżar iswed, chili/bżar aħmar pikkanti(ġeneru Capsicum L.), bżar aħmar ħelu, fi trab u/jew krema, inbid, ħwawar u aromi naturali). Il-proporzjon ta’ xaħam li jinsab fl-għaġna jrid ikun bejn 6 u 20 % għal kull kilo ta’ laħam li jinħadem. Mhumiex aċċettati annimali ffriżati.
L-għaġna tintlibes ġol musrana naturali tal-ħanżir li wara titaqqab u tiġi mmaljata bl-idejn fil-forma karatteristika ta’ katina ta’ tul li jvarja bejn 40 sa 80 cm jew tintrabat fil-forma karatteristika ta’ “U”. Il-maturazzjoni ma tistax tkun inqas minn 30 jum. Esklużivament għall-prodott intiż biex jinbiegħ mqatta’ jew ippakkjat taħt vakwu jew f’arja protettiva, tista’ tintuża l-musrana tal-kollaġini li tittiekel u l-prodott jingħata forma ta’ ċilindru dritt ta’ bejn 40 u 80 cm.
Mal-qtugħ jirriżulta mrammel bi tqassim tajjeb ta’ xaħam, kuluru aħmar naturali jew aħmar jgħajjat skont l-ingredjenti li jintużaw fl-għaġna. Ir-riħa hija xi ftit jew wisq qawwija b’mod naturali u t-togħma hija bbilanċjata jew iktar qawwija (pikkanti).
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Is-“Salsiccia di Calabria” trid tinkiseb mill-ipproċessar tal-laħmijiet ta’ ħnieżer imrobbijin fit-territorju tar-reġjun tal-Calabria.
Fl-ipproċesar ma jistgħux jintużaw laħmijiet ta’ ħnieżer selvaġġi u ħnieżer nisa.
Ir-rekwiżiti ġenetiċi tal-ħnieżer iridu jikkorrispondu għall-karatteristiċi proprji tal-ħanżir tqil Taljan, li jinkiseb bl-użu ta’ razez tradizzjonali ta’ daqs kbir bħal:
— |
“Apulo-Calabrese”; |
— |
“Large White” u “Landrace Italiana” kif imtejba skont il-“Libro Genealogico Italiano” jew wild ta’ ħnieżer selvaġġi ta’ dawk ir-razez; |
— |
Ħnieżer wild ta’ ħnieżer selvaġġi tar-razza Duroc, kif imtejba skont il-“Libro Genealogico Italiano”; |
— |
Ħnieżer wild ta’ ħnieżer selvaġġi ta’ razez oħra jew ta’ ħnieżer ibridi sakemm jissejjħu ħnieżer selvaġġi - imwielda l-Italja jew barra mill-Italja - sakemm ikunu ġejjin minn programmi ta’ selezzjoni jew inkroċju tar-razez li l-għanijiet tagħhom ma jkunux inkompatibbli ma’ dawk tal-“Libro Genealogico Italiano”, għall-produzzjoni tal-ħanżir tqil. |
Għall-kuntrarju, huma espressament esklużi:
— |
Ħnieżer li jkollhom kwalitajiet ġenetiċi mhux favorevoli, speċjalment dawk li huma suxxettibbli għall-istress (PSS); |
— |
Bhejjem ta’ razza pura ta’ dawn li ġejjin: “Landrace Belga”, “Hampshire”, “Pietrain” u “Spot”. |
Il-piż medju tal-lott ta’ ħnieżer għat-tbiċċir ma għandux ikun inqas minn 140 kg.
3.4. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)
L-għalf tal-ħnieżer irid ikun għalf kompost li fih xgħir, fażola, qamħirrum, ġandar u ċiċri f’mhux inqas minn 50 % tal-kontenut.
Fl-għalf mhux permess l-użu tal-kassava u l-patata u ta’ prodotti li ġejjin minnhom li jistgħu jħallu fil-laħmijiet u fix-xaħam togħmiet u rwejjaħ mhux mixtieqa.
Mhux permess l-ikel taħt forma likwida biex jinkiseb laħam iktar magħqud għas-simna. B’ikel taħt forma likwida wieħed jifhem l-użu ta’ prodotti mill-ipproċessar tal-ħalib.
Talinqas xahrejn qabel it-tbiċċir, l-għalf għandu jkun fih aktar proteini, b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 12 %.
Sakemm ikun jinsab fis-suq, l-oriġini tal-għalf trid tkun miż-żona ġeografika ta’ produzzjoni.
3.5. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-fażijiet ta’ produzzjoni tat-trobbija u tat-tbiċċir tal-ħnieżer iridu jsiru fit-territorju tar-reġjun tal-Calabria; il-fażi ta’ selezzjoni, tqattigħ, għaġna tal-laħmijiet; il-fażi tal-mili, l-irbit u l-maturazzjoni tal-prodott.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tismija tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Salsiccia di Calabria” trid isseħħ b’ittri ċari u li ma jitħassrux, trid tispikka fuq kull kitba oħra li tidher fuq it-tikketta jew kartonċina mehmuża mal-prodott jew xi indikazzjoni fuq l-ippakkjar tal-porzjonijiet tal-prodott, u trid tkun minnufih segwita bil-kliem “Denominazione d’Origine Protetta”.
Il-logo “Salsiccia di Calabria DOP” li ġej irid jitwaħħal fuq it-tikketta.
Fuq it-tikketta jistgħu jidhru wkoll il-kelmiet “piccante”(pikkanti), “dolce” (ħelu), jew “bianca” (abjad), kemm-il darba fil-produzzjoni tas-“Salsiccia di Calabria” jintuża, rispettivament, iċ-chili/bżar aħmar pikkanti (Capsicum L.), il-bżar ħelu, u jekk ma jintuża l-ebda chili/bżar.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-produzzjoni tas-“Salsiccia di Calabria” issir fiż-żona tradizzjonali ta’ produzzjoni li hija magħmula mit-territorju tar-reġjun tal-Calabria.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tinsab fin-Nofsinhar tal-Italja u hija kkaratterizzata minn klima sħuna mhux iż-żejjed bi ftit xita li tagħmel l-aktar fix-xitwa. It-territorju huwa magħmul l-aktar minn għoljiet u muntanji iżda minħabba li jinsab f’peniżola għandu aktar minn 800 km ta’ kosta li tagħti fuq il-Baħar Tirren u l-Baħar Jonju. It-taħlita ta’ baħar, għoljiet u muntanji ġġib kundizzjonijiet ta’ klima speċifiċi fil-limiti taż-żona tal-Mediterran.
Flimkien mal-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli hemm ukoll l-abbiltà tal-produtturi lokali – li ssaħħet tul iż-żmienijiet – li jagħżlu u jipproċessaw bosta qatgħat ta’ laħmijiet fit-tħejjija tal-għaġna, u l-abbiltà tagħhom fl-irbit taz-zalzett biex tinkiseb il-forma tradizzjonali ta’ katina jew ngħala taż-żiemel. Barra minn hekk, il-ħwawar u l-aromi naturali li jifformaw parti mill-produzzjoni ta’ prodotti suwini fil-Calabria huma drawwa kkonsolidata f’din iż-żona ġeografika.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Is-“Salsiccia di Calabria” huwa prodott tipiku tal-produzzjoni tal-laħam tal-Calabria. Is-“Salsiccia di Calabria” tingħaraf mill-forom tipiċi tagħha, forma ta’ “U” jew marbuta b’mod li tixbah il-forma ta’ katina. Il-forom tas-“Salsiccia di Calabria” flimkien mal-għamla tal-għaġna tagħha jiffurmaw dan il-prodott tipiku. L-għaġna tas-“Salsiccia di Calabria” titlob l-użu ta’ qatgħat ta’ laħam tal-ħnieżer mill-ispalla, il-koxxa, u/jew minn taħt il-kustilji, u tax-xaħam, li jitħaltu f’porzjonijiet preċiżi ma’ ingredjenti aromatiċi naturali.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)
Biex issir is-“Salsiccia di Calabria” jinħtieġu kundizzjonijiet ambjentali u fatturi naturali u oħrajn li ġejjin mill-bniedem.
Iż-żona kkonċernata mill-produzzjoni u l-ipproċessar tas-“Salsiccia di Calabria” hija kkaratterizzata minn rabta mal-ambjent li huwa affettwat mill-klima tipika tan-Nofsinhar tal-Italja, bi ftit xita, ġeneralment ikkonċentrata fil-perjodu tax-xitwa, u tal-pożizzjoni ġeografika tat-territorji kkonċernati li jgawdu minn żiffa partikolari u differenzi fit-temperatura li jiffavorixxu ż-żamma tal-aqwa kundizzjonijiet fil-bini fejn issir il-maturazzjoni.
L-esperjenza tal-produtturi tas-“Salsiccia di Calabria” fl-għażla tal-qatgħat tal-laħam li jintuża fil-preparazzjoni tal-għaġna, fl-ipproċessar tagħha bix-xaħam u l-ħwawar tipiċi tat-tradizzjoni Kalabriża hija ta’ importanza konsiderevoli. L-ipproċessar ta’ dawn l-ingredjenti skont it-teknika tradizzjonali lokali jippermetti li tinkiseb għaġna maqgħuda sew, li wara li tintlibes fil-musrana u tiġi mmaturata, tipproduċi l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott.
Il-ħila ta’ id il-produtturi waqt il-mili tal-musrana li jagħtu l-forma tipika ta’ “U” jew ta’ katina lis-“Salsiccia di Calabria” hija marbuta mal-produzzjoni tradizzjonali taz-zalzett fil-Calabria u hija fattur ieħor distintiv tal-prodott.
It-taħlita “materja prima - prodott - isem” għandha rabta fil-fond mal-evoluzzjoni soċjoekonomika taż-żona ġeografika llimitata, li minnha joħorġu tradizzjonijiet u użanzi lokali partikolari. B’mod partikolari, l-użu ta’ materja prima li tiġi minn azjendi tat-trobbija tal-ħnieżer tqal li għandhom il-karatteristiċi tat-tnissil ġenealoġiku Taljan, mitmugħa prodotti veġetali tipiċi miż-żona kkonċernata. Is-“Salsiccia di Calabria” għandha għalhekk rabta sħiħa maż-żona ġeografika minħabba l-klima tar-reġjun, it-tmigħ tal-ħnieżer u l-fattur uman.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-Internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
Jew
billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, dwar l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u jagħfas fuq “Prodotti DOP IGP” (fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fil-ġenb, fuq ix-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12 . Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(4) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.