This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015XC0214(02)
Notice to undertakings intending to import or export controlled substances that deplete the ozone layer to or from the European Union in 2016 and undertakings intending to produce or import these substances for essential laboratory and analytical uses in 2016
Avviż lill-intrapriżi li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2016 u lill-impriżi li fl-2016 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi
Avviż lill-intrapriżi li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2016 u lill-impriżi li fl-2016 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi
ĠU C 55, 14.2.2015, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/18 |
Avviż lill-intrapriżi li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2016 u lill-impriżi li fl-2016 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi
(2015/C 55/11)
1. |
Dan l-Avviż indirizzat lill-intrapriżi li jirrigwardahom ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) (ir-Regolament) u li fl-2016 biħsiebhom:
|
2. |
Huma kkonċernati l-gruppi ta’ sustanzi li ġejjin:
|
3. |
Kwalunkwe importazzjoni jew esportazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati (2) teħtieġ liċenzja maħruġa mill-Kummissjoni, għajr għal każijiet ta’ proċedura ta’ tranżitu, ta’ ħażna temporanja, ta’ ħażna doganali jew ta’ proċedura ta’ żona libera kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (3), li ma ddumx iktar minn 45 jum. Kwalunkwe produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użu essenzjali fil-laboratorju u għal użi ta’ analiżi teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel. |
4. |
Barra minn hekk, l-attivitajiet li ġejjin huma soġġetti għal limiti kwantitattivi:
Il-Kummissjoni talloka kwoti għal (a), (b), (c) u (d). Il-kwoti huma stabbiliti fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet tal-kwota u:
|
Għall-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 4
5. |
Kull impriża li fl-2016 tixtieq timporta jew tipproduċi sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi essenzjali ta’ analiżi, jew li tixtieq timporta sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għal użu bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti ta’ proċess għandha ssegwi l-proċedura spjegata fil-paragrafi 6 sa 9. |
6. |
F’każ li tkun għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS (https://webgate.ec.europa.eu/ods2), l-impriża għandha tagħmel dan qabel it-18 ta’ Mejju 2015. |
7. |
L-impriża għandha tlesti u tippreżenta formola ta’ applikazzjoni għall-kwota li hija disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS. Il-formola ta’ applikazzjoni għall-kwota se tkun disponibbli onlajn fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS mit-18 ta’ Mejju 2015. |
8. |
Il-formoli ta’ applikazzjoni għall-kwota mimlija kif suppost u mingħajr żbalji li jaslu sat-18 ta’ Ġunju 2015 biss jitqiesu bħala validi mill-Kummissjoni. L-impriżi huma mħeġġa jissottomettu l-formoli tagħhom ta’ applikazzjoni għall-kwota kemm jista’ jkun malajr u suffiċjentament qabel id-data tal-iskadenza sabiex ikunu jistgħu jsiru korrezzjonijiet u sottomissjonijiet mill-ġdid possibbli qabel id-data tal-iskadenza. |
9. |
Is-sottomissjoni ta’ formola ta’ applikazzjoni għall-kwota weħidha ma tagħti l-ebda dritt ta’ importazzjoni jew ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi ta’ analiżi, jew għall-importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għal użu bħala materja prima, jew għal użu bħala aġenti ta’ proċess. Qabel importazzjoni jew produzzjoni ta’ dan it-tip isseħħ fl-2016, l-impriżi għandhom japplikaw għal liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja, li hija disponibbli onlajn fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS. |
Għall-importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 u għall-esportazzjoni
10. |
Kull impriża li fl-2016 tkun tixtieq tesporta sustanzi kkontrollati jew timporta sustanzi kkontrollati għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 għandha ssegwi l-proċedura spjegata fil-paragrafi 11 u 12. |
11. |
L-impriża, li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS, għandha tagħmel dan mill-iktar fis possibbli. |
12. |
Qabel ma ssir importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 jew qabel ma sseħħ l-esportazzjoni fl-2016, l-impriżi għandhom japplikaw għal liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja disponibbli onlajn fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS. |
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(2) Għandu jiġi nnotat li huma permessi biss l-importazzjoni jew l-esportazzjoni eżentati mill-projbizzjoni ġenerali dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni skont l-Artikoli 15 u 17.