EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC0210(01)

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-antidumping

ĠU C 47, 10.2.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/3


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-antidumping

(2015/C 47/03)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex eżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal eżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li teżamina l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal eżami.

3.   Terminu perentorju

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal eżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1000 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Glukonat tas-sodju

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju antidumping

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 965/2010 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 282, 28.10.2010, p. 24).

29.10.2015


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Faks +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


Top