EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0636

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

COM/2015/0636 final - 2015/0289 (COD)

Brussell, 10.12.2015

COM(2015) 636 final

2015/0289(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

{SWD(2015) 276 final}
{SWD(2015) 279 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) tkopri l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ġestjoni ta' sajd u flotot li jisfruttaw tali riżorsi. Dan jinkludi l-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll dawk imwettqa barra l-ilmijiet tal-Unjoni minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

Ir-Regolament (KE) Nru1006/2008 1 (il-"FAR") jindirizza l-awtorizzazzjonijiet tal-bastimenti tal-Unjoni biex jistadu barra l-ilmijiet tal-Unjoni u awtorizzazzjonijiet mogħtija lil bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi biex joperaw fl-ilmijiet tal-Unjoni. Flimkien mar-Regolamenti tal-Kontroll 2 u tal-IUU 3 , dan huwa wieħed mill-pilastri ta' implimentazzjoni tal-PKS.

Ir-riforma tal-PKS hija stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 4 (“ir-Regolament Bażiku”). Dan jippromwovi b’mod partikolari approċċ sostenibbli u prekawzjonarju bbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd, u jenfasizza l-koerenza bejn id-dimensjonijiet interni u esterni. L-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-PKS. L-Unjoni għandha tkun tista’ tissorvelja l-flotta tagħha kull fejn din topera u jkun xi jkun il-qafas. Ir-Regolament preżenti tal-FAR jeħtieġ li jkun rivedut biex jindirizza sew l-għanijiet tal-PKS il-ġdida u biex jagħti konsistenza mar-Regolament tal-Kontroll.

Bħala parti integrali tar-riforma tal-PKS, fl-2011 il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tar-Regolament tal-FAR fil-Komunikazzjoni dwar id-Dimensjoni Esterna tal-PKS tagħha 5 . Din kienet appoġġata b'Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-2012 6 .

Ir-reviżjoni tal-FAR hija inizjattiva REFIT li timmira li tikjarifika u tisimplifika id-dispożizzjonijiet preżenti, b'mod partikolari f'termini tar-responsabiltajiet fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali u dak tal-operatur, kif ukoll biex il-FAR jinġieb f'konformità mar-Regolament tal-Kontroll.

Għadd ta' żviluppi fil-livell internazzjonali jappoġġjaw ukoll il-ħtieġa għal reviżjoni. L-Unjoni approvat il-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux dikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat (IPOA-IUU) 7 adottat fl-2001. Il-Linjigwida Volontarji tal-IPOA-IUU u l-FAO għall-prestazzjoni tal-istat tal-bandiera 8 approvati fl-2014 jenfasizzaw ir-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera li jiżgura l-konservazzjoni fuq terminu twil u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar. Il-Linjigwida Volontarji jisħqu li l-Istat tal-bandiera għandu jistabbilixxi sistema ta’ awtorizzazzjoni biex ikun żgurat li l-ebda bastiment ma jitħalla jopera sakemm ma jkunx awtorizzat. Dawn jirrakkomandaw ukoll li l-Istat tal-bandiera u l-istat kostali jagħtu awtorizzazzjoni meta l-attivitajiet tas-sajd isiru taħt ftehim ta’ aċċess għas-sajd jew anki barra ftehim bħal dan 9 . Fl-aħħar nett, f’April tal-2015, it-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar (ITLOS) ta l-opinjoni konsultattiva tiegħu dwar materji b'rabta mas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) fiż-żoni ekonomiċi esklussivi (EEZs) tal-membri tal-Kummissjoni tas-Sajd Sotto-Reġjonali. ITLOS iqis li r-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera li jipprevjenu u/jew irażżnu attivitajiet tas-sajd IUU fl-EEZs ta’ stati kostali hija obbligu ta’ “diliġenza dovuta”. ITLOS jenfasizza l-imputabbiltà tal-Unjoni, u mhux tal-Istati Membri tagħha, għal kwalunkwe ksur tal-ftehimiet tal-aċċess tas-sajd li għandha ma' stati kostali.

Il-konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-FAR huwa wieħed mill-partijiet operattivi tal-politika esterna tal-PKS kif stabbilit fil-Parti VI tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 (“ir-Regolament Bażiku”). Dan jikkumplimenta wkoll ir-Regolament tal-Kontroll u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 10 , li japplikaw għall-attivitajiet kollha koperti mill-PKS imwettqa fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Il-FAR jindirizza l-awtorizzazzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni u ta’ bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi f’ilmijiet tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-FAR jindirizza l-awtorizzazzjoni filwaqt li r-Regolament tal-Kontroll u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tiegħu jindirizzaw il-kontroll u l-infurzar. Din il-proposta timmira li tintegra l-FAR fir-rigward tar-Regolament tal-Kontroll b’tali mod li dan tal-aħħar japplika mutatis mutandis għall-aspetti ta’ kontroll u rappurtar. Fl-aħħar nett, peress li l-FAR huwa mmirat biex jippermetti li l-Unjoni tissorvelja aħjar il-flotta esterna tagħha, se jikkontribwixxi b’mod attiv fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

Il-konsistenza ma' politiki oħrajn tal-Unjoni

Ir-Regolament Bażiku jisħaq li l-Unjoni għandha "ttejjeb il-koerenza politika tal-inizjattivi tal-Unjoni, b'mod partikolari għall-attivitajiet ambjentali, kummerċjali u tal-iżvilupp u ssaħħaħ il-konsistenza tal-azzjonijiet meħuda fil-kuntest tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni xjentifika, teknika u ekonomika" 11 . Billi jippromwovi l-għanijiet tal-PKS esternament, b’mod partikolari s-sostenibilità tal-attivitajiet tal-flotta esterna tal-Unjoni, il-FAR huwa kompletament konsistenti mal-politiki ambjentali u ta’ żvilupp tal-Unjoni.

2.IL-BAŻI LEGALI, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 43(2) tat-TFUE dwar l-istabbiliment tad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS.

Sussidjarjetà

Il-proposta tindirizza l-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-flotta tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni u ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni meta jwettqu attivitajiet tas-sajd. Għaldaqstant, din tifforma parti mid-dimensjoni esterna tal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar bħala parti mill-PKS, kompetenza esklussiva tal-Unjoni, u għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax f’dan il-kuntest.

Il-proporzjonalità

Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tissorvelja l-flotta tagħha irrispettivament mill-qafas li topera fih. Il-proposta tqis il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn aktar kontroll tal-flotta tal-Unjoni u l-limitazzjoni tal-ammont ta’ xogħol għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u tal-UE. Hekk kif turi l-Valutazzjoni tal-Impatt, din tgħin biex tiġi ssimplifikata s-sistema attwali. Madankollu, il-vantaġġi mistennija b’mod ċar jegħlbu l-isforzi involuti, b’mod partikolari f’termini ta’ impatt pożittiv fuq il-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd. F’dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet proposti huma limitati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan, u ma jinvolvux piż sproporzjonat•L-għażla ta’ strument

Peress li regolament huwa applikabbli direttament u jorbot lill-Istati Membri, dan għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni uniformi tar-regoli proposti fl-Unjoni kollha, u b’hekk jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi kollha tal-UE involuti f’attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-UE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex-post/il-verifiki tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

Il-konsultazzjoni mal-partijiet konċernati

Konsultazzjoni pubblika, ibbażata fuq dokument ta’ konsultazzjoni u kwestjonarju speċifiku, sar matul il-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt. Din kienet segwita minn sensiela ta’ laqgħat tekniċi mal-aktar Stati Membri affettwati, jiġifieri dawk li għandhom il-flotot esterni l-iktar sinifikanti. Barra minn hekk, kien hemm laqgħa straordinarja tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali - l-RAC ta' Distanza Twila - li kien jinkludi rappreżentanti tal-industrija tas-sajd u l-NGOs li fiha kien hemm taħdidiet dwar ir-reviżjoni tal-FAR.

Dawn il-konsultazzjonijiet ippermettew lill-Kummissjoni li tifhem aħjar kif topera s-sistema attwali għall-ġestjoni tal-flotta esterna fil-livell nazzjonali, u kienu strumentali biex tkun irfinuta l-proposta preżenti. Il-gruppi kollha ta’ partijiet interessati, inklużi l-Istati Membri, is-sidien tal-bastimenti u l-NGOs, setgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u urew appoġġ ċar favur l-għanijiet tal-proposta.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Mhux applikabbli

Valutazzjoni tal-impatt

Tħejjiet valutazzjoni tal-impatt, flimkien mal-proposta leġiżlattiva, biex jitqiesu għażliet alternattivi oħrajn, u jkun ivvalutat u mqabbel l-impatt tagħhom. Tqiesu għadd ta' alternattivi:

Għażla 1: tinvolvi emenda limitata tar-regolament preżenti sabiex jiġi żgurat l-allinjament mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona.

Għażla 2: tinvolvi, flimkien mal-għażla 1, l-iżvilupp ta' linjigwida għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li mhumiex ċari u preċiżi biżżejjed. Madankollu, dan jista’ jħalli barra għadd ta’ għanijiet stabbiliti fir-Regolament Bażiku.

Għażla 3: hija bbażata fuq li r-Regolament jiġi sempliċiment emendat biex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet, l-inċertezzi u d-differenzi fil-leġiżlazzjoni preżenti. Madankollu din ma tippermettix li ċerti kwistjonijiet jiġu indirizzati, pereżempju ir-regolamentazzjoni ta' awtorizzazzjonijiet diretti u l-prevenzjoni tal-għoti abbużiv ta' bandiera ġdida.

Għażla 4: tinvolvi l-adozzjoni ta’ regolament ġdid b’kamp ta’ applikazzjoni usa’, inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà għas-sottomissjoni ta’ awtorizzazzjonijiet diretti u se tinkludi wkoll dispożizzjonijiet biex jiġu prevenuti każijiet ta’ għoti abbużiv ta' bandiera ġdida.

Għażla 5: tgħaqqad ċ-ċertezza legali ma' kamp ta’ applikazzjoni usa’, u b’hekk twassal għal qafas sħiħ li jirregola l-attività tal-flotta esterna tal-UE f'pajjiżi oħra. Għal din ir-raġuni, din l-alternattiva ġiet ikkunsidrata bħala l-aktar għażla effettiva biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika, filwaqt li tiżgura ċ-ċertezza legali u tikkontribwixxi għall-kredibbiltà internazzjonali tal-Unjoni. Din tottimizza l-benefiċċji ambjentali marbuta mal-protezzjoni ta’ riżorsi ħajjin tal-baħar u tissupera il-kosti possibbli ta’ adattament għal operaturi u amministrazzjonjiet fuq terminu qasir. Fl-aħħar nett, l-għażliet kollha jistgħu jitqiesu bħala newtrali minn perspettiva soċjali.

L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

Ir-reviżjoni tal-FAR tagħmel parti mill-programm REFIT hekk kif din għandha l-għan li tissimplifika s-sistema attwali, tarmonizza r-rekwiżiti tad-dejta differenti tal-Istati Membri, tikjarifika r-responsabiltajiet fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u tal-operatur u żżid il-konsistenza bejn il-FAR, ir-Regolament tal-Kontroll u r-Regolament tal-IUU.

Il-kjarifika u s-simplifikazzjoni tar-regoli għandhom jissimplifikaw u jtejbu l-ipproċessar ta’ talbiet għal awtorizzazzjoni, u b’hekk iġibu aktar ċertezza għall-operaturi ekonomiċi u jeliminaw il-possibbiltà li atturi rilevanti jidħlu fir-responsabiltajiet ta' xulxin. Dan għandu jgħin sabiex il-qafas regolatorju li taħtu topera l-flotta esterna jittejjeb, filwaqt li l-kontroll tal-awtoritajiet pubbliċi jissaħħaħ.

Il-proposta għandha tkun appoġġata minn għodod xierqa tal-IT biex l-ipproċessar u l-monitoraġġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jiġu simplifikati u biex jitħeġġeġ l-iskambju elettroniku tad-dejta bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-Kummissjoni. Din se żżid ukoll it-trasparenza billi toħloq reġistru dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd (li fihom kemm parti pubblika kif ukoll parti sikura) li jippermetti li l-partijiet interessati kollha jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-flotta esterna, f’konformità mar-regoli dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali.

Il-biċċa l-kbira tal-flotta kkonċernata hija magħmula minn bastimenti tas-sajd industrijali, li jistadu barra l-ilmijiet tal-UE. Is-sidien ta’ dawn il-bastimenti normalment ikollhom flotta magħmula minn għadd ta' bastimenti u jaqgħu taħt il-kriterji ta' definizzjoni ta’ SME f’każijiet limitati biss. Abbażi ta' dan, u meta jitqies in-nuqqas ta’ spejjeż addizzjonali għall-operaturi privati, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal miżuri speċifiċi għal mikrointrapriżi jew SMEs fil-proposta. Barra minn hekk, il-proposta ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-operaturi tal-UE jew il-kummerċ internazzjonali.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Mhux applikabbli

5.ELEMENTI OĦRA

Il-pjanijiet u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-arranġamenti tar-rappurtar

Il-Kummissjoni tipprevedi l-ħolqien ta’ grupp espert mill-amministrazzjonijiet nazzjonali biex jissorvelja l-implimentazzjoni tar-Regolament kif ukoll bħala evalwazzjoni tas-sistema użata li għandu jkun disponibbli ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.•Id-dokumenti ta' spjega (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Titolu I — Ir-Regolament ikopri l-attivitajiet kollha tas-sajd imwettqa minn bastimenti tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni. Għaldaqstant dawn jistgħu ikunu taħt ftehim ta’ aċċess jew awtorizzazzjoni diretta mill-pajjiż terz, u/jew taħt il-kappa ta’ organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, jew f’ibħra miftuħa. Dan ir-Regolament ikopri wkoll bastimenti ta’ pajjiżi terzi li joperaw fl-ilmijiet tal-Unjoni. L-Artikolu 2 huwa maħsuba biex jiċċara r-relazzjoni tiegħu ma’ regoli oħra li jindirizzaw l-awtorizzazzjonijiet, li jistgħu jirriżultaw mill-ftehimiet bilaterali jew mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. Dawn għandhom jitqiesu bħala regoli speċjali, billi dan ir-Regolament ifassal il-qafas ġenerali. F’każ ta’ kontradizzjoni, jipprevalu r-regoli speċjali.

Titolu II — Il-Kapitolu I jistabbilixxi prinċipju essenzjali ta’ dan ir-Regolament — li kull bastiment għandu jiġi awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu qabel joħroġ għas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni, u mill-Istat kostali meta l-attività sseħħ fl-ilmijiet tiegħu. Din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-Istat tal-bandiera biss jekk jintlaħqu l-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Artikolu 5, fi kwalunkwe kuntest. Ir-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera hija ċentrali f’dan ir-rigward. Dispożizzjoni speċifika dwar l-għoti ta’ bandiera ġdida tippermetti lill-Istat Membru tal-bandiera sabiex jidentifika aħjar meta l-operazzjoni tal-għoti ta' bandiera ġdida operazzjoni tindika nuqqas ta' konformità maħsub li għandu jipprevjeni l-għoti tal-awtorizzazzjoni.

Titolu II — Il-Kapitolu II jispeċifika l-kundizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu sodisfatti minn bastimenti tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jistadu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kemm taħt ftehim ta’ aċċess jew awtorizzazzjoni diretta. Element ċentrali huwa l-projbizzjoni li jsir sajd b'awtorizzazzjoni diretta meta jkun fis-seħħ ftehim ta' aċċess, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-hekk imsejħa klawżola tal-esklussività tiegħu, li tirrifletti dan il-prinċipju fil-ftehimiet. Il-prinċipju li jagħmilha ta' sies għal dan it-titolu huwa li l-Unjoni teħtieġ tiżgura li l-attivitajiet tal-flotta esterna tagħha ma jdgħajfux is-sostenibbiltà tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fl-ilmijiet tal-istati kostali. Fil-każ ta’ awtorizzazzjoni diretta, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jsegwi l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u approċċ prekawzjonarju meta jawtorizza l-bastimenti tiegħu. Il-Kummissjoni tingħata l-informazzjoni kollha rilevanti u tista’ tintervjeni jekk ikollha dubji dwar il-konformità tal-operazzjoni tas-sajd pjanata mar-Regolament.

Titolu II — Il-Kapitolu III jistabbilixxi l-proċess għat-twettiq ta’ attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċi ta’ RFMO jew f’ibħra internazzjonali. Il-Kummissjoni tista' tintervjeni jekk jidhrilha li l-kriterja ta' eliġibbiltà ma jkunux intlaħqu. Barra minn hekk, peress li xi RFMOs ikopru wkoll l-ilmijiet tal-Unjoni, huwa raġonevoli li l-bastimenti tal-Unjoni taħt l-awspiċi ta' tali RFMOs jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Titolu II — Il-Kapitolu V jistabbilixx regoli bażiċi dwar il-kiri (chartering), li huwa forma partikolari ta’ awtorizzazzjoni diretta u li s'issa kien diffiċli li jiġi ssorveljat. L-għan ewlieni huwa li jkun hemm qafas legali għal din il-prattika sabiex tkun tista' ssir sorveljanza aħjar tal-bastimenti tal-Unjoni bi ftehim tal-kiri (chartering) u biex il-leġiżlazzjoni tagħna tkun allinjata mar-regoli adottati minn ċerti RFMOs f'dan ir-rigward.

Titolu II — Il-Kapitolu VI ikopri l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kontroll għall-attivitajiet tal-flotta esterna tal-Unjoni u l-obbligi relatati f’termini ta’ rappurtar, flimkien ma’ xi obbligi speċifiċi fir-rigward tan-natura tal-attivitajiet esterni.

It-Titolu III jistabbilixxi r-regoli għall-awtorizzazzjoni ta’ attivitajiet tas-sajd minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni. L-għan ta’ din il-parti huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd li jseħħu fl-ilmijiet tal-Unjoni jkunu soġġetti għall-istess regoli indipendentement mill-bandiera tal-bastiment, filwaqt li jippromwovi kundizzjonijiet ugwali għal operaturi mill-Unjoni u operaturi minn pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Titolu IV joħloq reġistur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd biex il-flotta esterna tal-Unjoni tkun sorveljata aħjar u biex tiżdied it-trasparenza fir-rigward ta' dawn l-attivitajiet, b'parti mir-reġistru tkun aċċessibbli pubblikament. In-nies għandhom ikunu f’pożizzjoni li jkunu jafu fi kwalunkwe ħin liema bastiment ikun awtorizzat li jistad, x’jista’ jistad u fejn.

2015/0289 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 12 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 13 ,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data 14 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 15 ("il-FAR") stabbilixxa sistema dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ilmijiet tal-Unjoni u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Unjoni,

(2)L-Unjoni hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 16 (UNCLOS) u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1995 relatat mal-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut tranżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna tal-4 ta’ Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut) 17 . Dawn id-dispożizzjonijiet internazzjonali jistabbilixxu l-prinċipju l-Istati kollha għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u sabiex jikkooperaw bejniethom għal dan il-fini.

(3)Aċċettat ukoll il-Ftehim għall-Promozzjoni tal-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta' Konservazzjoni u Ġestjoni minn Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa tal-24 ta' Novembru 1993 tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (il-Ftehim ta’ Konformità tal-FAO) 18 . Dan il-ftehim jistipula li parti kontraenti għandha tastjeni milli tagħti l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' bastiment għas-sajd fl-ibħra miftuħa jekk ċerti kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, kif ukoll timplimenta sanzjonijiet jekk ċerti obbligi ta’ rappurtar ma jkunux sodisfatti.

(4)L-Unjoni approvat il-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat (IPOA-IUU) adottat fl-2001. Il-Linjigwida Volontarji tal-IPOA-IUU u l-FAO għall-prestazzjoni tal-istat tal-bandiera approvati fl-2014 jenfasizzaw ir-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera li jiżgura l-konservazzjoni fuq terminu twil u l-użu sostenibbli ta' riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar. L-IPOA-IUU jipprevedi li Stat tal-bandiera għandu joħroġ awtorizzazzjonijiet għas-sajd f’ilmijiet 'il barra mis-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. Dawn jirrakkomandaw ukoll li tingħata awtorizzazzjoni mill-Istati tal-bandiera u l-istat kostali meta l-attivitajiet tas-sajd isiru taħt ftehim ta’ aċċess għas-sajd jew anki barra ftehim bħal dan. Dawn għandhom it-tnejn li huma jkunu sodisfati li attivitajiet bħal dawn mhumiex se jdgħajfu s-sostenibbiltà tal-istokkijiet fl-ilmijiet tal-istat tal-kosta (il-paragrafi 40 u 41).

(5)Il-kwistjoni tal-obbligi u r-responsabiltajiet u l-imputabiltajiet konkomitanti tal-Istat tal-bandiera u, fejn ikun f'loku, l-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa li jaqgħu taħt UNCLOS iktar m'għada żmien iktar ġibed attenzjoni fil-livell internazzjonali. Dan kien ukoll il-każ, taħt l-intestatura ta’ obbligu ta’ diliġenza dovuta li tirriżulta minn UNCLOS, għall-ġurisdizzjoni ta’ Stat kostali u ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera fl-istess wawt u, kif xieraq, ġurisdizzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, biex tkun żgurata l-konservazzjoni b'saħħitha tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f'żoni tal-baħar li jaqgħu taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. Obbligu ta’ diliġenza dovuta huwa obbligu għal Stat li jeżerċita l-aħjar sforzi possibbli u biex jagħmel ħiltu biex jippreveni s-sajd illegali, li jinkludi l-obbligu li jadotta l-miżuri amministrattivi u ta’ infurzar meħtieġa biex ikun żgurat li bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, iċ-ċittadini tiegħu, jew bastimenti tas-sajd involuti fl-ilmijiet tiegħu ma jkunux involuti f’attivitajiet li jiksru l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbli. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa importanti li jiġu organizzati kemm l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll is-sistema ta’ governanza marbuta miegħu b’tali mod li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jkunu jistgħu jitwettqu b’mod effikaċi u effettiv u li sitwazzjonijiet fejn l-Unjoni tkun tista’ tiġi kkritikata għal atti internazzjonalment ħżiena jiġu evitati.

(6)Ir-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għall-Konferenza tan-NU "Rio +20" tal-2012 19 kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali rigward il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta’ flora u fawna selvaġġi għandhom jiġu riflessi fil-politika tal-Unjoni dwar il-politika esterna tas-sajd.

(7)L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Bażiku”) 20 , huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd huma ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli u jiġu ġestiti b’mod konsistenti mal-għanijiet tal-kisba ta’ benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel.

(8)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-għanijiet tal-PKS internazzjonalment, u li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jkunu promossi kundizzjonijiet ugwali għal operaturi mill-Unjoni u operaturi minn pajjiżi terzi.

(9)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 kien maħsub biex jistabbilixxi bażi komuni għall-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu minn bastimenti tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni bil-għan li tiġi appoġġata l-ġlieda kontra s-sajd IUU u li jkun hemm kontroll u monitoraġġ aħjar tal-flotta tal-UE madwar id-dinja.

(10)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 21 dwar is-sajd IUU kien adottat b'mod parallel mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (‘ir-Regolament tal-Kontroll’) 22 kien adottat sena wara. Dawn ir-Regolamenti huma t-tliet pilastri ta’ implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll u infurzar tal-PKS.

(11)Madankollu, dawn it-tliet regolamenti ma kinux implimentati b’mod konsistenti; b’mod partikolari kien hemm inkonsistenzi bejn il-FAR u r-Regolament tal-Kontroll, li kien adottat wara r-Regolament tal-FAR. Permezz tal-implimentazzjoni tal-FAR feġġew għadd ta’ lakuni, peress li xi sfidi f’termini ta’ kontroll, bħall-kiri (chartering), l-għoti ta' bandiera ġdida u l-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas ta' Ftehim ta' Sħubija tas-Sajd Sostenibbli ("awtorizzazzjonijiet diretti"), ma kinux koperi. Barra minn hekk, xi obbligi ta’ rappurtar rriżultaw li kienu diffiċli, u l-istess jista' jingħad għat-tqassim tal-irwoli amministrattivi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(12)Il-prinċipju ewlieni tar-regolament preżenti huwa li kwalunkwe bastiment tal-Unjoni li jistad barra l-ilmijiet tal-Unjoni għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u sorveljat kif xieraq, irrispettivament minn fejn jopera u l-qafas li jopera taħtu. Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għandu jiddependi mill-ilħieq ta' sett bażiku ta' kriterji ta' eliġibbiltà komuni. It-tagħrif miġbur mill-Istati Membri u mogħti lill-Kummissjoni għandu jippermett lil tal-aħħar li tintervjeni fis-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni fi kwalunkwe żona partikolari barra l-ilmijiet tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin.

(13)Il-bastimenti ta’ appoġġ jista’ jkollhom impatt sostanzjali fuq il-mod kif il-bastimenti tas-sajd jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom u dwar il-kwantità ta' ħut li jkunu jistgħu jirkupraw; għaldaqstant huwa meħtieġ li jitqiesu fil-proċessi tal-awtorizzazzjoni u tar-rappurtar f’dan ir-regolament.

(14)L-operazzjonijiet ta' għoti ta’ bandiera ġdida jsiru problematiċi meta l-għan tagħhom ikun li jiġu evitati r-regoli tal-PKS jew miżuri eżistenti ta' konservazzjoni u ġestjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni għandha tkun tista' tiddefinixxi, issib u tostakola operazzjonijiet bħal dawn. It-traċċabilità u s-segwiment xieraq ta’ storja ta’ konformità għandhom jiġu żgurati tul il-ħajja kollha ta' bastiment. Ir-rekwiżit li jingħata numru uniku tal-bastiment mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) għandu jkollu dan l-għan ukoll.

(15)F’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu joperaw jew skont id-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew bil-kisba ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd diretti minn pajjiżi terzi jekk ma jkun fis-seħħ l-ebda ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli. Fiż-żewġ każijiet dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu b’mod trasparenti u sostenibbli. Din hija r-raġuni għaliex l-Istati Membri tal-bandiera għandhom jingħataw is-setgħa li jawtorizza taħt sett definit ta’ kriterji u soġġett għas-sorveljanza, il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom biex ifittxu u jiksbu awtorizzazzjonijiet diretti minn stati terzi tal-kosta. L-attività tas-sajd għandha tiġi awtorizzata ladarba l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfatt li dan mhux se jdgħajjef is-sostenibbiltà. Sakemm il-Kummissjoni ma jkollha l-ebda oġġezzjoni oħra, l-operatur li jkun ingħata l-awtorizzazzjoni kemm mill-Istat Membru tal-bandiera u mill-istat kostali għandu jitħalla jibda l-operazzjoni tas-sajd tiegħu.

(16)Kwistjoni speċifika dwar ftehimiet ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli hija l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux utilizzati biżżejjed li jseħħu meta l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri bir-Regolamenti tal-Kunsill relevanti ma jintużawx kollha. Billi l-ispejjeż tal-aċċess stabbiliti fil-ftehimiet ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli huma fil-biċċa l-kbira ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, sistema ta' allokazzjoni mill-ġdid hija importanti biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġi żgurat li l-ebda opportunità ta’ sajd li jkun sar ħlas għaliha tinħela. Għaldaqstant huwa neċessarju li s-sistema ta' allokazzjoni mill-ġdid, li għandha tkun mekkaniżmu aħħari, tiġi kjarifikata u mtejba. L-applikazzjoni tagħha għandu jkun temporanju u ma għandux jaffettwa l-allokazzjoni inizjali tal-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri. L-allokazzjoni mill-ġdid għandha sseħħ biss ladarba l-Istati Membri rilevanti jkunu ċedew id-drittijiet tagħhom li jiskambjaw l-opportunitajiet tas-sajd bejniethom.

(17)Attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċji tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u fl-ibħra internazzjonali għandhom ukoll ikunu awtorizzati mill-Istat Membru tal-bandiera u jikkonformaw ma’ regoli speċifiċi tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa.

(18)Arranġamenti tal-kiri (chartering) li jistgħu jimminaw l-effikaċja ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, kif ukoll iħallu impatt negattiv fuq l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali li jgħin lill-Unjoni biex tissorvelja aħjar l-attivitajiet ta’ bastimenti mikrija (chartered) tal-Unjoni abbażi ta’ dak li ġie adottat mill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti.

(19)Il-proċeduri għandhom ikunu trasparenti u prevedibbli għall-operaturi tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom.

(20)Għandu jiġi żgurat l-iskambju ta’ dejta f’forma elettronika bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, kif previst fir-Regolament tal-Kontroll. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta kollha mitluba dwar il-flotot u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, jġestu din id-dejta u jagħmluha disponibbli għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, għandhom jikkoperaw ma’ xulxin, mal-Kummissjoni u ma’ pajjiżi terzi fejn rilevanti biex jikkoordinaw dawn l-attivitajiet ta’ ġbir tad-data.

(21)Bil-ħsieb li tittejjeb it-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru elettroniku tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, li jinkludi kemm parti pubblika kif ukoll waħda sikura. L-informazzjoni fir-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni tinkludi dejta personali. L-ipproċessar ta’ dejta personali abbażi ta' dan ir-Regolament għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 , u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 u liġijiet nazzjonali applikabbli. 

(22)Bil-għan li tindirizza b’mod xieraq l-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz, ir-regoli rilevanti għandhom ikunu konsistenti ma’ dawk applikabbli għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, b’konformità mar-Regolament tal-Kontroll. B’mod partikolari, l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament dwar ir-rappurtar ta’ dejta dwar il-qabdiet u relatata mal-qabdiet għandha tapplika wkoll għal bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.

(23)Bastimenti tas-sajd minn pajjiżi terzi mingħajr awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom, waqt in-navigazzjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni, ikunu obbligati li jiżguraw li l-irkaptu tagħhom tas-sajd ikun stivat b’tali mod li ma jkunx jista’ jintuża faċilment f’operazzjonijiet tas-sajd.

(24)L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni u, f’każ ta’ ksur, mir-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġistru nazzjonali previst fl-Artikolu 93 tar-Regolament tal-Kontroll.

(25)Sabiex tissimplifika l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw sistema komuni ta’ skambju tad-dejta u ta’ ħażna tad-dejta biex jipprovdu informazzjoni u aġġornamenti meħtieġa, filwaqt li jkun qed jitnaqqas il-piż amministrattiv. F’dan ir-rigward, id-dejta li tinsab fir-reġistru tal-flotot tal-Unjoni għandha tintuża b’mod sħiħ.

(26)Sabiex jitqies il-progress teknoloġiku u rekwiżiti tal-liġi internazzjonali ġodda sussegwenti possibbli, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' modifiki tal-Annessi ta' dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-lista ta' informazzjoni li għandha tingħata mill-operatur biex jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(27)Għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-reġistrazzjoni, tal-format u tat-trażmissjoni ta’ dejta relatata ma’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lir-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni, kif ukoll biex tkun stabbilita metodoloġija għall-allokazzjoni mill-ġdid ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux użati. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 .

(28)Il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan.

(29)Minħabba l-għadd u l-importanza tal-emendi li għandhom isiru, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 għandu jitħassar.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-ħruġ u l-ġestjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal:

(a)bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz, taħt l-awspiċi ta’ organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fi jew barra mill-ilmijiet tal-Unjoni, jew f’ibħra miftuħa; kif ukoll

(b)bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li joperaw fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Artikolu 2
Rabta mal-liġi internazzjonali u tal-Unjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet:

(a)fi ftehimiet ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli u ftehimiet simili dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(b)adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew organizzazzjoni simili tas-sajd li l-Unjoni hija parti kontraenti jew parti kooperanti mhux kontraenti tagħhom;

(c)fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timplimenta jew tittrasponi d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 3Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“bastiment ta’ appoġġ” tfisser bastiment li mhux mgħammar b’tagħmir tas-sajd li jiffaċilita, jgħin jew iħejji l-attivitajiet tas-sajd;

(b)"awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni maħruġa fir-rigward ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, li jagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd speċifiċi tul il-perjodu speċifikat, f'żona partikolari jew għal sajd partikolari f'kundizzjonijiet speċifiċi;

(c)“reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser is-sistema ta’ ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u tal-bażi tad-dejta assoċjata;

(d)“awtorizzazzjoni diretta” tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli;

(e)“ilmijiet ta’ pajjiżi terzi” tfisser ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz;

(f)“programm ta’ osservatur” tfisser skema taħt l-awspiċi ta’ organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd li tipprovdi osservaturi abbord bastimenti tas-sajd b'ċerti kundizzjonijiet biex jivverifikaw il-konformità tal-bastiment mar-regoli adottati minn dik l-organizzazzjoni.

TITOLU II
ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI BARRA MILL-ILMIJIET TAL-UNJONI

Kapitolu I
Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 4
Prinċipju ġenerali

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni mill-organizzazzjoni kompetenti jew mill-pajjiż terz, bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu.

Artikolu 5
Kriteriji ta' eliġibbiltà

1.Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ biss awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni jekk:

(a)jirċievi informazzjoni kompleta u preċiża, f'konformità mal-Annessi 1 u 2, dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment ta’ appoġġ assoċċjat, inklużi bastimenti ta’ appoġġ mhux tal-Unjoni;

(b)il-bastiment tas-sajd ikollu liċenzja tas-sajd valida skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)il-bastiment tas-sajd u kwalunkwe bastiment ta’ appoġġ assoċċjat ikollhom numru tal-OMI;

(d)l-operatur u l-bastiment tas-sajd ma jkunux soġġetti għal sanzjoni għal ksur serju skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 42 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 matul it-12-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(e)il-bastiment tas-sajd ma jkunx inklużi f’lista ta’ bastimenti IUU adottata minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u/jew mill-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008;

(f)fejn japplika, l-opportunitajiet tas-sajd ikunu disponibbli għall-Istat Membru tal-bandiera skont il-ftehim tas-sajd ikkonċernat jew id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd; kif ukoll

(g)fejn applikabbli, il-bastiment tas-sajd jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6.

2.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 43, għall-fini li l-Annessi 1 u 2 jiġu modifikati.

Artikolu 6
Operazzjonijiet ta' għoti ta' bandiera ġdida

1.Dan l-artikolu japplika għal bastimenti li fi żmien ħames snin mid-data tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd ikunu:

(a)ħarġu mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u ngħataw bandiera ġdida f’pajjiż terz; kif ukoll

(b)sussegwentement marru lura għar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni fi żmien 24 xahar minn meta jkunu ħarġu.

2.Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss jekk ikun sodisfatt li, matul il-perjodu li l-bastiment imsemmi fil-paragrafu 1 ikun opera taħt bandiera ta’ pajjiz terz:

(a)ma jkunux involut f’attivitajiet tas-sajd IUU; u li

(b)ma jkun opera f’ilmijiet ta’ pajjiż terz li ma jikkooperax skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008.

3.Għal dan l-għan, l-operatur għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni relatata mal-perijodu rilevanti meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera, inkluż mill-inqas kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)dikjarazzjoni tal-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd matul il-perjodu rilevanti;

(b)kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-Istat tal-bandiera għall-perjodu rilevanti;

(c)kopja ta’ kull awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi matul il-perjodu rilevanti;

(d)stqarrija uffiċjali mill-pajjiż terz fejn il-bastiment ikun ingħata bandiera ġdida li telenka s-sanzjonijiet il-bastiment jew l-operatur kien soġġett għalihom matul il-perjodu rilevanti.

4.Stat Membru tal-bandiera ma għandux joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment li jkun ingġata bandiera ġdida:

(a)f’pajjiż terz li ġie identifikati jew elenkat bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008; jew

(b)f’pajjiż terz li ġie identifikati bħala pajjiż li jippermetti s-sajd mhux sostenibbli skont l-Artikolu 4 paragrafu 1(a) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012 26 .

5.Il-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfatt li, hekk kif il-pajjiż ġie identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax IUU jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli, l-operatur:

(a)temm l-operazzjonijiet tas-sajd; kif ukoll

(b)beda l-proċeduri amministrattivi rilevanti biex ineħħi l-bastiment mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-pajjiż terz.

Artikolu 7    
Is-sorveljanza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.Meta ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd, operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b’dejta kompleta u preċiża.

2.Operatur għandu immedjatament jinforma lill-Istat Membru dwar kull bdil fid-dejta relatata.

3.L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissorvelja jekk il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd baqgħux jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta’ validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

4.Jekk kundizzjoni li abbażi tagħha tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd ma tkunx għadha sodisfati, Stat Membru tal-bandiera għandu jemenda jew jirtira l-awtorizzazzjoni u jinnotifika lill-operatur u lill-Kummissjoni b’dan.

5.Fuq talba tal-Kummissjoni, Stat Membru tal-bandiera għandu jiċħad, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni f’każijiet ta' raġunijiet prevalenti ta’ politika b'rabta mal-isfruttar sostenibbli, il-ġestjoni u l-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew il-prevenzjoni jew it-twaqqif ta' sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat, jew f’każijiet fejn l-Unjoni ddeċidiet li tissospendi jew taqta' r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.

6.Jekk Stat Membru tal-bandiera jonqos milli jirrifjuta, jemenda, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafi 4 u 5, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirtira l-awtorizzazzjoni u tinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera u l-operatur dwar dan.

Il-Kapitolu II
Attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiż terz

Taqsima 1
Attivitajiet tas-sajd taħt ftehimiet ta' sħubija tas-sajd sostenibbli

Artikolu 8
Sħubija fl-RFMO

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni jista' jwettaq biss attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz fuq stokkijiet li ġestiti minn RFMO jekk dan il-pajjiż huwa parti kontraenti jew parti mhux kontraenti kooperanti ta’ dak l-RFMO.

Artikolu 9
Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima għandha tapplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi taħt ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli.

Artikolu 10
Awtorizzazzjoni tas-sajd

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz skont ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli sakemm ma tkunx inħarġitilu awtorizzazzjoni tas-sajd:

(a)    mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu; kif ukoll

(b)    mill-pajjiż terz b'sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet.

Artikolu 11
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f’ibħra ta’ pajjiżi terzi taħt ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli biss jekk:

(a)il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 5 huma sodisfatti;

(b)il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli rilevanti huma ssodisfati;

(c)l-operatur ikun ħallas it-tariffi u l-penali finanzjarji kollha mitluba mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz matul l-aħħar 12-il xahar.

Artikolu 12
Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.Ġaladarba joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni korrispondenti għall-awtorizzazzjoni tal-pajjiż terz.

2.L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Annessi 1 u 2, flimkien ma’ kwalunkwe dejta oħra meħtieġa skont il-ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli.

3.L-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni mill-inqas 10 ijiem kalendarju qabel l-iskadenza għat-trasmissjoni ta’ applikazzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru tal-bandiera għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa.

4.Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11 huma ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tibgħat it-talba lill-pajjiż terz.

5.Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċida li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan.

Artikolu 13
Allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fil-qafas ta' ftehimiet ta' sħubija tas-sajd sostenibbli

1.Matul sena speċifika jew kwalunkwe perjodu rilevanti ieħor tal-implimentazzjoni ta’ protokoll ta' ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli, il-Kummissjoni tista’ tidentifika opportunitajiet ta’ sajd mhux użati u tinforma lill-Istati Membri li jibbenefikaw mill-ishma korrispondenti tal-allokazzjoni b'dan.

2.Fi żmien 10 jiem mill-wasla ta’ din l-informazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu:

(a)jinfurmaw lill-Kummissjoni li se jużaw l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom aktar tard matul is-sena jew il-perjodu rilevanti ta’ implimentazzjoni billi jipprovdu pjan tas-sajd b’informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd; jew

(b)jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-iskambji ta’ opportunitajiet tas-sajd, skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

3.Jekk ċerti Stati Membri ma jinfurmawx lill-Kummissjoni dwar waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u, jekk b'riżultat ta' dan l-opportunitajiet tas-sajd jibqgħu ma jintużawx, il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħa għall-interess għall-opportunitajiet tas-sajd mhux użati disponibbli fost l-Istati Membri l-oħra li jibbenefika minn sehem tal-allokazzjoni.

4.Fi żmien 10 jiem mill-wasla ta’ din is-sejħa għall-interess, dawk l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw l-interess tagħhom f’opportunitajiet tas-sajd mhux użati lill-Kummissjoni. B’appoġġ għat-talba tagħhom, huma għandhom jipprovdu pjan tas-sajd b’informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd.

5.Jekk meqjus meħtieġ għall-valutazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri kkonċernati għal aktar informazzjoni.

6.Fin-nuqqas ta’ interess fl-opportunitajiet tas-sajd mhux użati mill-Istati Membri li jibbenefikaw minn sehem tal-allokazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħa għall-interess għall-Istati Membri kollha. Stat Membru jista’ jikkomunika l-interess tiegħu ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux użati skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

7.Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafi 4 jew 5, il-Kummissjoni għandha talloka mill-ġdid l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati fuq bażi temporanja billi tapplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 14.

Artikolu 14
Metidoloġija tal-allokazzjoni mill-ġdid

1.Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, metodoloġija għall-allokazzjoni mill-ġdid ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux użati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).

2.Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati b'rabta maż-żmien limitat li jkun fadal biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 45(3). Dawk l-atti jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx is-6 xhur.

3.Meta tistabbilixxi l-metodoloġija tal-allokazzjoni mill-ġdid, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji li ġejjin:

(a)l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-allokazzjoni mill-ġdid;

(b)l-għadd ta' Stati Membri li jagħmlu t-talba;

(c)is-sehem assenjat għal kull Stat Membru li jagħmel it-talba fl-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd inizjali;

(d)il-qabda storika u l-livelli tal-isforz ta’ kull Stat Membru li jagħmel it-talba;

(e)l-għadd, it-tip u l-karatteristiċi tal-bastimenti u l-irkaptu użat;

(f)il-konsistenza tal-pjan tas-sajd provdut mill-Istati Membri li jagħmel it-talba mal-elementi elenkati fil-punti (a) sa (e).

Artikolu 15
Allokazzjoni ta' kwota ta' kull sena maqsuma f'għadd ta' limiti tal-qabda suċċessivi

1.Fejn il-Protokoll għal ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli jistabbilixxi limiti tal-qbid ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur jew subdiviżjonijiet oħra ta’ kwota annwali, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi metodoloġija għall-allokazzjoni, kull xahar, kull tliet xhur jew perjodu ieħor, tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).

2.L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun konsistenti mal-opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil Stati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill rilevanti.

Taqsima 2    
Attivitajiet tas-sajd taħt awtorizzazzjoni diretta

Artikolu 16
Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima għandha tapplika għal attivitajiet ta’ sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz.

Artikolu 17
Awtorizzazzjoni tas-sajd

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd f’ilmijiet ta’ pajjiż terz barra l-qafas ta’ ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd:

(a)mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu; kif ukoll

(b)    mill-pajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet.

Artikolu 18
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f’ibħra ta’ pajjiżi terzi barra l-qafas ta’ ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli biss jekk:

(a)ma hemmx ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli fis-seħħ mal-pajjiż terz rilevanti, jew il-ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli fis-seħħ jipprovdi espressament għall-possibbiltà ta’ awtorizzazzjonijiet diretti;

(b)il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 5 huma sodisfatti;

(c)l-operatur ikun ipprovda kull wieħed minn dawn li ġejjin:

konferma bil-miktub mill-pajjiż terz, wara d-diskussjonijiet bejn l-operatur u dan tal-aħħar, tat-termini tal-awtorizzazzjoni diretta maħsuba li tagħti lill-operatur l-aċċess għar-riżorsi tas-sajd tiegħu, inkluż it-tul, il-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet tas-sajd espressi bħala sforzi jew limiti tal-qabda;

evidenza tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet ippjanati tas-sajd, abbażi ta’:

valutazzjoni xjentifika mogħtija mill-pajjiż terz u/jew minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd; kif ukoll

eżami ta’ din tal-aħħar mill-Istat Membru tal-bandiera abbażi tal-valutazzjoni tal-istitut xjentifiku nazzjonali tiegħu;

kopja tal-leġiżlazzjoni tas-sajd tal-pajjiż terz;

uffiċjal maħtur, in-numru tal-kont tal-bank pubbliku għall-ħlas tal-miżati kollha; kif ukoll

(d)f’każ li l-attivitajiet tas-sajd iridu jitwettqu fuq speċji ġestiti minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-pajjiż terz huwa parti kontraenti jew parti mhux kontraenti kooperanti ta’ dik l-organizzazzjoni.


Artikolu 19
Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet diretti

1.Ġaladarba jkun ħareġ awtorizzazzjoni tas-sajd, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti elenkata fl-Annessi 1 u 2, u fl-Artikolu 18.

2.Jekk il-Kummissjoni ma tkunx talbet aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mit-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-operatur li jista’ jibda l-attivitajiet tas-sajd inkwistjoni, sakemm ikun ingħata l-awtorizzazzjoni diretta mill-pajjiż terz ukoll.

3.Jekk, wara t-talba għal aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 18 ma jkunux sodisfatti, tista’ toġġezzjona għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa jew ġustifikazzjoni.

4.Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru tal-bandiera b’dan.

5.Jekk pajjiż terz jinforma lill-Istat Membru tal-bandiera li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

6.Operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b’kopja tal-kundizzjonijiet finali miftiehem bejnu u l-pajjiż terz, inkluża kopja tal-awtorizzazzjoni diretta.

Kapitolu III
Attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni taħt l-awspiċi tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

Artikolu 20
Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fuq stokkijiet taħt l-awspiċi ta’ organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fl-ilmijiet tal-Unjoni, fl-inħra miftuħa u f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 21
Awtorizzazzjoni tas-sajd

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd fuq stokkijiet li huma ġestiti minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd sakemm:

(a)ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu;

(b)ma jkunx ġie inkluż fir-reġistru jew il-lista rilevanti tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd; kif ukoll

(c)fejn l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi: ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-pajjiżi terzi rilevanti f’konformità mal-Kapitolu II.

Artikolu 22
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss jekk:

(a) il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Artikolu 5 huma ssodisfati;

(b) ir-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd jew il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tat-traspożizzjoni jiġu rispettati; kif ukoll

(c)fejn l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi: il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 11 jew 18 huma rrispettati.

Artikolu 23
Reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

1.Stat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista/i ta’ bastimenti li jkun awtorizza għal attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċi ta’ organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

2.Il-lista/i msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’konformità ma’ ħtiġiet ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u akkumpanjati mill-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2.

3.Il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jidhrilha li hi meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera.

4.Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 22 huma ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista/i ta’ bastimenti awtorizzati lill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

5.Jekk ir-reġistru jew il-lista tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ma jkunux pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera bil-bastimenti inklużi fihom.

Kapitolu IV
Attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ibħra miftuħa

Artikolu 24
Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ibħra miftuħa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ aktar minn 24-il metru.

Artikolu 25
Awtorizzazzjoni tas-sajd

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd f’ibħra internazzjonali sakemm:

(a)ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu; kif ukoll

(b)l-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 27.

Artikolu 26
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss għal attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa jekk il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Artikolu 5 huma sodisfatti.

Artikolu 27
Notifika lill-Kummissjoni

L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika l-awtorizzazzjoni tas-sajd lill-Kummissjoni mill-inqas 15-il jum kalendarju qabel ma jibdew l-attivitajiet ippjanati tas-sajd fl-ibħra miftuħa, u jipprovdi l-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2.

Kapitolu V
Kiri (chartering) ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni

Artikolu 28
Prinċipji

1.Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd taħt arranġamenti ta’ kiri (chartering) fejn ikun fis-seħħ ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-ftehim.

2.Bastiment tal-Unjoni li ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt aktar minn arranġament wieħed ta’ kiri (chartering) fl-istess żmien jew jieħu sehem f’kiri sekondarju (sub-chartering).

3.Bastiment mikri (chartered) tal-Unjoni ma jistax juża l-opportunitajiet tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu. Il-qabdiet ta’ bastiment mikri (chartered) għandhom jingħaddu mal-opportunitjiet tas-sajd tal-Istat kerrej (chartering).

Artikolu 29
Il-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd taħt ftehim ta' kiri (chartering)

Meta joħorġu awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment skont l-Artikoli 11, 18, 22 jew 26, u meta l-attivitajiet tas-sajd rilevanti jitwettqu taħt arranġament ta’ kiri (chartering), l-Istat Membru tal-bandiera għandu jivverifika li:

(a)l-awtorità kompetenti tal-Istat kerrej (chartering) tkun ikkonfermata uffiċjalment li l-arranġament huwa f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu; kif ukoll

(b)il-ftehim ta' kiri (chartering) huwa speċifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Kapitolu VI
Obbligi ta' kontroll u rappurtar

Artikolu 30
Dejta tal-programm ta' osservatur

Jekk id-dejta tinġabar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni taħt programm ta’ osservazzjoni, l-operatur ta’ dak il-bastiment għandu jibgħat din l-informazzjoni lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu.

Artikolu 31
Informazzjoni lil pajjiżi terzi

1.Meta jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt dan it-Titolu, u jekk il-ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli mal-pajjiżi terzi jipprevedi hekk, operatur ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jibgħat d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet rilevanti u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz, u jibgħat lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kopja ta’ dik il-komunikazzjoni.

2.L-Istat Membru tal-bandiera għandu jivvaluta l-konsistenza tad-dejta mibgħuta lill-pajjiż terz, kif imsemmi fil-paragrafu 1, bid-dejta li jkun irċeva f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

3.In-nuqqas ta’ trażmissjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-qabdiet u tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies bħala ksur serju għall-fini tal-applikazzjoni tas-sanzjonijiet u ta' miżuri oħra previsti mill-politika komuni tas-sajd. Il-gravità tal-ksur għandha tkun deċiża mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, u għandhom jitqiesu kriterji bħalma huma n-natura tal-ħsara, il-valur tagħha, is-sitwazzjoni ekonomika tal-awtur tal-ksur u l-livell tal-ksur jew ir-ripetizzjoni tiegħu.

TITOLU III
ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TA' PAJJIŻ TERZ FL-ILMIJIET TAL-UNJONI

Artikolu 32
Prinċipji ġenerali

1.Bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz ma jistax jipparteċipaw f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Kummissjoni.

2.Bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha jopera, u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tas-sajd rilevanti.

3.Jekk bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz ikun qed ibaħħar fl-ilmijiet tal-Unjoni mingħajr awtorizzazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, l-irkaptu tas-sajd tiegħu għandu jintrabat u jiġi stivat sabiex ma jkunx jista’ jintuża faċilment f’operazzjonijiet tas-sajd.

Artikolu 33
Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Il-Kummissjoni tista’ toħroġ biss awtorizzazzjoni għal bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz għal attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni jekk:

(a)l-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2 dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment(i) ta' appoġġ assoċjat(i) hija sħiħa u preċiża; il-bastiment u kwalunkwe bastiment(i) ta’ appoġġ assoċċjat(i) ikollhom numru tal-OMI;

(b)l-operatur u l-bastiment tas-sajd ma jkunux ġew soġġetti għal sanzjoni għal ksur serju f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 matul it-12-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(c)il-bastiment tas-sajd mhux fuq xi lista IUU u/jew il-pajjiż terz mhuwiex identifikat jew elenkat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012;

(d)il-bastiment tas-sajd huwa eliġibbli taħt il-ftehim tas-sajd mal-pajjiż terz ikkonċernat u, fejn xieraq, qed fuq il-lista ta’ bastimenti taħt dak il-ftehim.

Artikolu 34
Proċedura għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.Il-pajjiż terz għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet għall-bastimenti tas-sajd tiegħu qabel l-iskadenza stabbilita fil-ftehim ikkonċernat jew dak stabbilit mill-Kummissjoni.

2.Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-pajjiż terz għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa.

3.Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 33 intlaħqu, il-Kummissjoni għandha toħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd u tinforma lill-pajjiż terz u lill-Istati Membri konċernati b’din.

Artikolu 35    
Is-sorveljanza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.Jekk kundizzjoni fl-Artikolu 33 ma tkunx għadha ssodisfata, il-Kummissjoni għandha temenda jew tirtira l-awtorizzazzjoni u tinforma lill-pajjiż terz u lill-Istati Membri konċernati b’dan.

2.Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni f’każijiet fejn tkun seħħet bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi jew f’każijiet fejn raġunijiet prevalenti ta’ politika relatati, fost l-oħrajn, mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat jitolbu tali azzjoni jew f’każijiet fejn, għal tali jew kwalunkwe raġuni oħra prevalenti ta’ politika l-Unjoni ddeċidiet li tissospendi jew taqta' r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 36
Għeluq tal-attivitajiet tas-sajd

1.Meta l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lil pajjiż terz jitqiesu li ġew eżawriti, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat u lill-awtoritàjiet kompetenti ta' spezzjoni tal-Istati Membri b'dan. Sabiex ikun jista' jsir sajd kontinwu ta' opportunitajiet tas-sajd mhux eżawriti, li jistgħu jaffettwaw ukoll l-opportunitajiet eżawriti, il-pajjiż terz għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-miżuri tekniċi li jipprevjenu kull impatt negattiv fuq l-opportunitajiet tas-sajd eżawriti. Mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' dak il-pajjiż terz għandhom jitqiesu sospiżi għall-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati u l-bastimenti ma għandhomx jibqgħu awtorizzati biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tas-sajd.

2.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jitqiesu meta sospensjoni ta' attivitajiet tas-sajd f'konformità mal-paragrafu 2 tikkonċerna l-attivitajiet kollha li jkunu ngħataw għalihom.

3.Il-pajjiż terz għandu jiżgura li l-bastimenti tas-sajd ikkonċernati jiġu infurmati minnufih li qed jiġi applikat dan l-Artikolu u li huma jwaqqfu l-attivitajiet tas-sajd kollha kkonċernati.

Artikolu 37
Sajd żejjed tal-kwoti f'ilmijiet tal-Unjoni

1.Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li pajjiż terz ikun qabeż il-kwoti li jkun ġie allokat għal stokk jew grupp ta’ stokkijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel tnaqqis mill-kwoti allokati lil dak il-pajjiż għal dak l-istokk jew grupp ta’ stokkijiet fis-snin sussegwenti.

2.Jekk tnaqqis f'konformità mal-paragrafi 1ma jistax jiġi magħmul fuq il-kwota għal stokk jew grupp ta' stokkijiet li kien mistad iżżejjed minħabba li dik il-kwota għal stokk jew grupp ta' stokkijiet ma tkunx disponibbli biżżejjed għall-pajjiż terz ikkonċernat, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tnaqqas il-kwoti, fis-snin ta’ wara għal stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet oħra disponibbli għal dak il-pajjiż terz fl-istess żona ġeografika, jew għall-valur kummerċjali korrispondenti.

Artikolu 38
Kontroll u infurzar

1.Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli ta’ kontroll li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha hija jopera.

2.Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jipprovdi lill-Kummissjoni jew lill-entità nnominata minnha u, fejn rilevanti, lill-Istat Membru kostali, id-dejta li bastimenti tal-Unjoni huma meħtieġa jibagħtu lill-Istat Membru tal-bandiera skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

3.Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandhom jibagħtu d-dejta msemmija fil-paragrafu 2 lill-Istat Membru kostali.

4.Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jipprovdi, fuq talba lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, ir-rapporti tal-osservaturi prodotti taħt programmi ta’ osservatur applikabbli.

5.Stat Membru kostali għandu jirreġistra kull ksur imwettaq minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi, inklużi s-sanzjonijiet relatati, fir-reġistru nazzjonali previst fl-Artikolu 93 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

6.Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 lill-pajjiż terz biex jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa mill-pajjiż terz.

Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 44, biex timplimenta fil-liġi tal-Unjoni r-riżultat ta’ konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ arranġamenti ta’ aċċess.

TITOLU IV    
Dejta u informazzjoni

Artikolu 39
Reġistru ta' awtorizzazzjoni ta' sajd tal-Unjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru elettroniku ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni, magħmul minn parti pubblika u parti sikura. Dak ir-reġistru għandu:

(a) jirreġistra l-informazzjoni kollha fl-Annessi 1 u 2 u juri l-istatus ta’ kull awtorizzazzjoni f’ħin reali;

(b)jintuża għall-iskambju ta’ dejta u ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u Stat Membru; kif ukoll

(c)jintuża għall-finijiet ta’ ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd biss.

2.Il-lista ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd fir-reġistru għandha tkun pubblikament aċċessibbli u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)l-isem u l-bandiera tal-bastiment;

(b)it-tip ta’ awtorizzazzjoni; kif ukoll

(c)żona u ħin permessi tal-attività tas-sajd (dati tal-bidu u tat-tmiem; iż-żona tas-sajd).

3.Stat Membru għandu juża r-reġistru biex iressaq l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-Kummissjoni u biex iżżomm id-dettalji aġġornati, kif rikjest mill-Artikoli 12, 19, 23 u 27 

Artikolu 40
Rekwiżiti tekniċi

L-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fit-Titoli II, III u IV għandu jkun magħmul f’format elettroniku. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE 27 , li jistabbilixxu rekwiżiti operattivi tekniċi għar-reġistrar, l-ifformattjar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija f’dawk it-Titoli. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 45.

Artikolu 41
Aċċess għad-dejta

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 110 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom jagħtu aċċess għall-parti sikura tar-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 39 tas-servizzi amministrattivi kompetenti rilevanti involuti fil-ġestjoni tal-flotot tas-sajd.

Artikolu 42
Ġestjoni tad-dejta, ħarsien tad-dejta personali u kunfidenzjalità

Id-dejta miksuba taħt dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikoli 109, 110, 111, u 113 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE u r-regoli ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħha.

Artikolu 43
Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

1.Meta Stat Membru jirċievi informazzjoni minn pajjiż terz jew organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li hija rilevanti għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, sakemm jitħalla jagħmel dan mill-ftehim bilaterali ma’ dak il-pajjiż terz jew mir-regoli ta’ dik l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

2.Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, tista’, fil-qafas ta’ ftehimiet dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, taħt l-awspiċi tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew organizzazzjonijiet simili tas-sajd li l-Unjoni hija parti kontraenti jew parti kooperanti mhux kontraenti tagħhom, tikkomunika l-informazzjoni rilevanti dwar nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ dan ir-Regolament, jew infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u fl-Artikolu 90(1) tar- Regolament (KE) Nru 1224/2009, lil partijiet oħra għal dawk il-ftehimiet jew organizzazzjonijiet soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li forna l-informazzjoni u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

TITOLU V
Proċeduri, delega u implimentazzjoni tal-miżuri

Artikolu 44
Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 5(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni.

3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 45
Proċedura ta' kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TITOLU VI
DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 46
Tħassir

1.Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 huwa mħassar.

2.Referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 47
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-[…] jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1-50).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1-32).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(5) COM(2011) 424 of 13.7.2011.
(6) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (2011/2318(INI)).
(7) http://www.fao.org/fishery/ipoa-iuu/en
(8) COFI/2014/4.2 (§29).
(9) Idem (§§40 and 41).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1–153).
(11) Artikolu 28.
(12) ĠU C , , p. .
(13) ĠU C , , p. .
(14) ĠU C , , p. .
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandha x'taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/428/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar l-aċċettazzjoni mill-Komunità tal-Ftehim li jippromwovi l-osservanza tal-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u maniġġar minn bastimenti tas-sajd fl-ibħra internazzjonali (ĠU L 177, 16.7.1996, p. 24).
(19) Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/Res/66/288 tas-27 ta’ Lulju 2012 dwar ir-riżultat tal-Konferenza Rio +20, intitolata “Il-Futur Li Rridu”.
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(22) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1).
(24) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(26) Ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 34).
(27) Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
Top

Brussell, 10.12.2015

COM(2015) 636 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

{SWD(2015) 276 final}
{SWD(2015) 279 final}


Anness 1
Lista tal-informazzjoni li għandha tingħata għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd

* partijiet obbligatorji (għall-punti 22 sa 25 u 28 sa 48, jistgħu ma jimtlewx jekk l-informazzjoni tista’ tinsilet awtomatikament mir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni bin-numru CFR jew OMI)

I

APPLIKANT

1

Isem l-operatur ekonomiku*

2

Posta elettronika*

3

Indirizz

4

Faks

5

Numru tat-taxxa (SIRET, NIF…)*

6

Telefon

7

Isem l-aġent (skont id-dispożizzjonijiet tal-protokoll)*

8

Posta elettronika*

9

Indirizz

10

Faks

11

Telefon

12

Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent li jirrappreżenta lill-operatur ekonomiku*

13

Posta elettronika*

14

Indirizz

15

Faks

16

Telefon

17

Ismijiet tal-kaptani*

18

Posta elettronika*

19

Nazzjonalità*

20

Faks

21

Telefon

II

IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT, KARATTERISTIĊI TEKNIĊI U TAGĦMIR TAL-BASTIMENT

22

Isem il-bastiment*

23

Stat tal-Bandiera*

24

Data meta nkisbet il-bandiera attwali*

25

Immarkar estern*

26

Numru OMI (UVI)*

27

Numru CFR*

28

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS)*

29

Frekwenza tas-sejħa*

30

Numru tat-telefon bis-satellita

31

MMSI*

32

Sena u post tal-kostruzzjoni*

33

Bandiera preċedenti u data tal-akkwist (fejn applikabbli)*

34

Materjal tal-buq: azzar / injam / poliesteru / oħrajn*

35

Transponder tal-VMS*

36

Mudell*

37

Numru tas-serje*

38

Verżjoni tas-softwer*

39

Operatur tas-satellita*

40

Manifattur tal-VMS (l-isem)

41

Tul totali tal-bastiment*

42

Wisa’ tal-bastiment*

43

Pixka*

44

Tunnellaġġ (f'TG)*

45

Qawwa tal-Magna Ewlenija (f'kW)*

46

Tip ta' magna

47

Marka

48

Numru tas-serje tal-magna*

III

KATEGORIJA TAS-SAJD LI GĦALIHA HIJA MITLUBA AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD

49

Tip ta' bastiment (kodiċi FAO)*

50

Tip ta' tagħmir (kodiċi FAO)*

53

Żoni tas-Sajd (kodiċi FAO)*

54

Diviżjonijiet tas-Sajd — FAO jew l-Istat Kostali *

55

Portijiet tal-ħatt l-art

56

Portijiet tat-trażbord

57

Kodiċi tal-FAO tal-ispeċijiet fil-mira jew Kategorija tas-sajd (SFPA)*

58

Perjodu tal-awtorizzazzjoni mitlub (dati tal-bidu u tat-tmiem)

59

Numru tar-reġistru tal-RFMOs* (jekk magħruf)

60

Data tad-dħul fir-reġistru tal-RFMO* (jekk magħrufa)

61

Daqs totali massimu tal-membri tal-ekwipaġġ*:

62

Minn [PAJJIŻ SIEĦEB]:

63

Mill-ACP:

64

Metodu ta' ppreservazzjoni/transformazzjoni tal-ħut abbord*: Ħut frisk / Tkessiħ / Friżar / Ħut mitħun / Żejt/ Iffilitjar

65

Lista ta’ bastimenti ta’ appoġġ: isem / numru OMI / numru CFR

IV

KIRI (Chartering)

66

Bastiment li qed jopera taħt arranġament ta' kiri*: Iva / Le

67

Tip ta’ arranġament ta' kiri

68

Perjodu tal-kiri (dati tal-bidu u tat-tmiem)*

69

Opportunitajiet tas-sajd (tunnellati) allokati lill-bastiment mikri*

70

Il-pajjiż terz li jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-bastiment mikri*

Dokumenti mehmuża (f'lista):

Anness 2    
Lista ta’ informazzjoni li għandha tingħata għall-bastiment ta’ appoġġ li jappoġġa l-bastiment tas-sajd deskritt fl-Anness 1

* partijiet obbligatorji (għall-punti 22 sa 25 u 28 sa 33, jistgħu ma jimtlewx għal bastiment ta' appoġġ b'bandiera mill-Unjoni jekk l-informazzjoni tista’ tinsilet awtomatikament mir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni bin-numru CFR)

I

OPERATUR U BASTIMENT TA' APPOĠĠ

1

Isem l-operatur ekonomiku*

2

Posta elettronika*

3

Indirizz

4

Faks

5

Numru tat-taxxa (SIRET, NIF…)*

6

Telefon

7

Isem l-aġent (skont id-dispożizzjonijiet tal-protokoll)*

8

Posta elettronika*

9

Indirizz

10

Faks

11

Telefon

12

Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent li jirrappreżenta lill-operatur ekonomiku*

13

Posta elettronika*

14

Indirizz

15

Faks

16

Telefon

17

Ismijiet tal-kaptani*

18

Posta elettronika*

19

Nazzjonalità*

20

Faks

21

Telefon

II

IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT TA' APPOĠĠ, KARATTERISTIĊI TEKNIĊI U TAGĦMIR TAL-BASTIMENT

22

Isem il-bastiment*

23

Stat tal-Bandiera*

24

Data meta nkisbet il-bandiera attwali*

25

Immarkar estern*

26

Numru OMI (UVI)*

27

Numru CFR (għall-bastimenti tal-Unjoni, jekk magħruf)*

28

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS)*

29

Frekwenza tas-sejħa*

30

Numru tat-telefon bis-satellita

31

MMSI*

32

Sena u post tal-kostruzzjoni

33

Bandiera preċedenti u data tal-akkwist (fejn applikabbli)*

34

Materjal tal-buq: azzar / injam / poliesteru / oħrajn

35

Transponder tal-VMS

36

Mudell

37

Numru tas-serje

38

Verżjoni tas-softwer

39

Operatur tas-satellita

40

Manifattur tal-VMS (l-isem)

41

Tul totali tal-bastiment

42

Wisa’ tal-bastiment

43

Pixka

44

Tunnellaġġ (f'GT)

45

Qawwa tal-Magna Ewlenija (f'kW)

47

Tip ta' magna

48

Marka

49

Numru tas-serje tal-magna

III

INFORMAZZJONI DWAR L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD APPOĠĠATI

50

Żoni tas-Sajd (kodiċi FAO)

51

Diviżjonijiet tas-sajd - FAO

52

speċijiet fil-mira (kodiċi FAO)

53

Numru tar-reġistru tal-RFMO*

54

Data tad-dħul fir-reġistru tal-RFMO*

Dokumenti mehmuża (f'lista):

Top