Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0613

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    COM/2015/0613 final - 2015/0277 (COD)

    Brussell, 7.12.2015

    COM(2015) 613 final

    2015/0277(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    {SWD(2015) 262 final}
    {SWD(2015) 263 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    Din l-inizjattiva hija parti mill-“Istrateġija dwar l-Avjazzjoni għat-Tisħiħ tal-Kompetittività tas-Settur tal-Avjazzjoni tal-UE” tal-2015 tal-Kummissjoni Ewropea. L-għan tagħha huwa li tħejji l-qafas regolatorju tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-UE għall-isfidi tal-għaxar snin sal-ħmistax-il sena li ġejjin u b’hekk ikompli jiġi żgurat trasport bl-ajru sikur, sigur u li jirrispetta l-ambjent għall-passiġġieri u għall-pubbliku ġenerali. Din l-inizjattiva tibni fuq iktar minn tnax-il sena ta’ esperjenza fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 1 u tal-predeċessur tiegħu 2 .

    Is-sikurezza u l-kunsiderazzjoni għall-protezzjoni ambjentali huma prerekwiżiti għal settur kompetittiv tal-avjazzjoni. Bit-traffiku tal-avjazzjoni fl-Ewropa previst li jilħaq l-14.4-il miljun titjira fl-2035 (50 % aktar milli fl-2012), l-għan tal-Kummissjoni huwa li jiġi żgurat li s-sistema tkompli żżomm l-għadd baxx attwali ta’ aċċidenti, biex is-settur tal-avjazzjoni tal-UE ikun jista’ jkompli jikber b’mod sikur fil-futur u b’hekk tikkontribwixxi għall-vantaġġ kompetittiv tiegħu. Għal dan l-għan l-inizjattiva attwali tipproponi l-introduzzjoni ta’ approċċ lejn ir-regolamentazzjoni tas-sikurezza abbażi tar-riskji u tal-prestazzjoni, li jingħalqu l-lakuni eżistenti ta’ sikurezza, u li jitqiesu aħjar l-interdipendenzi bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni u oqsma tekniċi oħra ta’ regolamentazzjoni fosthom is-sikurezza tal-avjazzjoni jew il-protezzjoni ambjentali.

    Filwaqt li l-għan prinċipali ta’ din il-proposta huwa s-sikurezza tal-avjazzjoni, mhuwiex l-uniku wieħed. Din il-proposta trid titqies ukoll fil-kuntest tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni għat-tkattir tal-impjiegi u tat-tkabbir, għall-iżvilupp tas-suq intern u għat-tisħiħ tar-rwol tal-Ewropa bħala attur globali. Din l-inizjattiva timmira li tikkontribwixxi għal industrija tal-avjazzjoni Ewropea kompetittiva u għal manifattura ajrunawtika li tiġġenera impjiegi ta’ valur għoli u li tagħti spinta lill-innovazzjoni teknoloġika. Se toħloq qafas regolatorju effettiv għall-integrazzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ negozju u ta’ teknoloġiji emerġenti. B’mod partikolari din l-inizjattiva tipproponi l-ħolqien ta’ qafas tal-Unjoni għall-integrazzjoni sikura ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord fl-ispazju tal-ajru Ewropew.

    Din il-proposta twieġeb ukoll għas-sejħiet mill-Istati Membri, mill-industrija u mill-utenti tal-ispazju tal-ajru għal approċċ aktar proporzjonat u flessibbli għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza u biex jiġu eliminati regoli li jistgħu joħonqu l-imprenditorija b’rekwiżiti preskrittivi wisq. B’mod partikolari tipproponi l-introduzzjoni ta’ qafas skalabbli li jirrikonoxxi d-differenzi li jeżistu bejn id-diversi setturi tal-avjazzjoni ċivili u r-riskji involuti fihom. Huwa mistenni li dan l-approċċ igawdi minnu s-settur kollu tal-avjazzjoni fl-Unjoni u se jkun partikolarment adattat għall-ħtiġijiet tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

    Bit-tranżizzjoni lejn approċċ għar-regolamentazzjoni u għas-sorveljanza abbażi tar-riskji u tal-prestazzjoni, l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) se jkollhom bżonn jiżviluppaw ħiliet u kompetenzi ġodda, kif ukoll iżommu ruħhom kontinwament aġġornati bl-aħħar teknoloġiji żviluppati mill-industrija. Din l-inizjattiva tappoġġa l-ilħiq ta’ dawn l-għanijiet billi tipproponi arranġamenti aħjar għall-koordinazzjoni u għall-iżvilupp tar-riċerka u tat-taħriġ fl-avjazzjoni.

    Fl-aħħar nett il-proposta attwali tindirizza l-isfidi li xi awtoritajiet nazzjonali jiffaċċjaw fiż-żamma u fil-finanzjament tar-riżorsi neċessarji għat-twettiq tal-ħidma meħtieġa ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza. Għal dan l-għan din l-inizjattiva tipproponi qafas għall-akkomunament u għall-kondiviżjoni ta’ riżorsi tekniċi bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li tinkludi l-possibbiltà ta’ trasferiment tar-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fuq bażi volontarja.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    L-inizjattiva preżenti tibni fuq id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Unjoni li jittrattaw is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili skont ma jinsab attwalment fir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

    Il-proposta hija konsistenti mal-inizjattiva tal-2013 tal-Kummissjoni dwar l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (l-inizjattiva SES II+) 3 . Fit-tħejjija tal-proposta attwali l-Kummissjoni qieset il-proposta tal-Kummissjoni COM(2013)409 tal-11 ta’ Ġunju 2013 u r-riżultati tad-diskussjonijiet li seħħew sa issa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill dwar l-emendi proposti dwar l-SES II+ fir-Regolament (KE) Nru 216/2008. Sabiex tiġi evitata diskussjoni parallela dwar żewġ proposti leġiżlattivi relatati mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u peress li din il-proposta kienet l-iżjed waħda komprensiva, l-emendi proposti dwar l-SES II+ fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġew inkorporati f’din il-proposta l-ġdida, filwaqt li ġew adattati għall-istruttura l-ġdida u għall-istil il-ġdid tat-tfassil ta’ din il-proposta. Bħala riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni mhijiex se tkompli bid-diskussjonijiet dwar il-proposta COM(2013)409 tal-11 ta’ Ġunju 2013, li ġiet ippreżentata bħala parti mill-inizjattiva tal-SES II+.

    Meta t-tibdil propost minn din l-inizjattiva jkollu impatt fuq leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill relatata mat-trasport bl-ajru (kif inhu l-każ fl-investigazzjoni tal-aċċidenti, fir-rapportar tal-okkorrenzi u fl-għoti tal-liċenzji lit-trasportaturi tal-ajru), jiġu proposti emendi xierqa għal atti oħra tal-Unjoni biex tiġi żgurata konsistenza fl-approċċ.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Din l-inizjattiva hija marbuta u konsistenti għalkollox mal-għanijiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-perjodu mill-2014 sal-2019 fir-rigward tal-promozzjoni ta’ “Impjiegi u Tkabbir” u ta’ “Suq Intern Aktar Ġust u Aktar Profond b’Bażi Industrijali Msaħħa”.

    Il-proposta attwali hija konsistenti wkoll mal-“Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati” miftiehem fl-2012 bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u tallinja, meta dan ikun rilevanti, id-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea mal-klawżoli standard rakkomandati f’dan l-approċċ komuni.

    Il-ħsieb tal-inizjattiva huwa wkoll li d-disinn u l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ikunu iżjed konsistenti mal-qafas usa’ tal-politika tal-avjazzjoni. L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord se jsiru tip ieħor ta’ vettura tal-ajru li tipprovdi firxa ta’ servizzi ġodda fis-suq Ewropew tal-avjazzjoni fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità. Peress li l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jikkondividu l-istess spazju tal-ajru ma’ inġenji oħra tal-ajru, is-sikurezza tal-operazzjonijiet tagħhom trid tibqa’ koerenti mal-politika ġenerali tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Fl-aħħar nett, l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu wkoll ikunu konsistenti mar-regoli tat-traffiku tal-ajru kif stabbiliti fir-Regoli Komuni tal-Ajru 4

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li huwa l-bażi ġuridika għall-adozzjoni ta’ miżuri tal-Unjoni dwar it-trasport bl-ajru.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1592/2002 u (KE) Nru 216/2008, l-Unjoni saret responsabbli għall-kompiti li jirrigwardaw l-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali ta’ prodotti ajrunawtiċi, l-operazzjonijiet ta’ titjir, l-għoti tal-liċenzji lill-ekwipaġġ tal-ajru, l-ajrudromi u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ATM/ANS), kif ukoll is-sikurezza ta’ operaturi minn pajjiżi terzi. Għalhekk, is-sikurezza tal-avjazzjoni ilha rregolamentata fil-livell tal-Unjoni għal iżjed minn għaxar snin. Dan jirriżulta mill-fatt li fil-biċċa l-kbira tagħhom, it-trasport bl-ajru u l-produzzjoni ajrunawtika huma attivitajiet ta’ natura transnazzjonali li jistgħu jiġu indirizzati aħjar fil-livell tal-Unjoni.

    Bl-inizjattiva preżenti għadd limitat ta’ oqsma speċifiċi ġew proposti biex jiżdiedu ma’ dan il-qafas ġenerali tal-Unjoni għas-sikurezza tal-avjazzjoni, fosthom l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, is-sikurezza tas-servizzi ta’ groundhandling u l-aspetti tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru u tad-disinn tas-sistemi tal-avjazzjoni, inkluża ċ-ċibersigurtà.

    Il-manifatturar tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu dimensjoni transfruntiera ladarba bosta inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jinxtraw minn fuq l-internet, huma importati jew minn tal-inqas ikollhom parts importati. Ir-rikonoxximent reċiproku fis-suq intern diffiċli jinkiseb fil-preżenza ta’ standards u ta’ regoli nazzjonali dettaljati u diverġenti. Fir-rigward ukoll tas-servizzi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, bosta operaturi qegħdin jiżviluppaw attivitajiet transfruntiera. Pereżempju, fir-riggijiet taż-żejt sal-linji tal-ferrovija, qegħdin jiġu organizzati spezzjonijiet tal-infrastruttura f’livell internazzjonali. Anke jekk l-operazzjonijiet ikollhom kamp ta’ applikazzjoni limitat, l-operaturi għandhom ikunu f’pożizzjoni li jużaw l-istess inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-istess rekwiżiti tal-operat mal-istess bdot f’postijiet differenti fl-Unjoni biex jiżviluppaw in-negozji tagħhom, speċjalment jekk joperaw fi swieq niċċa. Kumpaniji kbar tal-kunsinna esprimew li biħsiebhom jorganizzaw is-servizzi tagħhom fil-livell Ewropew u dan jirrikjedi regoli komuni. Is-sussidjarjetà tapplika fil-livell tal-implimentazzjoni tar-regoli operazzjonali komuni, eż. l-awtoritajiet tal-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tar-riskji lokali u jiddeċiedu liema spazju tal-ajru jkun miftuħ jew magħluq għal operazzjonijiet bl-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u skont liema kundizzjonijiet. Ħafna mill-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru ħfief mingħajr ekwipaġġ abbord għandhom dimensjoni lokali u għandu jkun il-kompitu tal-awtoritajiet lokali li jivvalutaw il-livell ta’ riskji u jawtorizzaw it-tip speċifiku ta’ operat.

    Fir-rigward tas-servizzi ta’ groundhandling, hemm bżonn azzjoni fil-livell tal-Unjoni minħabba l-fatt li matul l-aħħar għaxar snin, l-aċċidenti relatati ma’ groundhandling jikkostitwixxu r-raba’ l-akbar kategorija ta’ aċċidenti, filwaqt li l-inizjattivi volontarji fil-livell ta’ Stat Membru għadhom ma pproduċewx riżultati sodisfaċenti biex jiġi indirizzat dan ir-riskju. Attwalment ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ sikurezza fil-livell tal-Unjoni li jindirizza direttament il-fornituri tas-servizzi ta’ groundhandling. Peress li l-groundhandling huwa parti mis-sistema ġenerali tal-avjazzjoni u huwa interkonness ma’ oqsma oħra li huma koperti mill-kompetenza tal-Unjoni (fosthom operazzjonijiet tal-ajrudromi u tat-titjir), ir-regolamentazzjoni tiegħu fil-livell tal-Unjoni taċċerta approċċ konsistenti fl-Istati Membri kollha. Sabiex jiġi żgurat approċċ proporzjonat, qed jiġi propost li l-fornituri tas-servizzi ma jkollhomx bżonn ċertifikazzjoni bħala kundizzjoni biex jibdew l-operat tagħhom. Il-Kummissjoni tal-fehma wkoll li r-rekwiżiti komuni għall-groundhandling għandhom ikunu bbażati fuq standards rikonoxxuti tal-industrija u fuq l-aħjar prattiki. Fl-istess ħin l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għodod regolatorji neċessarji sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva fir-rigward tal-fornituri ta’ dawn is-servizzi.

    Fir-rigward tal-aspetti ta’ sigurtà tad-disinn tal-inġenji tal-ajru u tas-sistemi, ta’ min jisħaq li l-Unjoni diġà hija involuta f’xi wħud minn dawn il-kwistjonijiet. L-interazzjoni bejn ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 5 u r-Regolament (KE) Nru 216/2008 attwali mhijiex dejjem ċara, inkluż dwar ir-rwol tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Din l-inizjattiva tipproponi li jiġi ċċarat ir-rwol tal-Unjoni f’dan ir-rigward, filwaqt li jitqies il-fatt li dawn l-aspetti ta’ sigurtà huma marbuta mill-qrib mas-sikurezza tad-disinn tal-inġenji tal-ajru u tal-operazzjonijiet tat-titjir, u li għalihom l-Unjoni diġà hija responsabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

    Proporzjonalità

    Il-proporzjonalità hija wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-inizjattiva attwali, u miżuri li l-għan tagħhom huwa li l-qafas regolatorju attwali għas-sikurezza tal-avjazzjoni jsir iżjed proporzjonali huma element integrali tal-pakkett finali tal-miżuri ta’ politika proposti, kif spjegat fir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanjah (il-Kapitolu 6.6). Din l-inizjattiva tipproponi l-introduzzjoni ta’ approċċ abbażi tar-riskji għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni, li għandu jkun ta’ benefiċċju għas-settur kollu tal-avjazzjoni u li huwa partikolarment adattat għar-regolamentazzjoni ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

    Għażla tal-istrument

    Il-proposta attwali ma tbiddilx it-tip ta’ strument li jintuża. Sa mill-2002, meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002, is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni ġiet irregolamentata permezz ta’ Regolamenti. Il-Kummissjoni tal-fehma li ma hemm l-ebda raġuni għalfejn dan għandu jinbidel.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Mhux applikabbli

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati b’mod parallel mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Iż-żewġ konsultazzjonijiet kienu kumplimentari. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu għadd ta’ laqgħat mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati tal-avjazzjoni biex jissupplimentaw il-konsultazzjonijiet pubbliċi b’informazzjoni addizzjonali. Is- sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni ġie ppubblikat fuq is-sit web Europa . Is-sejbiet ewlenin tal-konsultazzjoni pubblika huma dawn li ġejjin:

    Hemm qbil qawwi li l-Unjoni kisbet livell għoli ħafna ta’ sikurezza. Iktar minn 90 % tal-kontributuri qablu jew qablu ħafna ma’ dikjarazzjoni li attwalment, l-ivvjaġġar bl-ajruplan fl-Unjoni huwa sikur;

    Fl-istess waqt ġie rikonoxxut li, fir-rigward tas-sikurezza, ma hemmx lok għal tnikkir. Iktar minn 70 % tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet tal-industrija li kkontribwew għall-istħarriġ elettroniku tal-Kummissjoni jemmnu li trid tittejjeb il-kapaċità ta’ identifikazzjoni u ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ sikurezza;

    Lil hinn miż-żamma tal-prestazzjoni attwali tas-sikurezza, it-tħassib ewlieni tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati huwa dwar l-effiċjenza u l-proporzjonalità tas-sistema attwali. Il-maġġoranza l-kbira tal-organizzazzjonijiet li kkontribwew għall-istħarriġ elettroniku tal-Kummissjoni (82 %), u b’mod partikolari l-SMEs, isostnu li r-regoli eżistenti huma ddettaljati u preskrittivi żżejjed, u li l-livelli attwali ta’ sikurezza jistgħu jinżammu b’kostijiet iżjed baxxi ta’ konformità (83 %). Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jaqblu ma’ din il-fehma;

    Hemm tħassib fost l-Istati Membri u fl-industrija li l-mod attwali ta’ kif ir-riżorsi tekniċi qegħdin jintużaw mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni huwa ineffiċjenti, u li xi awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jesperjenzaw nuqqas ta’ riżorsi. Il-maġġoranza (63 %) tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet li bagħtu t-tweġibiet għall-istħarriġ elettroniku tal-Kummissjoni jemmnu li wħud mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ma għandhomx biżżejjed riżorsi finanzjarji jew umani biex iwettqu l-kompiti tagħhom ta’ sorveljanza;

    L-industrija tal-manifatturar tal-inġenji tal-ajru argumentat bil-qawwa favur rwol ferm iktar attiv tal-Unjoni fil-promozzjoni ta’ standards Ewropej ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fil-livell internazzjonali, inkluż fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), u esprimiet tħassib dwar id-disponibbiltà fit-tul tar-riżorsi fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti;

    73 % tal-organizzazzjonijiet li kkontribwew għall-istħarriġ elettroniku tal-Kummissjoni indikaw inkonsistenzi possibbli, diskrepanzi u rduppjar fl-applikazzjoni tal-liġi, b’mod partikolari minħabba interpretazzjoni tal-liġi li tvarja minn Stat Membru għall-ieħor.

    L-imsieħba soċjali tal-Unjoni (li jirrappreżentaw kemm lil min iħaddem kif ukoll lill-impjegati) ikkontribwew għall-konsultazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persunal tal-avjazzjoni saħqu b’mod partikolari dwar il-fatt li l-approċċ abbażi tal-prestazzjoni għas-sikurezza tal-avjazzjoni għandu jikkumplimenta s-sistema attwali ta’ regolamenti preskrittivi iżda mhux jissostitwihom. L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-impjegati kienu wkoll imħassba dwar id-disponibbiltà futura tar-riżorsi ddedikati mill-Istati Membri għas-sorveljanza tas-sikurezza u saħqu dwar il-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ taħriġ u ta’ kompetenza tal-persunal kemm fl-awtoritajiet kif ukoll fis-settur tal-avjazzjoni inġenerali. L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-bdoti b’mod partikolari esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-impatt negattiv potenzjali fuq is-sikurezza li jirriżulta minn ċerti prattiki ta’ impjieg tal-linji tal-ajru u minn mudelli innovattivi oħra ta’ negozju.

    Min-naħa l-oħra l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil min iħaddem ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għad-differenzi fl-applikazzjoni tal-liġi fost l-Istati Membri, ir-regolamentazzjoni eċċessiva u l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi ddedikati għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza. Dawk li jħaddmu enfasizzaw b’mod partikolari l-fatt li, filwaqt li l-industrija tal-avjazzjoni topera liberament fis-suq intern, is-sorveljanza xorta tibqa’ organizzata abbażi tal-prinċipju tar-responsabbiltà individwali tal-Istati Membri. Kundizzjonijiet indaqs, standardizzazzjoni u stabbiltà fl-implimentazzjoni tar-regoli jitqiesu li huma ta’ importanza partikolari għal min iħaddem. Uħud mill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil min iħaddem argumentaw ferm favur il-ħolqien ta’ awtorità unika tal-avjazzjoni ċivili għall-Unjoni.

    Fil-biċċa l-kbira, il-Kummissjoni taqbel mar-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u rriflettiethom fil-formulazzjoni tal-proposta attwali. Għandha tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni li tidentifika u ttaffi r-riskji ta’ sikurezza permezz tad-dispożizzjonijiet tal-proposta fir-rigward tal-ġestjoni tas-sikurezza, tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u tal-programmi nazzjonali tas-sikurezza. L-introduzzjoni ta’ approċċ abbażi tar-riskji u tal-prestazzjoni għar-regolamentazzjoni għandu jippermetti l-kisba ta’ qafas regolatorju iktar proporzjonat li jqis aħjar id-differenzi bejn it-tipi differenti ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni u r-riskji involuti fihom. Il-qafas propost għall-akkomunament u għall-kondiviżjoni tar-riżorsi bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea mistenni jżid l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.

    Konsultazzjoni pubblika separata ġiet organizzata għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, li approvat il-ħtieġa għal azzjoni urġenti fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord. Il-kontribut ta’ dawn it-teknoloġiji għall-impjiegi u għat-tkabbir ġie kkonfermat. Il-konsultazzjoni kkonfermat il-ħsieb li l-firxa sħiħa ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord hija lesta għall-iżvilupp u li l-inċertezza ġuridika u teknoloġika xxekkel espansjoni rapida. L-awtorizzazzjonijiet speċifiċi u l-frammentazzjoni huma piż reali. Dawk li wieġbu identifikaw is-sikurezza u l-privatezza bħala l-iktar tħassib importanti li jistgħu jiġu ġestiti b’qafas regolatorju xieraq li jkollu regoli proporzjonati mar-riskji u bi rwol b’saħħtu għall-awtoritajiet nazzjonali.

    Id-diviżjoni attwali tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, li hija bbażata fuq il-livell limitu ta’ 150 kg, ġeneralment titqies bħala obsoleta. Ir-regoli għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jevolvu lejn approċċ iċċentrat fuq l-operat, li bih ir-riskju ta’ operat partikolari jkun dipendenti fuq firxa ta’ fatturi. Fir-rigward tal-aspetti ta’ sigurtà u ta’ privatezza tal-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-konsultazzjoni ma tindikax il-ħtieġa għal regoli ġodda, iżda iktar għal applikazzjoni aħjar tar-regoli eżistenti, b’kollaborazzjoni iktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta.

    Ġbir u użu tal-kompetenzi

    Il-Kummissjoni talbet għal Opinjoni mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, li tressqet fis-16 ta’ Marzu 2015 . L-opinjoni hija bbażata fuq iżjed minn 6 000 kumment li ġew ippreżentati mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati, u tissuġġerixxi varjetà ta’ tibdil fl-oqsma differenti tar-regolamentazzjoni teknika tal-avjazzjoni, inklużi s-sikurezza, is-sigurtà, ir-riċerka, il-protezzjoni ambjentali, u l-użu effiċjenti tar-riżorsi fis-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

    Il-Kummissjoni qagħdet ukoll fuq l-għarfien espert u fuq il-pariri li ġejjin:

    1.Ġew ikkuntrattati żewġ studji biex jappoġġaw il-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt:

    L-ewwel studju analizza d-disponibbiltà, l-effiċjenza fl-użu u l-evoluzzjoni tar-riżorsi umani tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni, kif ukoll il-finanzjament tas-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni (studju ta’ appoġġ dwar ir-riżorsi). Dan l-istudju kkonkluda li matul dawn l-aħħar għaxar snin il-bilanċ bejn ir-riżorsi u l-ammont ta’ xogħol iddeterjora. Barra minn hekk, skont l-istudju, ir-riżorsi eżistenti jistgħu jiġu allokati aħjar fis-sistema kollha. Ġew identifikati wkoll nuqqasijiet fir-rigward tal-kwalifiki tal-persunal. L-istudju jsostni li kollha flimkien, dawn l-aspetti jxekklu lill-awtoritajiet tal-avjazzjoni li ma jilħqux il-potenzjal tal-prestazzjoni tagħhom. Fl-aħħar nett, l-istudju kkonkluda li d-differenzi fil-metodi ta’ ħidma bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u d-differenzi fil-mod kif dawn l-awtoritajiet huma ffinanzjati, ikollhom impatt fuq il-kundizzjonijiet indaqs fis-suq komuni tal-avjazzjoni.

    It-tieni studju dwar l-iskemi ta’ prestazzjoni u l-approċċ abbażi tal-prestazzjoni, esplora l-possibbiltajiet li jiġu introdotti elementi ta’ prestazzjoni fil-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni (studju ta’ appoġġ dwar il-prestazzjoni). Dan l-istudju kkonkluda li l-introduzzjoni ta’ skema ta’ prestazzjoni tas-sikurezza għall-avjazzjoni ċivili hija fattibbli, iżda jwissi li ma għandhiex issir introduzzjoni rapida tagħha għal għadd ta’ raġunijiet tekniċi. Fir-rigward ta’ approċċ abbażi tal-prestazzjoni għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni, l-istudju kkonkluda li dan l-approċċ għandu jkollu impatt pożittiv fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni u fuq l-innovazzjoni, iżda l-impatt ta’ dan l-approċċ jista’ jiġi deskritt biss b’mod kwalitattiv u dan jiddependi ħafna fuq ir-regoli speċifiċi li se jiġu kkonvertiti minn preskrittivi għal regoli abbażi tal-prestazzjoni. Dan jippermetti li jiġu kkwantifikati bil-quddiem l-benefiċċji ta’ approċċ abbażi tal-prestazzjoni għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni. Dan l-istudju kien soġġett ukoll għal evalwazzjoni bejn il-pari minn esperti tal-industrija u tal-Istati Membri.

    2.Il-Kummissjoni qieset ir-rakkomandazzjonijiet tas- sottogrupp dwar is-sistema regolatorja futura tal-avjazzjoni tal-UE mwaqqaf mill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, li kien magħmul mid-Diretturi Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili ta’14-il pajjiż tal-UE/tal-EFTA, kif ukoll mir-rappreżentanti mill-EASA u mill-Kummissjoni 6 . Fl-aħħar nett, tqiesu r-riżultati tal-evalwazzjoni esterna indipendenti mwettqa f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament (l-evalwazzjoni tal-Artikolu 62) 7 .  F’dawn iż-żewġ evalwazzjonijiet ġie rrakkomandat, fost l-oħrajn, li r-Regolament (KE) Nru 216/2008 jiġi emendat fir-rigward għadd ta’ aspetti. Is-sommarju tar-rakkomandazzjonijiet li saru minn dawn l-evalwazzjonijiet jinsabu fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja din il-proposta.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Din il-proposta hija akkumpanjata minn żewġ Rapporti ta’ Valutazzjoni tal-Impatt li jinsabu f’[ħolqa]. Ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt dwar ir-Rieżami tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġie analizzat mill-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt, li ħareġ opinjoni pożittiva [ħolqa] fid-19 ta’ Ġunju 2015. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju analizza r-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt dwar l-Iżvilupp Sikur ta’ Operazzjonijiet tad-Droni fl-UE u dan ta opinjoni pożittiva [ħolqa] fil-5 ta’ Novembru 2015.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Il-proposta teżenta inġenji tal-ajru bil-bdot abbord li jkollhom disinn sempliċi ħafna jew li prinċipalment joperaw fuq bażi lokali, u dawk mibnija mid-dilettanti jew li huma partikolarment rari jew li jeżisti biss għadd żgħir minnhom. L-inizjattiva teżenta wkoll ajrudromi li mhumiex miftuħa għall-użu pubbliku, li ma jaqdux it-trasport kummerċjali bl-ajru, jew li ma jissodisfawx ċerti karatteristiċi tekniċi minimi relatati mad-daqs jew mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-operazzjonijiet.

    Il-mikroimpriżi u l-SMEs mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta, kif inhu wkoll il-każ skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 attwali. Madankollu, il-proposta tintroduċi reġim iktar proporzjonat u skalabbli li jippermetti li jitqiesu aħjar id-differenzi li jeżistu bejn id-daqsijiet differenti ta’ negozji. L-introduzzjoni ta’ dan ir-reġim skalabbli huwa wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-proposta attwali. B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-SMEs u tal-avjazzjoni ħafifa, għadd ta’ miżuri jnaqqsu l-piż amministrattiv għal dawn is-setturi u permezz tagħhom ir-regolamentazzjoni tkun iktar favorevoli għall-imprendituri ż-żgħar. Fil-qasam tal-approvazzjoni tad-disinn tal-inġenji tal-ajru, qiegħda tiġi proposta proċedura alternattiva għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip għall-inġenji tal-ajru ħfief li jintużaw f’operazzjonijiet ta’ riskju baxx. Il-manifatturi ta’ inġenji tal-ajru ultraħfief li normalment ikunu esklużi mir-regoli tal-UE, jiġu permessi wkoll – jekk ikunu jixtiequ dan – li jkollhom il-prodotti tagħhom regolamentati skont il-liġi tal-UE u b’hekk igawdu minn ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq intern. Klabbijiet ajrunawtiċi u assoċjazzjonijiet speċjalizzati tal-avjazzjoni ħafifa jitħallew jaġixxu – fi ħdan kundizzjonijiet stabbiliti – bħala entitajiet ikkwalifikati f’isem l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni.

    Il-proposta tiffaċilita wkoll l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni u l-introduzzjoni ulterjuri ta’ teknoloġiji diġitali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tipproponi t-twaqqif ta’ repożitorju elettroniku ta’ informazzjoni rilevanti għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar li l-awtoritajiet kollha tal-avjazzjoni tal-Istati Membri u tal-EASA jkollhom aċċess għalih. Ċertu informazzjoni miġbura fir-repożitorju ssir ukoll disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Qed jiġi propost li l-Aġenzija tingħata s-setgħa li tidħol f’arranġamenti ma’ impriżi jew ma’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fir-rigward tal-ġbir, tal-iskambju u tal-analiżi tad-dejta, li twitti t-triq għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ta’ Big Data fl-analiżi tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

    Drittijiet fundamentali

    Il-proposta attwali ma għandhiex konsegwenzi diretti għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, għajr għall-oġġetti partikolari li jikkonċernaw l-operat tal-inġenji mingħajr bdot abbord. Ir-regoli żviluppati għall-operat sikur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord se jikkontribwixxu għall-applikazzjoni iżjed effettiva tar-regoli eżistenti dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant ir-rekwiżit tas-sikurezza li l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ikunu mgħammra b’apparat ta’ identifikazzjoni, bħal ċippa ta’ identifikazzjoni elettronika, jgħin ukoll biex jiġu identifikati persuni li ma jkunux irrispettaw ir-regoli dwar il-privatezza jew il-protezzjoni tad-dejta.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

    Il-proposta għandha implikazzjonijiet baġitarji fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilit skont l-artikolu 06 02 02 tal-baġit tal-Unjoni, kif spjegat iktar fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.

    Il-proposta tintroduċi għadd ta’ kompiti ġodda għall-Aġenzija b’konsegwenzi għall-ħtieġa tagħha ta’ karigi ffinanzjati mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni. It-talbiet addizzjonali għal persunal prinċipalment jirrigwardaw (1) il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-ġbir, tal-iskambju u tal-analiżi ta’ dejta u ta’ informazzjoni (magħrufa bħala “Big Data”), (2) il-ħolqien u l-ġestjoni ta’ repożitorju tal-Unjoni ta’ informazzjoni rilevanti għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar, (3) kompiti ġodda relatati mat-tfassil ta’ regoli u mal-implimentazzjoni fil-qasam tal-groundhandling, tal-ambjent u tas-sigurtà, kif ukoll (4) il-ħolqien ta’ qafas għat-trasferiment ta’ responsabbiltajiet fis-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni bl-għan li jkun hemm użu aħjar tar-riżorsi disponibbli madwar l-Unjoni kollha.

    Ir-riżorsi umani identifikati li huma rikjesti se jkunu koperti parzjalment mill-persunal attwali permezz tar-riskjerament tagħhom, biex b’hekk il-bżonn tal-Aġenzija għal persunal addizzjonali ffinanzjat mill-baġit relatat mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni jitnaqqas għal ħames karigi u erba’ aġenti kuntrattwali.

    Fl-Anness X tar-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt kienet saret proposta, ibbażata fuq imposti ta’ riattribuzzjoni mħallsa għall-kompiti ta’ awtorità relatati mal-ATM/ANS mill-Eurocontrol għall-Aġenzija, mingħajr żieda fil-kostijiet għall-operaturi. Li kieku l-Aġenzija jkollha l-mezzi biex tiffinanzja l-attivitajiet tagħha relatati mal-kompiti ta’ awtorità tal-ATM/ANS permezz ta’ dawk l-imposti, il-baġit mill-kontribuzzjoni tagħha tal-Unjoni jkun disponibbli biex jiġu ffinanzjati karigi addizzjonali. Għalhekk, ir-Regolament propost jistabbilixxi imposti fir-rotot bħala introjtu għall-Aġenzija fl-Artikolu 109(1)(f). Minbarra dan, l-attribuzzjoni ta’ imposti fir-rotot għall-EASA tkun tirrikjedi emenda fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 391/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.

    Barra minn hekk, il-proposta timmira li tintroduċi mekkaniżmu li jippermetti aġġustament aħjar tal-livelli ta’ persunal tal-Aġenzija li jkunu iffinanzjati minn baġit relatat ma’ tariffi u imposti għall-ħtiġijiet identifikati.

    F’dan il-kuntest huwa importanti li wieħed jinnota li l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija aġenzija tal-Unjoni li hija parzjalment awtofinanzjata minn tariffi u imposti. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni flimkien ma’ kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi tikkostitwixxi madwar terz tal-baġit tagħha, filwaqt li madwar żewġ terzi jiġu ġġenerati permezz tal-ġbir ta’ tariffi u imposti mill-industrija għaċ-ċertifikazzjoni u għal servizzi oħra. Il-baġit mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni huwa distint mill-baġit minn tariffi u imposti u s-sistema kontabilistika tal-Aġenzija tiddistingwi strettament bejn attivitajiet relatati mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u attivitajiet relatati ma’ tariffi u imposti biex jiġi evitat kwalunkwe finanzjament trasversali. Għalhekk, abbażi tad-deċiżjoni tal-leġiżlatur li t-tariffi u l-imposti għandhom jirriflettu l-kostijiet reali, fil-każ ta’ din l-Aġenzija, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma tikkostitwix kontribuzzjoni ta’ “bbilanċjar”, bħalma huwa l-każ ta’ aġenziji oħra li huma parzjalment awtofinanzjati.

    Il-Kummissjoni tipproponi li teżamina l-possibbiltà li tiddaħħal iktar flessibbiltà fl-aġġustament tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija relatat mat-tariffi u mal-imposti mill-industrija għaċ-ċertifikazzjoni u għal servizzi oħra, abbażi tal-varjazzjonijiet fid-domanda għas-servizzi fl-industrija. Madankollu, din il-flessibbiltà għandha tkun tiddependi fuq l-iżvilupp ta’ indikaturi sodi biex jitkejjel l-ammont ta’ xogħol u l-effiċjenza tal-Aġenzija. Dan sabiex jiġi żgurat li ż-żieda fil-flessibbiltà ma twassalx għal piż addizzjonali fuq l-industrija. Dawk l-indikaturi jistgħu jikkunsidraw elementi bħat-tempesitività medja tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni, il-ħin ta’ rispons għall-applikazzjonijiet tal-industrija, l-isforz medju għal kull ċertifikat u l-proporzjon ta’ kostijiet għal kull unità mqabbel mal-kostijiet totali tal-attività. F’każ li d-domanda tonqos, l-Aġenzija jkollha taġġusta ’l isfel il-livelli ta’ persunal iffinanzjati permezz ta’ tariffi. It-tnaqqis neċessarju fil-persunal jinkiseb billi jintużaw kuntratti temporanji u rotazzjoni naturali fil-karigi msejsa fuq ippjanar sod tal-kompiti futuri.

    Hemm għadd ta’ fatturi li jista’ jkollhom impatt fuq il-ħtieġa għal persunal iffinanzjat permezz ta’ tariffi. Il-fatturi li jistgħu jinfluwenzaw id-domanda tas-suq fil-ħames snin li ġejjin jinkludu:

       Id-domanda għal inġenji tal-ajru ġodda b’fokus fuq l-Asja-Paċifiku, fejn il-flotta mistennija tikber bi tliet darbiet. Din id-domanda tiġi parzjalment issodisfata b’tipi ġodda mill-manifatturi minn dawn ir-reġjuni li wkoll ikunu soġġetti għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-EASA.

       It-Traffiku Globali li mistenni jiżdied b’rata annwali ta’ 3 % u li jkollu impatt dirett fuq l-attivitajiet tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-Aġenzija (is-sorveljanza kritika tas-sikurezza) billi l-ħidma għal kull ċertifikat tat-tip huwa direttament proporzjonat għall-użu tat-tip mil-linji tal-ajru.

       It-teknoloġiji ġodda bħall-iżvilupp tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, tal-inġenji tal-ajru li jaħdmu bl-elettriku jew tat-teknoloġija l-ġdida tal-vapuri tal-ajru.

    Fatturi li jistgħu jinfluwenzaw l-iżvilupp ta’ kompiti ġodda fl-Aġenzija jinkludu:

       Il-proġett Big Data

       It-trasferiment tar-responsabbiltajiet mill-Istati Membri lill-Aġenzija skont l-Artikoli 53, 54 u 55 proposti abbażi tas-sistema ffinanzjata mit-tariffi.

       It-theddidiet għas-sigurtà inkluż għaċ-ċibersigurtà qegħdin jiżdiedu u jaf ikollhom bżonn approċċi ġodda għaċ-ċertifikazzjoni.

    Il-Kummissjoni biħsiebha tiddiskuti l-merti tal-introduzzjoni ta’ mudell ġdid ta’ flessibbiltà biex twieġeb għall-varjazzjonijiet fl-ammont ta’ ħidma mill-industrija, filwaqt li tiggarantixxi l-effiċjenza permezz tal-użu ta’ indikaturi, mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill fil-kuntest tal-grupp ta’ ħidma interistituzzjonali (IIWG) dwar ir-riżorsi ta’ aġenziji deċentralizzati, li l-laqgħa li jmiss tiegħu hija skedata x’aktarx għal Marzu tal-2016.

    B’mod parallel, flimkien mal-Aġenzija, il-Kummissjoni se tkompli taħdem fuq sett ta’ indikaturi sabiex jitkejlu l-ammont ta’ ħidma u l-effiċjenza tal-Aġenzija fir-rigward tat-tariffi u tal-imposti sabiex jiġi stabbilit fid-dettall kif taħdem fil-prattika sistema ta’ flessibbiltà għal karigi relatati mat-tariffi u mal-imposti, u xi jkun l-impatt korrispondenti fuq il-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija.

    It-talba għal iżjed flessibbiltà fl-aġġustament tal-livelli ta’ persunal għal karigi relatati mat-tariffi u mal-imposti hija marbuta mill-qrib mal-prijorità tal-Kummissjoni li tingħata spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment. Fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati minn tariffi u imposti, l-industrija qed tistenna rispons f’waqtu u mmotivat mis-suq għall-ħtiġijiet tagħha meqjusin essenzjali għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-avjazzjoni.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

    Il-qafas ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtar għall-inizjattiva attwali huwa deskritt fil-Kapitolu 7 tar-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanjah. Diġà jeżistu biżżejjed mekkaniżmi għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni u jistgħu jintużaw, minħabba l-fatt li fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni l-monitoraġġ tal-prestazzjoni huwa element integrali tal-qafas regolatorju tal-Unjoni. L-effettività tal-miżura proposta, ladarba tiġi adottata, tkun soġġetta għal evalwazzjoni obbligatorja kull ħames snin, kif inhu l-każ skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 attwali.

    Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

    Mhux applikabbli

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    It-test kollu tar-Regolament propost għadda minn kontroll rigoruż tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni, u b’riżultat ta’ dan il-Kummissjoni qiegħda tipproponi struttura ġdida u iktar ċara għar-Regolament u għal-lingwaġġ standardizzat, speċjalment fil-Kapitolu III, li jittratta d-diversi oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

    Id-dispożizzjonijiet kollha li jittrattaw l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-Aġenzija fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tagħhom ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar issa ġew ikkonċentrati fil-Kapitolu IV. Il-Kapitolu III tar-Regolament propost fih esklużivament dispożizzjonijiet li huma applikabbli għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (jiġifieri bdoti, organizzazzjonijiet responsabbli għall-manifatturar tal-inġenji tal-ajru, operaturi tal-ajrudromi, eċċ).

    Kapitolu I – “Prinċipji”:

    Artikolu 1: L-għanijiet u l-mezzi addizzjonali biex jintlaħqu dawn l-għanijiet huma miżjuda fir-Regolament propost, meta mqabbel mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 attwali.

    Artikolu 2: Dan l-Artikolu jgħaqqad flimkien l-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. It-test ġie ssimplifikat. Il-bidla prinċipali hija l-introduzzjoni tal-possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament il-ġdid għal attivitajiet u għal servizzi mwettqa minn inġenji tal-ajru tal-istat, bħalma huma attivitajiet u servizzi doganali, tal-pulizija, ta’ tiftix u salvataġġ, tat-tifi tan-nar, tal-gwardja tal-kosta jew attivitajiet u servizzi simili, kif ukoll għal ATM/ANS ipprovduti mill-militar. L-inklużjoni fakultattiva hija modulari, li jfisser li pereżempju Stat Membru jista’ jużaha għal xi attività kkonċernata jew servizz ikkonċernat jew iktar. Huwa wkoll l-Istat Membru kkonċernat li jiddeċiedi f’liema oqsma tar-regolamentazzjoni tal-avjazzjoni (l-ajrunavigabbiltà, l-ekwipaġġ tal-ajru, l-operat, eċċ.) jixtieq juża l-inklużjoni fakultattiva. Meta Stat Membru jagħmel użu mill-inklużjoni fakultattiva għal attività, ikollu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament il-ġdid u tal-atti adottati abbażi tiegħu. L-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jiddeċiedu fi kwalunkwe mument li jwaqqfu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għall-inġenji tal-ajru tal-istat jew għall-ATM/għall-ANS ipprovduti mill-militar, diment li jiġi pprovdut perjodu adegwat ta’ tranżizzjoni.

    Barra minn hekk, il-lista ta’ inġenji tal-ajru li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (l-Anness I dwar l-inġenji tal-ajru) ġiet reveduta (pereżempju ġew miżjuda inġenji tal-ajru żgħar b’magni elettriċi). Ġie propost ukoll li permezz ta’ att delegat il-Kummissjoni tkun awtorizzata li taġġusta l-limiti ta’ piż u kriterji tekniċi oħra tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I. Fl-aħħar nett, qed jiġi propost li l-manifatturi tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I jkunu jistgħu jirrikjedu li tipi individwali ta’ inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu rregolamentati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament. L-inklużjoni fakultattiva ġiet speċifikament imfassla għal inġenji tal-ajru li jinbnew fi produzzjoni serjali u li jistgħu jgawdu minn ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq uniku u skont rekwiżiti komuni.

    Fil-każijiet kollha, dawn il-possibbiltajiet ta’ inklużjoni fakultattiva jew ta’ esklużjoni fakultattiva huma soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, inkluż Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni, maħsuba biex tiżgura, b’mod partikolari, l-applikazzjoni korretta tar-Regolament il-ġdid, ir-rispett għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tiegħu u t-trasparenza u ċ-ċertezza legali għall-partijiet kollha kkonċernati.

    Artikolu 3: Ġew emendati għadd ta’ definizzjonijiet u żdiedu definizzjonijiet ġodda kif meħtieġ mill-bidliet fid-dispożizzjonijiet sostantivi tar-Regolament propost. Id-definizzjonijiet ta’ “inġenji tal-ajru b’magni kumplessi” u ta’ “operazzjoni kummerċjali” tneħħew f’konformità mal-approċċ abbażi tar-riskju. Il-kriterji speċifiċi li għalihom jirreferu dawn id-definizzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti aħjar fl-atti delegati. Fl-aħħar tar-Regolament propost (l-Artikolu 126) ġew miżjuda dispożizzjonijiet tranżizzjonali sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni ordnata meta definizzjoni tkun inbidlet jew tneħħiet.

    Artikolu 4: Meta mqabbel mar-Regolament (KE) Nru 216/2008, żdied Artikolu ġdid dwar il-prinċipji bażiċi. B’mod partikolari jintroduċi l-prinċipju ta’ proporzjonalità, filwaqt li jirrifletti wkoll il-pożizzjoni meħuda mill-Kunsill dwar l-inizjattiva SES II+ proposta iktar kmieni mill-Kummissjoni, u l-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskji li jwasslu għall-formulazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont ir-Regolament il-ġdid.

    Kapitolu II – “Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni”:

    Artikoli 5 sa 8: Ġie introdott kapitolu ġdid dwar il-ġestjoni tas-sikurezza, li jirrikjedi l-adozzjoni tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jittrasponi l-istandards u l-prattiki rakkomandati tal-Anness 19 tal-ICAO relatati mal-Programmi għas-Sikurezza tal-Istat. L-Artikolu 6 dwar il-Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jintroduċi l-kunċett ta’ livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, l-introduzzjoni ta’ dan il-kunċett ma jwassalx biex jiġu stabbiliti xi miri vinkolanti ta’ sikurezza għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha.

    Kapitolu III – “Rekwiżiti Sostantivi”:

    Artikoli 9 sa 18: Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 dwar l-ajrunavigabbiltà ġew reveduti filwaqt li ġiet ikkunsidrata l-esperjenza eżistenti, u sabiex jiġi rifless il-kunċett ġdid ta’ tagħmir mhux installat. L-għan tad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà huwa estiż ukoll għall-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti ajrunawtiċi. L-istandards ambjentali għall-prodotti għandhom ikomplu jkunu ibbażati fuq l-Anness 16 tal-ICAO, iżda l-Unjoni issa tingħata l-flessibbiltà li tadatta l-istandards tal-ICAO għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħha, kif diġà huwa l-każ għas-sikurezza. Fl-aħħar nett, għal operazzjonijiet b’riskju baxx, qiegħda tiġi proposta l-possibbiltà li tiġi vvalutata l-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali tad-disinn tal-prodotti u tal-parts mingħajr il-ħtieġa li jinħareġ ċertifikat. Din il-possibbiltà tista’ tiġi implimentata speċjalment għal ċerti inġenji tal-ajru li jintużaw fis-settur tal-avjazzjoni ġenerali. Huwa mistenni wkoll li l-manifatturi tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I tar-Regolament jużaw din il-flessibbiltà meta jagħżlu li jagħmlu inklużjoni fakultattiva fis-sistema regolatorja tal-Unjoni skont l-Artikolu 2.

    Il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, issa hija ttrattata wkoll fl-Artikoli 9 sa 18 tar-Regolament propost (l-ajrunavigabbiltà u l-protezzjoni ambjentali). Skont l-Artikolu 75 ġew miżjuda wkoll dispożizzjonijiet ġodda dwar il-protezzjoni ambjentali.

    Artikoli 19 sa 25: L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġie strutturat mill-ġdid fl-Artikoli 19 sa 25. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli ġie estiż sabiex jinkludi ekwipaġġ tal-kabina u d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-ekwipaġġ tal-kabina mill-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tmexxew f’din it-taqsima. It-test li jikkonċerna l-liċenzja ta’ bdot għal titjir rikreattiv ġie ssimplifikat u t-test li jikkonċerna it-tabib tmexxa għall-Kapitolu IV dwar l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni.

    Artikoli 26 sa 28: L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġie strutturat mill-ġdid fl-Artikoli 26 sa 28. Ir-rekwiżit ta’ ċertifikazzjoni issa huwa limitat għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru. Tipi oħra ta’ operazzjonijiet li jridu jkunu soġġetti għal rekwiżit ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ dikjarazzjoni jridu jiġu definiti fl-atti delegati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.

    Artikoli 29 sa 34: L-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġie strutturat mill-ġdid fl-Artikoli 29 sa 34. Is-servizzi ta’ groundhandling ġew miżjuda mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima. Huwa propost ukoll li l-fornituri kollha ta’ servizzi tal-ġestjoni tar-rampa jitħallew jiddikjaraw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli minflok jkunu ċċertifikati.

    Artikoli 35 sa 39: L-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġie strutturat mill-ġdid fl-Artikoli 35 sa 39. It-test huwa bbażat fuq il-kompromess li ntlaħaq fil-Kunsill għall-inizjattiva SES II+. B’mod partikolari, ġew miżjuda d-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjonijiet minn organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-manifattura u fil-manutenzjoni tas-sistemi u l-kostitwenti ta’ ATM/ANS.

    Artikoli 40 sa 44: L-Artikolu 8c tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġie strutturat mill-ġdid fl-Artikoli 40 sa 44. Is-sustanza tad-dispożizzjonijiet ma nbidlitx meta mqabbla mar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

    Artikoli 45 sa 47: Dawn l-Artikoli joħolqu l-bażi ġuridika sabiex ikunu previsti regoli iżjed dettaljati dwar l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni estiż tar-Regolament propost.

    B’mod iktar speċifiku:

    L-Artikolu 45 jirreferi għall-Anness IX rilevanti li fih ir-rekwiżiti essenzjali li jikkonċernaw id-disinn, il-produzzjoni, l-operat u l-manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li hemm bżonn jiġu rrispettati sabiex jkunu żgurati operazzjonijiet sikuri.

    L-Artikolu 46 jiddeskrivi l-firxa ta’ mezzi sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali. Peress li l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord kapaċi jwettqu operazzjonijiet li ma kinux possibbli b’inġenji tal-ajru bil-bdot abbord, il-firxa tar-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord hija wiegħsa ħafna – tvarja mill-operazzjonijiet tradizzjonali ta’ riskju għoli simili għar-“riskji tal-avjazzjoni bil-bdot abbord” għal dawk b’riskju baxx ħafna. Sabiex r-regoli u l-proċeduri jinżammu proporzjonati għar-riskju tal-operazzjoni, huwa neċessarju li jibda jintuża approċċ iċċentrat fuq l-operazzjonijiet li jivvaluta r-riskju b’mod preċiż ta’ operazzjoni jew ta’ tip ta’ operazzjonijiet.

    Għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jkunu prodotti tal-massa u li huma ta’ riskju baxx, qed jiġi propost li jintużaw mekkaniżmi eżistenti ta’ sorveljanza tas-suq, kif irregolat mir-Regolament Nru 765/2008 u mid-Deċiżjoni 768/2008, li huma maħsuba speċifikament għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dan it-tip ta’ prodotti. Madankollu, anke f’dan il-każ, l-awtoritajiet tal-avjazzjoni jibqgħu involuti indirettament, peress li l-limitazzjonijiet tal-kapaċità operazzjonali li jiġu imposti (eż. li l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ma għandhomx jittajru ogħla minn, pereżempju, 50 m sabiex ir-riskji jinżammu baxxi) jkollhom joriġinaw direttament mir-rekwiżiti tradizzjonali tal-avjazzjoni. Filwaqt li l-Aġenzija ma tkunx responsabbli għas-sorveljanza tal-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq, il-Kummissjoni hija dejjem intitolata li tivverifika jekk l-Istati Membri jissodisfawx ir-responsabbiltajiet tagħhom. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza tas-suq jiddependi fuq ilmenti ġustifikati miċ-ċittadini jew mill-impriżi biex jiġu identifikati prodotti li ma jkunux konformi. Imbagħad is-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità fi Stat Membru wieħed partikolari jiġu kkomunikati fis-suq komuni kollu.

    Artikoli 48 sa 50: L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġie strutturat mill-ġdid fl-Artikoli 48 sa 50. Ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni issa huwa limitat għal operaturi minn pajjiżi terzi li huma involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru. Kategoriji oħra ta’ operazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li jridu jkunu soġġetti għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ dikjarazzjoni jridu jiġu definiti fl-atti delegati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji. F’konformità mal-prattika attwali, ġie ċċarat ukoll li r-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għal operatur minn pajjiż terz ma japplikax għal titjiriet li jgħaddu minn fuq iż-żona.

    Kapitolu IV – “Sistema Konġunta ta’ Sorveljanza u ta’ Infurzar”:

    Artikolu 51: Id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament attwali (KE) Nru 216/2008 li jikkonċernaw il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-Aġenzija ġew ikkonċentrati f’dan l-Artikolu. Barra minn hekk, qed tiġi proposta bażi ġuridika ċara sabiex il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li, permezz ta’ atti delegati, tadotta ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-awtoritajiet, il-kwalifika tal-ispetturi, il-kundizzjonijiet biex isiru l-ispezzjonijiet u attivitajiet oħra ta’ sorveljanza, l-ispezzjonijiet tar-rampa, u l-projbizzjoni tal-inġenji tal-ajru mit-titjir f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

    Artikoli 52 sa 54: Ġie miżjud sett ta’ dispożizzjonijiet ġodda meta mqabbel mar-Regolament (KE) Nru 216/2008, li jikkonċerna l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar. Ġie introdott mekkaniżmu għall-akkomunament u għall-kondiviżjoni ta’ spetturi tal-avjazzjoni u ta’ esperti oħra, flimkien ma’ mekkaniżmu ta’ finanzjament dedikat biex jgħin lill-Istati Membri fis-sorveljanza kooperattiva. Barra minn hekk, il-possibbiltà ta’ trasferiment tar-responsabbiltajiet mill-Istati Membri għall-Aġenzija (li llum teżisti għal faċilitajiet ta’ produzzjoni u għal apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir) ġiet estiża għat-tipi kollha ta’ attivitajiet. Bl-istess mod ġie introdott qafas għat-trasferimenti tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri. L-Artikolu 54 jintroduċi l-possibbiltà għal organizzazzjonijiet li joperaw fuq livell multinazzjonali li jagħżlu lill-Aġenzija bħala l-awtorità kompetenti tagħhom. Il-biċċa l-kbira tal-miżuri proposti skont dawn l-Artikoli huma ta’ natura volontarja.

    Artikolu 55: Qed tiġi proposta dispożizzjoni ġdida għall-mitigazzjoni ta’ nuqqasijiet sistemiċi possibbli fis-sorveljanza tas-sikurezza li jiġu identifikati fil-livell tal-Istati Membri. Dan il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza ta’ emerġenza jrid jintuża bħala miżura tal-aħħar nett u ta’ natura temporanja u qed jiġi propost li jkun jista’ jiġi attivat/diżattivat permezz ta’ Deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni abbażi ta’ kriterji ċari stabbiliti fil-liġi.

    Artikolu 56: Ġew miżjuda dikjarazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

    Artikolu 57: F’dan l-Artikolu ġiet miżjuda l-possibbiltà li jiġu aċċettati ċertifikati barranin u dokumentazzjoni simili abbażi ta’ kundizzjonijiet speċifikati fl-atti delegati. Qed jiġi propost ukoll li jiġu mħassra d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 attwali dwar ftehimiet bilaterali nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

    Artikolu 58: Id-dispożizzjonijiet dwar l-akkreditazzjoni ta’ entitajiet kwalifikati ġew iċċarati. Qed jiġi propost li l-entitajiet kwalifikati jistgħu jingħataw privileġġ li joħorġu, jirrevokaw u jissospendu ċ-ċertifikati f’isem l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali kompetenti. Ġie introdott il-prinċipju tar-rikonoxximent tal-akkreditazzjonijiet ta’ entitajiet kwalifikati. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Istati Membri li jiddeċiedu lil liema entità kwalifikata jixtiequ jallokaw il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza. Qed jiġi propost ukoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu jakkreditaw entità kwalifikata b’mod konġunt.

    Artikoli 59 u 60: L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġie maqsum f’żewġ Artikoli separati. L-Artikolu 59 huwa dwar miżuri ta’ natura urġenti, filwaqt li l-Artikolu 60 huwa dwar miżuri ta’ flessibbiltà. F’konformità mal-approċċ abbażi tar-riskji, qed jiġi propost li l-Aġenzija u l-Kummissjoni jivvalutaw biss dawk il-miżuri li jdumu għal iżjed minn staġun ta’ skedar wieħed tal-linji tal-ajru (tmien xhur).

    Artikoli 61 sa 63: Dawn l-Artikoli huma dwar informazzjoni, inkluż dejta, rilevanti għall-implimentazzjoni tar-Regolament ġdid propost. L-elementi l-ġodda jikkonċernaw ir-rwol tal-Aġenzija fil-koordinazzjoni tal-ġbir, tal-iskambju u tal-analiżi ta’ informazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni u tas-sorsi ta’ informazzjoni ġew allinjati mar-Regolament (UE) Nru 376/2014 dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi. Inħolqot bażi ġuridika għal repożitorju ġdid ta’ informazzjoni rilevanti għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar, li jrid jiġi ġestit mill-Aġenzija. Qed jiġi propost li dan ir-repożitorju jintuża wkoll mill-Istati Membri għall-fini ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar il-istat mediku tal-bdoti.

    Kapitolu V – “L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea”:

    Artikoli 64 sa 65: Ġew miżjuda tliet funzjonijiet ġodda tal-Aġenzija fl-Artikolu 64 (l-assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-appoġġ lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ prestazzjoni fl-avjazzjoni, u l-kooperazzjoni ma’ korpi oħra tal-Unjoni, bħall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi jew l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża fi kwistjonijiet tekniċi relatati mal-avjazzjoni ċivili). L-Artikolu 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 dwar il-miżuri tal-Aġenzija ġew magħquda flimkien fl-Artikolu 65.

    Artikoli 66 sa 67: Dawn l-Artikoli ġew allinjati mat-tibdil li sar fit-Taqsimiet I u II tal-Kapitolu III tar-Regolament propost. Ir-responsabbiltà tal-Aġenzija li tapprova organizzazzjonijiet mhux stabbiliti fl-Unjoni ġiet limitata għal organizzazzjonijiet li jinsabu ’l barra mit-territorju li għalih Stat Membru huwa responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Din tiċċara l-kwistjoni tal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li jkunu jinsabu f’pajjiżi u f’territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri. Abbażi tal-esperjenza miksuba, sar tibdil ukoll fir-rigward tar-responsabbiltà tal-Aġenzija li tapprova apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir.

    L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008: Id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-limitazzjonijiet fil-ħinijiet tat-titjir ġew miżjuda mal-Artikoli 28(1)(f) u 65(7), filwaqt li d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-miżuri li jridu jittieħdu mill-Aġenzija f’każ ta’ urġenza tmexxew fl-Artikolu 65(6).

    Artikolu 68: Il-bidliet huma bbażati l-iktar fuq il-kompromess li ntlaħaq fil-Kunsill dwar l-inizjattiva SES II+. B’mod partikolari l-kunċett ta’ dikjarazzjonijiet ta’ konformità huwa rifless f’dan l-Artikolu. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan l-Artikolu jipproponi struttura ġdida, li fiha l-paragrafu 1 ikun dwar l-organizzazzjonijiet u l-paragrafu 2 jkun dwar is-sistemi u l-kostitwenti. Fir-rigward tas-sistemi u tal-kostitwenti, il-kompetenza tal-Aġenzija hija kondizzjonali – l-Aġenzija tkun responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi u tal-kostitwenti biss jekk l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni jipprevedu dan.

    Artikolu 69: Ir-responsabbiltà tal-Aġenzija li tapprova organizzazzjonijiet mhux stabbiliti fl-Unjoni ġiet limitata għal organizzazzjonijiet li jinsabu ’l barra mit-territorju li għalih Stat Membru huwa responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Din tiċċara l-kwistjoni tal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li jkunu jinsabu f’pajjiżi u f’territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri.

    Artikolu 70: Meta mqabbel mad-dispożizzjoni korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, żdied paragrafu ġdid li jikkonċerna l-assistenza li l-Aġenzija tipprovdi lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

    Artikolu 71: Din id-dispożizzjoni tikkorrispondi mal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Il-lingwaġġ ta’ dan l-Artikolu ġie aġġornat biex jirrifletti l-iktar approċċ reċenti tal-Kummissjoni għal investigazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni fit-territorji tal-Istati Membri. B’mod partikolari ġie ċċarat iktar li s-setgħat investigattivi tal-Aġenzija jridu jiġu eżerċitati f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih isseħħ l-investigazzjoni.

    Artikolu 72: L-Artikolu ġie adattat abbażi tal-esperjenza mill-implimentazzjoni sa issa. B’mod partikolari, ġie ċċarat li bħala prinċipju l-multi jridu jiġu imposti biss jekk miżuri oħra ta’ infurzar ma jkunux adegwati jew ikunu sproporzjonati.

    Artikolu 73: L-Artikolu 24 u l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġew magħquda flimkien f’dan l-artikolu. Il-lingwaġġ ta’ dan l-Artikolu ġie aġġornat biex jirrifletti l-iżjed approċċ reċenti tal-Kummissjoni għal investigazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-UE fit-territorji tal-Istati Membri. B’mod partikolari ġie ċċarat iktar li s-setgħat investigattivi tal-Aġenzija jridu jiġu eżerċitati f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih isseħħ l-investigazzjoni. Żdiedet ukoll dispożizzjoni li tobbliga lill-Aġenzija tinkludi fir-Rieżami Annwali tagħha dwar is-Sikurezza sommarju ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni minn kull Stat Membru tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament il-ġdid u tar-regoli dettaljati li ġew adottati abbażi tiegħu.

    Artikolu 74: L-Artikolu eżistenti ġie estiż billi jobbliga l-Aġenzija biex tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka relatati mal-oqsma koperti mir-Regolament. Barra minn hekk, l-Aġenzija tingħata rwol ta’ appoġġ fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka tal-Unjoni. L-Artikolu jagħti wkoll lill-Aġenzija l-possibbiltà li tipparteċipa fi proġetti ta’ riċerka fil-qasam tal-għarfien espert tagħha abbażi ta’ għotjiet ad hoc skont il-Programm Qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni jew minn programmi oħra ta’ finanzjament.

    Artikolu 75: Żdied Artikolu ġdid dwar il-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni ċivili. Filwaqt li ma jestendix il-kamp ta’ applikazzjoni attwali tal-azzjoni tal-Unjoni, dan l-Artikolu jiffoka fuq interdipendenzi li jaf jeżistu bejn il-miżuri ambjentali (eż. il-projbizzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi) u oqsma tekniċi oħra ta’ regolamentazzjoni tal-avjazzjoni. Jagħti wkoll il-mandat lill-Aġenzija sabiex tassisti lill-Kummissjoni fid-definizzjoni u fil-koordinazzjoni ta’ politiki dwar il-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni, u joħloq bażi ġuridika għal analiżi li trid tiġi ppubblikata mill-Aġenzija kull tliet snin.

    Artikolu 76: Żdied Artikolu ġdid dwar l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni li huma marbuta direttament mas-sikurezza. L-ewwel nett l-Artikolu huwa dwar interdipendenzi li jaf jeżistu bejn il-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni (eż. sistemi ta’ imblukkar tal-bieb tal-kabina tal-bdot) u s-sikurezza tal-avjazzjoni. L-Artikolu jiftaħ ukoll il-possibbiltà li l-Kummissjoni li toqgħod fuq l-għarfien espert tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008. Fl-aħħar nett, l-Artikolu jipproponi t-twaqqif ta’ proċess li jippermetti lill-Aġenzija tieħu miżuri li huma fl-ambitu tal-kompetenza tagħha, bħal direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà jew bullettini ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza, għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili minn atti ta’ interferenza illegali. Qed jiġi propost li l-Aġenzija tieħu dawn il-miżuri bi ftehim mal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri. Qabel ma tagħti l-approvazzjoni tagħha għall-miżura prevista mill-Aġenzija, il-Kummissjoni tista’ titlob għall-opinjoni tal-kumitat dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008.

    Artikolu 77: Id-dispożizzjonijiet il-ġodda fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jipproponu li jiġi stabbilit repożitorju ta’ informazzjoni dwar id-differenzi bejn l-istandards u l-prattiki rakkomandati tal-ICAO minn banda, u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament propost u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu li jridu jiġu adottati abbażi tiegħu mill-banda l-oħra. Fil-paragrafu 5 ġiet proposta dispożizzjoni dwar il-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni, tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz ta’ netwerk ta’ esperti. Fl-aħħar nett, il-paragrafu 6 jiċċara l-possibbiltà li l-Aġenzija tkun involuta f’kooperazzjoni teknika ma’ pajjiżi terzi u tagħtihom assistenza abbażi ta’ għotjiet ad hoc.

    Artikoli 78 sa 80: Ġew proposti dawn it-tliet Artikoli ġodda dwar ir-rwol tal-Aġenzija fil-ġestjoni tal-kriżijiet, il-provvista ta’ taħriġ fl-avjazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.

    Artikoli: 81 sa 103: Il-bidliet proposti mqabbla mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jirriflettu l-esperjenza sa issa u l-klawżoli standard għall-Aġenziji tal-Unjoni introdotti abbażi tal-“Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati” tal-2012. B’mod partikolari, qed jiġi propost il-ħolqien ta’ Bord Eżekuttiv sabiex jassisti lill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija. It-twaqqif ta’ uffiċċji lokali sar jiddependi fuq l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, tal-Bord ta’ Ġestjoni u tal-Istat Membru kkonċernat. Ir-regoli għall-Bord tal-Appell ġew iċċarati.

    Artikoli 104 sa 105: Ġew reveduti d-dispożizzjonijiet dwar il-metodi ta’ ħidma tal-Aġenzija filwaqt li tqieset il-prattika eżistenti.

    Artikoli 106 sa 108: Il-bidliet proposti mqabbla mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jirriflettu l-esperjenza sa issa u l-klawżoli standard għall-Aġenziji tal-Unjoni introdotti abbażi tal-“Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati” tal-2012 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 . Barra minn hekk, ġew issimplifikati d-dispożizzjonijiet dwar it-traduzzjoni tad-dokumenti mill-Aġenzija (it-traduzzjoni se ssir filwaqt li titqies ir-rilevanza tad-dokument għas-sikurezza).

    Artikoli 109 sa 114: Il-bidliet proposti meta mqabbla mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jirriflettu l-esperjenza sa issa u l-klawżoli standard għall-Aġenziji tal-Unjoni introdotti abbażi tal-“Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati” tal-2012 kif ukoll ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 109(1), qed jiġi propost li l-Aġenzija tiġi awtorizzata tirċievi għotjiet ad hoc billi jiġu introdotti għotjiet bħala sors addizzjonali ta’ introjtu għall-Aġenzija. L-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru għal kompiti ta’ awtorità relatati mal-ATM/mal-ANS ġew identifikati bħala sors ieħor ta’ introjtu. Dawk iż-żewġ sorsi addizzjonali ta’ finanzjament kif ukoll il-possibbiltà li jiġu aġġustati l-livelli ta’ persunal li jiġu ffinanzjati minn tariffi u imposti skont id-domanda tas-suq kienu wkoll elementi ssuġġeriti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tad-diskussjoni dwar l-inizjattiva SES II+ tal-Kummissjoni. L-Artikolu 109(5) jistabbilixxi li l-Aġenzija għandu jkollha ppjanar tal-persunal u ġestjoni tar-riżorsi relatati mat-tariffi u mal-imposti li jippermettulha twieġeb malajr għal varjazzjonijiet fl-introjtu minn tariffi u imposti. Dan għandu jinqara b’rabta mal-Artikolu 109(6) li jistabbilixxi l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija li jiġi ffinanzjat mill-baġit relatat mat-tariffi u mal-imposti proposti mill-Aġenzija abbażi tal-ammont ta’ ħidma u ta’ indikaturi tal-effiċjenza, jirrifletti r-riżorsi meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u għal servizzi oħra b’mod effiċjenti u fil-pront, u b’hekk jikkontribwixxi għall-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni Ewropea. Dan l-approċċ għandu japplika wkoll għal trasferimenti possibbli ta’ responsabbiltajiet mill-Istati Membri għall-Aġenzija kif propost skont l-Artikoli 53 sa 55. Fl-aħħar nett, ir-riżorsi meħtieġa biex tiġi ssodisfata d-domanda tas-suq għandhom jiġu kkunsidrati fit-tħejjija tal-abbozz tal-baġit ġenerali.

    Artikolu 115: L-Artikolu ġie modifikat biex jiddeskrivi b’mod iżjed ċar liema attivitajiet iridu jiġu ffinanzjati minn tariffi u imposti. Barra minn hekk, l-Artikolu jiċċara li t-tariffi u l-imposti jridu jiġu adattati meta jkun hemm riżultati baġitarji pożittivi jew negattivi li jkunu sinifikanti u jsiru rikorrenti.

    Kapitolu VI – “Dispożizzjonijiet Finali”:

    Artikoli 116 sa 117: Dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw l-għoti ta’ setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament il-ġdid u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet sabiex titwettaq din id-delega.

    Artikolu 118: L-Artikolu ġie modifikat sabiex jiċċara l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi Ewropej fil-ħidma tal-Aġenzija kif ukoll ir-rwol tal-Aġenzija biex jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ ħidma ma’ dawn il-pajjiżi.

    Artikolu 119: Dan huwa Artikolu ġdid li joriġina mill-“Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati” tal-2012 li jistabbilixxi r-rekwiżit għal Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti.

    Artikolu 120: Dan l-Artikolu jirreferi għall-penali stabbiliti mill-Istati Membri għall-ksur ta’ regoli u jikkorrispondi mal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

    Artikolu 121: Dan l-Artikolu jistabbilixxi r-regoli applikabbli dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali.

    Artikolu 122: Dan l-artikolu jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 attwali.

    Artikolu 123: Dan l-Artikolu jintroduċi emendi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 li huma neċessarji biex jkunu permessi t-trasferimenti ta’ kompetenzi għal Ċertifikati tal-Operaturi tal-Ajru (AOC) bejn Stat Membru u l-Aġenzija, kif ukoll bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, qed jiġi propost li jitneħħa r-rekwiżit ta’ approvazzjoni bil-quddiem għal arranġamenti ta’ kiri bl-ekwipaġġ li ma jinvolvux operatur minn pajjiż terz. Fl-aħħar nett, l-emenda tiċċara li inġenju tal-ajru li jintuża minn trasportatur tal-ajru tal-Unjoni jista’ jkun irreġistrat ukoll f’pajjiż terz f’każ ta’ kiri mingħajr l-ekwipaġġ.

    Artikolu 124: Dan l-Artikolu jintroduċi emendi għar-regoli tal-Unjoni dwar l-investigazzjonijiet ta’ aċċidenti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 996/2010, sabiex jiġi evitat li l-korpi kompetenti jkollhom jagħtu bidu għal investigazzjoni kompleta ta’ aċċidenti li jkunu seħħew bejn inġenji tal-ajru żgħar mingħajr bdot abbord, li ma jkollhomx implikazzjonijiet fuq is-sistema inġenerali.

    Artikolu 125: Dan l-Artikolu jemenda r-regoli tal-Unjoni dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 sabiex jiġi evitat li l-okkorrenzi b’inġenji tal-ajru żgħar mingħajr bdot abbord jkollhom impatt negliġibbli fuq is-sikurezza tas-sistema tal-avjazzjoni li toħloq konġestjoni tal-linji tar-rappurtar tal-okkorrenzi.

    Artikolu 126: Dan l-Artikolu jipprevedi arranġamenti tranżizzjonali fir-rigward tad-definizzjonijiet li jkunu qegħdin jitneħħew mir-Regolament li qiegħed jiġi propost issa jew li qegħdin jiġu modifikati, iżda li xorta għadhom riflessi fir-Regolamenti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

    Anness I: Qed jiġi propost li fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness jiżdiedu l-inġenji tal-ajru elettriċi (bidla fis-sistema ta’ propulsjoni u żieda ta’ batteriji jżidu il-massa tal-inġenji tal-ajru għal tip ekwivalenti ta’ inġenji tal-ajru). Qed jiġi propost ukoll li l-balunbaraxxijiet iż-żgħar, b’post għal persuna waħda, jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ġdid u li jiġu aġġustati l-limiti tal-piż għall-gliders. L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord tmexxew fl-Anness IX.

    Anness II: Il-bidla ewlenija meta mqabbel mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jikkonċerna l-kjarifika li l-aspetti dwar iċ-ċibersigurtà jridu jitqiesu fid-disinn tal-inġenji tal-ajru (1.3.5). Barra minn hekk, ġiet riflessa l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni prattika ta’ dak ir-Regolament u qed jiddaħħal il-kunċett ta’ tagħmir mhux installat (inklużi r-rekwiżiti essenzjali għal tagħmir mhux installat).

    Anness III: Żdied Anness ġdid bir-rekwiżiti essenzjali għall-kompatibbiltà ambjentali fir-rigward tal-prodotti, kif previst fl-Artikolu 9.

    Anness IV: Il-bidla ewlenija tikkonċerna l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti essenzjali addizzjonali għall-ekwipaġġ tal-kabina. Barra minn hekk, ġiet riflessa l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni prattika tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

    Anness V: L-aspetti ta’ kompatibbiltà ambjentali ġew inklużi fit-Taqsima 6. Ir-rekwiżiti essenzjali għall-ekwipaġġ tal-kabina inkluż fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tħassru, peress li issa huma indirizzati b’mod komprensiv fl-Anness IV tar-Regolament il-ġdid. It-Taqsima 8 dwar ir-rekwiżiti essenzjali addizzjonali għal ċerti kategoriji iżjed kumplessi ta’ operazzjonijiet, ġiet allinjata mal-lingwaġġ li ntuża fl-Artikolu 27 tar-Regolament il-ġdid. L-aspetti ta’ ċibersigurtà ġew miżjuda fit-Taqsima 8.4. Fl-aħħar nett, ġiet riflessa l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni prattika tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

    Anness VI: Żdiedet kjarifika li tikkonċerna l-kundizzjonijiet li skonthom organizzazzjoni li tinħoloq bl-għan li tippromwovi sport ajrunawtiku jew l-avjazzjoni rikreattiva jkunu jistgħu jiġu akkreditati bħala entità kwalifikata. Dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitt ta’ interess.

    Anness VII: Żdiedu rekwiżiti essenzjali għas-servizzi ta’ groundhandling (it-Taqsima 4). Barra minn hekk, ġiet riflessa l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni prattika tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

    Anness VIII: L-aspetti ta’ ċibersigurtà ġew miżjuda fir-rekwiżiti essenzjali dwar l-informazzjoni u d-dejta ajrunawtiċi (Punt 2.1.3) u l-integrità tas-sistema u tal-kostitwenti (Punt 3.3). Barra minn hekk, il-bidliet jirriflettu l-kompromess li ntlaħaq fil-Kunsill dwar l-inizjattiva SES II+ proposta iktar kmieni mill-Kummissjoni.

    Anness IX: Dan l-Anness, imsemmi fl-Artikoli 45, 46 u 47, fih ir-rekwiżiti essenzjali li jkopru l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà, tal-operazzjonijiet u tal-impriżi involuti. Ir-rekwiżiti essenzjali jipprovdu wkoll il-bażi għall-iżvilupp ta’ regoli iktar dettaljati li jikkostitwixxu l-“leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni” skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

    Anness X: It-tabella b’kontroreferenza tinkludi korrelazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u d-dispożizzjonijiet li jinsabu f’din il-proposta għal Regolament ġdid.

    2015/0277 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 9 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 10 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Għandu jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u ta’ protezzjoni ambjentali f’kull waqt permezz tal-adozzjoni ta’ regoli komuni dwar is-sikurezza u permezz ta’ miżuri li jiżguraw li kwalunkwe merkanzija, persuna u organizzazzjoni involuti fl-attività tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli u ma’ dawk adottati għall-protezzjoni tal-ambjent.

    (2)Barra minn hekk, l-inġenji tal-ajru ta’ pajjiżi terzi li tħaddmu fit-territorju, fi ħdanu jew ’il barra minnu, li fih japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) (it-“Trattati”), għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza xierqa fil-livell tal-Unjoni fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944 (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”), li għaliha l-Istati Membri kollha huma partijiet.

    (3)Ma jkunx xieraq li l-inġenji tal-ajru kollha jiġu soġġetti għal regoli komuni. B’mod partikolari, fid-dawl tar-riskju limitat tagħhom għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, l-inġenji tal-ajru li huma ta’ disinn sempliċi jew li jitħaddmu prinċipalment fuq bażi lokali u dawk li huma mibnija mid-dilettanti jew li huma partikolarment rari jew li jeżisti biss numru żgħir minnhom, għandhom jibqgħu taħt il-kontroll regolatorju tal-Istati Membri, mingħajr ebda obbligu skont dan ir-Regolament fuq Stati Membri oħra biex jirrikonoxxu dawn l-arranġamenti nazzjonali.

    (4)Madankollu, għandha tiġi pprovduta l-possibbiltà li jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament għal ċerti tipi ta’ inġenji tal-ajru li huma esklużi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod speċjali dawk li huma prodotti b’mod industrijali u li jista’ jkollhom benefiċċji miċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni. Għalhekk, l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn ta’ inġenji tal-ajru bħal dawn għandhom jitħallew jitolbu lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi li r-rekwiżiti tal-Unjoni fir-rigward tad-disinn, tal-manifattura u tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru japplikaw għal tipi ġodda ta’ inġenji tal-ajru li jridu jitqiegħdu fis-suq minn organizzazzjonijiet bħal dawn.

    (5)Ma jkunx xieraq li l-ajrudromi kollha jkunu soġġetti għal regoli komuni. Ajrudromi li mhumiex miftuħa għall-użu pubbliku u ajrudromi li jintużaw prinċipalment għal titjir rikreattiv jew li jaqdu t-trasport kummerċjali bl-ajru għajr f’konformità mal-proċeduri ta’ titjir bl-istrumenti u b’runways pavimentati ta’ inqas minn 800 metru, għandhom jibqgħu taħt il-kontroll regolatorju tal-Istati Membri, mingħajr ebda obbligu skont dan ir-Regolament fuq Stati Membri oħra li jirrikonoxxu dawn l-arranġamenti nazzjonali.

    (6)L-Istati Membri għandhom jitħallew jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament l-ajrudromi b’volum baxx ta’ traffiku, diment li jkun hemm awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-Kummissjoni, u diment li madankollu l-ajrudromi kkonċernati jilħqu l-għanijiet komuni minimi tas-sikurezza stabbiliti fir-rekwiżiti essenzjali rilevanti. Meta Stat Membru jagħti eżenzjonijiet bħal dawn, dawk l-eżenzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għat-tagħmir li jintuża fl-ajrudrom ikkonċernat u għall-fornituri tas-servizzi ta’ groundhandling u tal-ġestjoni tar-rampa li joperaw fl-ajrudromi eżentati. L-eżenzjonijiet li ngħataw mill-Istati Membri lill-ajrudromi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, filwaqt li għandu jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar dawn l-eżenzjonijiet tkun disponibbli għall-pubbliku.

    (7)B’mod partikolari bl-għan li jiksbu s-sikurezza, l-interoperabbiltà jew it-titjib fl-effiċjenza, l-Istati Membri jistgħu jqisu li jkun preferibbli li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, minflok il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-inġenji tal-ajru tal-istat, għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (“ATM”) u għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (“ANS”) ipprovduti mill-militar. Għandhom jitħallew jagħmlu dan. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni neċessarji sabiex tiddeċiedi dwar talbiet bħal dawn. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex jiġi kkonfermat li l-inġenji tal-ajru u l-attivitajiet ikkonċernati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

    (8)Il-miżuri meħuda f’konformità ma’ dan ir-Regolament għar-regolamentazzjoni tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, inklużi l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni li ġew adottati abbażi tiegħu, għandhom jikkorrispondu man-natura u mar-riskji assoċjati mat-tipi differenti ta’ operazzjonijiet u ta’ attivitajiet li jindirizzaw, u għandhom ikunu proporzjonati magħhom. Sa fejn dan ikun possibbli, għandhom jiġu fformulati wkoll b’mod li jiffoka fuq l-għanijiet li jridu jintlaħqu, filwaqt li jippermettu mezzi differenti kif jistgħu jintlaħqu dawk l-għanijiet. Dan għandu jikkontribwixxi biex il-livelli ta’ sikurezza rikjesti jinkisbu b’mod iżjed kosteffiċjenti u biex tiġi xprunata l-innovazzjoni teknika u operazzjonali. Għandu jsir użu minn standards u prattiki rikonoxxuti tal-industrija, meta jkun instab li dawn jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (9)L-applikazzjoni ta’ prinċipji sodi ta’ ġestjoni tas-sikurezza hija essenzjali għat-titjib kontinwu tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, filwaqt li jiġu antiċipati r-riskji emerġenti għas-sikurezza, u jsir l-aħjar użu minn riżorsi tekniċi limitati. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ titjib tas-sikurezza. Għal dak il-għan, fil-livell tal-Unjoni għandhom jitfasslu Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Kull Stat Membru għandu jfassal ukoll Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Dak il-programm għandu jkun akkumpanjat minn pjan li jiddeskrivi l-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-Istat Membru sabiex itaffi r-riskji identifikati għas-sikurezza.

    (10)F’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Sabiex jassisti lill-Istati Membri biex jissodisfaw dan ir-rekwiżit b’mod ikkoordinat, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jistabbilixxi livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza għall-Unjoni fir-rigward tal-kategoriji differenti ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni. Dak il-livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza ma għandux ikun ta’ natura vinkolanti, iżda għandu jesprimi l-ambizzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

    (11)Il-Konvenzjoni ta’ Chicago tipprevedi standards minimi sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali relatati magħhom. Ir-rekwiżiti essenzjali u r-regoli ulterjuri tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tagħhom li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jissodisfaw, b’mod uniformi, l-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Chicago, inklużi dawk fil-konfront ta’ pajjiżi terzi. Meta r-regoli tal-Unjoni jkunu differenti mill-istandards minimi stabbiliti bil-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali kif xieraq.

    (12)F’konformità mal-istandards u mal-prattiki rakkomandati stabbiliti mill-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti essenzjali applikabbli għal prodotti ajrunawtiċi, parts, tagħmir mhux installat, ajrudromi u l-provvista ta’ ATM/ANS. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti essenzjali applikabbli għal persuni u għal organizzazzjonijiet involuti fit-tħaddim tal-inġenji tal-ajru, fit-tħaddim tal-ajrudromi u fil-provvista ta’ ATM/ANS, u rekwiżiti essenzjali applikabbli għal persuni u għal prodotti involuti fit-taħriġ u fl-eżami mediku tal-ekwipaġġ tal-ajru u tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

    (13)Ir-rekwiżiti essenzjali li jikkonċernaw il-kompatibbiltà ambjentali tad-disinn tal-prodotti ajrunawtiċi għandhom jindirizzaw kemm l-istorbju kif ukoll l-emissjonijiet tal-inġenji tal-ajru, u jippermettu li l-Unjoni tistabbilixxi standards tekniċi dettaljati li huma neċessarji għall-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bnedmin minn effetti ta’ ħsara tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni. Dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards u l-prattiki rakkomandati stabbiliti bil-Konvenzjoni ta’ Chicago.

    (14)L-Unjoni għandha tistabbilixxi wkoll rekwiżiti essenzjali għall-forniment sikur tas-servizzi ta’ groundhandling.

    (15)Fid-dawl tad-dipendenza dejjem tikber tal-avjazzjoni ċivili fuq it-teknoloġiji moderni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-informazzjoni li tintuża mis-settur tal-avjazzjoni ċivili.

    (16)Il-prodotti ajrunawtiċi, il-parts u t-tagħmir mhux installat, l-ajrudromi u t-tagħmir tagħhom, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u tal-ajrudromi, is-sistemi u l-fornituri ta’ ATM/ANS, kif ukoll il-bdoti, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-persuni, il-prodotti u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ u fl-eżami mediku tagħhom, għandhom jiġu ċċertifikati jew jingħataw il-liċenzja malli jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti jew, meta jkun rilevanti, mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament jew skontu. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta r-regoli dettaljati neċessarji għall-ħruġ ta’ dawk iċ-ċertifikati u meta jkun rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru għal dan l-għan, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tar-Regolament u n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata.

    (17)Għandha tingħata l-possibbiltà lill-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn u fil-manifattura ta’ prodotti u ta’ parts ajrunawtiċi biex jiddikjaraw il-konformità tad-disinn tal-prodotti u tal-parts mal-istandards rilevanti tal-industrija, meta dan jitqies li jiżgura livell aċċettabbli ta’ sikurezza. Din il-possibbiltà għandha tkun limitata għal prodotti li jintużaw fl-avjazzjoni ħafifa u dik sportiva, u skont limitazzjonijiet u kundizzjonijiet xierqa sabiex tiġi żgurata s-sikurezza.

    (18)Peress li l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord joperaw ukoll fl-ispazju tal-ajru kondiviż mal-inġenji tradizzjonali tal-ajru, dan ir-Regolament għandu jkopri inġenji tal-ajru bħal dawn, tkun xi tkun il-massa operattiva tagħhom. It-teknoloġiji għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord issa jippermettu firxa wiesgħa ta’ operazzjonijiet possibbli li għandhom ikunu soġġetti għal regoli li jkunu proporzjonati mar-riskju tal-operazzjoni partikolari jew mat-tip ta’ operazzjonijiet.

    (19)Ir-regoli dwar l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom kemm jista’ jkun jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-konformità mad-drittijiet rilevanti ggarantiti skont il-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, kif stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, kif stabbilit fl-Artikolu 8 ta’ dik il-Karta u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Unjoni (“TFUE”) u kif regolat fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data 11 .

    (20)Għal xi tipi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Aġenzija, mhijiex neċessarja għall-fini li jintlaħqu livelli adegwati ta’ sikurezza. Il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq ipprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-prodotti għandhom ikunu applikabbli għal dawk il-każijiet.

    (21)Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaġixxu bħala sistema unika Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni, billi jikkondividu r-riżorsi u jaħdmu b’mod konġunt.

    (22)L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaħdmu fi sħubija sabiex jiġu identifikati aħjar il-kundizzjonijiet mhux sikuri u sabiex jittieħdu l-miżuri ta’ rimedju kif ikun jixraq. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu r-responsabbiltajiet lil xulxin jew lill-Aġenzija skont ir-Regolament relatat maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar, speċjalment meta dak ikun neċessarju għal sikurezza mtejba jew għal użu iktar effiċjenti tar-riżorsi. Huwa wkoll neċessarju, skont il-każ, li l-Istati Membri jingħataw appoġġ sabiex iwettqu dawk il-kompiti, b’mod partikolari s-sorveljanza kooperattiva u transfruntiera, billi jiġi stabbilit qafas effiċjenti għall-akkomunament u għall-kondiviżjoni tal-ispetturi tal-avjazzjoni u ta’ speċjalisti oħra b’għarfien espert rilevanti.

    (23)Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ sorveljanza ta’ emerġenza, li jrid jiġi attivat mill-Kummissjoni meta evidenza vverifikata tindika nuqqas serju u persistenti ta’ ħila ta’ Stat Membru li jiżgura b’mod effettiv ċerti kompiti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar jew kollha kemm huma skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, meta sitwazzjoni bħal din tipperikola s-sikurezza u ma tiġix solvuta b’mod adegwat mill-Istat Membru kkonċernat, l-Aġenzija għandha tkun tista’ teżerċita temporanjament ir-responsabbiltà għall-kompiti inkwistjoni.

    (24)Sabiex jintlaħqu l-għanijiet prinċipali ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-għanijiet relatati mal-moviment ħieles tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital, iċ-ċertifikati li jkunu nħarġu u d-dikjarazzjonijiet li jkunu saru skont dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu li ġew adottati abbażi tagħhom, għandhom ikunu validi, mingħajr rekwiżiti jew evalwazzjoni ulterjuri, fl-Istati Membri kollha.

    (25)Meta jinħarġu ċ-ċertifikati skont dan ir-Regolament, jaf ikollhom jiġu kkunsidrati ċ-ċertifikati, jew xi dokumentazzjoni rilevanti oħra li juru l-konformità, li jkunu nħarġu skont il-liġijiet ta’ pajjiżi terzi. Dak għandu jsir meta l-ftehimiet internazzjonali rilevanti konklużi mill-Unjoni ma’ pajjiżi terzi jew l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament ikunu jipprovdu hekk, u skont dawk il-ftehimiet jew l-atti delegati.

    (26)Fid-dawl tar-regoli dwar l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati u ta’ dokumentazzjoni rilevanti oħra li juru l-konformità, li jkunu nħarġu skont il-liġijiet ta’ pajjiżi terzi, li għalihom dan ir-Regolament jipprevedi li kwalunkwe ftehim internazzjonali konkluż bejn Stat Membru u pajjiżi terzi għandu jintemm jew jiġi aġġustat meta ftehimiet bħal dawn ma jkunux kompatibbli ma’ dawk ir-regoli.

    (27)Għandu jkun previst grad ta’ flessibbiltà fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jew adottati abbażi tiegħu, sabiex jippermetti lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirreaġixxu minnufih għal problemi relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili jew biex jagħtu eżenzjonijiet fil-każ ta’ ċerti ċirkostanzi imprevedibbli urġenti jew ħtiġijiet operazzjonali urġenti, soġġetti għal kundizzjonijiet xierqa sabiex jiġu żgurati, b’mod partikolari, il-proporzjonalità, il-kontroll oġġettiv u t-trasparenza. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, l-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jivvalutaw biss il-miżuri jew l-eżenzjonijiet inkwistjoni bil-ħsieb li tinħareġ rakkomandazzjoni jew li tittieħed deċiżjoni, rispettivament, meta d-durata tagħhom tisboq id-durata ta’ staġun ta’ skedar wieħed tal-linji tal-ajru, jiġifieri, tmien xhur, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-TFUE. Meta l-Aġenzija hija l-awtorità kompetenti fir-rigward tal-ħruġ ta’ ċerti ċertifikati skont dan ir-Regolament, għandu jkollha wkoll is-setgħa li tagħti eżenzjonijiet bħal dawn, fl-istess sitwazzjonijiet u soġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw fir-rigward tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward, għandu jkun hemm dispożizzjoni għal emendi possibbli, meta dan ikun xieraq, tar-regoli rilevanti kif stabbiliti fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari sabiex jitħallew mezzi oħra ta’ konformità filwaqt li jiġi żgurat livell aċċettabbli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni.

    (28)Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament u filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu identifikati, ivvalutati u mtaffija r-riskji għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni disponibbli għalihom fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, l-Aġenzija għandha titħalla torganizza kooperazzjoni strutturata għall-ġbir, għall-iskambju u għall-analiżi ta’ informazzjoni rilevanti li tkun relatata mas-sikurezza. B’dan il-ħsieb, għandha titħalla tidħol fl-arranġamenti amministrattivi neċessarji.

    (29)Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija, inkluż tad-dejta, li tkun rilevanti għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi repożitorju elettroniku ta’ informazzjoni bħal din u ġġestih f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni.

    (30)Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tapplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont dik-id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu eżenzjonijiet u restrizzjonijiet fir-rigward ta’ wħud mid-drittijiet u mill-obbligi previsti għalihom, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta medika u tas-saħħa. L-ipproċessar tad-dejta personali, u b’mod partikolari tad-dejta medika u tas-saħħa, fil-kuntest tar-repożitorju skont l-Artikolu 63 ta’ dan ir-Regolament huwa neċessarju sabiex ikun hemm kooperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri fiċ-ċertifikazzjoni u fis-sorveljanza tal-istat mediku tal-bdoti. L-iskambju tad-dejta personali għandu jiġi soġġett għal kundizzjonijiet stretti, u limitat għal dak li huwa assolutament neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE għandhom jiġu ssupplimentati jew iċċarati f’dan ir-Regolament, meta dan ikun meħtieġ.

    (31)Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet rigward il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-ipproċessar, japplikaw għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-Aġenzija meta tkun qed twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u b’mod aktar speċifiku fil-ġestjoni tar-repożitorju skont l-Artikolu 63 ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom jiġu ssupplimentati jew iċċarati f’dan ir-Regolament, meta dan ikun neċessarju.

    (32)L-Aġenzija ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 fi ħdan l-istruttura u l-bilanċ istituzzjonali tas-setgħat eżistenti tal-Unjoni, u hija indipendenti fir-rigward tal-kwistjonijiet tekniċi u għandha awtonomija ġuridika, amministrattiva u finanzjarja. L-Aġenzija rċeviet iktar kompetenzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008. Ċerti aġġustamenti għandhom isiru fl-istruttura u fil-funzjonament tagħha sabiex jakkomodaw aħjar il-kompiti l-ġodda mogħtija lilha b’dan ir-Regolament.

    (33)Skont is-sistema istituzzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Għalhekk, il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar rikjesti b’dan ir-Regolament, u bl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, għandhom bħala prinċipju jitwettqu fil-livell nazzjonali minn awtorità kompetenti waħda jew iktar tal-Istati Membri. Madankollu, f’ċerti każijiet definiti b’mod ċar, l-Aġenzija għandha wkoll tingħata s-setgħa li twettaq dawk il-kompiti kif speċifikat f’dan ir-Regolament. F’dawk il-każijiet, l-Aġenzija għandha titħalla wkoll tieħu l-miżuri neċessarji fir-rigward tal-operat tal-inġenji tal-ajru, tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tal-ajru jew tal-użu tal-inġenji tal-ajru ta’ pajjiżi terzi meta dan ikun l-aħjar mezz li bih tiżgura l-uniformità u tiffaċilita l-funzjonament tas-suq intern.

    (34)L-Aġenzija għandha tipprovdi l-għarfien tekniku espert lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-leġiżlazzjoni neċessarja u tassisti, meta dan ikun xieraq, lill-Istati Membri u lill-industrija fl-implimentazzjoni tagħha. Għandha tkun tista’ toħroġ speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni u materjal ta’ gwida kif ukoll tagħmel sejbiet tekniċi u toħroġ ċertifikati jew tirreġistra dikjarazzjonijiet kif ikun meħtieġ.

    (35)Is-sistemi globali tan-navigazzjoni bis-satellita, u b’mod partikolari l-programm tal-Unjoni Galileo, se jkollhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni ta’ sistema Ewropea ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li tiżviluppa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi neċessarji u li tiċċertifika l-organizzazzjonijiet li jipprovdu ATM/ANS pan-Ewropew sabiex jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta’ sikurezza, ta’ interoperabbiltà u ta’ effiċjenza operazzjonali.

    (36)Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 jimponi fuq l-Aġenzija d-dmir li tikkomunika l-informazzjoni kollha li tista’ tkun rilevanti għall-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li, għal raġunijiet ta’ sikurezza, ikunu soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni. L-Aġenzija għandha wkoll tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, billi twettaq l-evalwazzjonijiet neċessarji ta’ operaturi minn pajjiżi terzi u ta’ awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tagħhom, u tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni.

    (37)Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu jkun possibbli li jiġu imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, jew it-tnejn, fuq detenturi ta’ ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija u fuq impriżi li għamlu dikjarazzjonijiet lill-Aġenzija, meta dawn ikunu kisru r-regoli applikabbli għalihom skont dan ir-Regolament. Multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali bħal dawn għandhom jiġu imposti mill-Kummissjoni fuq rakkomandazzjoni tal-Aġenzija. F’dan ir-rigward, fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali, il-Kummissjoni għandha tirrispondi għal ksur bħal dan b’mod proporzjonat u adegwat, filwaqt li tikkunsidra miżuri oħra possibbli bħall-irtirar ta’ ċertifikat.

    (38)Bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li tagħmel monitoraġġ ta’ applikazzjoni bħal din mill-Istati Membri, inkluż billi twettaq spezzjonijiet.

    (39)Abbażi tal-għarfien tekniku espert tagħha, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fid-definizzjoni ta’ politika tar-riċerka u fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka tal-Unjoni. Għandha titħalla twettaq riċerka li tkun meħtieġa minnufih u li tipparteċipa fi proġetti ta’ riċerka ad hoc taħt il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni jew taħt programmi oħra ta’ finanzjament privat jew pubbliku tal-Unjoni jew mhux tal-Unjoni.

    (40)Wara li jiġu kkunsidrati l-interdipendenzi eżistenti bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, l-Aġenzija għandha tieħu sehem fil-kooperazzjoni li tikkonċerna l-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inkluż iċ-ċibersigurtà. Għandha tikkontribwixxi bl-għarfien espert tagħha għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-Unjoni f’dak il-qasam, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri.

    (41)Fuq talba, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-regoli u r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati. Għandha tkun intitolata tistabbilixxi r-relazzjonijiet xierqa, permezz ta’ arranġament ta’ ħidma, mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament, soġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem tal-Kummissjoni. Sabiex tippromwovi s-sikurezza fil-livell dinji, fid-dawl tal-istandards għoljin applikati fl-Unjoni, l-Aġenzija għandha titħalla, fi ħdan il-kompetenza tagħha, tidħol f’kooperazzjoni teknika ad hoc, fi proġetti ta’ riċerka u ta’ assistenza ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Aġenzija għandha wkoll tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’oqsma tekniċi oħra ta’ regolamentazzjoni tal-avjazzjoni ċivili, fosthom is-sigurtà jew l-Ajru Uniku Ewropew, li fihom l-Aġenzija jkollha l-għarfien espert rilevanti.

    (42)Sabiex tippromwovi l-aqwa prattiki u l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, l-Aġenzija tista’ tipprovdi taħriġ.

    (43)L-Aġenzija għandha tiġi rregolata u mħaddma f’konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta’ Lulju 2012.

    (44)L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rrappreżentati fil-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija sabiex tkun tista’ tikkontrolla b’mod effettiv il-funzjonijiet tagħha. Dak il-Bord ta’ Ġestjoni għandu jkun fdat bis-setgħat neċessarji b’mod partikolari biex jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, u biex jadotta r-rapport ikkonsolidat tal-attività annwali, id-dokument ta’ programmazzjoni, il-baġit annwali u r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

    (45)F’ġieħ it-trasparenza, il-partijiet interessati għandhom jingħataw status ta’ osservatur fil-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija.

    (46)Sabiex il-Bord ta’ Ġestjoni jkun jista’ jaqdi dmirijietu kif suppost, għandu jiġi megħjun minn Bord Eżekuttiv, li b’mod partikolari għandu jħejji d-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Ġestjoni u jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

    (47)L-interess pubbliku jitlob li l-Aġenzija tibbaża l-azzjoni tagħha relatata mas-sikurezza fuq għarfien espert indipendenti, filwaqt li tapplika strettament dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. B’dak il-ħsieb, id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija relatati mas-sikurezza għandhom jittieħdu mid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jgawdi minn grad għoli ta’ flessibbiltà biex jieħu pariri u jorganizza l-funzjonament intern tal-Aġenzija.

    (48)Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jgawdu mir-rimedji neċessarji b’mod li jkun adattat għan-natura speċjali tal-qasam tal-avjazzjoni. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu xieraq ta’ appell sabiex id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal appell quddiem Bord ta’ Appell speċjalizzat, li d-deċiżjonijiet tiegħu jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mat-TFUE.

    (49)Id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament huma soġġetti għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja f’konformità mat-TFUE. F’konformità mal-Artikolu 261 tat-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tingħata ġuriżdizzjoni illimitata fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.

    (50)Meta l-Aġenzija tiżviluppa abbozz ta’ regoli ta’ natura ġenerali li jridu jiġu implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiġu kkonsultati. Barra minn hekk, meta r-regoli jista’ jkollhom implikazzjonijiet soċjali importanti, il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-imsieħba soċjali tal-Unjoni, għandhom jiġu kkonsultati kif jixraq meta l-Aġenzija tħejji l-abbozz ta’ regoli korrispondenti.

    (51)Bil-ħsieb li twettaq b’mod effettiv il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tikkoopera, kif ikun neċessarju, ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni f’oqsma li fihom l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw l-aspetti tekniċi tal-avjazzjoni ċivili. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tikkollabora mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fl-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza tas-sustanzi kimiċi, l-impatt tagħhom fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni u l-aspetti xjentifiċi u tekniċi relatati. Meta tkun rikjesta konsultazzjoni fir-rigward ta’ aspetti militari, l-Aġenzija għandha tinvolvi lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża.

    (52)Jeħtieġ li l-pubbliku jingħata informazzjoni adegwata dwar il-livell ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali relatata magħha, filwaqt li jitqies ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.

    (53)Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza kompleta tal-Aġenzija, għandha tingħata baġit awtonomu ffinanzjat prinċipalment minn kontribuzzjoni mill-Unjoni u minn tariffi u imposti li jitħallsu mill-utenti tas-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li l-Aġenzija tirċievi mill-Istati Membri, mill-pajjiżi terzi jew minn entitajiet jew persuni oħra ma għandhiex tikkomprometti l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u ta’ kwalunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-awditjar tal-kontijiet għandu jitwettaq mill-Qorti tal-Awdituri. Sabiex l-Aġenzija titħalla tieħu sehem fil-proġetti futuri rilevanti kollha, għandha tingħata l-possibbiltà li tirċievi għotjiet. L-introjtu tal-Aġenzija għandu jinkludi imposti mħallsa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXX dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, sabiex jirrifletti l-prinċipju ta’ l-“utent iħallas”.

    (54)Sabiex jiġi żgurat li l-Aġenzija tista’ tlaħħaq mad-domanda għall-attivitajiet li twettaq, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u tal-attivitajiet relatati mat-trasferimenti possibbli ta’ responsabbiltà mill-Istati Membri, b’mod effiċjenti u f’waqtu, filwaqt li tiġi rispettata l-ġestjoni finanzjarja soda, il-pjan ta’ stabbiliment għandu jqis ir-riżorsi meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet għaċ-ċertifikazzjoni u għal attivitajiet oħra tal-Aġenzija b’mod effiċjenti u f’waqtu, inklużi dawk li jirriżultaw mit-trasferimenti tar-responsabbiltà skont l-Artikoli 53, 54 u 55. Għal dan l-għan, għandu jiġi stabbilit sett ta’ indikaturi sabiex jitkejjel l-ammont ta’ ħidma tal-Aġenzija u l-effiċjenza tagħha fir-rigward ta’ attivitajiet iffinanzjati permezz ta’ tariffi u ta’ imposti. Wara li jiġu kkunsidrati dawk l-indikaturi, l-Aġenzija għandha tadatta l-ippjanar tal-persunal u l-ġestjoni tar-riżorsi tagħha fir-rigward tat-tariffi u tal-imposti sabiex tkun tista’ tlaħħaq b’mod adegwat ma’ domanda bħal din u ma’ kwalunkwe varjazzjoni fl-introjtu mit-tariffi u mill-imposti.

    (55)Jeħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri xierqa biex tiġi żgurata l-protezzjoni neċessarja ta’ informazzjoni sensittiva relatata mas-sikurezza.

    (56)It-tariffi u l-imposti applikati mill-Aġenzija għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti, ġust, uniformi u mhux diskriminatorju. Dawn ma għandhomx jipperikolaw il-kompetittività tal-industrija kkonċernata tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi li tikkunsidra kif jixraq il-kapaċità tal-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jħallsu, b’mod partikolari fir-rigward tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

    (57)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 .

    (58)Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli meta, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza ta’ emerġenza, l-azzjoni korrettiva u l-miżuri ta’ salvagwardja, ikunu jirrikjedu dan minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

    (59)Sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tekniċi, xjentifiċi, operazzjonali jew ta’ sikurezza, billi jiġu emendati jew issupplimentati d-dispożizzjonijiet dwar l-ajrunavigabbiltà, il-protezzjoni ambjentali, l-ekwipaġġ tal-ajru, l-operazzjonijiet bl-ajru, l-ajrudromi, l-ATM/l-ANS, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, l-operaturi minn pajjiżi terzi, l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, is-sorveljanza u l-infurzar, id-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà, il-multi u l-imposti, kif ukoll il-ħlasijiet perjodiċi penali, u t-tariffi u l-imposti, kif ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u fit-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (60)L-involviment ta’ pajjiżi terzi Ewropej għandu jiġi mfittex sabiex jiġi żgurat it-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili madwar l-Ewropa kollha. Dawk il-pajjiżi li kkonkludew ftehimiet internazzjonali mal-Unjoni biex jadottaw u japplikaw l-acquis tal-Unjoni fil-qasam kopert b’dan ir-Regolament għandhom ikunu assoċjati mal-ħidma tal-Aġenzija f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-qafas ta’ dawk il-ftehimiet.

    (61)Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u jistipula t-twaqqif tal-Aġenzija. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 għandu jitħassar.

    (62)Il-bidliet li saru permezz ta’ dan ir-Regolament għandhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 , ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , u r-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 , għandhom jiġu emendati skont dan.

    (63)Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għandu jiġi emendat sabiex titqies b’mod xieraq l-possibbiltà stabbilita b’dan ir-Regolament li l-Aġenzija tista’ ssir l-awtorità kompetenti għall-ħruġ u għas-sorveljanza taċ-ċertifikati tal-operaturi tal-ajru. Barra minn hekk, peress li kulma jmur qed tikber l-importanza tat-trasportaturi tal-ajru b’bażijiet operazzjonali f’diversi Stati Membri li jwassal biex l-awtorità kompetenti għal-liċenzji tal-operat u l-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikati tal-operatur tal-ajru mhux neċessarjament ikunu identiċi, hemm bżonn li tissaħħaħ is-superviżjoni effiċjenti ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għandu jiġi emendat biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza fir-rigward taċ-ċertifikat tal-operaturi tal-ajru u l-liċenzja tal-operat rispettivament.

    (64)Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi stabbilit u jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, filwaqt li jiġi żgurat livell uniformi għoli ta’ protezzjoni ambjentali, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li l-avjazzjoni fil-biċċa l-kbira tagħha hija transnazzjonali u minħabba l-kumplessità tagħha, iżda li minflok, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jinkludi l-Unjoni kollha, tista’ tintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

    KAPITOLU I

    Prinċipji

    Artikolu 1

    Suġġett u għanijiet

    1.L-għan prinċipali ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi stabbilit u li jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat livell uniformi għoli ta’ protezzjoni ambjentali.

    2.Dan ir-Regolament jimmira wkoll li:

    (a)jikkontribwixxi għal politika usa’ tal-avjazzjoni tal-Unjoni u għat-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tas-settur tal-avjazzjoni ċivili;

    (b)jiffaċilita l-moviment ħieles ta’ merkanzija, ta’ persuni, ta’ servizzi u ta’ kapital fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, filwaqt li jipprovdi kundizzjonijiet indaqs għall-atturi kollha fis-suq intern tal-avjazzjoni, u jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni;

    (c)jippromwovi l-kosteffiċjenza u l-effettività fil-proċessi regolatorji u ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll l-użu ottimali tar-riżorsi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni;

    (d)jikkontribwixxi biex jiġi stabbilit u jinżamm livell uniformi għoli ta’ sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, fl-oqsma koperti b’dan ir-Regolament;

    (e)jassisti lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, billi tiġi żgurata interpretazzjoni komuni u implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tagħha;

    (f)jippromwovi, madwar id-dinja kollha, il-fehmiet tal-Unjoni fir-rigward tal-istandards u tar-regoli tal-avjazzjoni ċivili billi jistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (g)jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni, fost l-oħrajn, fil-proċessi regolatorji u ta’ ċertifikazzjoni;

    (h)jippromwovi l-interoperabbiltà teknika u operazzjonali fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.

    3.L-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jintlaħqu, fost l-oħrajn, billi:

    (a)jitħejjew, jiġu adottati u jiġu applikati b’mod uniformi l-atti neċessarji kollha;

    (b)jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu jkunu validi madwar l-Unjoni kollha, mingħajr ebda rekwiżit addizzjonali;

    (c)jiġu żviluppati, bl-involviment ta’ korpi ta’ standardizzazzjoni u ta’ korpi oħra tal-industrija, standards tekniċi dettaljati li jridu jintużaw bħala mezz ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, meta dan ikun xieraq;

    (d)titwaqqaf Aġenzija indipendenti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”);

    (e)jiġu implimentati b’mod uniformi l-atti neċessarji kollha mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mill-Aġenzija fl-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom;

    (f)tinġabar, tiġi analizzata u tiġi skambjata l-informazzjoni sabiex tgħarraf it-teħid ta’ deċiżjonijiet abbażi tal-evidenza;

    (g)jitwettqu inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ promozzjoni, fosthom taħriġ, komunikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza.

    Artikolu 2

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.Dan ir-Regolament japplika:

    (a)għad-disinn u għall-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru minn persuna fiżika jew ġuridika taħt is-sorveljanza tal-Aġenzija jew ta’ Stat Membru;

    (b)għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għat-tħaddim tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll ta’ prodotti, parts u tagħmir mhux installat li jkunu assoċjati, meta l-inġenju tal-ajru jkun:

    (i)reġistrat fi Stat Membru, għajr jekk u sakemm l-Istat Membru jkun ttrasferixxa r-responsabbiltajiet tiegħu skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago lil pajjiż terz u l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur minn pajjiż terz;

    (ii)reġistrat f’pajjiż terz u jitħaddem minn operatur stabbilit, li jkun residenti jew li jkollu post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;

    (c)għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru lejn l-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, fih jew ’il barra minnu, minn operatur minn pajjiż terz;

    (d)għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u t-tħaddim tat-tagħmir tal-ajrudrom li jintuża jew maħsub biex jintuża fl-ajrudromi msemmija fil-punt (e) u għall-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa f’dawk l-ajrudromi;

    (e)għad-disinn, għall-manutenzjoni u għall-operat ta’ ajrudromi li jkunu jinsabu fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, li:

    (i)ikunu miftuħa għall-użu pubbliku;

    (ii)ikunu jaqdu t-trasport kummerċjali bl-ajru;

    (iii)ikunu jaqdu l-operazzjonijiet li jużaw proċeduri tal-approċċ bl-istrumenti jew tat-tluq; u

    (iv)jkollhom runway pavimentata ta’ 800 metru jew iżjed, jew li jaqdu esklużivament lill-ħelikopters;

    (f)mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-ambjent u l-ippjanar tal-użu tal-art, il-ħarsien tal-inħawi tal-ajrudromi msemmija fil-punt (e);

    (g)għall-forniment tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (“ATM/ANS”) fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, u d-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operat ta’ sistemi u ta’ kostitwenti li ntużaw fil-forniment ta’ dawk l-ATM/l-ANS;

    (h)għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għall-operat ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, għall-magni, għall-iskrejjen, għall-parts u għat-tagħmir mhux installat tagħhom, kif ukoll għat-tagħmir biex l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġu kkontrollati mill-bogħod, meta inġenji tal-ajru bħal dawn jitħaddmu fl-ispazju tal-Ajru Uniku Ewropew minn operatur stabbilit jew li jkun residenti fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati.

    2.Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

    3.Dan ir-Regolament ma japplikax:

    (a)għall-inġenji tal-ajru tal-istat, u għall-prodotti, għall-parts u għat-tagħmir mhux installat tagħhom, u għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet u fis-servizzi mwettqa minn inġenji tal-ajru tal-istat;

    (b)għall-ajrudromi jew għall-parts tagħhom, kif ukoll għat-tagħmir, għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet, li jkunu kkontrollati u operati mill-militar;

    (c)għall-ATM/għall-ANS, inklużi sistemi u kostitwenti, persunal u organizzazzjonijiet, li jiġu pprovduti mill-militar jew ikun disponibbli permezz tal-militar;

    (d)għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru li l-operat tagħhom jinvolvi riskju baxx għas-sikurezza tal-avjazzjoni, kif elenkat fl-Anness I, u għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti fihom.

    Fir-rigward tal-punt (a), l-Istati Membri jiżguraw li l-attivitajiet u s-servizzi mwettqa minn inġenji tal-ajru tal-istat imsemmija f’dak il-punt jitwettqu filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri jiżguraw ukoll li, meta jkun xieraq, l-inġenji tal-ajru tal-istat jiġu separati minn inġenji oħra tal-ajru.

    Fir-rigward tal-punt (d), il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex jiġu aġġustati, meta dan ikun neċessarju fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi u operazzjonali, b’mod partikolari l-introduzzjoni ta’ tekniki ġodda ta’ manifatturar jew ta’ teknoloġiji ġodda, u sa fejn dan ikun iġġustifikat fid-dawl tar-riskju baxx għas-sikurezza tal-avjazzjoni involut fit-tħaddim tal-inġenju tal-ajru kkonċernat, il-kriterji li ġejjin li ġew stabbiliti fl-Anness I:

    (i)id-dati msemmija fil-punt (a)(i) ta’ dak l-Anness;

    (ii)il-limiti ta’ piż, ta’ veloċità, u ta’ volum ta’ arja sħuna msemmija fil-punti (e), (f), (g), (h), (i) u (j) ta’ dak l-Anness.

    4.Organizzazzjoni responsabbli għad-disinn ta’ tip ta’ inġenju tal-ajru tista’ titlob lill-Kummissjoni tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I tal-Kapitolu III japplikaw għad-disinn, għall-produzzjoni u għall-manutenzjoni ta’ dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru u għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti f’dawk l-attivitajiet, meta:

    (a)it-tip ta’ inġenju tal-ajru kkonċernat ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punti (e), (f), (g), (h) (i) jew (j) tal-Anness I;

    (b)dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru jkun maħsub għall-produzzjoni serjali; u

    (c)id-disinn ta’ dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru ma jkunx ġie approvat f’konformità mal-liġijiet nazzjonali ta’ Stat Membru.

    Il-Kummissjoni tiddeċiedi abbażi ta’ dik it-talba, wara li tkun ikkonsultat lill-Aġenzija u lill-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni kkonċernata jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha, dwar jekk il-kriterji tal-ewwel sottoparagrafu ġewx issodisfati. Dik id-deċiżjoni tiġi adottata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2) u tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija tinkludi wkoll dik id-deċiżjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

    Mid-data speċifikata f’dik id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, id-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tat-tip ta’ inġenju tal-ajru kkonċernat u l-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti f’dawk l-attivitajiet jiġu rregolamentati biss bid-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I tal-Kapitolu III u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. F’dak il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV u l-Kapitolu V fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I tal-Kapitolu III japplikaw ukoll fir-rigward tat-tip ta’ inġenju tal-ajru kkonċernat.

    5.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni), l-Istati Membri jiżguraw li l-faċilitajiet militari msemmija fil-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu li jkunu miftuħa għat-traffiku tal-ajru ġenerali u l-ATM/l-ANS imsemmija fil-paragrafu 3(c) ta’ dan l-Artikolu li jiġu pprovduti mill-militar jew li jsiru disponibbli permezz tal-militar għat-traffiku tal-ajru ġenerali joffru livell ta’ sikurezza li jkun ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Annessi VII u VIII ta’ dan ir-Regolament.

    6.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ kull waħda mit-Taqsimiet I, II, III, V, VI jew VII tal-Kapitolu III għal uħud mill-attivitajiet jew kollha kemm huma, imsemmija fil-paragrafu 3(a) u 3(c) ta’ dan l-Artikolu u għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti f’dawn l-attivitajiet.

    F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-intenzjoni tiegħu. Dik in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha, u b’mod partikolari:

    (a)it-Taqsima jew it-Taqsimiet li biħsiebu japplika;

    (b)l-attivitajiet, il-persunal u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati;

    (c)ir-raġunijiet għad-deċiżjoni li biħsiebu jieħu; u

    (d)d-data li minnha tkun applikabbli d-deċiżjoni li biħsiebu jieħu.

    Wara li tkun ikkonsultat lill-Aġenzija, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-attivitajiet, tal-persunal u tal-organizzazzjonijiet inkwistjoni u tal-fini u tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima jew tat-Taqsimiet innotifikati lilha, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni jistgħux jiġu applikati b’mod effettiv u, meta jkun xieraq, skont liema kundizzjonijiet. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiġi adottata f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2) u tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija tinkludi dik id-deċiżjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

    L-Istat Membru kkonċernat jadotta biss id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima jew tat-Taqsimiet innotifikati lill-Kummissjoni wara deċiżjoni pożittiva tal-Kummissjoni u, meta dan ikun rilevanti, wara li jkun żgura li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet mehmuża ma’ dik id-deċiżjoni. F’dak il-każ, mid-data speċifikata fid-deċiżjoni tal-Istat Membru, l-attivitajiet, il-persunal u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jiġu rregolamentati biss minn dawk id-dispożizzjonijiet u mid-dispożizzjonijiet tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħha. F’dak il-każ, japplikaw ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV u tal-Kapitolu V fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima jew tat-Taqsimiet innotifikati fir-rigward tal-attivitajiet, tal-persunal u tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati.

    Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevokaw id-deċiżjonijiet tagħhom li ġew adottati skont dan il-paragrafu. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Dik in-notifika tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-Aġenzija tinkludiha fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63. Ikun previst perjodu xieraq ta’ tranżizzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

    7.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament id-disinn, il-manutenzjoni u l-operat ta’ ajrudrom, u t-tagħmir li jintuża f’dak l-ajrudrom, meta l-ajrudrom ikollu mhux iżjed minn 10 000 passiġġier fis-sena u mhux iżjed minn 850 moviment fir-rigward ta’ operazzjonijiet tal-merkanzija fis-sena, u diment li eżenzjoni bħal din ma tipperikolax il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29.

    F’każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija permezz ta’ sottomissjoni raġunata, li biħsiebu jieħu deċiżjoni bħal din. Dik is-sottomissjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha, fir-rigward tad-deċiżjoni li biħsiebu jieħu.

    Wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kundizzjonijiet tal-ewwel sottoparagrafu ġewx issodisfati. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tiġi meħuda permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiġi adottata f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2) u tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija tinkludi dik id-deċiżjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

    L-Istat Membru kkonċernat jadotta biss id-deċiżjoni li biħsiebu jieħu wara deċiżjoni pożittiva mill-Kummissjoni. F’dak il-każ, mid-data speċifikata fid-deċiżjoni tal-Istat Membru, id-disinn, il-manutenzjoni u l-operat tal-ajrudrom ikkonċernat, u t-tagħmir tiegħu, ma jkunux irregolamentati iktar bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

    L-Istati Membri, fuq bażi annwali, jeżaminaw iċ-ċifri tat-traffiku tal-ajrudromi li huma jkunu eżentaw skont dan il-paragrafu. Meta dak l-eżami juri li, matul tliet snin konsekuttivi, wieħed minn dawk l-ajrudromi jkollu iżjed minn 10 000 passiġġier fis-sena u iżjed minn 850 moviment fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-merkanzija fis-sena, l-Istat Membru kkonċernat jirrevoka l-eżenzjoni ta’ dak l-ajrudrom. F’dak il-każ, l-Istat Membru jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija skont dan. Id-deċiżjoni li tiġi rrevokata l-eżenzjoni tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-Aġenzija tinkludiha fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma jaffettwawx l-eżenzjonijiet li ngħataw minn Stati Membri skont l-Artikolu 4(3b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Id-deċiżjonijiet li jipprevedu dawk l-eżenzjonijiet jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-Aġenzija tinkludihom fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)“sorveljanza” tfisser il-verifika, mill-awtorità kompetenti jew f’isimha, fuq bażi kontinwa li r-rekwiżiti li abbażi tagħhom ikun inħareġ ċertifikat jew ir-rekwiżiti li fir-rigward tagħhom tkun saret dikjarazzjoni, ikomplu jiġu rrispettati;

    (2)“il-Konvenzjoni ta’ Chicago” tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Annessi tagħha, iffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944;

    (3)“prodott” tfisser inġenju tal-ajru, magna jew skrun;

    (4)“part” tfisser kwalunkwe parti ta’ inġenju tal-ajru għajr magna jew skrun;

    (5)“kostitwent ATM/ANS” tfisser kwalunkwe kostitwent kif definit fl-Artikolu 2(19) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX 20 ;

    (6)“ċertifikazzjoni” tfisser kwalunkwe forma ta’ rikonoxximent f’konformità ma’ dan ir-Regolament, abbażi ta’ valutazzjoni xierqa, li organizzazzjoni jew persuna, prodott, part, tagħmir mhux installat, ajrudrom, tagħmir ta’ ajrudrom, sistema ATM/ANS, jew kostitwent ATM/ANS jew apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, permezz tal-ħruġ ta’ ċertifikat li juri konformità bħal din;

    (7)“dikjarazzjoni” tfisser kull stqarrija bil-miktub li ssir f’konformità ma’ dan ir-Regolament taħt ir-responsabbiltà unika ta’ persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament u li tikkonferma li r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu u li huma relatati ma’ persuna, prodott, part, tagħmir mhux installat, tagħmir tal-ajrudrom, sistema ATM/ANS jew kostitwent ATM/ANS qed jiġu rrispettati;

    (8)“entità kwalifikata” tfisser persuna ġuridika jew fiżika akkreditata li tista’ tiġi fdata b’ċerti kompiti ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ sorveljanza skont dan ir-Regolament, mill-Aġenzija u minn awtorità nazzjonali kompetenti u taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tagħhom;

    (9)“ċertifikat” tfisser kwalunkwe ċertifikat, approvazzjoni, liċenzja, awtorizzazzjoni, attestazzjoni jew dokument ieħor li nħarġu bħala r-riżultat ta’ ċertifikazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli;

    (10)“operatur” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tħaddem jew li tipproponi li tħaddem inġenju tal-ajru wieħed jew iktar jew ajrudrom wieħed jew iktar;

    (11)“apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat li fih jiġu simulati fl-art il-kundizzjonijiet tat-titjir; inklużi simulaturi tat-titjir, apparati ta’ taħriġ tat-titjir, tagħmir tat-taħriġ tal-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni u apparati tat-taħriġ bl-istrumenti bażiċi;

    (12)“ajrudrom” tfisser żona definita fuq l-art jew fuq l-ilma, fuq struttura fissa, fissa lil hinn mill-kosta jew fuq wiċċ l-ilma, inkluż kwalunkwe binja, installazzjoni u tagħmir fuqha, li tintuża kompletament jew parzjalment għall-wasla, għall-inżul, għat-tluq u għall-moviment fuq is-superfiċje ta’ inġenju tal-ajru;

    (13)“tagħmir tal-ajrudrom” tfisser kwalunkwe tagħmir, apparat, dritt, software jew aċċessorju li jintuża jew li huwa maħsub biex jintuża sabiex jikkontribwixxi għall-operat ta’ inġenju tal-ajru f’ajrudrom;

    (14)“rampa” tfisser żona definita ta’ ajrudrom maħsuba biex takkomoda inġenji tal-ajru għall-finijiet ta’ tagħbija jew ta’ ħatt tal-passiġġieri, tal-posta jew tal-merkanzija, ta’ mili bil-fjuwil, ta’ parkeġġ jew ta’ manutenzjoni;

    (15)“servizz ta’ ġestjoni tar-rampa” tfisser servizz ipprovdut sabiex jiġu rregolati l-attivitajiet u l-moviment tal-inġenji tal-ajru u tal-vetturi fuq rampa;

    (16)“ATM/ANS” tfisser il-funzjonijiet u s-servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru kif definiti fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX, is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru definiti fl-Artikolu 2(4) ta’ dak ir-Regolament, inklużi l-funzjonijiet u s-servizzi tal-ġestjoni tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament, u s-servizzi li jikkonsistu fl-oriġinazzjoni u fl-ipproċessar tad-dejta u l-ifformattjar u t-twassil tad-dejta lit-traffiku ġenerali tal-ajru għall-fini tan-navigazzjoni tal-ajru kritika għas-sikurezza;

    (17)“sistema ATM/ANS” tfisser kwalunkwe kombinazzjoni ta’ sistemi, kif definit fl-Artikolu 2(33) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX;

    (18)“Pjan Regolatorju tal-ATM” tfisser id-dokument imsemmi fl-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru XXX / XXXX;

    (19)“servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir” tfisser servizz ipprovdut għall-fini li jingħataw pariri u tagħrif utli sabiex jitwettqu titjiriet b’mod sikur u effiċjenti;

    (20)“traffiku ġenerali tal-ajru” tfisser il-movimenti kollha tal-inġenji tal-ajru ċivili kif ukoll tal-inġenji tal-ajru tal-istat f’konformità mal-proċeduri tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”);

    (21)“standards internazzjonali u prattiki rakkomandati” tfisser standards internazzjonali u prattiki rakkomandati adottati mill-ICAO f’konformità mal-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

    (22)“servizz ta’ groundhandling” tfisser kwalunkwe servizz ipprovdut fl-ajrudromi li jinkludi attivitajiet relatati mas-sikurezza fl-oqsma tal-amministrazzjoni u tas-superviżjoni fuq l-art, l-immaniġġjar tal-passiġġieri, l-immaniġġjar tal-bagalji, l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta, l-immaniġġjar tar-rampa, is-servizzi tal-inġenji tal-ajru, l-immaniġġjar tal-fjuwil u taż-żejt, il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-operazzjonijiet tat-titjir u l-amministrazzjoni tal-ekwipaġġ, it-trasport fuq superfiċje u s-servizz tal-ikel;

    (23)“trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser operat ta’ inġenju tal-ajru għat-trasport tal-passiġġieri, tal-merkanzija jew tal-posta bil-ħlas jew b’kunsiderazzjoni oħra ta’ valur bejn żewġ ajrudromi differenti;

    (24)“prestazzjoni tas-sikurezza” tfisser kisba ta’ sikurezza ta’ Stat Membru, tal-Unjoni jew ta’ organizzazzjoni, kif definit mill-miri u mill-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħhom;

    (25)“indikatur tal-prestazzjoni tas-sikurezza” tfisser parametru li jintuża għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza;

    (26)“mira tal-prestazzjoni tas-sikurezza” tfisser għan ippjanat jew maħsub għall-konformità mal-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza tul perjodu ta’ żmien partikolari;

    (27)“inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe inġenju li jista’ jikseb appoġġ fl-atmosfera permezz tar-reazzjonijiet tal-arja għajr ir-reazzjonijiet tal-arja mas-superfiċje tad-dinja;

    (28)“tagħmir mhux installat” tfisser kwalunkwe tagħmir li jinġarr abbord inġenju tal-ajru, iżda li ma jkunx installat fl-inġenju tal-ajru u li jista’ jkollu impatt fuq is-sikurezza;

    (29)“inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru li jitħaddem jew maħsub biex jitħaddem mingħajr bdot abbord;

    (30)“tagħmir biex l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġu kkontrollati mill-bogħod” tfisser kull tagħmir, apparat, dritt, software jew aċċessorju li huwa neċessarju għat-tħaddim sikur ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

    (31)“inġenju tal-ajru reġistrat fi Stat Membru” jew “inġenju tal-ajru reġistrat f’pajjiż terz” tfisser inġenji tal-ajru reġistrati f’konformità mal-istandards internazzjonali u mal-prattiki rakkomandati relatati mal-Anness 7 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago bit-titlu “Nazzjonalità u Marki tar-Reġistrazzjoni tal-Inġenji tal-Ajru”;

    (32)“inġenju tal-ajru statali” tfisser inġenju tal-ajru li jwettaq attivitajiet jew servizzi militari, doganali, tal-pulizija, tat-tiftix u s-salvataġġ, tat-tifi tan-nar, tal-għassa tal-kosta jew attivitajiet jew servizzi simili taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta’ Stat Membru, li jsiru fl-interess 3pubbliku minn korp li jkollu setgħat ta’ awtorità pubblika;

    (33)“spazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew” tfisser spazju tal-ajru tat-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, kif ukoll kwalunkwe spazju tal-ajru ieħor li għalih l-Istati Membri japplikaw ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX skont l-Artikolu 1(4) ta’ dak ir-Regolament;

    (34)“awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser entità waħda jew iktar maħtura minn Stat Membru u li jkollha s-setgħat neċessarji u r-responsabbiltajiet allokati għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

    Artikolu 4

    Prinċipji għal miżuri skont dan ir-Regolament

    1.Meta jadottaw miżuri skont dan ir-Regolament l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija:

    (a)jirriflettu l-ogħla livell u l-aqwa prattiki fil-qasam tal-avjazzjoni, u jqisu l-esperjenza tal-avjazzjoni fid-dinja u l-progress xjentifiku u tekniku fl-oqsma rispettivi;

    (b)jibnu fuq l-aqwa evidenza u analiżi disponibbli;

    (c)iħallu lok għar-reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta’ aċċidenti, ta’ inċidenti serji u ta’ ksur intenzjonali tas-sigurtà;

    (d)iqisu l-interdipendenzi bejn l-oqsma differenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni, u bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni u oqsma tekniċi oħra ta’ regolamentazzjoni tal-avjazzjoni;

    (e)jistabbilixxu, meta dan ikun possibbli, ir-rekwiżiti b’tali mod li jiffukaw fuq l-għanijiet li jridu jintlaħqu, filwaqt li jippermettu mezzi differenti biex tinkiseb il-konformità ma’ dawn l-għanijiet;

    (f)jippromwovu l-kooperazzjoni u l-użu effiċjenti tar-riżorsi bejn l-awtoritajiet fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

    (g)jieħdu miżuri mhux vinkolanti, inklużi azzjonijiet ta’ promozzjoni tas-sikurezza, meta dan ikun possibbli;

    (h)iqisu l-obbligi internazzjonali fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

    2.Il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament jikkorrispondu u jkunu proporzjonati man-natura u mar-riskju ta’ kull attività partikolari li magħha jkunu relatati. Fit-tħejjija u fit-tfassil ta’ dawn il-miżuri, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija jqisu kif ikun jixraq għall-attività kkonċernata:

    (a)jekk abbord ikunux qed jinġarru persuni oħra għajr l-ekwipaġġ tat-titjira, u b’mod partikolari jekk l-operazzjoni hijiex miftuħa għall-membri tal-pubbliku;

    (b)sa liema punt partijiet terzi jew proprjetà fuq l-art tista’ tkun ipperikolata mill-attività;

    (c)il-kumplessità u l-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru involut;

    (d)l-iskop tat-titjira u t-tip ta’ spazju tal-ajru li jintuża;

    (e)it-tip, l-iskala, u l-kumplessità tal-operazzjoni jew tal-attività, inkluż, meta dan ikun rilevanti, id-daqs u t-tip tat-traffiku mmaniġġjat mill-organizzazzjoni jew mill-persuna responsabbli;

    (f)sa liema punt il-persuni affettwati mir-riskji involuti fl-operazzjoni jistgħu jivvalutaw u jeżerċitaw kontroll fuq dawk ir-riskji;

    (g)ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza tal-imgħoddi.

    KAPITOLU II

    Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

    Artikolu 5

    Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

    1.Wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, il-Kummissjoni tadotta, tippubblika u taġġorna kif meħtieġ, dokument li jiddeskrivi l-funzjonament tas-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni, li jkun fih ir-regoli, l-attivitajiet u l-proċessi li jintużaw biex tiġi ġestita s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament (minn hawn ’il quddiem il-“Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni”).

    2.Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jinkludi minn tal-inqas deskrizzjoni:

    (a)tar-riżorsi, tal-għanijiet u tal-politika tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea;

    (b)tal-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea;

    (c)tal-aċċertament tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea;

    (d)tal-promozzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea.

    Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jiddeskrivi wkoll il-proċess għall-iżvilupp, għall-adozzjoni, għall-aġġornament u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, li jinvolvi mill-qrib lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

    Artikolu 6

    Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

    1.L-Aġenzija tiżviluppa, tadotta, tippubblika u sussegwentement taġġorna minn tal-inqas kull sena, Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Abbażi tal-valutazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti tas-sikurezza, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jidentifika r-riskji ewlenin tas-sikurezza li qegħdin jaffettwaw lis-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni u jistabbilixxi l-azzjonijiet neċessarji sabiex jittaffew dawk ir-riskji.

    2.L-Aġenzija tiddokumenta f’portafoll dedikat tar-riskji għas-sikurezza msemmi fil-paragrafu 1 u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet relatati ta’ mitigazzjoni mill-partijiet ikkonċernati, inklużi, meta dan ikun xieraq, billi jiġu stabbiliti indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza.

    3.Filwaqt li jqis l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jispeċifika livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza fl-Unjoni, li l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija se jimmiraw li jiksbuh b’mod konġunt.

    Artikolu 7

    Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

    1.Kull Stat Membru jistabbilixxi programm nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni taħt ir-responsabbiltà tiegħu (il-“Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni”). Dak il-programm jkun komparabbli mad-daqs u mal-kumplessità ta’ dawk l-attivitajiet u jkun konsistenti mal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

    2.Il-Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jinkludi, minn tal-inqas, dawn il-komponenti li ġejjin:

    (a)il-politika, l-għanijiet u r-riżorsi tas-sikurezza tal-avjazzjoni;

    (b)il-ġestjoni tar-riskji tas-sikurezza tal-avjazzjoni;

    (c)l-aċċertament dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni;

    (d)il-promozzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

    3.Il-Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, filwaqt li jqis l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u l-livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza msemmi fl-Artikolu 6(3), livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza li jrid jinkiseb fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

    Artikolu 8

    Pjan Nazzjonali għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

    1.Il-Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jkun akkumpanjat minn Pjan Nazzjonali għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Abbażi tal-valutazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza, kull Stat Membru jidentifika f’dak il-pjan, ir-riskji ewlenin għas-sikurezza li qed jaffettwaw is-sistema nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u jistabbilixxi l-azzjonijiet neċessarji sabiex jittaffew dawk ir-riskji.

    2.Il-Pjan Nazzjonali għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jinkludi r-riskji u l-azzjonijiet identifikati fil-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni li huma rilevanti għall-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru jinforma lill-Aġenzija dwar ir-riskji u l-azzjonijiet identifikati fil-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni li huwa jqis li mhux rilevanti għas-sistema nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni tiegħu u r-raġunijiet għalihom.

    KAPITOLU III

    REKWIŻITI SOSTANTIVI

    Taqsima I

    Ajrunavigabbiltà u protezzjoni ambjentali

    Artikolu 9

    Rekwiżiti essenzjali

    L-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà li ġew stabbiliti fl-Anness II u, fir-rigward tal-istorbju u tal-emissjonijiet, ir-rekwiżiti essenzjali għall-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti stabbiliti fl-Anness III.

    Artikolu 10

    Konformità

    1.Fir-rigward tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(i), u tal-magni, tal-iskrejjen, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat tagħhom, il-konformità mal-Artikolu 9 tiġi żgurata skont l-Artikoli 11 sa 16.

    2.Fir-rigward tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), u tal-magni, tal-iskrejjen, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat tagħhom, il-konformità mal-Artikolu 9 tiġi żgurata skont l-Artikoli 11 u 12 kif ukoll l-Artikolu 15(1).

    Artikolu 11

    Disinn tal-prodotti

    Id-disinn ta’ prodott ikun soġġett għal ċertifikazzjoni u jinħareġ b’ċertifikat tat-tip. Il-bidliet għal dak iċ-ċertifikat tat-tip ikunu wkoll soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġu b’ċertifikat tal-bidliet, inklużi ċ-ċertifikati tat-tip supplimentari. Id-disinni tat-tiswija jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġu b’approvazzjoni.

    Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet u dik l-approvazzjoni tad-disinni tat-tiswija jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip stabbilita f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 18(1)(a)(i) u li d-disinn tal-prodott ma jkollu l-ebda aspett jew karatteristika li tagħmlu mhux kompatibbli mal-ambjent jew mhux sikur għat-tħaddim.

    Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet u l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija jistgħu jinħarġu wkoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat il-privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati jew l-approvazzjonijiet skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 18(1)(k), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sottoparagrafu.

    Ma jkun rikjest l-ebda ċertifikat separat tat-tip għad-disinn tal-magni u tal-iskrejjen li jkunu ġew iċċertifikati bħala parti mid-disinn ta’ inġenju tal-ajru skont dan l-Artikolu.

    Artikolu 12

    Disinn tal-parts

    Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18, id-disinn tal-parts ikun soġġett għal ċertifikazzjoni u jinħariġlu ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-part jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 18(1)(a)(ii).

    Dak iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ ukoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 18(1)(k), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li l-disinn tal-part jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 18(1)(a)(ii).

    Ma jkun rikjest l-ebda ċertifikat separat għad-disinn ta’ parts li jkunu ġew iċċertifikati bħala parti mid-disinn ta’ prodott skont l-Artikolu 11.

    Artikolu 13

    Disinn tat-tagħmir mhux installat

    Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18 ikunu jipprovdu hekk, id-disinn tat-tagħmir mhux installat ikun soġġett għal ċertifikazzjoni u jinħariġlu ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn tat-tagħmir mhux installat jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 18(1)(a)(ii).

    Dak iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ ukoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 18(1)(k), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tat-tagħmir mhux installat jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 18(1)(a)(ii).

    Artikolu 14

    Inġenju tal-ajru individwali

    Inġenji tal-ajru individwali jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u, meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18 ikun jipprovdu hekk, jinħarġilhom ċertifikat għall-istorbju.

    Dawk iċ-ċertifikati jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-disinn iċċertifikat skont l-Artikolu 11, u li l-inġenju tal-ajru huwa f’kundizzjoni li jitħaddem b’mod sikur u b’mod li jkun kompatibbli mal-ambjent.

    Artikolu 15

    Organizzazzjonijiet

    1.Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18, l-organizzazzjonijiet responsabbli għad-disinn u għall-manifattura ta’ prodotti, ta’ parts u ta’ tagħmir mhux installat ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u tinħarġilhom approvazzjoni.

    Dik l-approvazzjoni tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9. L-approvazzjoni tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-organizzazzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni.

    2.Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18, l-organizzazzjonijiet responsabbli għall-manutenzjoni u għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ prodotti, ta’ parts u ta’ tagħmir mhux installat ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u tinħarġilhom approvazzjoni.

    Dik l-approvazzjoni tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9. L-approvazzjoni tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-organizzazzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni.

    3.Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18 ikunu jipprovdu hekk, l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tal-persunal imsemmi fl-Artikolu 16 ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u tinħarġilhom approvazzjoni.

    Dik l-approvazzjoni tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9. L-approvazzjoni tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-organizzazzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni.

    Artikolu 16

    Persunal

    Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18 ikunu jipprovdu hekk, il-persunal responsabbli għar-rilaxx ta’ prodott, ta’ part jew ta’ tagħmir mhux installat wara li ssir manutenzjoni ikun soġġett għal ċertifikazzjoni u tinħariġlu liċenzja.

    Dik il-liċenzja tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li kapaċi jwettaq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-privileġġi tiegħu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9. Il-liċenzja tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-persunal u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liċenzja.

    Artikolu 17

    Derogi

    1.B’deroga mill-Artikoli 9, 10, 11 u 12, kif ikun xieraq:

    (a)il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli msemmija fl-Artikolu 9 tad-disinn tal-prodotti u d-disinn tal-parts jista’ jiġi vvalutat mingħajr il-ħruġ ta’ ċertifikat, meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18 ikunu jipprovdu hekk. F’dak il-każ, dawk l-atti delegati jiddefinixxu l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal valutazzjoni bħal din. Dawk l-atti delegati jistgħu jipprevedu li l-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn u għall-manifattura ta’ dawk il-prodotti u dawk il-parts titħalla tiddikjara l-konformità tad-disinn tal-prodotti u tad-disinn tal-parts ma’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali u mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18(1)(i) sabiex tiġi żgurata l-konformità ta’ dawk id-disinni ma’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali;

    (b)meta d-disinn ta’ inġenju tal-ajru ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9, jista’ jinħareġ ċertifikat ristrett tat-tip. F’dak il-każ, dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18(1)(a)(iii) u li d-disinn tal-inġenju tal-ajru huwa adegwat, fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali, fid-dawl tal-użu li biħsiebu jsir mill-inġenju tal-ajru;

    2.B’deroga mill-Artikoli 9, 10 u 14, kif ikun xieraq:

    (a)f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18, ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett għall-istorbju jinħarġu għall-inġenju tal-ajru li d-disinn tiegħu jew kien soġġett għal dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1(a) jew li għalih kien inħareġ ċertifikat ristrett tat-tip skont il-paragrafu 1(b). F’dak il-każ, dawk iċ-ċertifikati jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-inġenju tal-ajru jikkonforma ma’ dak id-disinn u li l-inġenju tal-ajru huwa f’kundizzjoni li jitħaddem b’mod sikur u b’mod li jkun kompatibbli mal-ambjent;

    (b)f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 18, permess għat-titjir jista’ jinħareġ sabiex jippermetti t-tħaddim ta’ inġenju tal-ajru li ma jkollux ċertifikat validu tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett validu tal-ajrunavigabbiltà. F’dak il-każ, permess għat-titjir bħal dan jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-inġenju tal-ajru kapaċi jwettaq titjira bażika b’mod sikur.

    Il-permess għat-titjir jista’ jinħareġ ukoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawn il-permessi għat-titjir f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 18(1)(k), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li l-inġenju tal-ajru kapaċi jwettaq titjira bażika b’mod sikur.

    Il-permess għat-titjir jkun soġġett għal limitazzjonijiet xierqa, kif previst f’dawk l-atti delegati, b’mod partikolari sabiex tiġi protetta s-sikurezza ta’ partijiet terzi.

    Artikolu 18

    Setgħat delegati

    1.Għall-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b), u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward:

    (a)tal-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit u nnotifikat applikant mill-Aġenzija skont l-Artikolu 66:

    (i)il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għal prodott għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikoli 11 u 17(1)(b);

    (ii)il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal part jew għal tagħmir mhux installat għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli 12 u 13;

    (iii)l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi dwar l-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali applikabbli għall-inġenji tal-ajru eliġibbli għal ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat ristrett għall-istorbju imsemmija fl-Artikolu 17(2)(a);

    (b)tal-kundizzjonijiet biex tinħareġ u titqassam informazzjoni obbligatorja mill-Aġenzija, skont l-Artikolu 66, sabiex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti, u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità ma’ dik l-informazzjoni obbligatorja;

    (c)tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-konformità tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(ii) mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9;

    (d)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 11, 12, 13, 14, 17(1)(b) u 17(2), inklużi:

    (i)il-kundizzjonijiet għal sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari, ċertifikati bħal dawn ikunu rikjesti jew ma jkunux rikjesti, skont kif ikun applikabbli;

    (ii)il-kundizzjonijiet dwar id-durata ta’ dawk iċ-ċertifikati u dwar it-tiġdid ta’ dawk iċ-ċertifikati meta d-durata tagħhom tkun limitata;

    (iii)il-kundizzjonijiet għall-ħruġ u għall-użu taċ-ċertifikati ristretti tal-ajrunavigabbiltà u taċ-ċertifikati ristretti għall-istorbju msemmija fl-Artikolu 17(2)(a);

    (iv)il-kundizzjonijiet għall-ħruġ u għall-użu tal-permessi għat-titjir imsemmija fl-Artikolu 17(2)(b);

    (v)id-dejta dwar l-adegwatezza operazzjonali, inkluż:

    is-sillabu minimu għat-taħriġ ta’ persunal li jiċċertifika l-manutenzjoni skont il-klassifikazzjoni tat-tip;

    is-sillabu minimu għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-bdoti u d-dejta ta’ referenza għall-kwalifikazzjoni oġġettiva ta’ simulaturi assoċjati;

    il-lista ewlenija ta’ tagħmir minimu, kif ikun xieraq;

    id-dejta dwar it-tip tal-inġenju tal-ajru rilevanti għall-ekwipaġġ tal-kabina;

    speċifikazzjonijiet addizzjonali sabiex tiġi żgurata konformità mat-Taqsima III ta’ dan il-Kapitolu;

    (v)il-kundizzjonijiet għall-manutenzjoni ta’ prodotti, ta’ parts u ta’ tagħmir mhux installat;

    (vii)il-kundizzjonijiet għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru;

    (e)ta’ rekwiżiti addizzjonali ta’ ajrunavigabbiltà għal prodotti, għal parts u għal tagħmir mhux installat, li d-disinn tagħhom diġà kien ġie ċċertifikat, li jkunu meħtieġa sabiex jappoġġaw it-titjib fl-ajrunavigabbiltà kontinwa u fis-sikurezza;

    (f)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka tal-approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15, inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, approvazzjonijiet bħal dawn ikunu rikjesti jew ma jkunux rikjesti, skont kif ikun applikabbli;

    (g)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka tal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 16, inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, liċenzji bħal dawn ikunu rikjesti;

    (h)tal-privileġġi u tar-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati li nħarġu skont din it-Taqsima u tal-organizzazzjonijiet li għamlu dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 17(1)(a);

    (i)tal-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għad-disinn tal-prodotti u għad-disinn tal-parts li huma soġġetti għal dikjarazzjoni skont l-Artikolu 17(1)(a);

    (j)tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri biex jiġu vvalutati, skont l-Artikolu 17(1)(a), l-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali tad-disinn tal-prodotti u tad-disinn tal-parts mingħajr il-ħtieġa li jinħareġ ċertifikat, inklużi il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet għall-operat;

    (k)tal-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjonijiet li tkun inħarġitilhom approvazzjoni ta’ organizzazzjoni skont l-Artikolu 15 jistgħu jingħataw il-privileġġ li joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 11, 12, 13 u 17(2)(b);

    (l)tal-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati, tal-informazzjoni dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa u ta’ dokumentazzjoni oħra relatata tal-ajrunavigabbiltà, li nħarġu f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiż terz, għall-fini li jiġi applikat l-Artikolu 57.

    2.Fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b), u tal-magni, tal-iskrejjen, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness I u l-Anness II, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà jew tal-kompatibbiltà ambjentali, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

    Taqsima II

    Ekwipaġġ tal-ajru

    Artikolu 19

    Rekwiżiti essenzjali

    Il-bdoti u l-ekwipaġġ tal-kabina involuti fl-operat ta’ inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), kif ukoll l-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir, il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika ta’ dawk il-bdoti u l-ekwipaġġ tal-kabina, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV.

    Artikolu 20

    Bdoti

    1.Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25, il-bdoti jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġulhom liċenzja tal-bdot u ċertifikat mediku tal-bdot li jkunu xierqa għall-operat li jrid jitwettaq.

    2.Liċenzja tal-bdot tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 19 dwar l-għarfien teoriku, il-ħila prattika, il-profiċjenza fil-lingwi u l-esperjenza.

    3.Ċertifikat mediku tal-bdot jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 19 dwar l-istat mediku.

    4.Il-liċenzji tal-bdoti u ċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti jispeċifikaw il-privileġġi li jingħataw lill-bdot.

    Artikolu 21

    Ekwipaġġ tal-kabina

    L-ekwipaġġ tal-kabina involut fl-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru jkun soġġett għal ċertifikazzjoni u tinħarġilhom approvazzjoni.

    Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 ikunu jipprovdu hekk, l-ekwipaġġ tal-kabina involut f’operazzjonijiet għajr tat-trasport kummerċjali bl-ajru jkun ukoll soġġett għal ċertifikazzjoni u tinħariġlu attestazzjoni.

    Dawk l-attestazzjonijiet jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 19 dwar l-għarfien teoriku, il-ħila prattika u l-istat mediku.

    Artikolu 22

    Organizzazzjonijiet tat-taħriġ u ċentri ajrumediċi

    Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25, l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina u ċ-ċentri ajrumediċi jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u tinħarġilhom approvazzjoni.

    Dik l-approvazzjoni tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 19.

    L-approvazzjoni tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-organizzazzjoni.

    Artikolu 23

    Apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir

    Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25, kull apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir li jintuża għat-taħriġ tal-bdoti jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni u jinħariġlu ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-apparat jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 19.

    Artikolu 24

    Għalliema u eżaminaturi

    Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25, il-persuni responsabbli biex jipprovdu it-taħriġ tat-titjir, it-taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir jew it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-kabina, jew biex jiġu vvalutati l-ħiliet tal-bdoti jew tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll l-eżaminaturi ajrumediċi, ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 19.

    Iċ-ċertifikat jispeċifika l-privileġġi li ngħataw.

    Artikolu 25

    Setgħat delegati

    1.Għall-bdoti u għall-ekwipaġġ tal-kabina involuti fl-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), kif ukoll għall-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir, għall-persuni u għall-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika ta’ dawk il-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward:

    (a)tal-klassifikazzjonijiet differenti għal-liċenzji tal-bdoti u għaċ-ċertifikati mediċi msemmija fl-Artikolu 20 li jkunu adegwati għat-tipi differenti ta’ attivitajiet li jitwettqu;

    (b)tal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tat-taħriġ u tal-esperjenza abbord l-inġenji tal-ajru li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament għall-finijiet li jinkisbu l-liċenzji tal-bdoti imsemmija fl-Artikolu 20(2);

    (c)tal-kundizzjonijiet għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-bdoti u tal-liċenzji nazzjonali tal-inġiniera tat-titjir li nħarġu abbażi tal-liġijiet tal-Istati Membri f’liċenzji tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 20(2) kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni taċ-ċertifikati mediċi nazzjonali li nħarġu abbażi tal-liġijiet tal-Istati Membri fiċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 20(3);

    (d)tal-privileġġi u tar-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ liċenzji, ta’ klassifikazzjonijiet għal-liċenzji, ta’ ċertifikati mediċi, ta’ approvazzjonijiet, ta’ attestazzjonijiet u ta’ ċertifikati msemmija fl-Artikoli 20, 21, 22, 23 u 24;

    (e)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka ta’ liċenzji, ta’ klassifikazzjonijiet, ta’ ċertifikati mediċi, ta’ approvazzjonijiet, ta’ attestazzjonijiet u ta’ ċertifikati msemmija fl-Artikoli 20, 21, 22, 23 u 24, inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, liċenzji, klassifikazzjonijiet, ċertifikati mediċi, approvazzjonijiet, attestazzjonijiet u ċertifikati bħal dawn ikunu rikjesti jew ma jkunux rikjesti, skont kif ikun applikabbli;

    (f)tal-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzji tal-bdoti, ta’ ċertifikati mediċi tal-bdoti u ta’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, li nħarġu f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiż terz, għall-fini li jiġi applikat l-Artikolu 57;

    (g)tal-kundizzjonijiet li skonthom l-attivitajiet regolamentati f’din it-Taqsima jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet f’ġieħ is-sikurezza.

    2.Fir-rigward tal-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti fl-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), kif ukoll l-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir, il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika ta’ dawk il-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness IV, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-ekwipaġġ tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

    3.Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 u 2 jinkludu, meta dan ikun xieraq, dispożizzjonijiet għall-ħruġ tat-tipi kollha ta’ liċenzji tal-bdoti u ta’ klassifikazzjonijiet rikjesti skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Dawk ir-regoli jistgħu jinkludu wkoll dispożizzjonijiet għall-ħruġ ta’ tipi oħra ta’ liċenzji u ta’ klassifikazzjonijiet.

    Taqsima III

    Operazzjonijiet tal-ajru

    Artikolu 26

    Rekwiżiti essenzjali

    L-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b) jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V u, jekk ikun applikabbli, fl-Annessi VII u VIII.

    Artikolu 27

    Operaturi

    1.L-operaturi li jkollhom post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati u li jkunu involuti f’operat tat-trasport kummerċjali bl-ajru jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 26. Iċ-ċertifikat jispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-operatur u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-operat.

    2.Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28 ikunu jipprovdu hekk, l-operaturi stabbiliti, li jkunu residenti jew li jkollhom post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati u li jkunu involuti f’operat għajr tat-trasport kummerċjali bl-ajru, ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 26. Iċ-ċertifikat jispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-operatur u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-operat.

    B’deroga mill-ewwel sottoparagrafu, meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28 ikunu jipprovdu hekk, l-operaturi stabbiliti, li jkunu residenti jew li jkollhom post prinċipali tan-negozju fit-territorju tal-Istati Membri li għalih japplikaw it-Trattati u li jkunu involuti f’operazzjonijiet għajr tat-trasport kummerċjali bl-ajru, jitħallew jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-operat f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 26.

    3.L-Istati Membri jiżguraw li l-operat tal-inġenji tal-ajru fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew minn operatur stabbilit, li jkun residenti jew ikollu post prinċipali tan-negozju ’l barra mit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, iżda li għalih l-Istati Membri jwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tal-operatur skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif ukoll il-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti f’dawk l-operazzjonijiet, jilħqu livell ta’ sikurezza li jkun ekwivalenti għal dak stabbilit b’dan ir-Regolament.

    Artikolu 28

    Setgħat delegati

    1.Għall-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward:

    (a)tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-operat tal-inġenji tal-ajru f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 26;

    (b)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 27(1) u (2), inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ikunu rikjesti ċertifikati bħal dawn jew ikunu permessi dikjarazzjonijiet, skont kif ikun applikabbli;

    (c)tal-privileġġi u tar-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 27(1) u (2) u tal-operaturi li joħorġu dikjarazzjonijiet skont ir-regoli dettaljati msemmija fil-punt (b);

    (d)tal-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-operaturi msemmija fl-Artikolu 27(1) u (2) u mill-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom fir-rigward tal-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjir u tal-ħidma, kif ukoll fir-rigward tar-rekwiżiti tal-mistrieħ għall-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru;

    (e)tar-rekwiżiti addizzjonali neċessarji sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 26 applikabbli għall-operaturi stabbiliti, li jkunu residenti jew li jkollhom post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw t-Trattati meta dawk l-operaturi jidħlu għal ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċijiet tat-titjir jew f’arranġamenti ta’ kiri bl-ekwipaġġ ma’ operaturi stabbiliti, li jkunu residenti jew li jkollhom post prinċipali tan-negozju ’l barra minn dak it-territorju;

    (f)tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri neċessarji sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 26 fir-rigward tal-approvazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ skemi individwali ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir u tal-ħruġ ta’ opinjonijiet tal-Aġenzija dwar dawk l-iskemi skont l-Artikolu 65(7);

    (g)tal-kundizzjonijiet li skonthom it-tħaddim tal-inġenji tal-ajru jiġi pprojbit, limitat jew soġġett għal ċerti kundizzjonijiet f’ġieħ is-sikurezza.

    2.Fir-rigward tal-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew tissupplimenta l-Anness V u, jekk ikun applikabbli, l-Annessi VII u VIII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-operat tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

    Taqsima IV

    Ajrudromi

    Artikolu 29

    Rekwiżiti essenzjali

    L-ajrudromi, it-tagħmir tal-ajrudromi, l-operat tal-ajrudromi, u l-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa fl-ajrudromi jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VII u, jekk ikun applikabbli, fl-Anness VIII.

    Artikolu 30

    Ċertifikazzjoni tal-ajrudromi

    1.L-ajrudromi jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat. Il-bidliet f’dak iċ-ċertifikat ikunu wkoll soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħareġ ċertifikat tal-bidliet.

    Dak iċ-ċertifikat u dik iċ-ċertifikazzjoni tal-bidliet jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-ajrudrom jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom stabbilita fil-paragrafu 2 u li l-ajrudrom ma jkollu l-ebda fattur jew karatteristika li jagħmluh perikoluż għall-operat.

    Dawk iċ-ċertifikati jkopru l-ajrudrom u t-tagħmir relatat mas-sikurezza tiegħu.

    2.Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni għal ajrudrom tikkonsisti minn dan li ġej:

    (a)l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni relatati mat-tip ta’ ajrudromi;

    (b)id-dispożizzjonijiet li għalihom ikun ġie aċċettat livell ekwivalenti ta’ sikurezza;

    (c)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali neċessarji meta l-karatteristiċi tad-disinn ta’ ajrudrom partikolari jew l-esperjenza fl-operat iwasslu biex kwalunkwe speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) ma tkunx adegwata jew xierqa sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29.

    Artikolu 31

    Tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza

    1.Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 34 ikunu jipprovdu hekk, it-tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza u li jintuża jew li jkun maħsub biex jintuża fl-ajrudromi soġġetti għal dan ir-Regolament ikun soġġett għal ċertifikazzjoni u jinħariġlu ċertifikat.

    Iċ-ċertifikat għal tagħmir bħal dan jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li t-tagħmir jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti skont l-Artikolu 34 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29.

    2.B’deroga mill-paragrafu 1, meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 34 ikunu jipprovdu hekk, l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-manifattura u fil-manutenzjoni ta’ tagħmir tal-ajrudromi li jkun kritiku għas-sikurezza jitħallew jiddikjaraw il-konformità ta’ dak it-tagħmir li jkun kritiku għas-sikurezza mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29.

    Artikolu 32

    Organizzazzjonijiet

    1.L-organizzazzjonijiet responsabbli mill-operat tal-ajrudromi jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 34 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29.

    Iċ-ċertifikat jispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-organizzazzjoni ċċertifikata u l-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikat.

    2.L-organizzazzjonijiet responsabbli għall-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa fl-ajrudromi soġġetti għal dan ir-Regolament jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mas-servizzi pprovduti f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29.

    Artikolu 33

    Protezzjoni tal-inħawi tal-ajrudromi

    1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-ajrudromi li jkun jinsabu fit-territorju tagħhom ikunu salvagwardjati minn attivitajiet u żviluppi fl-inħawi tagħhom li jaf jikkawżaw riskji inaċċettabbli għall-inġenji tal-ajru li juża l-ajrudrom.

    2.L-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32(1) jagħmlu monitoraġġ tal-attivitajiet u tal-iżviluppi li jaf jikkawżaw riskji inaċċettabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-inħawi tal-ajrudrom ladarba jkunu responsabbli għall-operat tiegħu. Dawn jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex itaffu dawk ir-riskji sa fejn dan ikun fil-kontroll tagħhom u, meta dan ma jkunx il-każ, iressqu dawk ir-riskji għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-ajrudrom.

    Artikolu 34

    Setgħat delegati

    1.Għall-ajrudromi, it-tagħmir tal-ajrudromi li jkun kritiku għas-sikurezza, l-operat tal-ajrudromi, u l-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u ta’ ġestjoni tar-rampa fl-ajrudromi, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistipula regoli dettaljati fir-rigward:

    (a)tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-operat tal-ajrudromi f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29;

    (b)tal-kundizzjonijiet sabiex l-applikant jiġi nnotifikat bil-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal ajrudrom għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 30(1) u sabiex tiġi stabbilita l-bażi taċ-ċertifikazzjoni, skont l-Artikolu 30(2);

    (c)tal-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u jiġu nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għat-tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza u għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 31(1);

    (d)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka taċ-ċertifikati tal-ajrudromi msemmija fl-Artikolu 30, inklużi l-limitazzjonijiet tal-operat relatati mad-disinn speċifiku tal-ajrudrom;

    (e)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka taċ-ċertifikati għat-tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza msemmi fl-Artikolu 31, inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ikunu rikjesti ċertifikati bħal dawn jew ikunu permessi dikjarazzjonijiet, skont kif ikun applikabbli;

    (f)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 32(1);

    (g)tal-privileġġi u tar-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 30, 31(1) u 32(1), u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 31(2);

    (h)tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ groundhandling u minn organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa skont l-Artikolu 32(2);

    (i)tal-privileġġi u tar-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ groundhandling u tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa li għamlu dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 32(2);

    (j)tal-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni u għall-konverżjoni ta’ ċertifikati tal-ajrudromi nazzjonali li nħarġu abbażi tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri, fiċ-ċertifikati tal-ajrudromi msemmija fl-Artikolu 30, inklużi l-miżuri li diġà jkunu awtorizzati mill-Istat Membru kkonċernat abbażi ta’ differenzi nnotifikati meta mqabbel mal-Anness 14 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

    (k)tal-kundizzjonijiet li skonthom l-operat tal-ajrudromi, jew l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 32(2), jiġi pprojbit, limitat jew soġġett għal ċerti kundizzjonijiet f’ġieħ is-sikurezza;

    (l)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ u għat-tixrid ta’ informazzjoni obbligatorja mill-Aġenzija skont l-Artikolu 65(6) u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-operat tal-ajrudrom u tat-tagħmir tal-ajrudrom.

    2.Fir-rigward tal-ajrudromi, tat-tagħmir tal-ajrudromi, tal-operat tal-ajrudromi, u tas-servizzi ta’ groundhandling u ta’ ġestjoni tar-rampa, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness VII u, jekk ikun applikabbli, l-Anness VIII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-ajrudromi, sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

    Taqsima V

    ATM/ANS

    Artikolu 35

    Rekwiżiti essenzjali

    Il-forniment ta’ ATM/ANS jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VIII u, jekk ikun applikabbli, fl-Anness VII.

    Artikolu 36

    Fornituri ATM/ANS

    1.Il-fornituri tal-ATM/tal-ANS ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 35.

    Iċ-ċertifikat jispeċifika l-privileġġi li ngħataw u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi pprovduti.

    2.B’deroga mill-paragrafu 1, f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjir għandhom jitħallew jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mas-servizzi pprovduti f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 35.

    F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat jgħarraf lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu. Id-deċiżjoni tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-Aġenzija tinkludiha fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

    Artikolu 37

    Organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-manutenzjoni ta’ sistemi u ta’ kostitwenti ATM/ANS

    1.Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 ikunu jipprovdu hekk, l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-manutenzjoni ta’ sistemi u ta’ kostitwenti ATM/ANS, li fuqhom jiddependu s-sikurezza jew l-interoperabbiltà, ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 35.

    Iċ-ċertifikat jispeċifika l-privileġġi li ngħataw.

    2.B’deroga mill-paragrafu 1, meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 ikunu jipprovdu hekk, l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-manutenzjoni ta’ sistemi u ta’ kostitwenti ATM/ANS, li fuqhom jiddependu s-sikurezza jew l-interoperabbiltà, għandhom ikunu awtorizzati jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-attivitajiet li twettqu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 35.

    Artikolu 38

    Sistemi u kostitwenti ATM/ANS

    1.Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 ikunu jipprovdu hekk, il-fornituri ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 36 għandhom jintalbu jiddikjaraw li s-sistemi u l-kostitwenti ATM/ANS, li fuqhom jiddependu s-sikurezza jew l-interoperabbiltà, u li jridu jitħaddmu minn dawk il-fornituri tas-servizzi, jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 35.

    2.Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 ikunu jipprovdu hekk, is-sistemi u l-kostitwenti ATM/ANS, li fuqhom jiddependu s-sikurezza jew l-interoperabbiltà, ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li s-sistemi u l-kostitwenti jikkonformaw mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 35.

    B’deroga mill-ewwel sottoparagrafu, meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 ikunu jipprovdu hekk, l-organizzazzjoni involuta fid-disinn, fil-manifattura jew fil-manutenzjoni ta’ sistemi u ta’ kostitwenti ATM/ANS, li fuqhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà, għandhom ikunu awtorizzati jiddikjaraw li dawk is-sistemi u l-kostitwenti jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti skont l-Artikolu 39 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 35 u li dawk is-sistemi u l-kostitwenti jkunu adattati għall-użu.

    Artikolu 39

    Setgħat delegati

    1.Għall-forniment ta’ ATM/ANS, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex jiġu stabbiliti regoli dettaljati fir-rigward:

    (a)tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-forniment ta’ ATM/ANS f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 35;

    (b)tal-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għal sistemi u għal kostitwenti ATM/ANS għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 38(2);

    (c)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 36, inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, jiġu permessi d-dikjarazzjonijiet, skont kif ikun applikabbli;

    (d)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1) u (2), inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ikunu rikjesti ċertifikati bħal dawn jew ikunu permessi dikjarazzjonijiet, skont kif ikun applikabbli;

    (e)tal-privileġġi u tar-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 36 u, meta jkun rilevanti, fl-Artikoli 37 u 38;

    (f)tal-privileġġi u tar-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li joħorġu dikjarazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 37(2) u 38(2);

    (g)tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn fornituri ATM/ANS, skont l-Artikolu 38(1), inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ikunu rikjesti dikjarazzjonijiet bħal dawn;

    (h)tal-kundizzjonijiet li skonthom il-forniment ta’ ATM/ANS jiġi pprojbit, limitat jew soġġett għal ċerti kundizzjonijiet f’ġieħ is-sikurezza;

    (i)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ u għat-tixrid ta’ informazzjoni obbligatorja mill-Aġenzija skont l-Artikolu 65(6) u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza fil-forniment ta’ ATM/ANS;

    (j)tar-regoli tal-operat relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru u mas-sistemi ATM/ANS meħtieġa għall-użu tal-ispazju tal-ajru.

    2.Fir-rigward tal-forniment ta’ ATM/ANS, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness VIII u, jekk ikun applikabbli l-Anness VII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-ATM/mal-ANS, sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

    3.Meta ikun xieraq, ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

    (a)ikunu konsistenti mal-Pjan Regolatorju tal-ATM;

    (b)jiġu żviluppati abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX u jipprevedu mekkaniżmi tranżizzjonali sabiex tiġi żgurata l-kontinwità taċ-ċertifikati li ngħataw skont dak ir-Regolament.

    Taqsima VI

    Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

    Artikolu 40

    Rekwiżiti essenzjali

    Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll l-apparat sintetiku tat-taħriġ, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VIII.

    Artikolu 41

    Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

    1.Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u tinħarġilhom liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru u ċertifikat mediku xieraq għas-servizz li jrid jiġi pprovdut.

    2.Il-liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru msemmija fil-paragrafu 1 tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant għal-liċenzja jkun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 44 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 fir-rigward tal-għarfien teoriku, il-ħila prattika, il-profiċjenza fil-lingwi u l-esperjenza.

    3.Iċ-ċertifikat mediku msemmi fil-paragrafu 1 jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jkun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 44 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 dwar l-istat mediku.

    4.Il-liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru u ċ-ċertifikat mediku jispeċifikaw il-privileġġi li ngħataw lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liċenzja u taċ-ċertifikat mediku.

    Artikolu 42

    Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, eżaminaturi ajrumediċi u ċentri ajrumediċi

    L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, l-eżaminaturi ajrumediċi u ċ-ċentri ajrumediċi jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 44 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40.

    Iċ-ċertifikat jispeċifika l-privileġġi li ngħataw.

    Artikolu 43

    Għalliema u eżaminaturi

    Il-persuni responsabbli li jipprovdu t-taħriġ prattiku jew li jivvalutaw il-ħiliet prattiċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat.

    Dak iċ-ċertifikat jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 44 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40.

    Iċ-ċertifikat jispeċifika l-privileġġi li ngħataw.

    Artikolu 44

    Setgħat delegati

    1.Għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll għall-persuni u għall-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward:

    (a)tal-klassifikazzjonijiet u tal-approvazzjonijiet differenti għal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 41;

    (b)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka tal-liċenzji, tal-klassifikazzjonijiet u tal-approvazzjonijiet għal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u għaċ-ċertifikati mediċi msemmija fl-Artikolu 41 u għaċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 42 u 43;

    (c)tal-privileġġi u tar-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, tal-klassifikazzjonijiet u tal-approvazzjonijiet għal-liċenzji, għaċ-ċertifikati mediċi u għaċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 41, 42 u 43;

    (d)tal-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni u għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u taċ-ċertifikati mediċi nazzjonali li nħarġu abbażi tal-liġijiet tal-Istati Membri fil-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u fiċ-ċertifikati mediċi msemmija fl-Artikolu 41;

    (e)tal-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li nħarġu f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiż terz għall-fini li jiġi applikat l-Artikolu 57;

    (f)tal-kundizzjonijiet li skonthom l-għoti ta’ taħriġ fil-post tax-xogħol jiġi pprojbit, limitat jew soġġett għal ċerti kundizzjonijiet f’ġieħ is-sikurezza;

    (g)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ u għat-tixrid ta’ informazzjoni obbligatorja mill-Aġenzija skont l-Artikolu 65(6) u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza fl-għoti ta’ taħriġ fil-post tax-xogħol.

    2.Fir-rigward tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, tal-persuni u tal-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll tal-apparat sintetiku tat-taħriġ, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness VIII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u mal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

    Taqsima VII

    Inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

    Artikolu 45

    Rekwiżiti essenzjali għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

    Id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll tagħhom mill-bogħod għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IX.

    Artikolu 46

    Konformità tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord

    1.Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 ikunu jipprovdu dan, bil-ħsieb li jinkisbu livelli adegwati ta’ sikurezza, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-funzjonament tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni. Iċ-ċertifikati jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 45. Iċ-ċertifikat jispeċifika l-limitazzjonijiet relatati mas-sikurezza, il-kundizzjonijiet tal-operat u l-privileġġi.

    2.Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 ikunu jipprovdu dan, bil-ħsieb li jinkisbu livelli adegwati ta’ sikurezza, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-funzjonament ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom ikunu soġġetti għal dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni ssir meta jiġu rrispettati r-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 45 u r-regoli dettaljati korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali.

    3.Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 ikunu jipprovdu dan, peress li l-livelli xierqa ta’ sikurezza jistgħu jinkisbu mingħajr l-applikazzjoni tal-Kapitoli IV u V ta’ dan ir-Regolament, dawk il-Kapitoli ma għandhomx japplikaw għar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 45 u fir-regoli dettaljati korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali. F’każijiet bħal dawn, dawk ir-rekwiżiti u r-regoli jikkostitwixxu “leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni” fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93, u tad-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE.

    Artikolu 47

    Setgħat Delegati

    1.Fir-rigward tad-disinn, tal-produzzjoni, tal-manutenzjoni u tal-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot u tal-magni, tal-iskrejjen, tal-parts, tat-tagħmir mhux installat u tat-tagħmir biex l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward:

    (a)tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni, jew għar-revokar taċ-ċertifikati għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għall-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot imsemmija fl-Artikolu 46(1) u (2), inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ikunu rikjesti ċertifikati bħal dawn jintalbu jew ikunu permessi dikjarazzjonijiet, skont kif ikun applikabbli;

    (b)tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri li skonthom operatur ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiddependi fuq iċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet li nħarġu f’konformità mat-Taqsimiet I, II, III u VIII;

    (c)tal-kundizzjonijiet li skonthom ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll tagħhom mill-bogħod, ma jkunux soġġetti għall-Kapitoli IV u V ta’ dan ir-Regolament, għall-fini tal-Artikolu 46(3);

    (d)tal-privileġġi u tar-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati u tal-operaturi li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet;

    (e)tal-immarkar u tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord;

    (f)tal-kundizzjonijiet li skonthom l-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet f’ġieħ is-sikurezza.

    2.Fir-rigward tad-disinn, tal-produzzjoni, tal-manutenzjoni u tal-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir li bih l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness IX u, jekk ikun applikabbli, l-Anness III, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-operat tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

    Taqsima VIII

    Inġenji tal-ajru li jintużaw minn operatur minn pajjiż terz lejn l-Unjoni, fiha jew ’il barra minnha

    Artikolu 48

    Regoli applikabbli

    L-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(c), kif ukoll l-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom u l-operat tagħhom, ikunu konformi mal-istandards applikabbli tal-ICAO. Sa fejn ma jkunx hemm standards bħal dawn, dawk l-inġenji tal-ajru kif ukoll l-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom u l-operat tagħhom għandhom jkunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Annessi II, IV, V u, jekk ikun applikabbli, l-Anness VIII, diment li dawk ir-rekwiżiti ma jmorrux kontra d-drittijiet ta’ pajjiżi terzi taħt konvenzjonijiet internazzjonali.

    Artikolu 49

    Konformità

    1.L-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) għat-trasport kummerċjali bl-ajru jkun suġġett għal ċertifikazzjoni u tinħariġlu awtorizzazzjoni.

    Dik l-awtorizzazzjoni tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu u d-disponibbiltà tal-mezzi biex iwettaq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-operat ta’ dak l-inġenju tal-ajru f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 48.

    L-awtorizzazzjoni tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-operatur u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-operat.

    2.Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 50 ikunu jipprovdu hekk, l-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) għajr għat-trasport kummerċjali bl-ajru jkun soġġett għal ċertifikazzjoni u tinħariġlu awtorizzazzjoni.

    Dik l-awtorizzazzjoni tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu u d-disponibbiltà tal-mezzi biex iwettaq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-operat ta’ dak l-inġenju tal-ajru f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 48.

    L-awtorizzazzjoni tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-operatur u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-operat.

    B’deroga mill-ewwel sottoparagrafu, meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 50 ikunu jipprovdu hekk, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) li jkunu involuti f’operat għajr fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jitħallew jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-operat ta’ dawk l-inġenji tal-ajru f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 48.

    3.L-awtorizzazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu meħtieġa biss fir-rigward tal-operat tal-inġenji tal-ajru lejn it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, fih jew ’il barra minnu, bl-eċċezzjoni tal-operat ta’ inġenji tal-ajru li sempliċiment ikun qed itiru minn fuq dak it-territorju.

    Artikolu 50

    Setgħat delegati

    1.Għall-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(c), kif ukoll għall-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom u għall-operat tagħhom, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward:

    (a)tal-awtorizzazzjoni ta’ inġenji tal-ajru, li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm l-ebda ċertifikat standard tal-ICAO għall-ajrunavigabbiltà, jew tal-awtorizzazzjoni ta’ bdoti, li ma jkollhomx liċenzja standard tal-ICAO, sabiex joperaw lejn it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, fih jew ’il barra minnu;

    (b)tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-operat ta’ inġenju tal-ajru f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 48;

    (c)tal-kundizzjonijiet alternattivi għal każijiet meta l-konformità mal-istandards u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 48 ma tkunx possibbli jew tinvolvi sforz sproporzjonat mill-operatur, filwaqt li jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-għanijiet tal-istandards u tar-rekwiżiti kkonċernati;

    (d)tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revokar tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49, inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ikunu rikjesti awtorizzazzjonijiet jew ikunu permessi dikjarazzjonijiet, skont kif ikun applikabbli. Dawn il-kundizzjonijiet iqisu ċ-ċertifikati li nħarġu mill-istat tar-reġistrazzjoni jew mill-istat tal-operatur, u jkunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u għar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu;

    (e)il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49(1) u (2), u, meta jkun rilevanti, l-operaturi li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2);

    (f)il-kundizzjonijiet li skonthom l-operat tal-inġenju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 2(1)(c), għandu jiġi pprojbit, limitat jew soġġett għal ċerti kundizzjonijiet f’ġieħ is-sikurezza.

    2.Meta tadotta r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżgura, b’mod partikolari, li:

    (a)isir użu, kif xieraq, mill-prattiki rakkomandati u mid-dokumenti ta’ gwida tal-ICAO;

    (b)l-ebda rekwiżit ma jisboq dak li huwa meħtieġ skont dan ir-Regolament mill-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(i) kif ukoll mill-ekwipaġġ tal-ajru u mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru bħal dawn;

    (c)il-proċess li permezz tiegħu jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49(1) u (2) ikun sempliċi, proporzjonat, effettiv u kosteffiċjenti u jippermetti t-turija tal-konformità b’mod proporzjonat mal-kumplessità tal-operat u mar-riskju involut f’dak l-operat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu/tiġi meqjusa:

    (i)ir-riżultati tal-Programm Universali ta’ Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO;

    (ii)l-informazzjoni li tinġabar fil-qafas ta’ programmi ta’ spezzjoni tar-rampa stabbiliti f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 51(10);

    (iii)informazzjoni rikonoxxuta oħra dwar aspetti ta’ sikurezza fir-rigward tal-operatur ikkonċernat;

    (iv)iċ-ċertifikati li jinħarġu f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiż terz.

    (d)l-aspetti relatati mal-ATM/mal-ANS.

    KAPITOLU IV

    SISTEMA KONĠUNTA TA’ ĊERTIFIKAZZJONI, TA’ SORVELJANZA U TA’ INFURZAR

    Artikolu 51

    Ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar

    1.L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw fi ħdan sistema Ewropea unika tas-sikurezza tal-avjazzjoni sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

    2.Sabiex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandhom:

    (a)jirċievu u jivvalutaw l-applikazzjonijiet li jsirulhom, joħorġu, u, meta dan ikun applikabbli, iġeddu ċ-ċertifikati u jirċievu d-dikjarazzjonijiet li jsirulhom, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III;

    (b)jissorveljaw id-detenturi taċ-ċertifikati, ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet, u ta’ prodotti, ta’ parts, ta’ tagħmir, ta’ sistemi ATM/ANS, ta’ kostitwenti ATM/ANS, ta’ apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u ta’ ajrudromi li jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III;

    (c)imexxu l-investigazzjonijiet neċessarji, l-ispezzjonijiet, l-awditjar u attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ sabiex jiġi identifikat ksur possibbli mill-persuni msemmija fil-punt (b) tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, li huma applikabbli għalihom;

    (d)jieħdu l-miżuri neċessarji kollha ta’ infurzar, inkluż l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati li nħarġu minnhom, il-projbizzjoni tal-inġenji tal-ajru mit-titjir u l-applikazzjoni ta’ penali, sabiex jintemm il-ksur identifikat.

    3.Ir-responsabbiltajiet għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar imsemmija fil-paragrafu 2 jiġu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

    L-Aġenzija tkun responsabbli meta dawk il-kompiti ikunu ġew attribwiti lilha skont l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 68, 69 u 70.

    L-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih jinstab l-ajrudrom tkun responsabbli għal dawk il-kompiti fir-rigward taċ-ċertifikat tal-ajrudrom imsemmi fl-Artikolu 30(1) u taċ-ċertifikat għal organizzazzjoni li tkun responsabbli għall-operat ta’ ajrudrom imsemmija fl-Artikolu 32(1). Iċ-ċertifikat għal organizzazzjoni li tkun responsabbli għall-operat ta’ ajrudrom jista’ jew jiġi kkombinat maċ-ċertifikat għal ajrudrom jew inkella jinħareġ separatament.

    Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li tkun residenti fih il-persuna fiżika li tapplika għaċ-ċertifikat jew li tagħmel id-dikjarazzjoni, jew, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, meta l-persuna jkollha l-istabbiliment primarju tagħha, tkun responsabbli għal dawk il-kompiti, sakemm l-atti delegati adottati skont il-paragrafu 10 ma jipprevedux mod ieħor.

    Madankollu, meta l-atti delegati adottati skont il-paragrafu 14 ikunu jipprovdu hekk:

    (a)l-eżaminaturi ajrumediċi, iċ-ċentri ajrumediċi u t-tobba jkunu responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 20(3) u taċ-ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 41(1);

    (b)l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina li tkun inħarġitilhom approvazzjoni skont l-Artikolu 22 u l-operaturi li jkun inħarġilhom ċertifikat skont l-Artikolu 27 ikunu responsabbli għall-ħruġ tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fl-Artikolu 21.

    4.Is-sorveljanza mwettqa mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tkun kontinwa u bbażata fuq il-prijoritajiet stabbiliti fid-dawl tar-riskji għall-avjazzjoni ċivili.

    5.L-Aġenzija ġġesti u tħaddem l-għodod u l-proċeduri neċessarji għall-ġbir, għall-iskambju u għall-analiżi ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza li tkun inkisbet mill-programmi ta’ spezzjoni tar-rampa stabbiliti mill-atti delegati adottati skont il-paragrafu 10.

    6.Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jiskambjaw l-informazzjoni, inkluż dwar ksur possibbli jew identifikat.

    7.L-Aġenzija tippromwovi fehim komuni u applikazzjoni tar-rekwiżiti li hemm f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, inter alia, billi tiżviluppa l-materjal ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 65(3) f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

    8.Kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika soġġetta għal dan ir-Regolament tista’ tiġbed l-attenzjoni tal-Aġenzija għal kwalunkwe differenzi allegati fl-applikazzjoni tar-regoli bejn l-Istati Membri. Meta differenzi bħal dawn ixekklu serjament l-operat ta’ dawk il-persuni, jew inkella jwasslu għal diffikultajiet sostanzjali, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jikkooperaw sabiex jiġu eliminati dawk id-differenzi mingħajr dewmien bla bżonn. Meta dawk id-differenzi ma jkunux jistgħu jiġu eliminati, l-Aġenzija tippreżenta l-kwistjoni lill-Kummissjoni.

    9.L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jieħdu l-azzjonijiet neċessarji sabiex iżidu u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u sabiex ixerrdu l-informazzjoni relatata mas-sikurezza li tkun rilevanti għall-prevenzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti.

    10.Fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward:

    (a)tal-kundizzjonijiet għall-ġbir, għall-iskambju u għat-tixrid ta’ informazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom;

    (b)tal-kundizzjonijiet għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet, tal-ispezzjonijiet, tal-awditjar u ta’ attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ li jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-persuni ġuridiċi u fiżiċi, tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir, tas-sistemi ATM/ANS, tal-kostitwenti ATM/ANS, tal-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u tal-ajrudromi li huma soġġetti għal dan ir-Regolament;

    (c)tal-kundizzjonijiet għall-kwalifiki tal-ispetturi u tal-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tagħhom;

    (d)tal-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-ispezzjonijiet tar-rampa u għall-projbizzjoni tal-inġenji tal-ajru mit-titjir meta l-inġenju tal-ajru, l-operatur tiegħu jew l-ekwipaġġ tal-ajru tiegħu ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

    (e)tal-kundizzjonijiet għas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ ġestjoni tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar;

    (f)tal-paragrafu 3, il-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar;

    (g)tal-paragrafu 3, il-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet lil eżaminaturi ajrumediċi u ċentri ajrumediċi għall-fini li jinħarġu ċertifikati mediċi tal-bdoti u ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll il-kundizzjonijiet li skonthom it-tobba jingħataw responsabbiltajiet bħal dawn, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni medika tal-bdoti u tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;

    (h)tal-paragrafu 3, il-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet lil organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-kabina għall-fini li jinħarġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.

    Artikolu 52

    Spetturi Ewropej tal-avjazzjoni

    1.L-Aġenzija, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għandha tistabbilixxi mekkaniżmu għall-akkomunament u għall-kondiviżjoni ta’ spetturi u ta’ persunal ieħor b’għarfien espert rilevanti għat-twettiq tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza skont dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, l-Aġenzija tiddefinixxi u tikkomunika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-profili meħtieġa ta’ kwalifiki u ta’ esperjenza li abbażi tagħhom dawk l-awtoritajiet jaħtru, soġġett għad-disponibbiltà, kandidati għall-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu ta’ akkomunament u ta’ kondiviżjoni biex ikopru r-rwol ta’ spetturi Ewropej tal-avjazzjoni.

    2.L-Aġenzija u kull awtorità nazzjonali kompetenti tista’ titlob assistenza mill-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ ċertifikazzjoni. L-Aġenzija tikkoordina dawk it-talbiet u tiżviluppa proċeduri xierqa għal dak l-iskop, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

    3.L-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni jwettqu l-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ ċertifikazzjoni tagħhom taħt il-kontroll, l-istruzzjonijiet u r-responsabbiltà tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali kompetenti li talbet l-assistenza tagħhom.

    4.Il-kostijiet tal-assistenza pprovduta mill-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni li nħatru mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu koperti permezz ta’ tariffi. Għal dak l-għan, l-Aġenzija tibgħat il-fattura, f’isem l-awtorità nazzjonali kompetenti li ġarrbet il-kostijiet, lill-persuna ġuridika jew fiżika li kienet soġġetta għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza li twettqu minn dawk l-ispetturi. L-Aġenzija tittrasferixxi l-ammont li jkun inġabar minn dik il-persuna lill-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata.

    5.Fir-rigward tal-mekkaniżmu għall-akkomunament u għall-kondiviżjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward:

    (a)tad-drittijiet u tal-obbligi tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jitolbu, jirċievu jew jipprovdu assistenza permezz ta’ dak il-mekkaniżmu;

    (b)tal-awtorizzazzjonijiet u tar-regoli applikabbli għall-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni meta jkunu qed jipprovdu assistenza bħal din;

    (c)tal-istabbiliment u tal-ġbir tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 4.

    Artikolu 53

    Trasferiment tar-responsabbiltà

    1.L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu lill-Aġenzija, ir-responsabbiltà għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar fir-rigward ta’ kwalunkwe jew kull organizzazzjoni, operatur, persunal, inġenju tal-ajru, apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir jew ajrudrom li għalih l-Istat Membru kkonċernat ikun responsabbli skont dan ir-Regolament.

    Malli jsir trasferiment bħal dan, l-Aġenzija ssir l-awtorità kompetenti għall-finijiet tar-responsabbiltà trasferita u l-Istat Membru kkonċernat jinħeles minn din ir-responsabbiltà. Fir-rigward tat-twettiq ta’ dik ir-responsabbiltà mill-Aġenzija, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli IV u V.

    2.B’kunsens reċiproku, l-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu lil Stat Membru ieħor ir-responsabbiltà għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar fir-rigward ta’ kwalunkwe jew kull organizzazzjoni, operatur, persunal, inġenju tal-ajru, apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir jew ajrudrom li għalih l-Istat Membru kkonċernat huwa responsabbli skont dan ir-Regolament.

    Malli jsir trasferiment bħal dan, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li jirċievi din ir-responsabbiltà jsir l-awtorità kompetenti għall-finijiet tar-responsabbiltà trasferita u l-Istat Membru li jittrasferixxi r-responsabbiltà jinħeles minn din ir-responsabbiltà.

    Fir-rigward tat-twettiq ta’ dik ir-responsabbiltà, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II u IV u l-Artikoli 120 u 121, kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jirċievi r-responsabbiltà.

    3.L-Aġenzija jew Stat Membru, kif ikun applikabbli, jaqblu mat-trasferiment tar-responsabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ladarba jiġi ssodisfat li jkunu jistgħu jwettqu b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet trasferiti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

    4.Meta Stat Membru jaħseb biex jittrasferixxi ċerti responsabbiltajiet skont il-paragrafi 1 jew 2, dan għandu jistabbilixxi flimkien mal-Aġenzija jew mal-Istat Membru l-ieħor, kif applikabbli, il-pjan ta’ tranżizzjoni li jiżgura t-trasferiment ordnat ta’ dawk ir-responsabbiltajiet. Il-persuni ġuridiċi u fiżiċi kkonċernati b’dan it-trasferiment u, f’każ ta’ trasferiment imsemmi fil-paragrafu 2, l-Aġenzija tiġi kkonsultata dwar dak il-pjan ta’ tranżizzjoni qabel jiġi ffinalizzat.

    L-Aġenzija u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat/i, kif ikun applikabbli, jiżguraw li t-trasferiment tar-responsabbiltajiet jitwettaq skont il-pjan ta’ tranżizzjoni.

    5.Permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, l-Aġenzija tħejji lista ta’ Stati Membri li jkunu ttrasferew ċerti responsabbiltajiet f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dik il-lista tinkludi dettalji dwar ir-responsabbiltajiet trasferiti, sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet wara li jsir it-trasferiment u tal-organizzazzjonijiet, tal-operaturi, tal-persunal, tal-inġenji tal-ajru, tat-tagħmir ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir jew tal-ajrudromi affettwati, skont kif ikun applikabbli.

    L-Aġenzija għandha tqis ir-responsabbiltajiet trasferiti meta twettaq spezzjonijiet u attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 73.

    6.Dan l-Artikolu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Meta Stat Membru jittrasferixxi r-responsabbiltajiet skont dan l-Artikolu, li jkunu attribwiti lilu bil-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandu jinnotifika lill-ICAO dwar il-fatt li l-Aġenzija jew Stat Membru ieħor jaġixxi/u bħala r-rappreżentant awtorizzat tiegħu għat-twettiq tal-obbligi tiegħu skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago.

    Artikolu 54

    Organizzazzjonijiet li joperaw fuq livell multinazzjonali

    1.Organizzazzjoni tista’ titlob lill-Aġenzija biex taġixxi bħala l-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar fir-rigward ta’ dik l-organizzazzjoni, f’devjazzjoni mill-Artikolu 51(3), meta dik l-organizzazzjoni jkollha ċertifikat jew tkun eliġibbli biex tapplika għal ċertifikat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III għand l-awtorità nazzjonali kompetenti minn Stat Membru wieħed, iżda jkollha jew tkun biħsiebha li jkollha faċilitajiet u persunal sostanzjali koperti b’dak iċ-ċertifikat li jkunu jinsabu fi Stat Membru wieħed jew iktar.

    Talba bħal din tista’ ssir ukoll minn żewġ organizzazzjonijiet jew iktar, kull waħda minnhom ikollha post prinċipali tan-negozju fi Stat Membru differenti u kull waħda minnhom jkollha ċertifikat jew tkun eliġibbli biex tapplika għal ċertifikat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III għall-istess tip ta’ attività tal-avjazzjoni.

    Meta l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafu jagħmlu talba bħal din, għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikollhom il-postijiet prinċipali tan-negozju tagħhom.

    2.Meta l-Aġenzija tqis li l-organizzazzjoni tkun tista’ twettaq b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar, kif ikun mitlub, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati adottati abbażi tiegħu, b’mod konġunt mal-Istat Membru jew mal-Istati Membri kkonċernat/i, din tistabbilixxi, kif ikun applikabbli, pjan ta’ tranżizzjoni li jiżgura trasferiment bil-galbu ta’ dawk ir-responsabbiltajiet. L-organizzazzjonijiet li talbu t-trasferiment għandhom jiġu kkonsultati dwar dan il-pjan ta’ tranżizzjoni qabel ma jiġi ffinalizzat.

    L-Aġenzija u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat/i, kif ikun applikabbli, għandhom jiżguraw li t-trasferiment tar-responsabbiltajiet jitwettaq skont il-pjan ta’ tranżizzjoni.

    3.Malli jsir it-trasferiment tar-responsabbiltà skont il-paragrafi 1 u 2, l-Aġenzija ssir l-awtorità kompetenti għall-finijiet tar-responsabbiltà trasferita u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat/i jinħeles/jinħelsu minn dik ir-responsabbiltà. Fir-rigward tat-twettiq ta’ dik ir-responsabbiltà mill-Aġenzija, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli IV u V.

    4.Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(5) u (6) japplikaw skont dan għal kwalunkwe trasferiment tar-responsabbiltà skont dan l-Artikolu.

    Artikolu 55

    Mekkaniżmu ta’ sorveljanza ta’ emerġenza

    1.L-Aġenzija tirrakkomanda lil Stat Membru it-trasferiment tar-responsabbiltajiet skont l-Artikolu 53, meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)ir-riżultati tal-ispezzjonijiet u ta’ attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ imwettqa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 73 jindikaw nuqqas ta’ kapaċità serju u persistenti ta’ Stat Membru li jwettaq b’mod effettiv uħud mill-kompiti tagħha ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar jew kollha kemm huma skont dan ir-Regolament,

    (b)il-Kummissjoni talbet lill-Istat Membru kkonċernat biex jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati f’konformità mal-punt (a),

    (c)l-Istat Membru ma rrimedjax in-nuqqasijiet b’mod sodisfaċenti u s-sitwazzjoni li tirriżulta minn dan tipperikola s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

    2.Meta l-Istat Membru kkonċernat jew ma jkunx ta widen għar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija jew ma rrimedjax in-nuqqasijiet fi żmien tliet xhur mid-data ta’ dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, meta tqis li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikunu ssodisfati, li r-responsabbiltà għall-kompiti kkonċernati ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar tiġi trasferita temporanjament lill-Aġenzija. Dik id-deċiżjoni tittieħed permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2). Għal raġunijiet imperattivi u debitament iġġustifikati ta’ urġenza relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 116(4).

    3.Mid-data li fiha d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tidħol fis-seħħ, l-Aġenzija tivvaluta fuq bażi regolari jekk il-kundizzjoni tal-paragrafu 1(c) tkomplix tiġi ssodisfata. Meta tqis li din il-kundizzjoni ma tkunx issodisfata iktar, toħroġ rakkomandazzjoni biex il-Kummissjoni ttemm it-trasferiment temporanju tar-responsabbiltajiet.

    4.Meta l-Kummissjoni tikkunsidra, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, li l-kundizzjoni tal-paragrafu 1(c) ma tkunx issodisfata iktar, il-Kummissjoni tiddeċiedi li t-trasferiment temporanju tar-responsabbiltajiet lill-Aġenzija għandu jintemm.

    Dik id-deċiżjoni tittieħed permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2). Għal raġunijiet imperattivi u debitament iġġustifikati ta’ urġenza relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 116(4).

    5.Malli jsir it-trasferiment tar-responsabbiltà skont il-paragrafu 2, l-Aġenzija ssir l-awtorità kompetenti għall-finijiet tar-responsabbiltà trasferita u l-Istat Membru kkonċernat jinħeles minn dik ir-responsabbiltà. Fir-rigward tat-twettiq ta’ dik ir-responsabbiltà mill-Aġenzija, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli IV u V.

    6.Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(5) u (6) japplikaw skont dan għal kwalunkwe trasferiment tar-responsabbiltà skont dan l-Artikolu. L-Aġenzija tinkludi wkoll fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4.

    Artikolu 56

    Validità taċ-ċertifikati u tad-dikjarazzjonijiet

    1.Iċ-ċertifikati li nħarġu u d-dikjarazzjonijiet li saru f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu adottati abbażi tagħhom, ikunu validi fl-Istati Membri kollha, mingħajr rekwiżiti jew evalwazzjoni ulterjuri.

    2.F’każ li l-Kummissjoni tqis li persuna ġuridika jew fiżika li jkun inħarġilha ċertifikat jew li tkun għamlet dikjarazzjoni ma tikkonformax iktar mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament jew tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, il-Kummissjoni, abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Aġenzija, titlob lill-Istat Membru responsabbli għas-sorveljanza ta’ dik il-persuna biex tieħu azzjoni korrettiva xierqa kif ukoll miżuri ta’ salvagwardja, inkluż il-limitazzjoni jew is-sospensjoni taċ-ċertifikat.

    Dik id-deċiżjoni tittieħed permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2). Għal raġunijiet imperattivi u debitament iġġustifikati ta’ urġenza relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 116(4).

    Mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-implimentazzjoni tidħol fis-seħħ, iċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni kkonċernati, b’devjazzjoni mill-paragrafu 1, ma jibqgħux validi iktar fl-Istati Membri kollha.

    3.Meta l-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 2 ikun ħa azzjoni korrettiva xierqa u miżura ta’ salvagwardja, tiddeċiedi, abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Aġenzija, li ċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni kkonċernati jerġgħu jkunu validi fl-Istati Membri kollha, f’konformità mal-paragrafu 1. Dik id-deċiżjoni tittieħed permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2). Għal raġunijiet imperattivi u debitament iġġustifikati ta’ urġenza relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 116(4).

    4.Dan l-Artikolu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

    Artikolu 57

    Aċċettazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ pajjiż terz

    L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jew joħorġu ċ-ċertifikati previsti f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu fuq il-bażi taċ-ċertifikati li nħarġu skont il-liġijiet ta’ pajjiż terz, jew inkella jaċċettaw ċertifikati u dokumenti rilevanti oħra li juru l-konformità mar-regoli tal-avjazzjoni ċivili li nħarġu skont il-liġijiet ta’ pajjiż terz, meta possibbiltà bħal din tkun prevista:

    (a)fil-ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati konklużi bejn l-Unjoni u pajjiż terz; jew

    (b)fl-atti delegati adottati abbażi tal-Artikoli 18(1)(l), 25(1)(f) u 44(1)(e).

    Artikolu 58

    Entitajiet kwalifikati

    1.L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jallokaw il-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni u mas-sorveljanza skont dan ir-Regolament lil entitajiet kwalifikati li jkunu ġew akkreditati bħala konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jagħmlu użu mill-entitajiet kwalifikati jistabbilixxu sistema għal dik l-akkreditazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konformità tal-entitajiet kwalifikati ma’ dawk il-kriterji, kemm fil-mument tal-akkreditazzjoni u kontinwament wara dan.

    Entità kwalifikata tiġi akkreditata individwalment mill-Aġenzija jew inkella minn awtorità nazzjonali kompetenti, jew konġuntament minn żewġ awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew iktar jew mill-Aġenzija u minn awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew iktar.

    2.L-Aġenzija jew l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skont kif ikun applikabbli, tirrevoka jew tissospendi l-akkreditazzjoni li tkun tat lil entità kwalifikata, meta dik l-entità ma tikkonformax iktar mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI.

    3.L-Aġenzija jew l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jakkreditaw entità kwalifikata jistgħu jagħtuha privileġġ li toħroġ, temenda, tissospendi u tirrevoka ċertifikati, jew li tirċievi dikjarazzjonijiet, f’isem l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali kompetenti. Dak il-privileġġ jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni.

    4.L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jirrikonoxxu, mingħajr rekwiżiti tekniċi jew evalwazzjoni ulterjuri, l-akkreditazzjonijiet ta’ entitajiet kwalifikati li ngħataw mill-Aġenzija u minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra f’konformità mal-paragrafu 1.

    Madankollu, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jkunux obbligati jużaw l-kamp ta’ applikazzjoni kollu tal-akkreditazzjoni li ngħatat minn awtorità nazzjonali kompetenti oħra jew mill-Aġenzija, u lanqas li jirrikonoxxu privileġġi li ngħataw lil entità kwalifikata minn awtorità kompetenti oħra f’konformità mal-paragrafu 3.

    5.L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-akkreditazzjonijiet li ngħataw, li ġew sospiżi u li ġew revokati. L-Aġenzija tqiegħed dik l-informazzjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

    Artikolu 59

    Dispożizzjonijiet ta’ salvagwardja

    1.Dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu ma għandhomx iwaqqfu lil Stat Membru milli jirreaġixxi minnufih għal problema relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, meta dawn il-kundizzjonijiet kollha jkunu ġew issodisfati:

    (a)il-problema tinvolvi riskju serju għas-sikurezza tal-avjazzjoni u l-azzjoni immedjata mill-Istat Membru tkun meħtieġa biex tindirizzaha;

    (b)ma jkunx possibbli li l-Istat Membru jindirizza b’mod adegwat il-problema f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

    (c)l-azzjoni meħuda tkun proporzjonata mal-gravità tal-problema.

    F’każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, dwar il-miżuri meħuda u r-raġunijiet għalfejn ġew meħuda.

    2.Meta d-durata tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 tisboq tmien xhur konsekuttivi jew meta Stat Membru jkun ħa l-istess miżuri ripetutament u d-durata totali tagħhom tisboq it-tmien xhur, l-Aġenzija għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikunux ġew issodisfati u, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, toħroġ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni. L-Aġenzija għandha tinkludi r-rakkomandazzjoni fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

    F’dak il-każ, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tivvaluta jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati. Meta l-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew issodisfati jew meta ma tibqax timxi mal-eżitu tal-valutazzjoni mill-Aġenzija, fi żmien tliet xhur mid-data li tirċievi dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni f’dak ir-rigward, li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tiddaħħal fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

    Malli jirċievi n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat itemm minnufih il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1.

    3.Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija, mingħajr dewmien bla bżonn, tivvaluta wkoll jekk il-problema identifikata mill-Istat Membru tistax tiġi indirizzata mill-Aġenzija billi tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 65(4), sabiex il-miżuri meħuda mill-Istat Membru ma jkunux iktar meħtieġa. Meta l-Aġenzija tqis li l-problema tkun tista’ tiġi indirizzata b’dak il-mod, tieħu d-deċiżjoni x-xierqa sabiex dan iseħħ. Meta l-Aġenzija tqis li l-problema ma tkunx tista’ tiġi indirizzata b’dak il-mod, toħroġ rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament li tqis li jkunu neċessarji fid-dawl tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

    4.Meta jkun neċessarju fid-dawl tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni, mingħajr dewmien, u filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija, tikkunsidra li temenda xi wieħed mill-atti delegati adottati skont l-Artikoli 18(1), 25(1), 28(1), 34(1), 39(1), 44(1), 47(1) u 50(1).

    Artikolu 60

    Dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà

    1.L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament mir-rekwiżiti applikabbli għal dik il-persuna skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III, għajr ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet, jew għall-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ ċirkostanzi urġenti mhux prevedibbli li jkunu qed jaffettwaw lil dawn il-persuni jew fil-każ ta’ bżonnijiet operazzjonali urġenti ta’ dawk il-persuni, meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)ma jkunx possibbli li dawk iċ-ċirkostanzi jew dawk il-bżonnijiet jiġu indirizzati b’mod adegwat f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli;

    (b)jiġi żgurat livell aċċettabbli ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali kif ukoll konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli, meta jkun meħtieġ permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni;

    (c)l-Istat Membru jkun taffa kemm jista’ jkun kwalunkwe distorsjoni possibbli tal-kundizzjonijiet tas-suq bħala konsegwenza tal-għoti tal-eżenzjoni; u

    (d)l-eżenzjoni tkun limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni u fid-durata skont kemm ikun strettament neċessarju u tiġi applikata b’mod mhux diskriminatorju.

    F’każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, dwar l-eżenzjoni li ngħatat, ir-raġuni għalfejn ingħatat u, meta jkun applikabbli, il-miżuri neċessarji ta’ mitigazzjoni li ġew applikati.

    2.Meta d-durata tal-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tisboq tmien xhur konsekuttivi jew meta Stat Membru jkun ta l-istess eżenzjonijiet ripetutament u d-durata totali tagħhom tisboq it-tmien xhur, l-Aġenzija tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikunux ġew issodisfati u, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, toħroġ rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni fir-rigward tal-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni. L-Aġenzija għandha tinkludi dik ir-rakkomandazzjoni fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

    F’dak il-każ, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tivvaluta jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati. Meta l-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew issodisfati jew meta ma tibqax timxi mal-eżitu tal-valutazzjoni mill-Aġenzija, fi żmien tliet xhur mid-data li tirċievi dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni sabiex dan iseħħ, li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tiddaħħal fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrevoka minnufih l-eżenzjoni li ngħatat skont il-paragrafu 1 malli jirċievi n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    3.Meta Stat Membru jqis li l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Annessi tista’ tintwera permezz ta’ mezzi oħra għajr dawk stabbiliti fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament, u li dawk il-mezzi jippreżentaw vantaġġi sinifikanti f’termini ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili jew ta’ effiċjenza għall-persuni soġġetti għal dan ir-Regolament jew għall-awtoritajiet ikkonċernati, dan jista’ jibgħat talba raġunata għall-emendar tal-att delegat jew ta’ implimentazzjoni kkonċernat lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, sabiex ikun hemm lok li jintużaw dawk il-mezzi l-oħra.

    F’dak il-każ, mingħajr dewmien bla bżonn, l-Aġenzija toħroġ rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni dwar jekk it-talba tal-Istat Membru tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-ewwel sottoparagrafu.

    Meta jkun meħtieġ fid-dawl tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, mingħajr dewmien u filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li temenda l-att delegat jew ta’ implimentazzjoni kkonċernat.

    Artikolu 61

    Ġbir, skambju u analiżi ta’ informazzjoni

    1.Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni disponibbli lilhom fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, li tkun rilevanti għall-partijiet l-oħra sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fdati bl-investigazzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti fl-avjazzjoni ċivili, jew bl-analiżi tal-okkorrenzi, ikunu intitolati wkoll li jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dik l-informazzjoni tista’ wkoll tinxtered lill-partijiet interessati f’konformità mal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4.

    2.L-Aġenzija tikkoordina fil-livell tal-Unjoni l-ġbir, l-iskambju u l-analiżi ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, l-Aġenzija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għal dan ir-Regolament, jew ma’ assoċjazzjonijiet ta’ persuni bħal dawn, għall-ġbir, għall-iskambju u għall-analiżi tal-informazzjoni.

    3.Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija tanalizza kwistjonijiet urġenti jew importanti li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Meta jkun rilevanti, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkooperaw mal-Aġenzija għall-fini li jwettqu analiżi bħal din.

    4.Il-Kummissjoni tadotta regoli dettaljati dwar il-modalitajiet tal-iskambju tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u t-tixrid ta’ informazzjoni bħal din lil partijiet interessati. Dawn ir-regoli jkunu inklużi fl-atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 116(3).

    Ir-regoli dettaljati msemmija fl-ewwel sottoparagrafu għandhom iqisu:

    (a)il-ħtieġa li persuni ġuridiċi u fiżiċi jiġu pprovduti, soġġett għal dan ir-Regolament, bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u sabiex javvanzawhom;

    (b)il-ħtieġa li t-tixrid u l-użu tal-informazzjoni jiġu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet;

    (c)il-ħtieġa li jiġi evitat li l-informazzjoni ssir disponibbli jew li l-informazzjoni tintuża sabiex jiġi attribwit tort jew tiġi attribwita imputabbiltà.

    5.Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif ukoll il-persuni ġuridiċi u fiżiċi u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawk il-persuni msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata kunfidenzjalità xierqa tal-informazzjoni li rċevew f’konformità ma’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ta’ kunfidenzjalità iktar strett previst fir-Regolament (UE) Nru 996/2010, fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

    6.Sabiex il-pubbliku ġenerali jiġi mgħarraf dwar il-livell ġenerali ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, kull sena l-Aġenzija tippubblika rieżami tas-sikurezza. Dak ir-rieżami jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni tas-sikurezza ġenerali f’lingwaġġ li jkun sempliċi u faċli biex jinftiehem u għandu jindika jekk ikunx hemm riskji ogħla ta’ sikurezza.

    Artikolu 62

    Protezzjoni tas-sors ta’ informazzjoni

    1.Meta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(1) u (2) tkun ġiet ipprovduta lil awtorità nazzjonali kompetenti, is-sors ta’ informazzjoni bħal din jiġi protett f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tas-sors ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili. Meta informazzjoni bħal din tkun ġiet ipprovduta minn persuna fiżika lill-Kummissjoni jew lill-Aġenzija, is-sors ta’ informazzjoni bħal din ma jiġix żvelat u d-dettalji personali ta’ dak is-sors ma jiġux irreġistrati flimkien mal-informazzjoni pprovduta.

    2.Mingħajr preġudizzju għal-liġi kriminali applikabbli, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jibdew proċedimenti fir-rigward ta’ ksur tal-liġi li ma jkunx premeditat jew li jkun aċċidentali, li jsiru jafu bih biss minħabba li l-informazzjoni dwar dak il-ksur ikun ġie ipprovdut skont dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

    Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel sottoparagrafu ma għandhomx japplikaw f’każijiet ta’ mġiba ħażina volontarja jew f’każijiet meta jiġi injorat b’mod manifest, gravi u serju riskju ovvju u nuqqas kbir ta’ responsabbiltà professjonali li tingħata attenzjoni li tkun evidentement meħtieġa fiċ-ċirkostanzi, u li tikkawża ħsara prevedibbli lil persuna jew lil proprjetà, jew li tikkomprometti serjament il-livell ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

    3.L-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jadottaw miżuri sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tas-sorsi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. 

    4.L-impjegati u l-persunal bil-kuntratt li jipprovdu informazzjoni b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi preġudizzju minn min iħaddimhom jew mill-organizzazzjoni li għaliha jipprovdu servizzi, abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

    Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel sottoparagrafu ma għandhomx japplikaw f’każijiet ta’ mġiba ħażina volontarja jew f’każijiet meta jiġi injorat b’mod manifest, gravi u serju riskju ovvju u nuqqas kbir ta’ responsabbiltà professjonali li tingħata attenzjoni li tkun evidentement meħtieġa fiċ-ċirkostanzi, u li tikkawża ħsara prevedibbli lil persuna jew lil proprjetà, jew li tikkomprometti serjament il-livell ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

    5.Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx iwaqqfu lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija milli jieħdu kwalunkwe azzjoni neċessarja għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

    6.Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jkunu mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tas-sors ta’ informazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 996/2010 u fir-Regolament (KE) Nru 376/2014.

    Artikolu 63

    Repożitorju ta’ informazzjoni

    1.F’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-Aġenzija tistabbilixxi u ġġesti repożitorju ta’ informazzjoni neċessarja sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont dan ir-Regolament.

    Dak ir-repożitorju jinkludi informazzjoni dwar:

    (a)iċ-ċertifikati li nħarġu u d-dikjarazzjonijiet riċevuti mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III u l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 68, 69 u 70;

    (b)iċ-ċertifikati li nħarġu u d-dikjarazzjonijiet riċevuti minn entitajiet kwalifikati jew f’isem l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 58(3);

    (c)l-akkreditazzjonijiet li ngħataw mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lil entitajiet kwalifikati skont l-Artikolu 58, inkluż informazzjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni;

    (d)il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(6) u (7), kif ukoll id-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni;

    (e)id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikolu 2(4);

    (f)id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri meħuda skont l-Artikolu 36(2);

    (g)it-trasferimenti mill-Istati Membri tar-responsabbiltajiet lill-Aġenzija jew lil Stat Membru ieħor skont l-Artikoli 53 u 54, inklużi dettalji dwar ir-responsabbiltajiet trasferiti;

    (h)id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikolu 55, inklużi dettalji dwar ir-responsabbiltajiet trasferiti lill-Aġenzija skont dawk id-deċiżjonijiet;

    (i)id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikolu 56;

    (j)in-notifiki mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-iskemi ta’ speċifikazzjoni individwali tal-ħin tat-titjir li ntbagħtu lill-Aġenzija abbażi tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28(1)(f), u l-opinjonijiet korrispondenti tal-Aġenzija li nħarġu skont l-Artikolu 65(7);

    (k)in-notifiki mill-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda b’reazzjoni immedjata għal problema relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u dwar l-għoti ta’ eżenzjonijiet, u r-rakkomandazzjonijiet korrispondenti tal-Aġenzija u d-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni, skont l-Artikoli 59(1) u 60(1);

    (l)it-talbiet mill-Istati Membri dwar mezzi oħra ta’ konformità, u r-rakkomandazzjonijiet korrispondenti tal-Aġenzija skont l-Artikolu 60(3);

    (m)in-notifiki mill-Aġenzija u d-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 65(4);

    (n)informazzjoni oħra li tista’ tkun neċessarja sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva msemmija fl-ewwel sottoparagrafu.

    2.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-eżaminaturi ajrumediċi u ċ-ċentri ajrumediċi għandhom ukoll jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-istat mediku tal-bdoti permezz tar-repożitorju. Kwalunkwe informazzjoni bħal din li tikkostitwixxi dejta personali, inkluża dejta dwar is-saħħa, għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament neċessarju sabiex jiġu żgurati ċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza effettivi tal-bdoti skont l-Artikolu 20.

    3.Kwalunkwe dejta personali, inkluża dejta dwar is-saħħa, li tiġi inkluża fir-repożitorju għandha tinħażen għal mhux iktar minn dak li jkun neċessarju għall-finijiet li għalihom id-dejta tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata ulterjorment.

    4.L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-persuni li d-dejta personali dwarhom tkun ġiet ipproċessata fir-repożitorju jiġu infurmati b’dan, ex ante.

    5.L-Istati Membri u l-Aġenzija jistgħu jirrestrinġu l-ambitu tad-drittijiet tal-persuni involuti għall-aċċess, għall-korrezzjoni u għat-tħassir ta’ dejta personali inkluża fir-repożitorju skont kemm din tkun strettament neċessarja sabiex tiġi ssalvagwardjata s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

    6.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u kwalunkwe awtorità kompetenti tal-Istati Membri li tkun fdata bl-investigazzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti fl-avjazzjoni ċivili, għandu jkollha aċċess elettroniku u sikur għall-informazzjoni kollha inkluża fir-repożitorju sabiex tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha.

    Meta dan ikun rilevanti, il-Kummissjoni u l-Aġenzija jistgħu jxerrdu ċertu informazzjoni inkluża fir-repożitorju, għajr l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, lill-partijiet interessati jew jagħmluha disponibbli pubblikament.

    7.L-informazzjoni inkluża fir-repożitorju tkun protetta bl-għodod u bil-protokolli xierqa minn kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat. L-aċċess għall-informazzjoni u l-iżvelar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu ristretti għal persuni li jkunu responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza tal-istat mediku tal-bdoti, għall-fini li jwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Jista’ jingħata wkoll aċċess limitat għal din l-informazzjoni lil persuni awtorizzati oħra għall-fini li jiġi żgurat l-funzjonament kif suppost tar-repożitorju, b’mod partikolari għall-manutenzjoni teknika tiegħu. Il-persuni awtorizzati li jkollhom aċċess għal informazzjoni li jkun fiha dejta personali għandhom jirċievu taħriġ minn qabel dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali u s-salvagwardji relatati.

    8.Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli neċessarji għall-funzjonament u għall-ġestjoni tar-repożitorju. Dawk ir-regoli għandhom ikunu inklużi fl-atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 116(3) u li jistabbilixxu rekwiżiti dettaljati fir-rigward:

    (a)tal-aspetti tekniċi tat-twaqqif u tal-manutenzjoni tar-repożitorju;

    (b)tal-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi trażmessa mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal inklużjoni fir-repożitorju, inkluż il-forma u l-mod kif tiġi trażmessa informazzjoni bħal din;

    (c)tal-aġġornamenti regolari u standardizzati tal-informazzjoni inkluża fir-repożitorju;

    (d)tal-modalitajiet għat-tixrid u għall-pubblikazzjoni ta’ ċertu informazzjoni inkluża fir-repożitorju f’konformità mal-paragrafu 6;

    (e)tal-klassifikazzjoni ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-istat mediku tal-bdoti li trid tiġi trażmessa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mill-eżaminaturi ajrumediċi u miċ-ċentri ajrumediċi, għal inklużjoni fir-repożitorju, inkluż il-forma u l-mod kif tiġi trażmessa informazzjoni bħal din;

    (f)tal-modalitajiet għall-protezzjoni tal-informazzjoni inkluża fir-repożitorju minn aċċess mhux awtorizzat, li jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni u li jipproteġu kwalunkwe dejta personali inkluża fir-repożitorju f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari kontra l-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, jew l-iżvelar aċċidentali jew illegali;

    (g)tal-perjodu massimu tal-ħżin permess fir-rigward tad-dejta personali inkluża fir-repożitorju, inkluża l-informazzjoni dwar l-istat mediku tal-bdoti li tikkostitwixxi dejta personali;

    (h)tal-kundizzjonijiet dettaljati li skonthom l-Istati Membri u l-Aġenzija jistgħu jirrestrinġu d-drittijiet tal-persuni involuti, għall-aċċess, għall-korrezzjoni u għat-tħassir ta’ dejta personali inkluża fir-repożitorju, għall-fini tal-paragrafu 5.

    KAPITOLU V

    L-AĠENZIJA TAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA

    TAQSIMA I

    Kompiti

    Artikolu 64

    Stabbiliment u funzjonijiet tal-Aġenzija

    1.B’dan qed tiġi stabbilita Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

    2.Għall-finijiet li jiġu żgurati l-funzjonament u l-iżvilupp kif suppost tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni f’konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, l-Aġenzija għandha:

    (a)twettaq kwalunkwe kompitu u tifformula opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha koperti minn dan ir-Regolament;

    (b)tassisti lill-Kummissjoni billi tħejji miżuri li jridu jiġu meħuda skont dan ir-Regolament. Meta dawk il-miżuri jinkludu regoli tekniċi l-Kummissjoni ma tistax tibdel il-kontenut tagħhom mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Aġenzija;

    (c)tipprovdi lill-Kummissjoni bl-appoġġ tekniku, xjentifiku, u amministrattiv neċessarju sabiex twettaq il-kompiti tagħha;

    (d)tieħu l-miżuri neċessarji fil-limiti tas-setgħat li ngħatawlha b’dan ir-Regolament jew b’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni;

    (e)twettaq spezzjonijiet, attivitajiet u investigazzjonijiet oħra ta’ monitoraġġ kif ikun neċessarju sabiex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, jew kif ikun rikjest mill-Kummissjoni;

    (f)fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha, twettaq, f’isem l-Istati Membri, funzjonijiet u kompiti li ngħataw lilhom minn konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ Chicago;

    (g)tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, b’mod partikolari billi tipprovdi forum għall-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert;

    (h)tikkontribwixxi, meta ssir talba, għat-twaqqif, għall-kejl, għar-rappurtar u għall-analiżi ta’ indikaturi tal-prestazzjoni, meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi skemi ta’ prestazzjoni relatati mal-avjazzjoni ċivili;

    (i)tikkoopera ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni f’oqsma li fihom l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-aspetti tekniċi tal-avjazzjoni ċivili.

    Artikolu 65

    Miżuri tal-Aġenzija

    1.Meta ssir talba, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ proposti għal emendi ta’ dan ir-Regolament u ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni li jridu jiġu adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament. Id-dokumenti li l-Aġenzija tibgħat lill-Kummissjoni għal dawk il-finijiet ikollhom l-għamla ta’ opinjonijiet.

    2.L-Aġenzija toħroġ rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 59 u 60.

    3.F’konformità mal-Artikolu 104 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni applikabbli adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija toħroġ speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni, mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

    4.L-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjonijiet xierqa għall-applikazzjoni tal-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 68, 69, 70, 71 u 73.

    L-Aġenzija tista’ tagħti eżenzjonijiet lil kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tkun ħarġitilha ċertifikat fis-sitwazzjonijiet u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60(1). F’każ bħal dan, l-Aġenzija għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, dwar l-eżenzjonijiet li ngħataw, ir-raġunijiet għalfejn ingħataw u, meta dan ikun applikabbli, il-miżuri neċessarji ta’ mitigazzjoni li ġew applikati. Meta d-durata ta’ eżenzjoni tisboq it-tmien xhur konsekuttivi jew meta l-Aġenzija tkun tat l-istess eżenzjoni ripetutament u d-durata totali tagħhom tisboq it-tmien xhur, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati, u meta tqis li dan ma jkunx il-każ, tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni sabiex dan iseħħ, li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tiddaħħal fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63. L-Aġenzija għandha tirrevoka minnufih l-eżenzjoni malli tirċievi n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    5.L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti dwar l-ispezzjonijiet u attivitajiet oħra ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 73.

    6.L-Aġenzija għandha tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema urġenti tas-sikurezza li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi tistabbilixxi azzjoni korrettiva li trid tiġi meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew mill-persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u billi xxerred informazzjoni relatata ma’ dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew dawk il-persuni, inkluż direttivi jew rakkomandazzjonijiet, meta dan ikun neċessarju sabiex jiġu ssalvagwardjati l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1.

    7.L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet dwar l-iskemi ta’ speċifikazzjoni individwali tal-ħin tat-titjir proposti mill-Istati Membri skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28(1)(f) li jiddevjaw mill-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjonijiet adottati mill-Aġenzija.

    Artikolu 66

    Ċertifikazzjoni ambjentali u tal-ajrunavigabbiltà

    1.Fir-rigward tal-prodotti, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u 2(1)(b)(i), meta jkun applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta’ Chicago jew fl-Annessi tagħha, l-Aġenzija għandha twettaq il-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tad-disinn, tal-manifattura jew tar-reġistrazzjoni f’isem l-Istati Membri, meta dawk il-funzjonijiet u l-kompiti jkunu relatati maċ-ċertifikazzjoni tad-disinn u mal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa. Għal dak l-għan, b’mod partikolari, għandha:

    (a)tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tinnotifikaha lill-applikant, għal kull disinn ta’ prodott li għalih tkun saret applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip, għal ċertifikat tal-bidliet, inkluż ċertifikat tat-tip supplimentari, jew approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija skont l-Artikolu 11;

    (b)tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi tal-ajrunavigabbiltà u/jew il-kodiċi speċifiku għall-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti u tinnotifikahom lill-applikant, għal kull prodott li għalih tkun saret applikazzjoni għal ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat ristrett għall-istorbju skont l-Artikolu 17(2)(a);

    (c)tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni u tinnotifikaha lill-applikant, għal kull disinn ta’ part jew ta’ tagħmir mhux installat li għalihom tkun saret applikazzjoni għal ċertifikat skont l-Artikoli 12 jew 13 rispettivament;

    (d)toħroġ l-approvazzjoni għal kundizzjonijiet assoċjati tat-titjir relatati mad-disinn, għall-inġenji tal-ajru li għalihom tkun saret applikazzjoni għal permess tat-titjir skont l-Artikolu 17(2)(b);

    (e)tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali applikabbli għad-disinn ta’ prodotti u ta’ parts li jkunu soġġetti għal dikjarazzjoni skont l-Artikolu 17(1)(a) u tagħmilhom disponibbli;

    (f)tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward taċ-ċertifikati tat-tip, taċ-ċertifikati ristretti tat-tip, taċ-ċertifikati tal-bidliet, inklużi ċertifikati tat-tip supplimentari, u l-approvazzjonijiet tad-disinni tat-tiswija għad-disinn tal-prodotti skont l-Artikoli 11 u 17(1)(b);

    (g)tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward taċ-ċertifikati għad-disinn ta’ parts u għal tagħmir mhux installat skont l-Artikoli 12 u 13;

    (h)toħroġ l-iskedi xierqa tad-dejta ambjentali dwar id-disinn tal-prodotti li tiċċertifika skont l-Artikolu 11;

    (i)tiżgura l-funzjonijiet ta’ ajrunavigabbiltà kontinwa assoċjati mad-disinn ta’ prodotti, mad-disinn ta’ parts u ma’ tagħmir mhux installat li tkun iċċertifikat u li fir-rigward tagħhom tkun qed twettaq sorveljanza, inkluż ir-reazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn għal problema ta’ sikurezza jew ta’ sigurtà u l-ħruġ u t-tixrid tal-informazzjoni obbligatorja applikabbli;

    2.L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward:

    (a)tal-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għad-disinn ta’ prodotti, ta’ parts u ta’ tagħmir mhux installat, skont l-Artikolu 15(1);

    (b)tal-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-manifattura, għall-manutenzjoni u għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ prodotti, ta’ parts u ta’ tagħmir mhux installat u lill-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tal-persunal, skont l-Artikolu 15, meta dawk l-organizzazzjonijiet ikollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom ’il barra mit-territorju li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago.

    3.L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 54(3) fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet li saru mill-organizzazzjonijiet skont l-Artikolu 17(1)(a).

    Artikolu 67

    Ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-ajru

    1.L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward tal-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina u ċ-ċentri ajrumediċi msemmija fl-Artikolu 22, meta dawk l-organizzazzjonijiet u ċ-ċentri jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom ’il barra mit-territorju li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago.

    2.L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward taċ-ċertifikati għall-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir skont l-Artikolu 23 f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

    (a)l-apparat jitħaddem minn organizzazzjoni li l-Aġenzija tkun ħarġitilha ċertifikat f’konformità mal-paragrafu 1;

    (b)l-apparat jinsab fit-territorju li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-apparat jitħaddem minn organizzazzjoni li tkun ġiet iċċertifikata mill-Aġenzija skont il-paragrafu 1 u li l-post prinċipali tan-negozju tagħha jkun ’il barra minn dak it-territorju;

    (c)l-apparat jinsab ’il barra mit-territorju li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, għajr meta l-apparat jitħaddem minn organizzazzjoni li l-Aġenzija ma tkunx ħarġitilha ċertifikat skont il-paragrafu 1 u li l-post prinċipali tan-negozju tagħha jkun f’dak it-territorju;

    Artikolu 68

    ATM/ANS

    1.L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward:

    (a)taċ-ċertifikati għall-fornituri ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 36, meta dawk il-fornituri jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom ’il barra mit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati u li jkunu responsabbli biex jipprovdu ATM/ANS fl-ispazju tal-ajru ta’ dak it-territorju;

    (b)taċ-ċertifikati għall-fornituri ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 36, meta dawk il-fornituri jipprovdu ATM/ANS pan-Ewropew;

    (c)taċ-ċertifikati għall-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 37 u tad-dikjarazzjonijiet li saru minnhom, meta dawk l-organizzazzjonijiet jkunu involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-manutenzjoni tas-sistemi u tal-kostitwenti ATM/ANS pan-Ewropej;

    (d)tad-dikjarazzjonijiet li saru mill-fornituri ATM/ANS li l-Aġenzija tkun ħarġitilhom ċertifikat f’konformità mal-punti (a) u (b), fir-rigward tas-sistemi u tal-kostitwenti ATM/ANS li jitħaddmu minn dawk il-fornituri skont l-Artikolu 38(1).

    2.Fir-rigward tas-sistemi u tal-kostitwenti msemmijin fl-Artikolu 38, l-Aġenzija għandha:

    (a)tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati għas-sistemi u għall-kostitwenti ATM/ANS, li fuqhom tkun tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà u li jkunu soġġetti għal ċertifikat jew għal dikjarazzjoni skont l-Artikolu 38(2) u tinnotifika lill-applikant, meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 ikunu jipprovdu hekk;

    (b)tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward taċ-ċertifikati għas-sistemi u għall-kostitwenti ATM/ANS u tad-dikjarazzjonijiet li saru fir-rigward tagħhom, li fuqhom tkun tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà skont l-Artikolu 38(2), meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 ikunu jipprovdu hekk.

    Artikolu 69

    Ċertifikazzjoni tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

    L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward taċ-ċertifikati għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 42, meta dawk l-organizzazzjonijiet ikollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom ’il barra mit-territorju li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago u, meta dan ikun relevanti, għall-persunal tagħhom.

    Artikolu 70

    Operaturi minn pajjiżi terzi u sorveljanza tas-sikurezza internazzjonali

    1.L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-operat imsemmi fl-Artikolu 49(1) u (2) u d-dikjarazzjonijiet li saru mill-operaturi msemmija fl-Artikolu 49(2), sakemm Stat Membru ma jwettaqx il-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tal-operatur fir-rigward tal-operaturi kkonċernati.

    2.L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-inġenji tal-ajru u għall-bdoti msemmija fl-Artikolu 50(1)(a).

    3.Meta ssir talba, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 billi twettaq il-valutazzjonijiet neċessarji, inklużi ż-żjarat fuq il-post, ta’ operaturi minn pajjiżi terzi u ta’ awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tagħhom. L-Aġenzija għandha tipprovdi r-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet, b’rakkomandazzjonijiet xierqa, lill-Kummissjoni.

    Artikolu 71

    Investigazzjonijiet mill-Aġenzija

    1.L-Aġenzija għandha twettaq hi stess jew permezz ta’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew ta’ entitajiet kwalifikati l-investigazzjonijiet kollha neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħha relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3)

    2.Għall-finijiet ta’ twettiq tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li:

    (a)tirrikjedi li l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li tkun ħarġitilhom ċertifikat, jew li għamlu dikjarazzjoni lilha, jipprovdu kull informazzjoni neċessarja;

    (b)tirrikjedi lil dawk il-persuni jipprovdu spjegazzjonijiet bil-fomm dwar kwalunkwe fatt, dokument, oġġett, proċedura jew materja oħra rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk il-persuna tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

    (c)tidħol fi kwalunkwe stabbiliment, art u mezz tat-trasport ta’ dawk il-persuni;

    (d)teżamina, tikkopja jew tieħu estratti minn kwalunkwe dokument, rekord jew dejta jkollhom dawk il-persuni jew li jkollhom aċċess għalihom, ikun xi jkun il-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni inkwistjoni.

    Meta jkun meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk persuna li tkun ħarġitilha ċertifikat jew li tkun għamlitilha dikjarazzjoni tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija jkollha s-setgħa li teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra li tista’ raġonevolment tkun mistennija li jkollha aċċess għal informazzjoni rilevanti għal dawn il-finijiet.

    Is-setgħat ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li fihom isseħħ l-investigazzjoni, bl-attenzjoni dovuta għad-drittijiet u għall-interessi leġittimi tal-persuni kkonċernati u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Meta f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli l-awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun meħtieġa tidħol fl-istabbiliment, fl-art u fil-mezz tat-trasport kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati biss wara li tkun inkisbet awtorizzazzjoni bil-quddiem bħal din.

    3.L-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal tagħha u, meta jkun rilevanti, kwalunkwe espert ieħor li jkun qed jipparteċipa fl-investigazzjoni jkun kwalifikat biżżejjed, imħarreġ b’mod adegwat u awtorizzat kif suppost. Dawk il-persuni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom wara li jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub.

    4.L-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun trid issir l-investigazzjoni, fuq talba tal-Aġenzija, għandhom jgħinuha twettaq l-investigazzjoni. Meta tkun rikjesta assistenza bħal din, l-Aġenzija ferm qabel l-investigazzjoni, għandha tinforma lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun trid titwettaq l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u dwar l-assistenza rikjesta.

    Artikolu 72

    Multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

    1.Fuq talba tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tista’ timponi fuq persuna ġuridika jew fiżika li tkun ħarġitilha ċertifikat, jew li tkun għamlitilha dikjarazzjoni, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, waħda jew tnejn minn dawn li ġejjin:

    (a)multa, meta dik il-persuna tkun kisret, b’mod intenzjonali jew b’negliġenza, waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

    (b)ħlas perjodiku ta’ penali meta dik il-persuna tkun kisret waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet, jew meta ksur bħal dan ikun imminenti, sabiex iġġiegħel lil dik il-persuna tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    2.Il-multi u l-ħlas perjodiku ta’ penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li titqies il-gravità tal-każ, u b’mod partikolari kemm is-sikurezza jew il-protezzjoni tal-ambjent ikunu ġew kompromessi, kif ukoll il-kapaċità ekonomika tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata.

    L-ammont tal-multi ma għandux jisboq l-4 % tad-dħul jew tal-fatturat annwali tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata. L-ammont tal-penali perjodiku ma għandux jisboq it-2,5% tad-dħul jew tal-fatturat medju ta’ kuljum tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata.

    3.Il-Kummissjoni għandha timponi biss il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont il-paragrafu 1 meta l-miżuri oħra previsti f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati adottati abbażi tiegħu sabiex jiġi indirizzat ksur bħal dan ma jkunux adegwati jew proporzjonati.

    4.Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ multi u ta’ ħlasijiet perjodiċi ta’ penali f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, permezz tal-atti delegati skont l-Artikolu 117, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi:

    (a)kriterji dettaljati u metodoloġija dettaljata sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali;

    (b)regoli dettaljati għall-inkjesti, għall-miżuri u għar-rappurtar assoċjati, kif ukoll għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, l-aċċess għall-fajl, ir-rappreżentanza ġuridika, il-kunfidenzjalità u d-dispożizzjonijiet temporali; u

    (c)proċeduri għall-ġbir tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.

    5.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata sabiex tagħmel rieżami tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jkunu meħuda skont il-paragrafu 1. Tista’ tikkanċella, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta jew il-ħlas perjodiku ta’ penali impost.

    6.Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda skont il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ta’ natura tal-liġi kriminali.

    Artikolu 73

    Monitoraġġ tal-Istati Membri

    1.L-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu billi twettaq spezzjonijiet u attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ. Dawk l-ispezzjonijiet u l-attivitajiet l-oħra ta’ sorveljanza għandhom ukoll jimmiraw li jgħinu lill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    L-Aġenzija tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-ispezzjonijiet u l-attivitajiet l-oħra ta’ sorveljanza li jitwettqu skont dan il-paragrafu.

    2.Għall-finijiet tat-twettiq tal-ispezzjonijiet u tal-attivitajiet l-oħra ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li:

    (a)tirrikjedi li kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti u li kwalunkwe persuna ġuridika u fiżika soġġetti għal dan ir-Regolament jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha;

    (b)tirrikjedi li dawk l-awtoritajiet u dawk il-persuni jipprovdu spjegazzjonijiet bil-fomm dwar kwalunkwe fatt, dokument, oġġett, proċedura jew materja oħra rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk Stat Membru jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

    (c)tidħol fi kwalunkwe stabbiliment, art u mezz tat-trasport ta’ dawk l-awtoritajiet u ta’ dawk il-persuni;

    (d)teżamina, tikkopja jew tieħu estratti minn kwalunkwe dokument, rekord jew dejta li jkollhom dawk l-awtoritajiet u dawk il-persuni jew li jkollhom aċċess għalihom, ikun xi jkun il-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni inkwistjoni.

    Meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk Stat Membru jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija għandha tingħata wkoll is-setgħa li teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra li tista’ raġonevolment tkun mistennija li jkollha pussess jew aċċess għal informazzjoni rilevanti għal dawn il-finijiet.

    Is-setgħat ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-ispezzjoni jew l-attivitajiet l-oħra ta’ monitoraġġ, bl-attenzjoni dovuta għad-drittijiet u għall-interessi leġittimi tal-awtoritajiet u tal-persuni kkonċernati u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Meta f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat sabiex wieħed jidħol fil-bini, fl-art jew fil-mezz tat-trasport kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati biss wara li tkun inkisbet awtorizzazzjoni bil-quddiem bħal din.

    3.L-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal tagħha u, meta jkun rilevanti, kwalunkwe espert ieħor li jkun qed jipparteċipa fl-ispezzjoni jew f’attività oħra ta’ monitoraġġ, ikunu kkwalifikati biżżejjed, imħarrġin b’mod adegwat u awtorizzati kif suppost. Dawn il-persuni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom wara li jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub.

    Ferm qabel l-ispezzjoni jew l-attività l-oħra ta’ monitoraġġ, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-attività u dwar l-identità tal-membri tal-persunal tagħha u lil kwalunkwe espert ieħor li jkun se jwettaq dik l-attività.

    4.L-Istat Membru kkonċernat għandu jiffaċilita l-ispezzjoni jew l-attività l-oħra ta’ monitoraġġ. Dan għandu jiżgura li l-awtoritajiet u l-persuni kkonċernati jikkooperaw mal-Aġenzija.

    Meta persuna ġuridika jew fiżika ma tikkooperax mal-Aġenzija, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jipprovdu l-assistenza neċessarja lill-Aġenzija sabiex tkun tista’ twettaq l-ispezzjoni jew l-attività l-oħra ta’ monitoraġġ.

    5.Meta spezzjoni jew attività oħra ta’ monitoraġġ imwettqa skont dan l-Artikolu tinvolvi spezzjoni jew attività oħra ta’ monitoraġġ fir-rigward tal-persuna ġuridika jew fiżika soġġetta għal dan ir-Regolament, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 71(2), (3) u (4).

    6.Fuq talba tal-Istat Membru, ir-rapporti li jitfasslu mill-Aġenzija skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni tal-Istat Membru li fih tkun saret l-ispezzjoni.

    7.L-Aġenzija għandha tippubblika sommarju ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni minn kull Stat Membru tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. L-Aġenzija għandha tinkludi dik l-informazzjoni fir-rieżami annwali dwar is-sikurezza msemmi fl-Artikolu 61(6).

    8.L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-impatt tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 113, filwaqt li tqis l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1.

    9.Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-metodi ta’ ħidma tal-Aġenzija għat-twettiq tal-kompiti skont dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli jkunu jinsabu fl-atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

    Artikolu 74

    Riċerka u innovazzjoni

    1.L-Aġenzija tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili sabiex tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-konsistenza u tal-koordinazzjoni bejn ir-riċerka u l-iżvilupp iffinanzjati pubblikament u l-politiki li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    2.L-Aġenzija tappoġġa lill-Kummissjoni fid-definizzjoni u fit-twettiq tal-programmi qafas tal-Unjoni rilevanti għall-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni u tal-programmi ta’ ħidma annwali u multiannwali, inkluż fit-twettiq ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni, fir-rieżami ta’ proġetti ffinanzjati u fl-isfruttament tar-riżultati ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni.

    3.L-Aġenzija tista’ tiżviluppa u tiffinanzja riċerka diment li tkun strettament relatata mat-titjib ta’ attivitajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha. Il-ħtiġijiet u l-attivitajiet ta’ riċerka tal-Aġenzija jiġu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha.

    4.Ir-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-Aġenzija jiġu ppubblikati, diment li r-regoli applikabbli tal-liġi tal-proprjetà intellettwali jew ir-regoli ta’ sigurtà tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 112 ma jipprekludux pubblikazzjoni bħal din.

    5.Minbarra l-kompiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 u fl-Artikolu 64, l-Aġenzija tista’ tkun involuta wkoll f’attivitajiet ta’ riċerka ad hoc, diment li dawk l-attivitajiet ikunu kompatibbli mal-kompiti tal-Aġenzija u mal-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 75

    Protezzjoni ambjentali

    1.Il-miżuri meħuda mill-Aġenzija fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-istorbju, għall-fini taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn tal-prodotti skont l-Artikolu 11, għandhom jimmiraw li jiġu evitati effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bnedmin ikkawżati mill-attivitajiet ikkonċernati tal-avjazzjoni ċivili.

    2.L-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom, għandhom jikkooperaw fuq kwistjonijiet ambjentali, inklużi dawk indirizzati fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 , bil-ħsieb li jiġi żgurat li jitqiesu l-interdipendenzi bejn il-protezzjoni ambjentali, is-saħħa tal-bnedmin u oqsma tekniċi oħra tal-avjazzjoni ċivili.

    3.L-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fid-definizzjoni u fil-koordinazzjoni ta’ politiki u ta’ azzjonijiet dwar il-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni ċivili, b’mod partikolari billi twettaq studji, simulazzjonijiet u tipprovdi pariri tekniċi.

    4.Sabiex tinforma lill-partijiet interessati u lill-pubbliku ġenerali, kull tliet snin, l-Aġenzija tippubblika rieżami ambjentali, li tagħti rendikont oġġettiv dwar l-istat tal-protezzjoni ambjentali fir-rigward tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni.

    Artikolu 76

    Sigurtà tal-avjazzjoni

    1.L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà relatati mal-avjazzjoni ċivili, inkluż iċ-ċibersigurtà, bil-ħsieb li jiġi żgurat li jitqiesu l-interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili.

    2.Fuq talba, l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , inkluż fit-twettiq ta’ spezzjonijiet dwar is-sigurtà u fit-tħejjija tal-miżuri li jridu jiġu adottati skont dak ir-Regolament.

    3.Sabiex l-avjazzjoni ċivili tiġi protetta kontra atti ta’ interferenza mhux skont il-liġi, l-Aġenzija tista’ tieħu l-miżuri neċessarji skont l-Artikolu 65(6) u l-Artikolu 66(1)(i). Qabel ma tieħu miżuri bħal dawn, l-Aġenzija għandha tikseb il-kunsens tal-Kummissjoni u tikkonsulta lill-Istati Membri.

    Artikolu 77

    Kooperazzjoni internazzjonali

    1.Fuq talba, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ġestjoni tagħha tar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Assistenza bħal din għandha b’mod partikolari tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-regoli u għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati.

    2.L-Aġenzija tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, soġġett għal approvazzjoni bil-quddiem mill-Kummissjoni, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma ma’ dawk l-awtoritajiet u ma’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

    3.L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont ftehimiet internazzjonali relatati ma’ kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago.

    4.F’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u taġġorna meta dan ikun neċessarju, repożitorju li jinkludi:

    (a)informazzjoni dwar il-konformità ta’ dan ir-Regolament, tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, u tal-miżuri meħuda mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament mal-istandards internazzjonali u mal-prattiki rakkomandati;

    (b)informazzjoni oħra relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li tkun komuni għall-Istati Membri kollha u li tkun rilevanti għall-monitoraġġ mill-ICAO tal-konformità tal-Istati Membri mal-Konvenzjoni ta’ Chicago u mal-istandards internazzjonali u mal-prattiki rakkomandati;

    L-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni li tinsab f’dan ir-repożitorju meta jkunu qed jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u meta jkunu qed jipprovdu informazzjoni lill-ICAO skont il-Programm Universali ta’ Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza.

    5.Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkollaboraw, permezz ta’ netwerk ta’ esperti, fuq kwistjonijiet tekniċi li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jkunu relatati mal-ħidma tal-ICAO.

    L-Aġenzija tipprovdi dan in-netwerk bl-appoġġ amministrattiv neċessarju, inkluża l-assistenza għat-tħejjija u għall-organizzazzjoni tal-laqgħat tiegħu.

    6.Minbarra l-kompiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 u fl-Artikolu 64, l-Aġenzija tista’ tkun involuta wkoll fi proġetti ad hoc ta’ kooperazzjoni teknika, u fi proġetti ta’ riċerka u ta’ assistenza ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, diment li dawn l-attivitajiet ikunu kompatibbli mal-kompiti tal-Aġenzija u mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1.

    Artikolu 78

    Ġestjoni ta’ Kriżijiet

    1.Fil-qasam ta’ kompetenza tagħha, l-Aġenzija tikkontribwixxi għal reazzjoni f’waqtha u għall-mitigazzjoni ta’ kriżijiet fl-avjazzjoni.

    2.L-Aġenzija tipparteċipa fiċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni (“EACCC”) stabbilita skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 23 .

    Artikolu 79

    Taħriġ fl-avjazzjoni

    Sabiex jiġu promossi l-aqwa prattiki kif ukoll l-uniformità fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija tista’ tipprovdi taħriġ, inkluż permezz ta’ fornituri esterni, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u lil partijiet interessati oħra. L-Aġenzija tistabbilixxi u tippubblika fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħha, il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-fornituri esterni meta jintużaw mill-Aġenzija għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 80

    Implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

    Fuq talba, l-Aġenzija tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni, fl-oqsma li fihom l-Aġenzija għandha l-għarfien espert, fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, b’mod partikolari billi:

    (a)twettaq spezzjonijiet tekniċi, investigazzjonijiet tekniċi, u studji;

    (b)tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk;

    (c)tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM, inkluż l-iżvilupp u l-użu tal-programm ta’ riċerka tal-ATM tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR).

    TAQSIMA II

    Struttura Interna

    Artikolu 81

    Status ġuridiku, post u uffiċċji lokali

    1.L-Aġenzija tkun korp tal-Unjoni. Ikollha personalità ġuridika.

    2.F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija tgawdi mill-iktar kapaċità ġuridika estensiva li tingħata lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari, l-Aġenzija tista’ takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista’ tkun parti fil-proċedimenti ġuridiċi.

    3.Is-sede tal-Aġenzija tkun Cologne, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

    4.L-Aġenzija tista’ tistabbilixxi uffiċċji lokali fl-Istati Membri, soġġett għall-kunsens tagħhom u skont l-Artikolu 91(4).

    5.L-Aġenzija tkun rappreżentata ġuridikament mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

    Artikolu 82

    Persunal

    1.Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea 24 u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg japplikaw għall-persunal impjegat mill-Aġenzija.

    2.L-Aġenzija tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali ssekondati jew minn persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija. Il-Bord ta’ Ġestjoni jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.

    Artikolu 83

    Privileġġi u immunitajiet

    Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Aġenzija u għall-persunal tagħha.

    Artikolu 84

    Responsabbiltà

    1.Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija tkun irregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

    2.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha l-ġuriżdizzjoni li tagħti sentenzi skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

    3.Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, l-Aġenzija tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mis-servizzi jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

    4.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha ġuriżdizzjoni f’tilwim fuq kumpens għal danni kif imsemmi fil-paragrafu 3.

    5.Ir-responsabiltà personali tal-persunal tagħha lejn l-Aġenzija tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għalihom.

    Artikolu 85

    Funzjonijiet tal-Bord ta’ Ġestjoni

    1.L-Aġenzija jkollha Bord ta’ Ġestjoni.

    2.Il-Bord ta’ Ġestjoni għandu:

    (a)jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, meta jkun rilevanti, jestendi l-mandat tiegħu/tagħha jew itemmlu/itemmilha l-mandat, f’konformità mal-Artikolu 92;

    (b)jadotta rapport konsolidat dwar l-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri mhux iżjed tard mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali jkun disponibbli għall-pubbliku;

    (c)kull sena jadotta d-dokument ta’ programmazzjoni tal-Aġenzija b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati jivvotaw u skont l-Artikolu 106;

    (d)jadotta l-baġit annwali tal-Aġenzija b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati jivvotaw u skont l-Artikolu 109(11);

    (e)jistabbilixxi proċeduri sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikoli 104 u 105;

    (f)iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikoli 109, 110 u 114;

    (g)jaħtar il-membri tal-Bord/ijiet tal-Appell skont l-Artikolu 94;

    (h)jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv;

    (i)jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-regoli relatati mat-tariffi u mal-imposti kif imsemmi fl-Artikolu 115(2);

    (j)jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord Eżekuttiv;

    (k)jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi għall-Aġenzija;

    (l)jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar it-twaqqif tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u, meta jkun neċessarju, dwar il-modifiki tagħhom;

    (m)skont il-paragrafu 6, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat li jingħataw bir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u bil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra lill-Awtorità li jkollha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta’ Impieg (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

    (n)jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa sabiex jiġu applikati r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

    (o)jiżgura segwitu adegwat għal sejbiet u għal rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar intern jew estern u mill-evalwazzjonijiet, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”);

    (p)jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-membri tal-Bord(ijiet) tal-Appell;

    (q)jadotta regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija skont l-Artikolu 114;

    (r)jaħtar Uffiċjal tal-Kontabilità, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra, li jkun indipendenti għalkollox fit-twettiq ta’ dmirijietu/dmirijietha;

    (s)jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

    (t)jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikolu 5;

    (u)jadotta l-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikolu 6.

    3.Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ oqsma koperti b’dan ir-Regolament.

    4.Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ jistabbilixxi korp konsultattiv li jkun jirrappreżenta l-firxa sħiħa ta’ partijiet interessati affettwati mill-ħidma tal-Aġenzija, li jikkonsulta qabel ma jieħu deċiżjonijiet fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 2(c), (e), (f) u (i). Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ wkoll jiddeċiedi li jikkonsulta lill-korp konsultattiv dwar kwistjonijiet oħra msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-Bord ta’ Ġestjoni, fl-ebda każ ma jkun vinkolat bl-opinjoni tal-korp konsultattiv.

    5.Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ jistabbilixxi korpi ta’ ħidma sabiex jgħinuh fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż it-tħejjija tad-deċiżjonijiet tiegħu u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

    6.Il-Bord ta’ Ġestjoni jadotta, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u abbażi tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħra, filwaqt li jiddelega s-setgħat rilevanti ta’ awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u filwaqt li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom dik id-delega ta’ setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv ikun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

    Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu hekk, il-Bord ta’ Ġestjoni, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

    Artikolu 86

    Kompożizzjoni tal-Bord ta’ Ġestjoni

    1.Il-Bord ta’ Ġestjoni jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, li lkoll ikollhom drittijiet tal-vot. Kull Stat Membru jaħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Ġestjoni u wieħed supplenti li jirrappreżenta lill-membru meta jkun/tkun assenti. Il-Kummissjoni taħtar żewġ rappreżentanti u s-supplenti tagħhom. Il-mandat għall-membri u għas-supplenti tagħhom ikun ta’ erba’ snin. Dan il-mandat ikun jista’ jiġi estiż.

    2.Il-Membri tal-Bord ta’ Ġestjoni u s-supplenti tagħhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien, tal-esperjenza rikonoxxuta u tal-impenn tagħhom fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, filwaqt li jitqies l-għarfien espert maniġerjali, amministrattiv u baġitarju rilevanti, li jintużaw sabiex imexxu ’l quddiem l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Ikollhom responsabbiltà ġenerali minn tal-inqas għall-politika dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.

    3.Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord ta’ Ġestjoni jagħmlu sforzi sabiex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord ta’ Ġestjoni. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord ta’ Ġestjoni.

    4.Meta jkun xieraq, il-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi Ewropej fil-Bord ta’ Ġestjoni bi status ta’ osservatur u l-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni bħal din jiġu stabbiliti fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 118.

    5.Il-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 85(4) jaħtar erbgħa mill-membri tiegħu sabiex jipparteċipaw bi status ta’ osservatur fil-Bord ta’ Ġestjoni. Dawn jirrappreżentaw, b’mod wiesa’ kemm jista’ jkun, il-fehmiet differenti rappreżentati f’dan il-korp konsultattiv. Il-mandat ikun ta’ 24 xahar u jkun jista’ jiġi estiż darba għal 24 xahar oħra.

    Artikolu 87

    President tal-Bord ta’ Ġestjoni

    1.Il-Bord ta’ Ġestjoni jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu, li jkollhom drittijiet tal-vot. Il-Viċi President jissostitwixxi ex officio lill-President fil-każ li ma jkunx/tkunx jista’/tista’ twettaq dmirijietu/dmirijietha.

    2.Il-mandat tal-President u tal-Viċi President ikun ta’ erba’ snin u jkun jista’ jiġi estiż darba għal erba’ snin oħra. Jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord ta’ Ġestjoni tispiċċa fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom jiskadi awtomatikament f’dik id-data.

    Artikolu 88

    Laqgħat tal-Bord ta’ Ġestjoni

    1.Il-laqgħat tal-Bord ta’ Ġestjoni jitħabbru mill-President tal-Bord.

    2.Il-Bord ta’ Ġestjoni jkollu minn tal-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, jiltaqa’ fuq talba tal-President tal-Kummissjoni jew ta’ minn tal-inqas terz tal-membri tal-Bord.

    3.Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, mingħajr ma jkollu dritt tal-vot.

    4.Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess sabiex tattendi għall-laqgħat tal-Bord bi status ta’ osservatur.

    5.L-Aġenzija tipprovdi s-segretarjat għall-Bord ta’ Ġestjoni.

    Artikolu 89

    Regoli tal-Bord ta’ Ġestjoni dwar il-votazzjoni

    1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 85(2)(c) u (d), u 92(7), il-Bord ta’ Ġestjoni jieħdu deċiżjonijiet b’maġġoranza tal-membri tiegħu li jkollhom drittijiet tal-vot. Fuq it-talba ta’ membru tal-Bord ta’ Ġestjoni, id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 85(2)(k) tittieħed b’unanimità.

    2.Kull membru maħtur skont l-Artikolu 86(1) ikollu vot wieħed. Fl-assenza ta’ membru, is-supplenti tiegħu/tagħha jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu/tagħha. La l-osservaturi u lanqas id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija ma jivvotaw.

    3.Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord ta’ Ġestjoni jistabbilixxu arranġamenti iktar dettaljati ta’ votazzjoni, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li skonthom membru jista’ jaġixxi f’isem membru ieħor kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ta’ kworum, meta dan ikun xieraq.

    4.Sabiex jiġu adottati, id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet baġitarji jew dwar ir-riżorsi umani jirrikjedu vot pożittiv mill-Kummissjoni.

    Artikolu 90

    Bord Eżekuttiv

    1.Il-Bord ta’ Ġestjoni jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.

    2.Il-Bord Eżekuttiv għandu:

    (a)iħejji d-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati mill-Bord ta’ Ġestjoni;

    (b)jiżgura, flimkien mal-Bord ta’ Ġestjoni, li jkun hemm segwitu xieraq għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar intern jew estern u mill-evalwazzjonijiet, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-OLAF;

    (c)mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbiliti fl-Artikolu 91, jassisti u jagħti pariri lid-Direttur fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Ġestjoni, bil-ħsieb li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja.

    3.Meta jkun meħtieġ, minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord ta’ Ġestjoni, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni amministrattiva, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji. Dawn jiġu riferuti għal konferma fl-ewwel laqgħa li jmiss tal-Bord ta’ Ġestjoni.

    4.Il-Bord Eżekuttiv jkun magħmul mill-President tal-Bord ta’ Ġestjoni, minn żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u minn sitt membri oħra li jinħatru mill-Bord ta’ Ġestjoni minn fost il-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-President tal-Bord ta’ Ġestjoni jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma jkollux id-dritt tal-vot. Il-Bord Konsultattiv jista’ jaħtar wieħed mill-membri tiegħu bħala osservatur.

    5.Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv ikun l-istess bħal dak tal-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv jintemm meta tintemm is-sħubija tagħhom fil-Bord ta’ Ġestjoni.

    6.Il-Bord Eżekuttiv ikollu minn tal-inqas laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba tal-membri tiegħu.

    7.Il-Bord ta’ Ġestjoni jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Eżekuttiv.

    Artikolu 91

    Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

    1.Id-Direttur Eżekuttiv iġesti l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv jagħti rendikont ta’ għemilu lill-Bord ta’ Ġestjoni. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Bord ta’ Ġestjoni u tal-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ikun indipendenti fit-twettiq tad-dmirijietu/dmirijietha u la jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

    2.Id-Direttur Eżekuttiv jgħarraf lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq ta’ dmirijietu/dmirijietha meta mistieden jagħmel hekk. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jgħarrfu dwar it-twettiq ta’ dmirijietu/dmirijietha.

    3.Id-Direttur Eżekuttiv ikun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija b’dan ir-Regolament jew b’atti oħra tal-Unjoni. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv ikun responsabbli biex:

    (a)japprova l-miżuri tal-Aġenzija kif definiti fl-Artikolu 65 fil-limiti speċifikati b’dan ir-Regolament u bl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

    (b)jiddeċiedi dwar investigazzjonijiet, spezzjonijiet u attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ kif previst fl-Artikoli 71 u 73;

    (c)jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta’ kompiti lil entitajiet kwalifikati skont l-Artikoli 58(1) u dwar it-twettiq ta’ investigazzjonijiet f’isem l-Aġenzija mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew mill-entitajiet kwalifikati skont l-Artikolu 71(1);

    (d)jieħu l-miżuri neċessarji li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-Aġenzija relatati mal-kooperazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 77;

    (e)jieħu l-passi kollha neċessarji, inkluż l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament;

    (f)jimplimenta deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta’ Ġestjoni;

    (g)iħejji r-rapport konsolidat annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord ta’ Ġestjoni għall-adozzjoni;

    (h)iħejji l-abbozz tar-rendikont tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija skont l-Artikolu 109, u jimplimenta l-baġit tagħha skont l-Artikolu 110;

    (i)jiddelega s-setgħat tiegħu/tagħha lil membri oħra tal-persunal tal-Aġenzija. Il-Kummissjoni tiddefinixxi l-modalitajiet ta’ delegi bħal dawn li jkunu inklużi fl-atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2);

    (j)iħejji d-dokument ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 106(1), u jippreżentah lill-Bord ta’ Ġestjoni għall-adozzjoni, wara li jkun kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni;

    (k)jimplimenta d-dokument ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 106(1), u jgħarraf lill-Bord ta’ Ġestjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

    (l)iħejji pjan ta’ azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta’ rapporti tal-awditjar intern jew estern u ta’ evalwazzjonijiet, kif ukoll investigazzjonijiet mill-OLAF u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord ta’ Ġestjoni u lill-Bord Eżekuttiv;

    (m)jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, billi jwettaq kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti li tħallsu bi żball u, meta dan ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;

    (n)iħejji strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u jippreżentaha lill-Bord ta’ Ġestjoni għall-adozzjoni;

    (o)iħejji abbozz ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija;

    (p)iħejji l-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-aġġornamenti sussegwenti tiegħu, u jippreżentahom lill-Bord ta’ Ġestjoni għall-adozzjoni;

    (q)jgħarraf lill-Bord ta’ Ġestjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni;

    (r)iwieġeb għal talbiet ta’ assistenza mill-Kummissjoni li jkunu saru f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

    (s)jaċċetta t-trasferiment tar-responsabbiltajiet lill-Aġenzija skont l-Artikoli 53 u 54;

    (t)iwettaq l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija.

    4.Id-Direttur Eżekuttiv ikun responsabbli biex jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b’mod effiċjenti u effettiv li jiġi stabbilit uffiċċju wieħed jew iktar fi Stat Membru wieħed jew iktar. Dik id-deċiżjoni tirrikjedi l-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni, tal-Bord ta’ Ġestjoni u tal-Istat Membru li fih irid jiġi stabbilit l-uffiċċju lokali. Dik id-deċiżjoni tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu f’dak l-uffiċċju lokali b’mod li jiġu evitati kostijiet bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.

    Artikolu 92

    Direttur Eżekuttiv

    1.Id-Direttur Eżekuttiv jiġi impjegat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra.

    2.Id-Direttur Eżekuttiv jinħatar mill-Bord ta’ Ġestjoni abbażi ta’ mertu, ta’ kompetenza dokumentata u ta’ esperjenza rilevanti għall-avjazzjoni ċivili, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura miftuħa u trasparenti ta’ selezzjoni.

    Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija tkun rappreżentata mill-President tal-Bord ta’ Ġestjoni.

    Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord ta’ Ġestjoni jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

    3.Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv ikun ta’ ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-Aġenzija.

    4.Il-Bord ta’ Ġestjoni, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux iktar minn ħames snin. Qabel jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord ta’ Ġestjoni jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikun biħsiebu jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb għal mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

    5.Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra ta’ selezzjoni għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu ġenerali.

    6.Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord ta’ Ġestjoni li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

    7.Il-Bord ta’ Ġestjoni jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord li jkollhom drittijiet tal-vot.

    8.Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi assistit minn Direttur wieħed jew iktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, wieħed mid-Diretturi jeħodlu postu.

    Artikolu 93

    Setgħat tal-Bord tal-Appell

    1.Bord tal-Appell wieħed jew iktar jiġi stabbilit bħala parti mill-istruttura amministrattiva tal-Aġenzija. Il-Kummissjoni tiddetermina l-għadd ta’ Bordijiet ta’ Appell u l-ħidma allokata lilu jew lilhom permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

    2.Il-Bord/ijiet tal-Appell ikun/u responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-appelli kontra d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 97. Il-Bord/ijiet tal-Appell jiġu mħabbra skont kif ikun neċessarju.

    Artikolu 94

    Kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell

    1.Bord tal-Appell jikkonsisti minn President u żewġ membri oħra.

    2.Il-President u l-membri l-oħra jkollhom supplenti li jirrappreżentawhom meta jkunu assenti.

    3.Il-President, il-membri l-oħra u s-supplenti tagħhom jinħatru mill-Bord ta’ Ġestjoni minn lista ta’ kandidati kwalifikati stabbilita mill-Kummissjoni.

    4.Meta l-Bord tal-Appell iqis li n-natura tal-appell tkun tirrikjedi hekk, jista’ jitlob lill-Bord ta’ Ġestjoni biex jaħtar sa żewġ membri oħra u s-supplenti tagħhom mil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

    5.Il-Kummissjoni tiddetermina l-kwalifiki rikjesti għall-membri ta’ kull Bord tal-Appell, l-istatus u r-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-Aġenzija, is-setgħat tal-membri individwali fil-fażi ta’ tħejjija tad-deċiżjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-votazzjoni. Il-Kummissjoni tagħmel dan permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

    Artikolu 95

    Membri tal-Bord tal-Appell

    1.Il-mandat tal-membri ta’ Bord tal-Appell, inklużi l-President u kwalunkwe supplenti, ikun ta’ ħames snin u jkun jista’ jiġi estiż għal ħames snin oħra.

    2.Il-membri ta’ Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom dawn la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

    3.Il-membri ta’ Bord tal-Appell ma jwettqux dmirijiet oħra fl-Aġenzija. Il-membri ta’ Bord tal-Appell jistgħu jaħdmu fuq bażi part time.

    4.Il-membri ta’ Bord tal-Appell ma jitneħħewx mill-kariga jew mil-lista ta’ kandidati kwalifikati matul il-mandat tagħhom, sakemm ma jkunx hemm bażi serja biex jitneħħew u l-Kummissjoni, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv, tieħu deċiżjoni sabiex dan iseħħ.

    Artikolu 96

    Esklużjoni u oġġezzjoni

    1.Il-membri ta’ Bord tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi kwalunkwe proċediment tal-appell jekk ikollhom xi interess personali fih, jekk preċedentement kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ wieħed mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ikunu pparteċipaw fl-adozzjoni tad-deċiżjoni li jkun tressqilha appell.

    2.Jekk, għal waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 1 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li ma għandux jieħu sehem fi kwalunkwe proċedura tal-appell, huwa jew hija għandu/għandha jinforma/tinforma lill-Bord tal-Appell b’dan.

    3.Kwalunkwe parti għall-proċedimenti tal-appell tista’ toġġezzjona għal kwalunkwe membru ta’ Bord tal-Appell fuq kwalunkwe bażi msemmija fil-paragrafu 1, jew jekk il-membru jkun issuspettat b’parzjalità. Kwalunkwe oġġezzjoni bħal din ma għandhiex tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja dwar raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċedimenti tal-appell tkun għamlet pass proċedurali. L-ebda oġġezzjoni ma tista’ tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri.

    4.Il-Bord tal-Appell jiddeċiedi fuq l-azzjoni li trid tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru kkonċernat. Għall-finijiet li tittieħed din id-deċiżjoni, il-membru kkonċernat jiġi sostitwit fil-Bord tal-Appell mis-supplent tiegħu/tagħha.

    Artikolu 97

    Deċiżjonijiet soġġetti għal appell

    1.Jista’ jitressaq appell kontra deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħuda skont l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 68, 69, 70, 71 jew 115.

    2.Appell li jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 1 ma jkollux effett sospensiv. Madankollu, jekk tqis li ċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu dan, l-Aġenzija tista’ tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li tressqilha appell kontriha.

    3.Appell kontra deċiżjoni li ma ttemmx il-proċedimenti fir-rigward ta’ waħda mill-partijiet jista’ jsir biss konġuntament ma’ appell kontra d-deċiżjoni finali, sakemm id-deċiżjoni ma tipprevedix appell separat.

    Artikolu 98

    Persuni intitolati għal appell

    Kull persuna fiżika jew ġuridika tista’ tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm tkun fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, taffettwa direttament u individwalment lill-ewwel persuna. Il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jkunu parti fil-proċedimenti tal-appell.

    Artikolu 99

    Limitu ta’ żmien u forma

    L-appell, flimkien ma’ dikjarazzjoni sostanzjata tal-bażi tiegħu, jitressaq bil-miktub għand is-segretarjat tal-Bord tal-Appell fi żmien xahrejn min-notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, jekk tkun assenti, mill-jum li fih saret taf biha din tal-aħħar, skont xi jkun il-każ.

    Artikolu 100

    Reviżjoni interlokutorja

    1.Qabel ma jeżamina l-appell, il-Bord tal-Appell jagħti lill-Aġenzija l-opportunità li tagħmel rieżami tad-deċiżjoni tagħha. Jekk id-Direttur Eżekuttiv iqis li l-appell ikollu bażi tajba, huwa/hija jirrettifika/tirrettifika d-deċiżjoni fi żmien xahrejn minn meta jiġi nnotifikat. Dan ma japplikax meta l-appellant jopponi parti oħra fil-proċedimenti tal-appell.

    2.Jekk id-deċiżjoni ma tiġix rettifikata, l-Aġenzija tiddeċiedi minnufih jekk tissospendix jew le l-applikazzjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 97(2).

    Artikolu 101

    Eżaminazzjoni tal-appelli

    1.Il-Bord tal-Appell jivvaluta jekk l-appell huwiex ammissibbli u jekk ikollux bażi tajba.

    2.Meta jeżamina l-appell skont il-paragrafu 1, il-Bord tal-Appell jaġixxi malajr. Skont kemm-il darba ikun jeħtieġ, il-Bord jistieden lill-partijiet għall-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f’limitu ta’ żmien speċifikat, osservazzjonijiet bil-miktub dwar notifiki li jkunu ħarġu huma stess jew dwar komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti tal-appell. Il-Bord tal-Appell jista’ jiddeċiedi li jagħmel smigħ orali, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba sostanzjata ta’ waħda mill-partijiet fl-appell.

    Artikolu 102

    Deċiżjonijiet dwar l-appell

    Meta l-Bord tal-Appell jara li l-appell ma jkunx ammissibbli jew li ma jkunx hemm bażi għall-appell, dan jiċħad l-appell. Meta l-Bord tal-Appell jara li l-appell ikun ammissibbli u li jkun hemm il-bażi għall-appell, dan jirreferi l-każ lill-Aġenzija. L-Aġenzija tieħu deċiżjoni raġunata ġdida filwaqt li tqis id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.

    Artikolu 103

    Rikorsi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    1.Jistgħu jitressqu rikorsi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-annullament ta’ atti tal-Aġenzija li jkunu legalment vinkolanti, għal nuqqas ta’ azzjoni u, skont l-Artikolu 84, għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali u, skont klawżola ta’ arbitraġġ, ir-responsabbiltà kuntrattwali għal danni kkawżati minn atti tal-Aġenzija.

    2.Ir-rikorsi għall-annullament ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħuda skont l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 68, 69, 70, 71 jew 115 jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss wara li jkunu ġew eżawriti l-proċeduri tal-appell kollha fl-Aġenzija.

    3.L-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni jistgħu jressqu azzjonijiet kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr ma jkollhom għalfejn jeżawrixxu l-proċeduri tal-appell fl-Aġenzija.

    4.L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

    TAQSIMA III

    Metodi ta’ Ħidma

    Artikolu 104

    Proċeduri għall-iżvilupp ta’ opinjonijiet, ta’ speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni, ta’ mezzi aċċettabbli ta’ konformità u ta’ materjal ta’ gwida

    1.Il-Bord ta’ Ġestjoni għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti għall-ħruġ ta’ opinjonijiet, ta’ speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni, ta’ mezzi aċċettabbli ta’ konformità u ta’ materjal ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 65(1) u (3).

    Dawk il-proċeduri għandhom:

    (a)jagħmlu użu mill-għarfien espert disponibbli fl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

    (b)jinvolvu esperti minn partijiet interessati rilevanti, kull meta jkun meħtieġ, jew jagħmlu użu mill-għarfien espert tal-korpi rilevanti Ewropej ta’ standardizzazzjoni jew ta’ korpi speċjalizzati oħra;

    (c)jiżguraw li l-Aġenzija tippubblika d-dokumenti u tikkonsulta b’mod wiesa’ mal-partijiet interessati, f’konformità ma’ skeda ta’ żmien u ma’ proċedura li tinkludi obbligu fuq l-Aġenzija sabiex tagħti rispons bil-miktub għall-proċess ta’ konsultazzjoni.

    2.Skont l-Artiklu 65(1) u (3), meta l-Aġenzija tiżviluppa opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni, mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida, għandha tistabbilixxi proċedura għall-konsultazzjoni bil-quddiem tal-Istati Membri. Għal dan l-għan, tista’ toħloq grupp ta’ ħidma li fih kull Stat Membru jkun intitolat jinnomina espert. Meta tkun rikjesta konsultazzjoni relatata ma’ aspetti militari, l-Aġenzija għandha tinvolvi wkoll l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża. Meta tkun rikjesta konsultazzjoni relatata mal-impatt soċjali possibbli ta’ dawk il-miżuri tal-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tinvolvi l-partijiet ikkonċernati, inklużi l-imsieħba soċjali tal-UE.

    3.L-Aġenzija tippubblika l-opinjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni, il-mezzi aċċettabbli ta’ konformità u l-materjal ta’ gwida żviluppati skont l-Artikolu 65(1) u (3) kif ukoll il-proċeduri stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-pubblikazzjoni uffiċjali tal-Aġenzija.

    Artikolu 105

    Proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet

    1.Il-Bord ta’ Ġestjoni jistabbilixxi proċeduri trasparenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet individwali kif previst fl-Artikolu 65(4).

    B’mod partikolari, dawk il-proċeduri għandhom:

    (a)jiżguraw li jsir is-smigħ tal-persuna fiżika jew ġuridika li trid tiġi indirizzata fid-deċiżjoni u ta’ kwalunkwe parti oħra li tkun affettwata direttament u individwalment;

    (b)jipprevedu n-notifika tad-deċiżjoni lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-pubblikazzjoni tan-notifika, soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 112 u 121(2);

    (c)jipprevedu li l-persuna fiżika jew ġuridika li lilha tkun indirizzata d-deċiżjoni, u kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti, ikunu informati dwar ir-rimedji ġuridiċi disponibbli għalihom skont dan ir-Regolament;

    (d)jiżguraw li d-deċiżjoni jkun fiha r-raġunijiet.

    2.Il-Bord ta’ Ġestjoni jistabbilixxi proċeduri li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom id-deċiżjonijiet jiġu nnotifikati lill-persuni kkonċernati, inkluż l-informazzjoni dwar il-proċeduri disponibbli tal-appell kif previst f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 106

    Programmazzjoni annwali u multiannwali

    1.Sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, f’konformità mal-Artikolu 85(2)(c), il-Bord ta’ Ġestjoni għandu jadotta dokument ta’ programmazzjoni li jkun fih programmazzjoni multiannwali u annwali, ibbażata fuq abbozz imressaq mid-Direttur Eżekuttiv, li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, u b’rabta mal-programmazzjoni multiannwali wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew. Il-Bord jippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    Id-dokument ta’ programmazzjoni jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun neċessarju, jiġi aġġustat skont dan.

    2.Il-programm ta’ ħidma annwali jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, f’konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-ġestjoni abbażi tal-attività, filwaqt li jiġu indikati liema attivitajiet iridu jiġu ffinanzjati permezz tal-baġit regolatorju u liema attivitajiet iridu jiġu ffinanzjati permezz tat-tariffi u tal-imposti li tkun irċeviet l-Aġenzija. Il-programm ta’ ħidma annwali jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma multiannwali msemmi fil-paragrafu 4. Dan għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-programmazzjoni annwali tinkludi l-istrateġija tal-Aġenzija fir-rigward tal-attivitajiet tagħha relatati mal-kooperazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 77 u l-azzjonijiet tal-Aġenzija marbuta ma’ dik l-istrateġija.

    3.Il-Bord ta’ Ġestjoni jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija.

    Kwalunkwe emendar sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali jiġi adottat bl-istess proċedura bħal tal-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ jiddelega s-setgħa li jsir l-emendar mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

    4.Il-programm ta’ ħidma multiannwali jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inklużi l-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inkluż il-baġit multiannwali u l-persunal.

    Il-programmazzjoni tar-riżorsi tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika tiġi aġġornata meta dan ikun xieraq, u b’mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 113.

    Artikolu 107

    Rapport konsolidat tal-attività annwali

    1.Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali jiddeskrivi l-mod li bih l-Aġenzija tkun implimentat il-programm ta’ ħidma annwali, il-baġit u r-riżorsi tal-persunal tagħha. Għandu jindika b’mod ċar liema mill-mandati u mill-kompiti tal-Aġenzija jkunu ġew miżjuda, mibdula jew imħassra meta mqabbel mas-sena preċedenti.

    2.Ir-rapport jindika l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija u jevalwa r-riżultati tagħhom fir-rigward tal-għanijiet, tal-indikaturi tal-prestazzjoni u tal-iskeda ta’ żmien stabbiliti, ir-riskji assoċjati ma’ dawk l-attivitajiet, l-użu tar-riżorsi u l-operat ġenerali tal-Aġenzija, u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll interni. Għandu jindika wkoll liema attivitajiet ġew iffinanzjati permezz tal-baġit regolatorju u liema attivitajiet ġew iffinanzjati permezz tat-tariffi u tal-imposti li irċeviet l-Aġenzija.

    Artikolu 108

    Trasparenza u komunikazzjoni

    1.Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-aċċess għad-dejta u għall-informazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikoli 61(4) u 63(8).

    2.L-Aġenzija tista’ tkun involuta f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha. B’mod partikolari, għandha tiżgura li, minbarra l-pubblikazzjoni speċifikata fl-Artikolu 104(3), il-pubbliku ġenerali u kwalunkwe parti interessata malajr jingħataw informazzjoni oġġettiva, affidabbli u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-allokazzjoni tar-riżorsi tagħha għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma tkunx ta’ detriment għat-twettiq effettiv tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 64.

    3.L-Aġenzija tittraduċi materjal rilevanti dwar is-sikurezza fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni meta dan ikun xieraq. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jassistu lill-Aġenzija billi jikkomunikaw b’mod effettiv l-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom u bil-lingwi rispettivi tagħhom.

    4.Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tkun intitolata li tindirizza bil-miktub lill-Aġenzija bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u jkollha d-dritt tirċievi tweġiba bl-istess lingwa.

    5.Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

    TAQSIMA IV

    Rekwiżiti finanzjarji

    Artikolu 109

    Baġit

    1.Mingħajr preġudizzju għal introjtu ieħor, l-introjtu tal-Aġenzija għandu jinkludi:

    (a)kontribuzzjoni mill-Unjoni;

    (b)kontribuzzjoni minn kwalunkwe pajjiż terz Ewropew li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehimiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 118;

    (c)it-tariffi mħallsa mill-applikanti għaċ-ċertifikati li jinħarġu mill-Aġenzija, u mid-detenturi tagħhom, kif ukoll minn persuni li rreġistraw id-dikjarazzjonijiet mal-Aġenzija;

    (d)imposti għall-pubblikazzjonijiet, għat-taħriġ u għal servizzi oħra pprovduti u għall-ipproċessar tal-appelli mill-Aġenzija;

    (e)kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri, minn pajjiżi terzi jew minn entitajiet oħra, diment li kontribuzzjoni bħal din ma tikkompromettix l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija;

    (f)imposti mħallsa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru (XXXX/XXX) dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew għall-kompiti rilevanti ta’ awtorità tal-ATM/tal-ANS;

    (g)għotjiet.

    2.L-infiq tal-Aġenzija jinkludi l-infiq għall-persunal, għall-amministrazzjoni, għall-infrastruttura u għall-operat. Fir-rigward tal-infiq operazzjonali, l-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal iktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f’pagamenti annwali, meta dan ikun neċessarju.

    3.Għandu jkun hemm bilanċ bejn l-introjtu u l-infiq.

    4.Il-baġits regolatorji, it-tariffi stabbiliti u li nġabru għal attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u imposti applikati mill-Aġenzija jiġu indirizzati b’mod separat fil-kontijiet tal-Aġenzija.

    5.L-Aġenzija tadatta l-ippjanar tal-persunal u l-ġestjoni tar-riżorsi tagħha relatati mat-tariffi u mal-imposti b’mod li jippermettilha twieġeb malajr għall-varjazzjonijiet fl-introjtu mit-tariffi u mill-imposti.

    6.Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv ifassal abbozz ta’ rendikont tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, u jibagħtu lill-Bord ta’ Ġestjoni. Fir-rigward tal-karigi ffinanzjati mit-tariffi u mill-imposti, dak l-abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment għandu jkun ibbażat fuq sett limitat ta’ indikaturi approvati mill-Kummissjoni sabiex jitkejlu l-ħidma u l-effiċjenza tal-Aġenzija, u jistabbilixxi r-riżorsi meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet għaċ-ċertifikazzjoni u attivitajiet oħra tal-Aġenzija b’mod effiċjenti u f’waqtu, inklużi dawk li jirriżultaw minn trasferimenti ta’ responsabbiltà skont l-Artikoli 53, 54 u 55. Abbażi ta’ dak l-abbozz, il-Bord ta’ Ġestjoni jadotta abbozz provviżorju tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara. L-abbozz provviżorju tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija jintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.

    7.Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu, il-Bord ta’ Ġestjoni jibgħat l-abbozz finali tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi Ewropej li magħhom l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehimiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 118, li jkun jinkludi l-abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment flimkien mal-programm ta’ ħidma provviżorju.

    8.Il-Kummissjoni tibgħat ir-rendikont tal-istimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

    9.Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-istimi, il-Kummissjoni ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-istimi li tqis li huma neċessarji għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni li jrid jiġi meħud mill-baġit ġenerali, li tressaq quddiem l-awtorità baġitarja skont l-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.

    10.L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija.

    11.Il-baġit jiġi adottat mill-Bord ta’ Ġestjoni. Il-baġit isir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Meta dan ikun xieraq, għandu jiġi aġġustat kif suppost.

    12.Il-Bord ta’ Ġestjoni, malajr kemm jista’ jkun, għandu jinnotifika lill-awtorità baġitarja dwar li jkun biħsiebu jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkun relatat ma’ proprjetà, pereżempju l-kiri jew ix-xiri ta’ binjiet u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan. Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija, japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 25 .

    Meta fergħa tal-awtorità baġitarja tkun innotifikat li biħsiebha tfassal opinjoni, għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord ta’ Ġestjoni fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

    Artikolu 110

    Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

    1.Id-Direttur Eżekuttiv jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.

    2.Sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija jibgħat ukoll rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 147 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 .

    3.Sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    4.Skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, l-uffiċjal tal-kontabilità jħejji/tħejji l-kontijiet finali li huwa/hija responsabbli għalihom u d-Direttur Eżekuttiv jibgħathom lill-Bord ta’ Ġestjoni għal opinjoni.

    5.Il-Bord ta’ Ġestjoni għandu jfassal opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

    6.L-uffiċjal tal-kontabilità, sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta’ Ġestjoni.

    7.Il-kontijiet finali jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara.

    8.Id-Direttur Eżekuttiv jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux iżjed tard mit-30 ta’ Settembru. Huwa jew hija jibgħat/tibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord ta’ Ġestjoni u lill-Kummissjoni.

    9.Id-Direttur Eżekuttiv jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, kif previst bl-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

    10.Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, il-Parlament Ewropew jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena N.

    Artikolu 111

    Ġlieda kontra l-frodi

    1.Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 japplikaw mingħajr restrizzjoni.

    2.L-Aġenzija taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) 28 fi żmien sitt xhur minn [OP please insert the exact date, as referred to in Art. 127] u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal tagħha billi tuża l-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dak il-Ftehim.

    3.Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, dwar il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.

    4.L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 29 .

    5.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, 3 u 4, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet tal-għotjiet tal-Aġenzija jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu l-awditjar u l-investigazzjonijiet bħal dawn, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

    Artikolu 112

    Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

    L-Aġenzija tadotta regoli proprji ta’ sigurtà li jkunu ekwivalenti għar-regoli ta’ sigurtà tal-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 30 u 2015/444 31 . Ir-regoli ta’ sigurtà tal-Aġenzija jkopru, inter alia, dispożizzjonijiet għall-iskambju, għall-ipproċessar u għall-ħżin ta’ informazzjoni bħal din.

    Artikolu 113

    Evalwazzjoni

    1.Sa mhux iżjed tard minn [ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 127 – OP please insert the exact date], u mbagħad kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni tikkummissjona evalwazzjoni f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

    2.Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija ma tkunx ġustifikata iktar fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat skont dan jew imħassar.

    3.Il-Kummissjoni għandha tibgħat is-sejbiet tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta’ Ġestjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni jkunu disponibbli għall-pubbliku.

    Artikolu 114

    Regoli finanzjarji

    Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija jiġu adottati mill-Bord ta’ Ġestjoni wara konsultazzjoni tal-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jiddevjaw mir-Regolament (UE) Nru 1271/2013, sakemm devjazzjoni bħal din ma tkunx rikjesta b’mod speċifiku għall-operat tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem.

    Artikolu 115

    Tariffi u imposti

    1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex, abbażi tal-paragrafi 3, 4, 5 u 6, tistabbilixxi regoli dettaljati relatati mat-tariffi u mal-imposti applikati mill-Aġenzija.

    2.Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija qabel tadotta r-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

    3.Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 jiddeterminaw b’mod partikolari l-kwistjonijiet li għalihom ikunu dovuti t-tariffi u l-imposti skont l-Artikolu 109(1)(c) u (d), l-ammont tat-tariffi u tal-imposti u l-mod li bih jitħallsu.

    4.Għandhom jiġu applikati tariffi u imposti:

    (a)għall-ħruġ u għat-tiġdid taċ-ċertifikati u għar-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament, kif ukoll għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħha fir-rigward tal-attivitajiet li dawn iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet ikunu relatati magħhom;

    (b)għall-pubblikazzjoni, għat-taħriġ u għall-għoti ta’ kwalunkwe servizz ieħor mill-Aġenzija, li jkunu jirriflettu l-kost reali ta’ kull servizz individwali li jiġi pprovdut;

    (c)għall-ipproċessar tal-appelli.

    It-tariffi u l-imposti kollha jkunu espressi, u pagabbli, f’euro.

    5.L-ammont tat-tariffi u tal-imposti jiġi stabbilit f’livell tali li jiżgura li l-introjtu fir-rigward tagħhom ikun ikopri l-kost kollu tal-attivitajiet fir-rigward tas-servizzi li jingħataw, u li jevita li jakkumula b’mod sinifikanti xi eċċess. L-infiq kollu tal-Aġenzija attribwit lill-persunal involut fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni pro rata ta’ min iħaddem għall-iskema tal-pensjoni, għandu jkun rifless f’dak il-kost. It-tariffi u l-imposti jkunu introjti assenjati lill-Aġenzija għall-attivitajiet relatati mas-servizzi li għalihom ikunu dovuti tariffi u imposti.

    6.Il-bilanċi pożittivi tal-baġit iġġenerati mit-tariffi u mill-imposti jiffinanzjaw l-attivitajiet futuri relatati mat-tariffi u mal-imposti jew jikkumpensaw għat-telf. Meta riżultat baġitarju sinifikanti pożittiv jew negattiv isir rikorrenti, il-livell tat-tariffi u tal-imposti jiġi revedut.

    KAPITOLU VI

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 116

    Proċedura tal-Kumitat

    1.Il-Kummissjoni tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    4.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

    Artikolu 117

    Eżerċizzju tad-delega

    1.Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3)(d), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 25, fl-Artikolu 28, fl-Artikolu 34, fl-Artikolu 39, fl-Artikolu 44, fl-Artikolu 47, fl-Artikolu 50, fl-Artikolu 51(10), fl-Artikolu 52(5), fl-Artikolu 72(4) u fl-Artikolu 115(1) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

    3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3)(d), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 25, fl-Artikolu 28, fl-Artikolu 34, fl-Artikolu 39, fl-Artikolu 44, fl-Artikolu 47, fl-Artikolu 50, fl-Artikolu 51(10), fl-Artikolu 52(5), fl-Artikolu 72(4) u fl-Artikolu 115(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. Dik id-deċiżjoni ma taffettwa l-validità ta’ ebda atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

    4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(3)(d), l-Artikolu 18, l-Artikolu 25, l-Artikolu 28, l-Artikolu 34, l-Artikolu 39, l-Artikolu 44, l-Artikolu 47, l-Artikolu 50, l-Artikolu 51(10), l-Artikolu 52(5), l-Artikolu 72(4) u l-Artikolu 115(1) jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill tul perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 118

    Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi Ewropej

    L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi Ewropej li jkunu partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u li jkunu daħlu fi ftehimiet internazzjonali mal-Unjoni li skonthom japplikaw il-liġi tal-Unjoni fl-oqsma koperti b’dan ir-Regolament.

    Dawk il-ftehimiet internazzjonali jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura u l-firxa tal-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz Ewropew ikkonċernat fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. Skont l-Artikolu 77 (2), l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma mal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz Ewropew ikkonċernat sabiex jidħlu fis-seħħ dawk id-dispożizzjonijiet.

    Artikolu 119

    Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u kundizzjonijiet tal-operat

    1.L-arranġamenti neċessarji li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet disponibbli għaliha minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni, għall-persunal tal-Aġenzija u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru li fih tkun tinsab is-sede, li jkunu ġew konklużi wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord ta’ Ġestjoni u mhux iżjed tard minn [OP Please insert the exact date – two years after entry into force of this Regulation].

    2.L-Istat Membru ospitant tal-Aġenzija għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Aġenzija, inklużi sistemi edukattivi multilingwi b’dimensjoni Ewropea, u konnessjonijiet xierqa ta’ trasport.

    Artikolu 120

    Penali

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    Artikolu 121

    Ipproċessar tad-dejta personali

    1.Fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament f’konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE.

    2.Fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

    Artikolu 122

    Tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 huwa mħassar.

    Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.

    Artikolu 123

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008

    Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 huwa emendat kif ġej:

    1. fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)    ikollha AOC validu li nħareġ minn awtorità nazzjonali ta’ Stat Membru jew mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea;”

    2.L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 6

    Iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru

    1. L-għoti u l-validità ta’ liċenzja tal-operat fi kwalunkwe żmien jiddependu fuq il-pussess ta’ AOC validu li jispeċifika l-attivitajiet koperti mil-liċenzja tal-operat.

    2. Kwalunkwe modifika fl-AOC ta’ trasportatur tal-ajru tal-Komunità tkun riflessa, meta dan ikun xieraq, fil-liċenzja tal-operat tiegħu.

    Meta ż-żewġ awtoritajiet ikunu differenti, l-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti għall-għoti tal-liċenzji dwar kwalunkwe modifika bħal din.

    3. Meta ż-żewġ awtoritajiet ikunu differenti, l-awtorità kompetenti għall-AOC u l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-liċenzji għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-iskambju ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tat-trasportatur tal-ajru tal-Komunità li tkun tista’ taffettwa s-sikurezza tal-operat tagħha jew li tkun tista’ tassisti lill-awtorità kompetenti għall-AOC fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħha fir-rigward tas-sikurezza.”;

    3.fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(3) u (5), l-inġenji tal-ajru li jintużaw minn trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandhom jiġu rreġistrati, skont l-għażla tal-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu toħroġ il-liċenzja tal-operat, fir-reġistru nazzjonali tiegħu jew inkella fl-Unjoni.”;

    4.L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2. Ftehim tal-kiri mingħajr ekwipaġġ li jkun parti fih trasportatur tal-ajru tal-Komunità jew ftehim tal-kiri bl-ekwipaġġ li skontu t-trasportatur tal-ajru Komunitarju jkun l-kerrej tal-inġenju tal-ajru mikri bl-ekwipaġġ operat minn operatur ta’ pajjiż terz jkun soġġett għal approvazzjoni bil-quddiem f’konformità mar-Regolament (UE) Nru [XX/XXX reference to this Regulation to be inserted] u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.”;

    (b)il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

    “5. Trasportatur tal-ajru tal-Komunità li jikri inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ irreġistrat f’pajjiż terz għandu jikseb approvazzjoni bil-quddiem mill-awtorità kompetenti għall-AOC tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tagħti approvazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru [XX/XXX reference to this Regulation to be inserted] u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.”.

    Artikolu 124

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 996/2010

    L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 996/2010 huwa emendat kif ġej:

    “1. Kull aċċident jew kull inċident serju li jinvolvi inġenji tal-ajru li għalihom japplika r-Regolament (UE) SSSS/N \ [ref. għar-regolament il-ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* ikun soġġett għal investigazzjoni tas-sikurezza fl-Istat Membru li fih ikun seħħ l-inċident serju jew l-aċċident.

    2. Meta inġenju tal-ajru li għalih japplika r-Regolament (UE) SSSS/N [ref. għar-regolament il-ġdid] u li jkun irreġistrat fi Stat Membru, ikun involut f’inċident serju jew f’aċċident li l-post li fih dan ikun seħħ ma jkunx jista’ jiġi stabbilit b’mod definittiv li jkun fit-territorju ta’ xi Stat, għandha ssir investigazzjoni tas-sikurezza mill-awtorità ta’ investigazzjoni tas-sikurezza tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

    3. Kemm jintużaw l-investigazzjonijiet tas-sikurezza msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 u l-proċedura li trid tiġi segwita sabiex isiru investigazzjonijiet tas-sikurezza bħal dawn għandu jiġi iddeterminat mill-awtorità ta’ investigazzjoni tas-sikurezza, filwaqt li tqis it-tagħlimiet li biħsiebha tieħu minn investigazzjonijiet bħal dawn għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

    4. L-awtoritajiet ta’ investigazzjoni tas-sikurezza jistgħu jiddeċiedu li jinvestigaw inċidenti għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, kif ukoll aċċidenti jew inċidenti serji ta’ tipi oħra ta’ inġenji tal-ajru, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, meta jkunu qed jistennew li jieħdu xi lezzjonijiet ta’ sikurezza minnhom.

    5. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtorità responsabbli ta’ investigazzjoni tas-sikurezza, filwaqt li tqis it-tagħlimiet li tkun qed tistenna li tieħu għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni, tista’ tiddeċiedi li ma tibdix investigazzjoni tas-sikurezza meta inċident serju jew aċċident ikun jikkonċerna inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalih ma jkunux meħtieġa ċertifikat jew dikjarazzjoni skont l-Artikolu 46(1) u (2) tar-Regolament (UE) SSSS/N [ref. għar-regolament il-ġdid], jew ikun jikkonċerna inġenju tal-ajru bil-bdot abbord b’massa massima tat-tlugħ li tkun inqas minn jew ugwali għal 2 250 kg, u li fih l-ebda persuna ma tkun indarbet b’mod fatali jew serju.

    6. L-investigazzjonijiet tas-sikurezza msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4, fl-ebda każ ma għandhom ikunu kkonċernati bl-attribuzzjoni tat-tort jew tal-imputabbiltà. Dawn għandhom ikunu indipendenti u separati minn kwalunkwe proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv u mingħajr preġudizzju għalihom biex jattribwixxu it-tort jew l-imputabbiltà.”

    Artikolu 125

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 376/2014

    Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 376/2014 huwa emendat kif ġej:

    “2. Dan ir-Regolament japplika għal okkorrenzi u għal informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu l-inġenji tal-ajru ċivili li għalihom japplika r-Regolament [żid ref. għar-regolament il-ġdid].

    Madankollu, dan ir-Regolament ma japplikax għal okkorrenzi u għal informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalihom ma jkunux meħtieġa ċertifikat jew dikjarazzjoni skont l-Artikolu 46(1) u (2) tar-Regolament (UE) SSSS / N [ref. għar-regolament il-ġdid], sakemm l-okkorrenza jew l-informazzjoni l-oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu inġenji tal-ajru bħal dawn mingħajr bdot abbord ma jkun fihom persuna li tkun indarbet b’mod fatali jew serju jew sakemm ma tinvolvix xi inġenju tal-ajru li ma jkunx inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li japplikaw dan ir-Regolament għal okkorrenzi u għal informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu l-inġenji tal-ajru li għalihom ma japplikax ir-Regolament [żid ref. għar-regolament il-ġdid].”

    Artikolu 126

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    1.Iċ-ċertifikati li nħarġu jew li ġew rikonoxxuti u d-dikjarazzjonijiet li ġew magħmula jew rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jibqgħu jkunu validi u jitqiesu li jkunu nħarġu, ġew magħmula u ġew rikonoxxuti skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament, inkluż għall-finijiet li jiġi applikat l-Artikolu 56.

    2.Mhux iżjed tard minn [ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 127 – OP please insert the exact date] ir-regoli ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jiġu adattati għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Sa ma jsir l-adattament, kwalunkwe referenza f’dawk ir-regoli ta’ implimentazzjoni għal:

    (a)“operazzjoni kummerċjali” tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 3(i) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

    (b)“inġenju tal-ajru b’magni kumplessi” tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 3(j) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

    (c)“tagħmir” tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 3(28) ta’ dan ir-Regolament;

    (d)“liċenzja ta’ bdot għal titjir rikreattiv” tinftiehem bħala referenza għal-liċenzja msemmija fl-Artikolu 7(7) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

    (e)“trasport kummerċjali bl-ajru” tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 32 .

    3.B’deroga mill-Artikoli 45 u 46, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jibqgħu japplikaw sakemm l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 jidħlu fis-seħħ.

    4.L-Istati Membri jtemmu jew jaġġustaw il-ftehimiet bilaterali eżistenti li kkonkludew ma’ pajjiżi terzi, għal dawk l-oqsma li huma koperti b’dan ir-Regolament mill-iktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u fi kwalunkwe każ qabel [tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 127 – OP please insert the exact date].  

    Artikolu 127

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB

    1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.4.Għan/għanijiet

    1.5.Bażi għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.6.Durata u impatt finanzjarju

    1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i affettwata/i

    3.2.Impatt stmat fuq l-infiq

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

    3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq l-introjtu

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB 33  

    06 – Mobbiltà u Trasport

    06 02 – Politika Ewropea tat-Trasport

    06 02 02 – Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

    1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

     Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

     Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 34  

     Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

    1.4.Għan/għanijiet

    1.4.1.L-għan/l-għanijiet strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

    Suq intern iktar profond u iktar ġust b’bażi industrijali msaħħa: żona kompetittiva Unika Ewropea tat-Trasport li tipprovdi qafas liċ-ċittadini u lin-negozji għal trasport sikur, effiċjenti u ta’ kwalità għolja.

    Impjiegi u tkabbir: L-inizjattiva timmira li tikkontribwixxi għal industrija kompetittiva Ewropea tal-avjazzjoni li tiġġenera impjiegi ta’ valur għoli u li tixpruna l-innovazzjoni teknoloġika. Se toħloq qafas regolatorju effettiv għall-integrazzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ negozju u ta’ teknoloġiji emerġenti.

    1.4.2.Għan/għanijiet speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

    Nru tal-għan speċifiku

    L-għanijiet speċifiċi ta’ din l-inizjattiva huma kif ġej:

    1)    Jiġu eliminati r-rekwiżiti bla bżonn u jiġi żgurat li r-Regolament ikun proporzjonat għar-riskji assoċjati ma’ tipi differenti ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni;

    2)    Jiġi żgurat li t-teknoloġiji ġodda u l-iżviluppi tas-suq jiġu integrati b’mod effiċjenti u jiġu sorveljati b’mod effettiv;

    3)    Jiġi stabbilit proċess kooperattiv ta’ ġestjoni tas-sikurezza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha sabiex jidentifikaw u jnaqqsu b’mod konġunt ir-riskji għall-avjazzjoni ċivili;

    4)    Jingħalqu l-lakuni fis-sistema regolatorja u tiġi żgurata l-konsistenza tagħha;

    5)    Tinħoloq sistema ta’ ħidma effettiva ta’ akkomunament u ta’ kondiviżjoni tar-riżorsi bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija.

    Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

    06 02 Politika Ewropea tat-Trasport

    1.4.3.Riżultat/i u impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

    Riżultati tal-għan speċifiku 1: qafas għall-eliminazzjoni tar-regoli bla bżonn/tar-regoli preskrittivi żżejjed; l-introduzzjoni ta’ regoli bbażati fuq il-prestazzjoni li jidentifikaw l-għanijiet li jridu jintlaħqu, filwaqt li titħalla flessibbiltà dwar il-mezzi kif jintlaħqu l-għanijiet; qafas għall-adattament tar-regoli għar-riskju involut fl-attività li jirregolaw;

    Riżultati tal-għan speċifiku 2: L-introduzzjoni ta’ regoli teknoloġikament newtrali meta dan ikun possibbli, l-introduzzjoni ta’ qafas legali għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord; użu ikbar tal-istandards tal-industrija; qafas regolatorju ssimplifikat għall-kiri ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ bejn operaturi tal-UE;

    Riżultati tal-għan speċifiku 3: obbligu ġuridiku li jiġi adottat il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-Programmi għas-Sikurezza tal-Istat li jibnu fuq xulxin; skambju u analiżi aħjar tal-informazzjoni u tad-dejta;

    Riżultati tal-għan speċifiku 4: l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti essenzjali għall-groundhandling, għall-protezzjoni ambjentali fir-rigward ta’ prodotti ajrunawtiċi, kif ukoll għaċ-ċibersigurtà; kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-EASA u l-Kummissjoni fi kwistjonijiet ta’ sigurtà; bażi ġuridika għar-rieżami tal-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni;

    Riżultati tal-għan speċifiku 5: il-ħolqien ta’ għadd ta’ spetturi akkreditati mill-UE; il-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ sorveljanza ta’ emerġenza; qafas legali għat-trasferiment ta’ responsabbiltajiet regolatorji lil Stati Membri oħra jew lill-EASA; il-possibbiltà li kompiti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza jiġu allokati lil organizzazzjonijiet kompetenti tal-utenti fis-settur tal-avjazzjoni ġenerali; il-promozzjoni ta’ metodi ta’ sorveljanza abbażi tar-riskji u tal-prestazzjoni; it-twaqqif ta’ repożitorju Ewropew għal informazzjoni rilevanti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fiċ-ċertifikazzjoni, fis-sorveljanza u fl-infurzar; il-possibbiltà ta’ inklużjoni fakultattiva fis-sistema tal-Unjoni għall-inġenji tal-ajru statali u għall-inġenji tal-ajru tal-Anness II;

    1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

    Indikaturi għall-għan speċifiku 1:

       Għadd ta’ mistoqsijiet li rċeviet l-EASA dwar l-interpretazzjoni tar-regoli;

       Għadd ta’ operaturi li jużaw regoli bbażati fuq il-prestazzjoni sabiex juru konformità mar-rekwiżiti essenzjali;

       Għadd ta’ liċenzji privati tal-bdoti fl-avjazzjoni ġenerali

       Tnaqqis fil-kostijiet għall-operaturi

    Indikaturi għall-għan speċifiku 2:

       Għadd ta’ regoli li jirreferu għall-istandards tal-industrija;

       Età tal-flotta tal-avjazzjoni ġenerali fl-UE;

       Tnaqqis fil-kostijiet taċ-ċertifikazzjoni u tal-produzzjoni tal-inġenji tal-ajru;

       Għadd ta’ ċertifikazzjonijiet ġodda;

    Indikaturi għall-għan speċifiku 3:

       Rata ta’ aċċidenti f’relazzjoni maż-żieda fit-traffiku;

       Riżultati tal-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni u tal-monitoraġġ kontinwu tal-EASA

       Għadd ta’ Programmi għas-Sikurezza tal-Istat u l-livell ta’ implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri;

    Indikaturi għall-għan speċifiku 4:

       Għadd ta’ mistoqsijiet li rċeviet l-EASA dwar l-interpretazzjoni ta’ regoli reveduti;

       Għadd ta’ okkorrenzi riskjużi li jinvolvu il-groundhandling;

       Rispons mill-partijiet ikkonċernati;

    Indikaturi għall-għan speċifiku 5:

       Riżultati tal-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni u tal-monitoraġġ kontinwu tal-EASA fir-rigward tar-riżorsi u tal-kompetenzi fl-Istati Membri;

       Għadd ta’ Stati Membri li jagħmlu użu mill-ispetturi tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-UE, u minn strumenti ġodda ta’ akkomunament u ta’ kondiviżjoni tar-riżorsi (delega tar-responsabbiltajiet, inklużjoni fakultattiva għall-inġenji tal-ajru tal-istat u tal-Anness II);

       Evoluzzjoni tar-riżorsi fl-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni tal-Istati Membri imkejla f’termini ta’ FTEs u ta’ baġit;

    1.5.Bażi għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.5.1.Rekwiżit/i li jridu jiġu ssodisfati fit-terminu medju jew fit-tul

    Jiġi żgurat li jinżamm livell għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili anke meta kulma jmur il-volumi tat-traffiku qegħdin jikbru.

    Tingħata kontribuzzjoni għall-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni billi s-sistema Ewropea tal-avjazzjoni ċivili ssir iżjed effiċjenti filwaqt li jiġu żgurati standards għoljin ta’ sikurezza u tal-ambjent.

    Rekwiżiti tal-ICAO għall-Istati Membri sabiex jadottaw il-Programmi għas-Sikurezza tal-Istat.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    It-trasport bl-ajru fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa transnazzjonali u għalhekk, min-natura tiegħu, jirrikjedi approċċ regolatorju fil-livell tal-UE.

    Hemm fehim ġenerali fost l-Istati Membri li r-regoli komuni huma neċessarji fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ sikurezza. Dan diġà ġie manifestat bl-adozzjoni inizjali tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tal-predeċessur tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002. Is-sikurezza tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni ċivili tiddependi inter alia fuq kemm jaħdmu tajjeb bejniethom l-elementi ta’ din is-sistema. Kwalunkwe interfaċċa f’din is-sistema tikkostitwixxi riskju li jirrikjedi koordinazzjoni. Il-leġiżlazzjoni komuni tneħħi l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni bejn is-sistemi regolatorji tal-Istati Membri u b’hekk tikkontribwixxi għal żieda fis-sikurezza. L-iktar mod effettiv kif tista’ tinkiseb il-promozzjoni ta’ sistema komuni Ewropea ta’ sikurezza huwa biss fil-livell tal-UE. Bl-istess mod, b’sistema unika Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, tiżdied l-effiċjenza billi titnaqqas il-frammentazzjoni li tiswa ħafna flus.

    1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

    L-inizjattiva hija bbażata inter alia fuq analiżi bir-reqqa tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tal-predeċessur tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002, inkluża l-evalwazzjoni tal-2013 tal-funzjonament tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 imwettqa skont l-Artikolu 62 ta’ dak ir-Regolament.

    1.5.4.Sinerġija possibbli u kompatibbiltà ma’ strumenti xierqa oħra

    Din l-inizjattiva tikkostitwixxi riżultat tanġibbli fil-pakkett tal-Avjazzjoni li jrid jiġi adottat fl-aħħar tal-2015 u se tikkontribwixxi għall-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni tal-UE.

    L-inizjattiva hija konformi mal-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport li timmira li l-Ewropa ssir l-iżjed reġjun sikur għall-avjazzjoni.

    Barra minn hekk, l-inizjattiva hija konformi mal-istrateġija Ewropa 2020 u mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni billi tiżviluppa s-suq intern u trawwem l-innovazzjoni u għaldaqstant ikollha impatt pożittiv fuq l-impjiegi, fuq it-tkabbir u fuq il-kompetittività globali tas-settur tal-avjazzjoni.

    Fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ governanza tal-EASA, l-inizjattiva hija konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji deċentralizzati, u timplimentahom.

    1.6.Durata u impatt finanzjarju

     Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

       Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sal-[JJ/XX]SSSS

       Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

     Proposta/inizjattiva ta’ durata illimitata

    Implimentazzjoni b’perjodu għat-tnedija mill-SSSS sal-SSSS,

    segwita minn operat fuq skala kompleta.

    1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i 35  

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    ◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati:

    ◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi li jkunu nnominaw;

    ◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    ◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    ⌧ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

    ◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

    ◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, tant li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    l-ebda



    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Diġà jeżistu biżżejjed mekkaniżmi għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni u jistgħu jintużaw, minħabba l-fatt li fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili l-monitoraġġ tal-prestazzjoni huwa element integrali tal-qafas regolatorju tal-Unjoni. L-effettività tal-miżura proposta, ladarba tiġi adottata, tkun soġġetta għal evalwazzjoni obbligatorja kull ħames snin, kif inhu l-każ skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 attwali.

    Ir-rekwiżiti ta’ rapportar annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tħejjija tar-rapport konsolidat tal-attività annwali u t-tħejjija tal-kontijiet finali.

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.2.1.Riskju/i identifikat/i

    l-ebda

    2.2.2.Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema stabbilita ta’ kontroll intern

    Bħala aġenzija tal-Unjoni, l-EASA tapplika l-metodi applikabbli ta’ kontroll tal-aġenziji deċentralizzati li diġà ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

    Ir-Regolament Finanzjarju tal-EASA li huwa bbażat fuq ir-Regolament Finanzjarju Qafas għall-Aġenziji jistabbilixxi l-ħatra ta’ awditur intern u r-rekwiżiti tal-awditjar intern.

    2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball

    mhux applikabbli

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri eżistenti jew ippjanati ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni.

    L-Artikolu 111 tar-Regolament propost jirrigwarda l-ġlieda kontra l-frodi. Dan jagħmel ir-Regolament (EU, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF applikabbli għall-EASA u jagħti s-setgħa lill-OLAF u lill-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu iktar verifiki u investigazzjonijiet. L-Artikolu jikkorrispondi mat-test mudell għall-aġenziji deċentralizzati.

    Barra minn hekk, fid-9 ta’ Diċembru 2014, l-EASA adottat strateġija kontra l-frodi.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i affettwat/a

    Linji baġitarji eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    infiq

    Numru
     

    tal-Kontribuzzjoni Intestatura………………………...……………

    Diff./Mhux diff. 36

    mill-pajjiżi tal-EFTA 37

    mill-pajjiżi kandidati 38

    minn pajjiżi terzi

    fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    1 Tkabbir intelliġenti u inklużiv

    a) Il-kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi

    06 02 02 Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

    Diff.

    IVA

    LE

    IVA*

    LE

    * Kontribuzzjoni mill-Iżvizzera wara d-Deċiżjoni Nru 1/2007 (2008/100/KE)        

    Linji baġitarji ġodda rikjesti mhux applikabbli

    Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    infiq

    Numru

    tal-Kontribuzzjoni Intestatura………………………………………

    Diff./Mhux diff.

    mill-pajjiżi tal-EFTA

    mill-pajjiżi kandidati

    minn pajjiżi terzi

    fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    [XX.YY.YY.YY]

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    3.2.Impatt stmat fuq l-infiq

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq 39  

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    multiannwali

    Numru

    1a

    Intestatura 1a Il-Kompetittività għat-Tkabbir u għall-Impjiegi

    DĠ: MOVE

    Sena
    N 40

    Sena
    N+1

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin skont kemm ikun neċessarju sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    • Approprjazzjonijiet operazzjonali

    Numru tal-linja tal-baġit 06 02 02

    Impenji

    (1)

    34,870

    + 1,575

    = 36,445

    34,870

    + 2,045

    = 36,915

    35,568

    + 1,395

    = 36,963  

    36,279

    + 1,395

    =37,674

    Proposta ta’

    durata illimitata

    Pagamenti

    (2)

    36,445

    36,915

    36,963  

    37,674

    Proposta ta’

    durata illimitata

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-finanzjament ta’ programmi speċifiċi 41 mhux applikabbli

    Numru tal-linja baġitarja

    (3)

    TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
    għad-DĠ MOVE

    Impenji

    =1

    36,445

    36,915

    36,963  

    37,674

    Proposta ta’

    durata illimitata

    Pagamenti

    =2

    36,445

    36,915

    36,963  

    37,674

    Proposta ta’

    durata illimitata




    TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
    taħt l-INTESTATURA 1a
    tal-qafas finanzjarju multiannwali

    Impenji

    36,445

    36,915

    36,963  

    37,674

    Proposta ta’

    durata illimitata

    Pagamenti

    36,445

    36,915

    36,963  

    37,674

    Proposta ta’

    durata illimitata





    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    multiannwali

    5

    “Infiq amministrattiv”

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena
    N

    Sena
    N+1

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin skont kemm ikun neċessarju sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    DĠ: MOVE

    • Riżorsi umani

    Bażi għall-kalkolu: il-livell attwali ta’ baġit għall-persunal fid-DĠ MOVE li jittratta r-Regolament (KE) Nru 216/2008 u kwistjonijiet relatati mal-EASA (7 FTE x EUR 132 000 /sena = EUR 924 000)

    0,924

    0,924

    0,924

    0,924

    Proposta ta’ durata illimitata

    • Infiq amministrattiv ieħor

    0

    0

    0

    0

    TOTAL TAD-DĠ MOVE

    Approprjazzjonijiet

    0,924

    0,924

    0,924

    0,924

    Proposta ta’ durata illimitata

    TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
    taħt l-INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju multiannwali
     

    (Impenji totali = Pagamenti totali)

    0,924

    0,924

    0,924

    0,924

     

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena
    N 42

    Sena
    N+1

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin skont kemm ikun neċessarju sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
    taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
    tal-qafas finanzjarju multiannwali
     

    Impenji

    37,369

    37,839

    37,887

    38,598

    Proposta ta’ durata illimitata

    Pagamenti

    37,369

    37,839

    37,887

    38,598

    Proposta ta’ durata illimitata

    3.2.1.1Proposta tal-abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment għall-EASA mill-2017 sal-2020

    Livell ta’ persunal propost għall-EASA mill-2017 sal-2020 (Total)*

    2016**

    2017

    2018

    2019

    2020

    Gradi AD

    Gradi AD ġodda

    Total ta’ AD

    548

    548

    541

    5

    546

    540

    540

    540

    540

    540

    540

    Gradi AST

    Gradi AST ġodda

    Total ta’ AST

    128

    128

    123

    123

    118

    118

    118

    118

    118

    118

    Total ta’ Karigi fil-Pjan ta’ Stabbiliment

    676

    669

    658

    658

    658

    * Dawn iċ-ċifri se jiġu aġġustati fid-dawl ta’ sistema ta’ flessibbiltà għall-karigi skont it-tariffi u l-imposti li trid tiġi żviluppata abbażi ta’ sett ta’ indikaturi dwar l-ammont ta’ ħidma u l-effiċjenza tal-Aġenzija li trid tiġi approvata mill-Kummissjoni. Sa mhux iżjed tard mill-adozzjoni tal-abbozz tal-baġit tal-2017, il-Kummissjoni se tippreżenta Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva reveduta fir-rigward tad-dettall ta’ kif taħdem fil-prattika sistema ta’ flessibbiltà għall-karigi skont it-tariffi u l-imposti, u xi jkun l-impatt korrispondenti fuq il-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija. Sakemm joħorġu r-riżultati ta’ dan ix-xogħol li għadu għaddej, id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja din il-proposta preżenti tistabbilixxi statiċità għal għadd ta’ karigi skont it-tariffi u l-imposti, abbażi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-programmazzjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji tal-aġenziji deċentralizzati mill-2014 sal-2020, aġġustati skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità baġitarja fil-proċedura tal-baġit għall-2016.

    ** Iċ-ċifri għall-2016 huma soġġetti għall-adozzjoni finali tal-baġit mill-awtorità baġitarja. Iċ-ċifri għas-snin mill-2017 sal-2020 jaf ikollhom bżonn jiġu aġġustati wara l-adozzjoni finali tal-baġit kull sena.

    Livell ta’ persunal propost għall-EASA mill-2017 sal-2020 (kontribuzzjoni tal-UE) *

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    Gradi AD

    Gradi AD ġodda

    Total ta’ AD

    175

    175

    177

    5

    182

    184

    184

    184

    184

    184

    184

    Gradi AST

    Gradi AST ġodda

    Total ta’ AST

    50

    50

    46

    46

    42

    42

    42

    42

    42

    42

    Total ta’ Karigi fil-Pjan ta’ Stabbiliment

    225

    228

    226

    226

    226

    * Dawn iċ-ċifri jinkludu l-applikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ 2 % (tnaqqis tal-persunal b’1 % u imposta annwali ta’ 1 % għall-grupp tar-ridistribuzzjoni) sal-2018 u l-karigi addizzjonali previsti għal TCO u għal RPAS kif stabbilit fl-Anness I tal-Komunikazzjoni dwar il-programmazzjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji (COM(2013)519).

    Livell ta’ persunal propost għall-EASA mill-2017 sal-2020 (Tariffi u imposti)*

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    Gradi AD

    Gradi AD ġodda

    Total ta’ AD

    373

    373

    364

    364

    356

    356

    356

    356

    356

    356

    Gradi AST

    Gradi AST ġodda

    Total ta’ AST

    78

    78

    77

    77

    76

    76

    76

    76

    76

    76

    Total ta’ Karigi fil-Pjan ta’ Stabbiliment

    451

    441

    432

    432

    432

    * Dawn iċ-ċifri se jiġu aġġustati fid-dawl ta’ sistema ta’ flessibbiltà għall-karigi skont it-tariffi u l-imposti li trid tiġi żviluppata abbażi ta’ sett ta’ indikaturi dwar l-ammont ta’ ħidma u l-effiċjenza tal-Aġenzija li trid tiġi approvata mill-Kummissjoni. Sa mhux iżjed tard mill-adozzjoni tal-abbozz tal-baġit tal-2017, il-Kummissjoni se tippreżenta Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva reveduta fir-rigward tad-dettall ta’ kif taħdem fil-prattika sistema ta’ flessibbiltà għall-karigi skont it-tariffi u l-imposti, u xi jkun l-impatt korrispondenti fuq il-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija. Sakemm joħorġu r-riżultati ta’ dan ix-xogħol li għadu għaddej, id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja din il-proposta preżenti tistabbilixxi statiċità għal għadd ta’ karigi skont it-tariffi u l-imposti, abbażi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-programmazzjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji tal-aġenziji deċentralizzati mill-2014 sal-2020, aġġustati skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità baġitarja fil-proċedura tal-baġit għall-2016.

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali 43 , kif spjegat hawn taħt:

    (Bażi għall-kalkolu: kost medju totali ta’ FTE wieħed (1): EUR 132 000)

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Indika l-għanijiet u l-eżiti

    Sena
    N

    Sena
    N+1

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin skont kemm ikun neċessarju sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    TA’ EŻITI

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 44

    Jiġu eliminati r-rekwiżiti bla bżonn u jiġi żgurat li r-Regolament ikun proporzjonat għar-riskji assoċjati ma’ tipi differenti ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni

    L-ebda impatt addizzjonali għall-EASA billi l-eżiti jiġu assorbiti mill-approprjazzjonijiet preżenti.

    Sottototal għall-għan speċifiku Nru 1

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2

    Jiġi żgurat li t-teknoloġiji ġodda u l-iżviluppi tas-suq jiġu integrati b’mod effiċjenti u jiġu sorveljati b’mod effettiv

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    Qafas legali ġdid għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

    Sottototal għall-għan speċifiku Nru 2

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3

    Jiġi stabbilit proċess kooperattiv ta’ ġestjoni tas-sikurezza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha sabiex jidentifikaw u jnaqqsu b’mod konġunt ir-riskji għall-avjazzjoni ċivili

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    Repożitorju Ewropew (l-Artikolu 28): dejta bażika għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u għall-monitoraġġ (inkluż CA wieħed (1)/sena, kostijiet ta’ darba ta’ EUR 0,3 m fis-sena n u n+1, u kostijiet operazzjonali annwali ta’ EUR 0,20 m)

    0,535

    0,570

    0,270

    0,270

    Proposta ta’ durata illimitata

    “Big Data”: dejta u analiżi għas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni (kostijiet tal-persunal ta’ 2 FTE + CA wieħed (1)/sena, esklużi l-kostijiet tal-operat)

    0,167

    0,334

    0,334

    0,334

    Proposta ta’ durata illimitata

    Sottototal għall-għan speċifiku Nru 3

    0,702

    0,904

    0,604

    0,604

    Proposta ta’ durata illimitata

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 4

    Jingħalqu l-lakuni fis-sistema regolatorja u tiġi żgurata l-konsistenza tagħha

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    Groundhandling: tiġi stabbilita u tinżamm sistema ta’ rekwiżiti komuni (l-Artikolu 11) (kostijiet tal-persunal ta’ 1 FTE/sena)

    0,066

    0,132

    0,132

    0,132

    Proposta ta’ durata illimitata

    Armonizzazzjoni ta’ aspetti ta’ Sigurtà u ta’ Sikurezza; Appoġġ għat-tfassil tar-regoli u għall-ispezzjonijiet (l-Artikolu 40) (kostijiet tal-persunal ta’ 1 FTE/sena)

    0,066

    0,132

    0,132

    0,132

    Proposta ta’ durata illimitata

    Rekwiżiti Ewropej ġodda ta’ Ċertifikazzjoni għall-Protezzjoni u għar-Rapport Ambjentali (l-Artikolu 39) (inklużi 1 FTE/sena u l-kostijiet annwali tal-IT ta’ EUR 0,15 m)

    0,216

    0,282

    0,282

    0,282

    Proposta ta’ durata illimitata

    Sottototal għall-għan speċifiku Nru 4

    0,348

    0,546

    0,546

    0,546

    Proposta ta’ durata illimitata

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 5

    Tinħoloq sistema ta’ ħidma effettiva ta’ akkomunament u ta’ kondiviżjoni tar-riżorsi bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    Promozzjoni ta’ metodi ta’ sorveljanza abbażi tar-riskji u tal-prestazzjoni

    0,100

    0,100

    0,100

    0,100

    0,400

    Għadd ta’ esperti (l-Artikolu 17) (inkluż CA wieħed (1)/sena, kostijiet ta’ darba ta’ EUR 0,1 m fis-sena n u n+1 u kostijiet operazzjonali annwali ta’ EUR 5000)

    0,140

    0,175

    0,075

    0,075

    Proposta ta’ durata illimitata

    Twaqqif ta’ qafas għad-delega ta’ responsabbiltajiet (l-Artikolu 18)

    0,175

    0,175

    0,00

    0,00

    0,350

    Jiġu żgurati standards komuni ta’ taħriġ (l-Artikolu 43) (inkluż CA wieħed (1)/sena u kostijiet ta’ darba għall-materjal tat-taħriġ fis-sena n u n+1 ta’ EUR 0,075 m)

    0,11

    0,145

    0,070

    0,070

    Proposta ta’ durata illimitata

    Sottototal għall-għan speċifiku Nru 5

    0,525

    0,595

    0,245

    0,245

    KOST TOTALI

    1.575

    2,045

    1,395

    1,395

    3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.3.1.Sommarju

       Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    ⌧Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    Bażi għall-kalkolu: il-livell attwali ta’ baġit għall-persunal fid-DĠ MOVE li jittratta r-Regolament (KE) Nru 216/2008 u kwistjonijiet relatati mal-EASA (7 FTE x EUR 132 000 /sena = EUR 924 000)

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena
    N 45

    Sena
    N+1

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin skont kemm ikun neċessarju sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju multiannwali

    Riżorsi umani

    0,924

    0,924

    0,924

    0,924

    Infiq amministrattiv ieħor

    0

    0

    0

    0

    Sottototal għall-INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju multiannwali

    0,924

    0,924

    0,924

    0,924

    Barra mill-INTESTATURA 5 46
    tal-qafas finanzjarju multiannwali

    Riżorsi umani

    0

    0

    0

    0

    Infiq ieħor
    ta’ natura amministrattiva

    0

    0

    0

    0

    Sottototal
    għal barra mill-INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju multiannwali

    0

    0

    0

    0

    TOTAL

    0,924

    0,924

    0,924

    0,924

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

    3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

       Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    Stima li trid titniżżel f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

    Sena
    N

    Sena
    N+1

    Sena N+2

    Sena N+3

    Daħħal is-snin skont kemm ikun neċessarju sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    • Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

    06 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    7

    7

    7

    7

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

    0

    0

    0

    0

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

    0

    0

    0

    0

    10 01 05 01 (Riċerka diretta)

    0

    0

    0

    0

    Persunal estern (f’unitajiet Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 47

    XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“finanzjament globali”)

    0

    0

    0

    0

    XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

    0

    0

    0

    0

    XX 01 04 yy  48

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

    0

    0

    0

    0

    10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

    0

    0

    0

    0

    Linji baġitarji oħra (speċifika liema)

    TOTAL

    7

    7

    7

    7

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati bil-persunal mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji

    Persunal tad-DĠ MOVE li jittratta materji relatati mas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili, mal-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni, u mal-EASA, inklużi:

    – il-ġestjoni tal-adozzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ miżuri bħala riżultat tar-rakkomandazzjonijiet tal-EASA (Deċiżjonijiet u Regolamenti tal-Kummissjoni);

    – il-koordinazzjoni amministrattiva u l-kontroll tal-EASA: il-programmi ta’ ħidma, il-pjanijiet multiannwali tal-politika tal-persunal, il-laqgħat tal-Bord ta’ Ġestjoni u ta’ kumitati oħra;

    – l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ politika

    – ir-responsabbiltajiet finanzjarji u kontabilistiċi fir-rigward tal-EASA fil-livell tal-Kummissjoni (il-baġit, il-kwittanza, eċċ.)

    Persunal estern

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

       Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

       Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

    Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti 49 .

    Linja baġitarja: 06 02 02

    F’miljuni ta’ EUR

    N:    36,445

    N+1:    36,915

    N+2:    36,963

    N+3:    37,674

       Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali.

    Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

    Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

    Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat ta’ hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena
    N

    Sena
    N+1

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin skont kemm ikun neċessarju sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Total

    Kontribuzzjoni mill-pajjiżi taż-ŻEE/tal-EFTA ħlief l-Iżvizzera*

    1,070

    1,070

    1,054

    1,073

    Kontribuzzjoni mill-Iżvizzera**

    1,0

    1,0

    1,0

    1,0

    TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati

    2,070

    2,070

    2,054

    2,073

    * Abbażi tal-assunzjoni ta’ kontribuzzjoni ta’ 2,76 % tal-kontribuzzjoni annwali tal-UE. Għall-finijiet tal-kalkolu, l-introjti assenjati derivati mill-bilanċi pożittivi tas-snin preċedenti jitqies li jkun 0.

    ** Approssimazzjoni skont id-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt Komunità/Kumitat għat-Trasport bl-Ajru tal-Iżvizzera stabbiliti skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (2008/100/EC)

    3.3.Impatt stmat fuq l-introjtu

       Il-proposta/l-inizjattiva ma jkollha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-introjtu.

       Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq l-introjtu mixxellanju

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja tal-introjtu tal-baġit:

    Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

    Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 50

    Sena
    N

    Sena
    N+1

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin skont kemm ikun neċessarju sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Artikolu ………….

    Għall-introjtu mixxellanju “assenjat”, speċifika liema linji baġitarji tal-infiq ġew affettwati.

    Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq l-introjtu.

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, (ĠU L 79, 19.3.2008). Dan ir-Regolament ġie sussegwentement modifikat bir-Regolament (KE) Nru 1108/2009, li estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għas-sikurezza tal-ajrudromi u għall-aspetti ta’ sikurezza tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru u tas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru.
    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta’ Frar 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, (ĠU L 240, 7.9.2002).
    (3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Aċċellerazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2013, COM(2013)408 final, akkumpanjata minn proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, COM(2013)409 final, u minn proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, COM(2013)410 final.
    (4)
    (5) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.
    (6) Is-sottogrupp tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EASA, “Ir-Rapport Finali” (2015), http://easa.europa.eu/the-agency/governance/management-board/meetings/mb-032014 .
    (7) L-evalwazzjoni tal-Artikolu 62, Ir-Rapport Finali (2013), http://easa.europa.eu/system/files/dfu/Article%2062%20Report.pdf .
    (8) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
    (9) ĠU C , , p. .
    (10) ĠU C , , p. .
    (11) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
    (12) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
    (13) Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1).
    (14) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).
    (15) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
    (16) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1).
    (17) Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).
    (18) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fl-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).
    (19) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).
    (20) Ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [.......] dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew................ (ĠU ........, p. ...).
    (21) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
    (22) Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.)
    (23) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1.)
    (24) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
    (25) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE), Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
    (26) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
    (27) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
    (28) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
    (29) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
    (30) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
    (31) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
    (32) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
    (33) ABM: ġestjoni abbażi tal-attività; ABB: ibbaġitjar abbażi tal-attività.
    (34) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (35) Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit web BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
    (36) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati
    (37) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (38) Pajjiżi kandidati u, meta dan ikun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (39) L-infiq irid jiġi aġġustat skont il-ftehim li jintlaħaq mill-Kabinetti dwar karigi addizzjonali u aġenti kuntrattwali.
    (40) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
    (41) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u infiq li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
    (42) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
    (43) Approprijazzjonijiet li jridu jiġu aġġustati skont il-ftehim li jintlaħaq mill-Kabinetti dwar il-karigi addizzjonali u l-aġenti kuntrattwali.
    (44) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan speċifiku/għanijiet speċifiċi…”
    (45) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
    (46) L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u l-infiq li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.
    (47) AC= Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-Aġenzija; JED= Esperti Mhux Għoljin fid-Delegazzjonijiet.
    (48) Sottolimitu għall-persunal estern kopert bl-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu linji “BA”).
    (49) Ammonti li jridu jiġu aġġustati skont il-ftehim li jintlaħaq mill-Kabinetti dwar il-karigi addizzjonali u l-għadd ta’ aġenti kuntrattwali.
    (50) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % għall-kostijiet tal-ġbir.
    Top

    Brussell, 7.12.2015

    COM(2015) 613 final

    ANNESSI

    tal-

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    {SWD(2015) 262 final}
    {SWD(2015) 263 final}


    ANNESS I

    Inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(3)(d)

    Ir-Regolament ma japplikax għal dawn il-kategoriji ta’ inġenji tal-ajru:

    (a)inġenji tal-ajru storiċi li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

    (i)inġenji tal-ajru sempliċi li:

    id-disinn inizjali tagħhom ġie stabbilit qabel l-1 ta' Jannar 1955, u

    li ma baqgħux jiġu mmanifatturati wara l-1 ta' Jannar 1975;    

       jew

    (ii)inġenji tal-ajru li għandhom rilevanza storika ċara, marbuta ma':

    parteċipazzjoni f'avveniment storiku notevoli,

    pass ewlieni fl-iżvilupp tal-avjazzjoni, jew

    rwol prinċipali fil-forzi armati ta' Stat Membru;

    (b)inġenji tal-ajru speċifikament iddisinjati jew immodifikati għal skopijiet sperimentali, xjentifiċi jew ta’ riċerka, u x'aktarx immanifatturati f'numri limitati ħafna;

    (c)inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ li tal-inqas 51 % minnhom inbnew minn dilettant, jew minn assoċjazzjoni ta' dilettanti mhux għal profitt, għall-iskopijiet tagħhom stess u mingħajr ebda għan kummerċjali;

    (d)inġenji tal-ajru li kienu fis-servizz tal-forzi militari, ħlief jekk l-inġenju tal-ajru huwa ta' tip li għalih l-Aġenzija tkun adottat standard tad-disinn;

    (e)ajruplani li jkollhom veloċità minima ta' titjir jew veloċità kostanti ta' titjir fil-konfigurazzjoni tal-inżul li ma teċċedix il-35 mil nawtiku fis-siegħa bħala veloċità kalibrata fl-ajru (CAS) u li ma jkollhomx aktar minn żewġ sits, kif ukoll ħelikopters u paraxuts mekkanizzati li ma jkollhomx aktar minn żewġ sits, u li għandhom massa massima waqt it-tlugħ (MTOM), kif irreġistrata mill-Istati Membri, ta’ mhux aktar minn:

    (i)300 kg għal ajruplan/ħelikopter tal-art, b'sit wieħed;

    (ii)450 kg għal ajruplan/ħelikopter tal-art, b'żewġ sits;

    (iii)330 kg għal amfibju jew ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma b'sit wieħed;

    (iv)495 kg għal amfibju jew ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma b'żewġ sits, sakemm, meta jopera kemm bħala ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma u kemm bħala ajruplan/ħelikopter tal-art, josserva ż-żewġ limiti tal-MTOM, skont il-każ;

    (v)472,5 kg għal ajruplan tal-art, b'żewġ sits mgħammar b'sistema ta' paraxut ta' rkupru totali mmuntata fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru;

    (vi)540 kg għal ajruplan tal-art, b'żewġ sits mgħammar b'sistema ta' paraxut ta' rkupru totali mmuntata fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru u mgħammar b'sistema ta' propulsjoni elettrika;

    (vii)315 kg għal ajruplan tal-art, b'sit wieħed mgħammar b'sistema ta' paraxut ta' rkupru totali mmuntata fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru;

    (viii)365 kg għal ajruplan tal-art, b'sit wieħed mgħammar b'sistema ta' paraxut ta' rkupru totali mmuntat fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru u mgħammar b'sistema ta' propulsjoni elettrika;

    (f)ġiroplani b'sit wieħed jew b'żewġ sits b'MTOM li ma teċċedix 560 kg;

    (g)glajders u glajders bil-mutur b'MTOM, ta' mhux aktar minn 250 kg meta jkunu b'sit wieħed jew 400 kg meta jkunu b'żewġ sits, inklużi dawk li jinqatgħu mill-art bis-saqajn;

    (h)repliki ta' inġenji tal-ajru li jissodisfaw il-kriterji tal-punti (a) jew (d), li d-disinn strutturali tagħhom huwa simili għal dak tal-inġenji tal-ajru oriġinali;

    (i)balunbaraxxijiet b'okkupant wieħed u b’volum massimu ta’ arja sħuna skont id-disinn ta’ mhux aktar minn 900 m3;

    (j)kwalunkwe inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ ieħor b'massa vojta massima, inkluż il-fjuwil, ta' mhux aktar minn 70 kg.



    ANNESS II

    Rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà

    1.Integrità tal-prodott:

    L-integrità tal-prodott trid tiġi aċċertata għall-kundizzjonijiet antiċipati kollha ta' titjir għall-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru. Il-konformità mar-rekwiżiti kollha trid tintwera permezz ta' valutazzjoni jew ta’ analiżi, appoġġati, fejn hemm bżonn, b'testijiet.

    1.1.Strutturi u materjali:

    1.1.1.L-integrità tal-istruttura trid tiġi aċċertata f'kull waqt, u biżżejjed lil hinn miż-żona operazzjonali għall-inġenju tal-ajru, inkluża s-sistema ta' propulsjoni tiegħu, u trid tinżamm għall-ħajja operattiva tal-inġenju tal-ajru.

    1.1.2.Il-partijiet kollha tal-inġenju tal-ajru, li jekk jinqalgħalhom il-ħsara jistgħu jnaqqsu l-integrità strutturali, iridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin mingħajr deformazzjoni detrimentali jew ħsara. Dan jinkludi l-oġġetti kollha ta' massa sinifikanti u l-mezzi tagħhom ta' trażżin.

    (a)Iridu jiġu kkunsidrati l-kombinazzjonijiet kollha ta' tagħbija li jkunu raġjonevolment mistennija li jseħħu fil-piżijiet, fil-firxa taċ-ċentru tal-gravità, fiż-żona operazzjonali u fil-ħajja tal-inġenju tal-ajru u biżżejjed lil hinn minnhom. Dan jinkludi tagħbijiet dovuti għal buffuri, manuvri, pressjoni għolja, superfiċi mobbli, sistemi ta' kontroll u ta' propulsjoni kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art.

    (b)Trid tingħata kunsiderazzjoni lit-tagħbijiet u lill-ħsarat probabbli kkawżati bi nżul ta' emerġenza fuq l-art jew fuq il-baħar.

    (c)Skont it-tip ta’ ħidma, l-effetti dinamiċi jridu jiġu koperti fir-rispons strutturali għal dawn it-tagħbijiet, filwaqt li jitqiesu d-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru.

    1.1.3.L-inġenju tal-ajru ma jrid ikollu ebda instabbiltà ajruelastika u vibrazzjoni eċċessiva.

    1.1.4.Il-proċessi tal-manifattura u l-materjali użati fil-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru jridu jirriżultaw fi proprjetajiet strutturali magħrufa u riproduċibbli. Irid jittieħed kont ta' kull tibdil fil-prestazzjoni tal-materjali relatata mal-ambjent operazzjonali.

    1.1.5.Hemm bżonn li jiġi żgurat li sa fejn huwa possibbli, l-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali, il-ħsara aċċidentali u li ġejja minn sors diskret ma jnaqqsux l-integrità strutturali taħt livell aċċettabbli ta' saħħa residwa. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi żgurata ajrunavigabbiltà kontinwa f'dan ir-rigward iridu jiġu promulgati.

    1.2.Propulsjoni:

    1.2.1.L-integrità tas-sistema ta' propulsjoni (jiġifieri l-magna u, meta jkun xieraq, l-iskrun) trid tintwera f'kull ħin, u biżżejjed lil hinn, miż-żona operazzjonali tas-sistema ta' propulsjoni u trid tinżamm tul il-ħajja operattiva tas-sistema ta' propulsjoni, filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-rwol tas-sistema ta' propulsjoni fil-kunċett ġenerali tas-sikurezza tal-inġenu tal-ajru.

    1.2.2.Is-sistema ta' propulsjoni trid tipproduċi, fil-limiti dikjarati tagħha, il-forza propulsiva jew il-potenza mitluba minnha fil-kondizzjonijiet kollha meħtieġa tat-titjir, filwaqt li jitqiesu l-effetti u l-kondizzjonijiet ambjentali.

    1.2.3.Il-proċess tal-manifattura u l-materjali użati fil-kostruzzjoni tas-sistema ta' propulsjoni iridu jirriżultaw f'imġiba strutturali magħrufa u riproduċibbli. Irid jittieħed kont ta' kull tibdil fil-prestazzjoni tal-materjali relatata mal-ambjent operazzjonali.

    1.2.4.L-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali u operazzjonali u ħsarat sussegwenti probabbli fil-partijiet ma għandhomx inaqqsu l-integrità tas-sistema ta' propulsjoni taħt livelli aċċettabbli. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi żgurata ajrunavigabbiltà kontinwa f'dan ir-rigward iridu jiġu promulgati.

    1.2.5.L-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u r-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-interfaċċa sikura u korretta bejn is-sistema ta' propulsjoni u l-inġenju tal-ajru jridu jiġu promulgati.

    1.3.Sistemi u tagħmir (għajr it-tagħmir mhux installat):

    1.3.1.L-inġenju tal-ajru ma jridx ikollu karatteristiċi jew dettalji ta' disinn li l-esperjenza wriet li huma perikolużi.

    1.3.2.L-inġenju tal-ajru, inklużi dawk is-sistemi u t-tagħmir meħtieġa għall-valutazzjoni tad-disinn tat-tip, jew bir-regoli operazzjonali, iridu jiffunzjonaw dejjem, kif ippjanat f’kull kondizzjoni operabbli prevista, u biżżejjed lil hinn, mit-tħaddim tal-inġenju tal-ajru, b’ kunsiderazzjoni xierqa tas-sistema jew tal-ambjent operattiv tat-tagħmir. Sistemi jew tagħmir oħra mhux meħtieġa għaċ-ċertifkazzjoni tat-tip, jew bir-regoli operattivi, kemm jekk jiffunzjonaw tajjeb kif ukoll jekk le, ma jridux inaqqsu s-sikurezza u ma jridux jaffettwaw ħażin il-funzjonament kif suppost ta' kull tip ta' sistema jew tagħmir ieħor. Is-sistemi u t-tagħmir iridu jkunu operabbli mingħajr ma jeħtieġu ħila jew saħħa eċċezzjonali.

    1.3.3.Is-sistemi u t-tagħmir tal-inġenji tal-ajru, ikkunsidrati separatament u f'relazzjoni ma' xulxin, iridu jiġu ddisinjati b'tali mod li kwalunkwe kondizzjoni ta' ħsara katastrofika ma tirriżultax minn ħsara waħda li ma tidhirx li hija estremament improbabbli u trid teżisti relazzjoni inversa bejn il-probabbiltà ta' kondizzjoni ta' xi ħsara u s-severità tal-effett tagħha fuq l-inġenju tal-ajru u fuq l-okkupanti tiegħu. Fir-rigward tal-kriterju ta' ħsara waħda msemmi hawn fuq, huwa aċċettat li jrid ikun hemm riserva dovuta għad-daqs u l-konfigurazzjoni wiesgħa tal-inġenju tal-ajru u li dan jista' jostakola lil dan il-kriterju ta' ħsara waħda milli jiġi sodisfatt fir-rigward ta' xi parts u xi sistemi fuq ħelikopters u ajruplani żgħar.

    1.3.4.L-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni sikura tat-titjira u l-informazzjoni li tikkonċerna kondizzjonijiet mhux sikuri tridtiġi pprovduta lill-persunal, jew persunal ta' manutenzjoni, kif xieraq, b'mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu. Iridu jiġu ddisinjati u mpoġġija sistemi, tagħmir u kontrolli, inkluż sinjali u avviżi biex jiġu minimizzati l-iżbalji li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' perikoli.

    1.3.5.Iridu jittieħdu prekawzjonijiet tad-disinn sabiex jitnaqqsu l-perikoli għall-inġenji tal-ajru u għall-okkupanti minn theddid raġjonevolment probabbli, inklużi theddidiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, kemm ġewwa kif ukoll barra l-inġenju tal-ajru, inkluża l-protezzjoni kontra l-possibbiltà ta' ħsara sinifikanti jew ta’ tfixkil f'xi tagħmir mhux installat.

    1.4.Tagħmir mhux installat:

    1.4.1.It-tagħmir mhux installat irid iwettaq il-funzjoni ta’ sikurezza tiegħu jew funzjoni rilevanti għas-sikurezza kif maħsub f’kwalunkwe kondizzjoni operabbli prevista sakemm dik il-funzjoni ma tkunx tista’ titwettaq ukoll permezz ta’ mezzi oħra.

    1.4.2.It-tagħmir mhux installat irid ikun operabbli mingħajr ma jeħtieġ ħila jew saħħa eċċezzjonali.

    1.4.3.It-tagħmir mhux installat irid ikun iddisinjat biex jitnaqqsu l-iżbalji li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ perikoli.

    1.4.4.It-tagħmir mhux installat, kemm jekk jiffunzjona kif suppost kif ukoll jekk le, ma jridx inaqqas is-sikurezza u ma jridx jaffettwa ħażin il-funzjonament kif suppost ta' kwalunkwe tagħmir, sistema, jew tagħmir ieħor.

    1.5.Ajrunavigabbiltà kontinwa:

    1.5.1.Id-dokumenti kollha meħtieġa inklużi l-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jridu jiġu stabbiliti u jkunu disponibbli biex ikun żgurat li jinżamm l-istandard tal-ajrunavigabbiltà relatat mat-tip ta’ inġenju tal-ajru u kull parti assoċjata tul il-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru.

    1.5.2.Iridu jiġu pprovduti mezzi sabiex jippermettu l-ispezzjoni, l-aġġustament, il-lubrikazzjoni, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' partijiet u ta' tagħmir mhux installat kif meħtieġ għall-ajrunavigabbiltà kontinwa.

    1.5.3.L-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jridu jkunu fil-forma ta' manwal jew ta' manwali, kif adattat għall-kwantità ta' dejta li trid tiġi pprovduta. Il-manwali jridu jkopru manutenzjoni u struzzjonijiet ta' tiswija, informazzjoni dwar is-servizz ta' manutenzjoni, proċeduri ta' individwazzjoni ta' soluzzjonijiet u ta' spezzjoni, f'format li jipprevedi arranġament prattiku.

    1.5.4.L-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jrid ikun fihom limitazzjonijiet ta' ajrunavigabbiltà li jistabilixxu kull ħin obbligatorju ta' sostituzzjoni, intervall ta' spezzjoni u proċedura relatata ta' spezzjoni.

    2.Aspetti ta' ajrunavigabbiltà ta' tħaddim tal-prodott

    2.1.Dan li ġej irid jintwera li ġie indirizzat sabiex jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta' sikurezza għal dawk abbord jew fuq l-art tul it-tħaddim tal-prodott:

    (a)It-tipi ta' tħaddim li għalihom l-inġenju tal-ajru huwa approvat iridu jiġu stabbiliti u l-limitazzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa għal tħaddim sikur, inklużi l-limitazzjonijiet ambjentali u l-prestazzjoni, iridu jiġu stabbiliti wkoll.

    (b)L-inġenju tal-ajru jrid jkun kontrollabbli u manuvrabbli b'mod sikur fil-kondizzjonijiet kollha antiċipati ta' tħaddim inkluż wara li tinqala' ħsara f'sistema ta' propulsjoni waħda jew skont il-każ, f'iktar minn waħda, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Iridu jiġu kkunsidrati s-saħħa tal-bdot, l-ambjent tal-kabina tal-bdot, l-ammont ta' xogħol tal-bdot u kunsiderazzjonijiet oħra tal-fattur uman u l-fażi tat-titjira u t-tul tagħha.

    (c)Irid ikun possibbli li ssir tranżizzjoni mingħajr xkiel minn fażi waħda ta' titjira għal oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi ħila eċċezzjonali ta' pilotaġġ, riflessi tajba, saħħa jew ammont ta' xogħol f’kull tip ta' kondizzjoni operattiva probabbli.

    (d)L-inġenju tal-ajru jrid ikollu dan it-tip ta' stabbiltà sabiex ikun żgurat li dak li hu mistenni mill-bdot ma jkunx eċċessiv filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fażi u t-tul tat-titjira.

    (e)Iridu jiġu stabbiliti proċeduri għal tħaddim normali, ħsara u kondizzjonijiet ta' emerġenza.

    (f)Iridu jiġu pprovduti twissijiet jew deterrenti oħra maħsuba sabiex jevitaw li titħarbat in-normalità tat-titjira, b'mod adattat għat-tip ta' inġenju tal-ajru.

    (g)Il-karatteristiċi tal-inġenju tal-ajru u s-sistemi tiegħu jridu jippermettu ritorn sikur mill-estremitajiet tat-titjira li jistgħu jiltaqgħu magħhom.

    2.2.Il-limitazzjonijiet operattivi u informazzjoni oħra meħtieġa għal tħaddim sikur iridu jkunu disponibbli għall-membri tal-ekwipaġġ.

    2.3.L-operazzjonijiet tal-prodotti jridu jiġu protetti minn perikoli li jirriżultaw minn kondizzjonijiet avversi esterni u interni, inklużi kondizzjonijiet ambjentali.

    (a)B'mod partikolari u skont it-tip ta' tħaddim, l-ebda kondizzjoni mhux sikura ma trid tinħoloq mill-esponiment għal fenomeni bħal temp ikrah, sajjetti, ħbit ma' għasafar, għelieqi radjati bi frekwenza għolja, l-ożonu, eċċ. (din il-lista mhijiex eżawrjenti), raġjonevolment mistennija li jseħħu tul it-tħaddim tal-prodott, filwaqt li jitqiesu d-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru

    (b)Il-kompartimenti tal-kabina skont it-tip ta' tħaddim iridu jipprovdu lill-passiġġieri b'kondizzjonijiet ta' trasport adattati u bi protezzjoni adegwata kontra kull periklu mistenni li jirriżulta fl-operazzjonijiet ta' titjir jew li jirriżulta f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi perikoli ta' nar, duħħan, gassijiet tossiċi u dekompressjoni rapida, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Iridu jsiru dispożizzjonijiet sabiex l-okkupanti jingħataw kull ċans raġjonevoli sabiex jiġi evitat korriment serju, sabiexjiġu evakwati malajr mill-inġenju tal-ajru u sabiex ikunu protetti mill-effett tal-forzi ta' deċelerazzjoni fil-każ ta' inżul ta' emerġenza fuq l-art jew fuq il-baħar. Iridu jiġu pprovduti sinjali jew notifiki ċari u mhux ambigwi, kif meħtieġ, sabiex l-okkupanti jingħataw struzzjonijiet f'imġiba sikura adattata u dwar l-post u l-użu korett tat-tagħmir tas-sikurezza. It-tagħmir meħtieġ ta' sikurezza jrid ikun faċilment aċċessibbli.

    (c)Il-kompartimenti tal-ekwipaġġ skont it-tip ta' tħaddim, iridu jiġu irranġati sabiex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta' titjir, inklużi mezzi li jipprovdu għarfien tas-sitwazzjoni, u ġestjoni ta' kull tip ta' sitwazzjoni u emerġenza previsti. L-ambjent tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ ma jridx jipperikola l-abbiltà tal-ekwipaġġ li jwettaq il-kompiti tiegħu u jrid jiġi ddisinjat b'tali mod li ma tkun tista' ssir ebda interferenza matul it-tħaddim jew xi użu ħażin tal-kontrolli.

    3.Organizzazzjonijiet (li jinkludu persuni fiżiċi li huma responsabbli mid-disinn, mill-manifattura jew mill-manutenzjoni)

    3.1.Jiddependi mit-tip ta' attività, l-approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet iridu jinħarġu meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)l-organizzazzjoni jrid ikollha l-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu tax-xogħol. Dawn il-mezzi jinkludu dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għal: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal dejta rilevanti u żamma ta' reġistri.

    (b)skont it-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni trid timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex tiżgura l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali, iġġesti r-riskji tas-sikurezza u timmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema.

    (c)l-organizzazzjoni trid tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiżgura konformità kontinwa ma' dawn ir-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà;

    (d)l-organizzazzjoni trid tistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt (b) u l-arranġamenti skont il-punt (c), sabiex tikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 376/2014.

    3.2.Fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ dwar il-manutenzjoni, il-kondizzjonijiet fil-punti 3.1(c) u 3.1(d) ma japplikawx.

    ANNESS III

    Rekwiżiti essenzjali ta’ kompatibbiltà ambjentali relatata mal-prodotti

    1.Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati biex kemm jista’ jkun ma jkunux storbjużi, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

    2.Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b’mod li sa fejn ikun possibbli jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

    3.Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b’mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet li huma kkawżati mill-evaporazzjoni jew mir-rilaxx ta’ fluwidi, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

    4.Kull tip ta' kompromess bejn il-miżuri dwar id-disinn maħsuba biex inaqqsu l-istorbju, l-emissjonijiet ta’ speċijiet differenti u r-rilaxx ta’ fluwidi jrid jiġi kkunsidrat.

    5.Il-medda totali ta’ kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim u ż-żoni ġeografiċi fejn l-istorbju u l-emissjonijiet mill-inġenji tal-ajru huma ta’ tħassib, għandha tiġi kkunsidrata meta jiġu mnaqqsa l-istorbju u l-emissjonijiet.

    6.Is-sistemi u t-tagħmir tal-inġenju tal-ajru meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent iridu jkunu ddisinjati, immanifatturati u miżmuma b’mod li jiffunzjonaw kif ippjanat f’kull tip ta' kondizzjoni operabbli prevista. L-affidabbiltà tagħhom trid tkun adegwata fir-rigward tal-effett ippjanat tagħhom fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott.

    7.Kull tip ta' struzzjoni, proċedura, mezz, manwal, limitazzjoni u spezzjoni meħtieġa sabiex tkun żgurata l-konformità kontinwa ta’ prodott tal-avjazzjoni ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali jridu jiġu stabbiliti u pprovduti għall-utenti intenzjonati b’mod ċar.

    8.L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-produzzjoni u fil-manutenzjoni ta’ prodotti tal-avjazzjoni jrid/u:

    (a)ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ta’ prodott tal-avjazzjoni ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali; kif ukoll

    (b)jistabbilixxu arranġamenti ma’ organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' prodott tal-avjazzjoni ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali.



    ANNESS IV

    Rekwiżiti essenzjali għall-ekwipaġġ tal-ajru

    1.It-taħriġ tal-bdoti

    1.1.Ġenerali

    Persuna li tkun qed titħarreġ biex ittajjar inġenju tal-ajru trid tkun matura biżżejjed fl-edukazzjoni, fiżikament u mentalment biex tikseb, iżżomm u turi l-għarfien teoretiku u l-ħila prattika rilevanti.

    1.2.Għarfien teoretiku

    Bdot irid jikseb u jżomm livell xieraq ta' għarfien fir-rigward tal-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenju tal-ajru u li jkun proporzjonat mar-riskji marbuta ma' din it-tip ta' attività. Tali għarfien irid jinkludi mill-anqas dawn li ġejjin:

    (a)il-liġi tal-ajru;

    (b)għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru;

    (c)kwistjonijiet tekniċi relatati mal-kategorija tal-inġenju tal-ajru;

    (d)prestazzjoni u ppjanar fit-titjir;

    (e)prestazzjoni u limitazzjonijiet umani;

    (f)meteoroloġija;

    (g)navigazzjoni;

    (h)proċeduri operazzjonali, inkluża l-ġestjoni tar-riżorsi;

    (i)prinċipji tat-titjir;

    (j)komunikazzjonijiet; kif ukoll

    (k)ħiliet mhux tekniċi, inklużi r-rikonoxximent u l-ġestjoni ta' theddidiet u ta' żbalji.

    1.3.Dimostrazzjoni u manutenzjoni tal-għarfien teoretiku

    1.3.1.L-akkwiżizzjoni u ż-żamma tal-għarfien teoretiku iridu jintwerew permezz ta' valutazzjoni kontinwa waqt it-taħriġ, u fejn hu xieraq, permezz ta' eżamijiet.

    1.3.2.Irid jinżamm livell xieraq ta' kompetenza fl-għarfien teoretiku. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjonijiet, eżamijiet, testijiet jew kontrolli regolari. Il-frekwenza tal-eżamijiet, tat-testijiet jew tal-kontrolli jridu jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju marbut mal-attività.

    1.4.Ħila prattika

    Bdot irid jakkwista u jżomm il-ħiliet prattiċi li huma xierqa għall-funzjonijiet tiegħu/tagħha fuq l-inġenji tal-ajru. Dawn il-ħiliet iridu jkunu proporzjonati mar-riskji marbuta mat-tip ta' attività u jridu jkopru, jekk adattati għall-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenju tal-ajru, dawn li ġejjin:

    (a)l-attivitajiet qabel u waqt it-titjira, inklużi l-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, id-determinazzjoni tal-massa u tal-bilanċ, l-ispezzjoni u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija, l-apprezzament tat-temp, l-ippjanar tar-rotta, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u d-disponibbiltà ta' runway;

    (b)it-tħaddim tal-ajrudrom u x-xejriet tat-traffiku;

    (c)il-prekawzjonijiet u l-proċeduri biex jiġu evitati l-kolliżjonijiet;

    (d)il-kontroll tal-inġenji tal-ajru permezz ta' referenza viżiva esterna;

    (e)il-manuvri tat-titjir, inklużi dawk f'sitwazzjonijiet kritiċi, u l-manuvri “upset” assoċjati, kif teknikament possibbli;

    (f)it-tlugħ u l-inżul normali u f'riħ laterali;

    (g)it-titjir b'referenza biss għall-istrumenti, skont kif japplika għat-tip ta' attività;

    (h)il-proċeduri operazzjonali, inklużi l-ħiliet f’tim u l-ġestjoni tar-riżorsi, skont it-tip ta' operazzjoni, jekk b'ekwipaġġ ta' persuna waħda jew aktar;

    (i)in-navigazzjoni u l-implimentazzjoni ta' regoli tal-ajru u proċeduri relatati, bl-użu kif jixraq, ta' referenza viżiva jew ta' għajnuniet għan-navigazzjoni;

    (j)l-operazzjonijiet mhux normali u ta' emerġenza, inklużi s-simulazzjonijiet ta' funzjonament ħażin tat-tagħmir tal-inġenji tal-ajru;

    (k)il-konformità mas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u mal-proċeduri ta' komunikazzjoni;

    (l)it-tip ta' inġenju tal-ajru jew aspetti ta' speċifikazzjoni tal-klassi;

    (m)it-taħriġ addizzjonali fil-ħiliet prattiċi li jistgħu jkunu meħtieġa biex jitnaqqsu r-riskji marbuta ma' attivitajiet speċifiċi; kif ukoll

    (n)ħiliet mhux tekniċi, inklużi r-rikonoxximent u l-ġestjoni ta' theddidiet u ta' żbalji bl-użu ta' metodoloġija ta' valutazzjoni xierqa flimkien mal-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi.

    1.5.Dimostrazzjoni u żamma ta' ħila prattika

    1.5.1.Bdot irid juri l-kapaċità li jesegwixxi l-proċeduri u l-manuvri b'livell ta' kompetenza adattat skont il-funzjonijiet eżerċitati fl-inġenju tal-ajru, billi:

    (a)jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;    

    (b)jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

    (c)japplika għarfien ajrunawtiku;

    (d)iżomm il-kontroll tal-inġenju tal-ajru f’kull ħin b’mod li l-eżitu b’suċċess ta’ proċedura jew ta' manuvra jkun żgurat; kif ukoll

    (e)ħiliet mhux tekniċi, inklużi r-rikonoxximent u l-ġestjoni ta' theddidiet u ta' żbalji bl-użu ta' metodoloġija ta' valutazzjoni xierqa flimkien mal-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi.

    1.5.2.Irid jinżamm livell xieraq ta' kompetenza fil-ħiliet prattiċi. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjonijiet, eżamijiet, testijiet jew kontrolli regolari. Il-frekwenza tal-eżamijiet, tat-testijiet jew tal-kontrolli jridu jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju marbut mal-attività.

    1.6.Profiċjenza fil-lingwi

    Bdot irid jkun wera profiċjenza fil-lingwi sa livell xieraq għall-funzjonijiet imwettqa fuq l-inġenju tal-ajru. Tali wiri ta' profiċjenza jrid jinkludi:

    (a)l-abbiltà li jifhem id-dokumenti ta' informazzjoni dwar it-temp;

    (b)l-użu ta' mapep ajrunawtiċi waqt ir-rotta, ta' ċarts tat-tluq u tal-approċċ u ta' dokumenti ta' informazzjoni ajrunawtika marbuta magħhom; kif ukoll

    (c)l-abbiltà li jikkomunika mal-ekwipaġġ l-ieħor tat-titjira u mas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru matul il-fażijiet kollha tat-titjira, inkluża l-preparazzjoni għat-titjira.

    1.7.Apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir

    Meta apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (FSTD) jintuża għat-taħriġ, jew biex jintwera li tkun inkisbet jew inżammet ħila prattika, dan l-FSTD irid ikun kwalifikat f'livell partikolari ta' prestazzjoni f'dawk l-oqsma, li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-azzjoni kkonċernata. B'mod partikolari, ir-replikazzjoni tal-konfigurazzjoni, il-kwalitajiet ta' manipular, il-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, u l-prestazzjoni tas-sistemi jridu jirrappreżentaw b'mod adegwat lill-inġenju tal-ajru.

    1.8.Kors ta’ taħriġ

    1.8.1.It-taħriġ irid isir permezz ta' kors ta' taħriġ.

    1.8.2.Kors ta' taħriġ irid jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)irid jiġi żviluppat sillabu għal kull tip ta' kors; kif ukoll

    (b)il-kors ta' taħriġ irid ikun imqassam bejn għarfien teoretiku u struzzjoni prattika fit-titjir (inkluż taħriġ sintetiku), jekk applikabbli.

    1.9.Għalliema

    1.9.1.Tagħlim teoretiku.

    It-tagħlim teoretiku jrid jingħata minn għalliema kwalifikati kif jixraq. Irid/u:

    (a)ikollhom għarfien xieraq fil-qasam li qed jingħata t-tagħlim dwaru; kif ukoll

    (b)ikunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni xierqa.

    1.9.2.Struzzjoni fit-titjir u fis-simulazzjoni tat-titjir.

    Struzzjoni fit-titjir u fis-simulazzjoni tat-titjir trid tiġi mogħtija minn għalliema kwalifikati kif jixraq, li jkollhom il-kwalifiki li ġejjin:

    (a)ikunu jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' għarfien teoretiku u l-esperjenza xierqa għat-tagħlim li jkun qed jingħata;

    (b)ikunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni adattati;

    (c)ikunu pprattikaw tekniki ta' struzzjoni f'dawk il-manuvri u fil-proċeduri tat-titjir li fihom huwa ppjanat li jipprovdu struzzjoni fit-titjir;

    (d)ikunu wrew l-abbiltà li jgħallmu f'dawk l-oqsma li fihom tkun se tingħata l-istruzzjoni, inkluż l-istruzzjoni għal qabel it-titjira, wara t-titjira, u fuq l-art; kif ukoll

    (e)ikunu jirċievu regolarment taħriġ ta' aġġornament biex jiġi żgurat li l-istandard tal-kapaċità tal-għalliema jinżamm aġġornat.

    L-għalliema tat-titjir iridu wkoll ikunu awtorizzati li jagħmluha ta' bdot fil-kmand tal-inġenji tal-ajru li fuqhom ikun qed jingħata t-tagħlim, ħlief fil-każ ta' taħriġ fuq tipi ġodda ta' inġenji tal-ajru.

    1.10.Eżaminaturi

    Persuni responsabbli mill-valutazzjoni tal-ħila ta' bdoti jridu:

    (a)jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' għalliema tat-titjir jew ta' simulazzjoni tat-titjir; kif ukoll

    (b)ikunu kapaċi jivvalutaw il-prestazzjoni ta' bdot u jwettqu testijiet u kontrolli tat-titjir.

    2.Ir-rekwiżiti tal-esperjenza – Il-bdoti

    Persuna li taġixxi bħala membru tal-ekwipaġġ, għalliem jew eżaminatur fuq titjira trid tikseb u żżomm esperjenza suffiċjenti għall-funzjonijiet li jkunu qed jiġu eżerċitati, sakemm l-atti delegati ma jistipulawx dwar il-kompetenza li trid tintwera skont il-punt 1.5.

    3.Stat mediku tajjeb – Il-bdoti

    3.1.Kriterji mediċi

    3.1.1.Il-bdoti kollha jridu perjodikament juru stat mediku tajjeb biex jesegwixxu l-funzjonijiet tagħhom b'mod sodisfaċenti, b'kunsiderazzjoni għat-tip ta' attività. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjoni xierqa bbażata fuq l-aħjar prattika ajrumedika, b'kunsiderazzjoni għat-tip ta' attività u l-possibbiltà ta' deterjorazzjoni mentali u fiżika minħabba l-età.

    Stat mediku tajjeb, li jinkludi s-saħħa fiżika u mentali, ifisser li ma jkunx hemm problemi ta' mard jew diżabbiltà, li jirrendu l-bdot inkapaċi:

    (a)li jesegwixxi l-kompiti meħtieġa biex jopera inġenju tal-ajru;

    (b)li jesegwixxi doveri assenjati f'kull ħin; jew

    (c)li jagħraf/tagħraf korrettament l-ambjent tiegħu/tagħha.

    3.1.2.Meta l-istat mediku tajjeb ma jkunx jista' jintwera b'mod sħiħ, jistgħu jiġu implimentati miżuri ta' mitigazzjoni li jipprovdu sikurezza ekwivalenti fit-titjir.

    3.2.Eżaminaturi ajrumediċi

    Eżaminatur ajrumediku jrid:

    (a)ikun kwalifikat u jkollu liċenzja fil-prattika tal-mediċina;

    (b)ikun irċieva taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni u taħriġ ta' aġġornament regolari fil-mediċina tal-avjazzjoni biex ikun żgurat li l-istandards ta' valutazzjoni jinżammu; kif ukoll

    (c)ikun kiseb għarfien prattiku u esperjenza tal-kondizzjonijiet li fihom il-bdoti jaqdu dmirijiethom.

    3.3.Ċentri ajrumediċi

    Iċ-ċentri ajrumediċi jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu ta' responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom. Dawn il-mezzi jinkludu dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għal: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsibbiltajiet u proċeduri, aċċess għal dejta rilevanti u żamma ta' reġistri;

    (b)skont it-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, jimplimentaw u jżommu sistema ta’ ġestjoni sabiex jiżguraw konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali, iġestu r-riskji tas-sikurezza u jimmiraw għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema; kif ukoll

    (c)jistabbilixxu arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skont il-ħtieġa, biex jiżguraw konformità kontinwa ma' dawn ir-rekwiżiti.

    4.Membri tal-ekwipaġġ tal-kabina

    4.1.Ġenerali

    Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jridu:

    (a)ikunu mħarrġa u kkontrollati fuq bażi regolari biex jilħqu u jżommu livell adegwat ta' kompetenza biex jaqdu d-dmirijiet ta' sikurezza assenjati lilhom; kif ukoll

    (b)jiġu valutatati perjodikament għall-istat mediku tagħhom biex juri jekk humiex f'saħħithom biżżejjed biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta' sikurezza assenjati lilhom. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjoni adattata bbażata fuq l-aħjar prattika ajrumedika.

    4.2.Kors ta’ taħriġ

    4.2.1.Jekk it-tip ta' tħaddim jew il-privileġġi jiġġustifikaw dan, it-taħriġ irid isir permezz ta’ kors ta’ taħriġ.

    4.2.2.Kors ta' taħriġ irid jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)irid jiġi żviluppat sillabu għal kull tip ta' kors; kif ukoll

    (b)il-kors ta' taħriġ irid ikun imqassam bejn għarfien teoretiku u tagħlim prattiku fit-titjir (inkluż taħriġ sintetiku), jekk applikabbli.

    4.3.Għalliema tal-ekwipaġġ tal-kabina

    It-tagħlim teoretiku jrid jingħata minn għalliema kwalifikati kif jixraq. Dawn l-għalliema jrid/u:

    (a)ikollhom għarfien xieraq fil-qasam li qed jingħata t-tagħlim dwaru;

    (b)ikunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni adattati; kif ukoll

    (c)ikunu jirċievu regolarment taħriġ ta' aġġornament biex jiġi żgurat li l-istandards tal-kapaċità tal-għalliema jinżamm aġġornat.

    4.4.Eżaminaturi tal-ekwipaġġ tal-kabina

    Il-persuni responsabbli għall-eżaminar tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jridu:

    (a)jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ għalliema tal-ekwipaġġ tal-kabina; kif ukoll

    (b)ikunu kapaċi jivvalutaw il-prestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina u jwettqu l-eżamijiet.

    5.Organizzazzjonijiet tat-taħriġ

    Organizzazzjoni tat-taħriġ li tipprovdi taħriġ għall-bdoti trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)ikollha l-mezzi kollha neċessarji għall-ambitu tar-responsabbiltajiet assoċjati mal-attività tagħha. Dawn il-mezzi jinkludu dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għal: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsibbiltajiet u proċeduri, aċċess għal dejta rilevanti u żamma ta' reġistri;

    (b)skont it-tip ta’ taħriġ mogħti u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni trid timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex tiżgura konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali, iġġesti r-riskji tas-sikurezza u timmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema; kif ukoll

    (c)tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skont il-ħtieġa, biex tiżgura konformità kontinwa mar-rekwiżiti ta’ hawn fuq.

    ANNESS V

    Rekwiżiti essenzjali għal operazzjonijiet bl-ajru

    1.Ġenerali

    1.1.Titjira ma tridx issir jekk il-membri tal-ekwipaġġ u, skont il-każ, il-persunal kollu ta’ operazzjonijiet oħra li huwa involut fil-preparazzjoni u fl-eżekuzzjoni tagħha ma jkunux familjari mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri applikabbli, pertinenti għall-eżekuzzjoni ta’ dmirijiethom, preskritti għaż-żoni li jridu jiġu ttraversati, l-ajrudromi ppjanati li jintużaw u l-faċilitajiet ta' navigazzjoni fl-ajru relatati magħhom.

    1.2.Titjira trid issir b'tali mod li jiġu segwiti l-proċeduri operattivi speċifikati fil-Manwal tat-Titjir jew, fejn meħtieġ fil-Manwal tal-Operat, għall-preparazzjoni u għall-eżekuzzjoni tat-titjira. Biex dan ikun faċilitat, trid tkun disponibbli għall-użu sistema ta' lista ta' kontroll, skont il-każ, mill-membri tal-ekwipaġġ fil-fażijiet kollha tat-tħaddim tal-inġenji tal-ajru f’kundizzjonijiet u f’sitwazzjonijiet normali u dawk mhux normali u ta' emerġenza. Iridu jiġu stabbiliti proċeduri għal kwalunkwe sitwazzjoni ta' emerġenza raġjonevolment prevedibbli.

    1.3.Qabel kull titjira, ir-rwoli u d-dmirijiet ta' kull membru tal-ekwipaġġ iridu jiġu ddefiniti. Il-bdot fil-kmand irid ikun responsabbli għat-tħaddim u għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u għas-sikurezza tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, tal-passiġġieri u tal-merkanzija abbord.

    1.4.Merkanzija jew sustanzi, li jistgħu jikkawżaw riskju sinifikanti għas-saħħa, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent, fosthom merkanzija perikoluża, armi u munizzjon, ma jridux ikunu trasportati fuq l-ebda ajruplan, ħlief jekk proċeduri u istruzzjonijiet speċifiċi ta' sikurezza jkunu ġew applikati biex jitnaqqsu r-riskji relatati.

    1.5.Kull dejta, dokument, rekord u informazzjoni meħtieġa biex jiġi rreġistrat li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.3 ġew irrispettati, iridu jinżammu għal kull titjira u jibqgħu disponibbli għal perjodu minimu ta' żmien li huwa kompattibbli mat-tip ta' operazzjoni.

    2.Tħejjija għat-titjira

    Titjira ma tridx tinbeda jekk ma jkunx ġie aċċertat bil-mezzi raġjonevoli disponibbli li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

    (a)Faċilitajiet adegwati direttament meħtieġa għat-titjira u għat-tħaddim sikur tal-inġenji tal-ajru, inklużi l-faċilitajiet ta' komunikazzjoni u l-għajnuniet tan-navigazzjoni, huma disponibbli għall-eżekuzzjoni tat-titjira, b'kunsiderazzjoni għad-dokumentazzjoni disponibbli tas-Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika.

    (b)L-ekwipaġġ irid ikun familjari ma' fejn jinsab u kif jintuża it-tagħmir ta' emerġenza rilevanti, u l-passiġġieri jridu jkunu infurmati dwar dan. L-informazzjoni suffiċjenti, relatata mal-operazzjoni u speċifika għat-tagħmir installat, li tirrigwarda l-proċeduri ta' emerġenza u l-użu tat-tagħmir tas-sikurezza tal-kabina trid issir disponibbli għall-ekwipaġġ u għall-passiġġieri.

    (c)Il-bdot fil-kmand irid ikun sodisfatt li:

    (i)l-inġenju tal-ajru huwa ajrunavigabbli skont kif speċifikat fil-punt 6;

    (ii)jekk meħtieġ, l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat kif suppost u li ċ-ċertifikati adattati kollha fir-rigward tiegħu huma abbord l-inġenju tal-ajru;

    (iii)strumenti u tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dik it-titjira huma installati fuq l-inġenju tal-ajru u huma operattivi kif speċifikat fil-punt 5, jekk ma jkunx eżenti bis-saħħa tal-Lista ta' Tagħmir Minimu (MEL) jew ta’ dokument ekwivalenti applikabbli;

    (iv)il-massa tal-inġenju tal-ajru u l-punt taċ-ċentru tal-gravità huma b'tali mod li t-titjira tista' tiġi eżegwita fil-limiti msemmijin fid-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;

    (v)il-bagalji tal-kabina, il-bagalji tal-istiva u l-merkanzija kollha huma mgħobbija kif suppost u maqfula sew; kif ukoll

    (vi)il-limiti tal-operat tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-punt 4 mhux ser jinqabżu fl-ebda ħin matul it-titjira.

    (d)L-informazzjoni li tirrigwarda l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi tat-tluq, tad-destinazzjoni u, fejn applikabbli, tal-ajrudromi alternattivi, kif ukoll il-kundizzjonijiet għal waqt ir-rotta, iridu jkunu disponibbli għall-ekwipaġġ tat-titjira. Trid tingħata attenzjoni speċjali lil kundizzjonijiet atmosferiċi potenzjalment perikolużi.

    (e)Fil-każ ta' titjira f'kundizzjonijiet ta' silġ magħrufa jew mistennija, l-inġenju tal-ajru jrid jiġi ċċertifikat, mgħammar u/jew ittrattat biex jopera mingħajr periklu f'kundizzjonijiet bħal dawn.

    (f)Għal titjira bbażata fuq regoli viżivi tat-titjir, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi matul ir-rotta tat-titjira jridu jkunu tali li jippermettu l-konformità ma' dawn ir-regoli tat-titjir. Għal titjira bbażata fuq regoli tat-titjir bl-istrumenti, id-destinazzjoni u, fejn hu applikabbli, l-ajrudrom/i alternattiv/i fejn l-inġenju tal-ajru jista' jinżel, iridu jintgħażlu, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari għall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra, għad-disponibbiltà ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, għad-disponibbiltà ta' faċilitajiet tal-art u għall-proċeduri tat-titjir bl-istrumenti approvati mill-Istat fejn jinsab l-ajrudrom tad-destinazzjoni u/jew l-ajrudrom alternattiv.

    (g)L-ammont ta' fjuwil/enerġija għall-propulsjoni u ta' oġġetti li jiżvintaw li jkunu abbord irid ikun biżżejjed biex jiġi żgurat li t-titjira ppjanata tista' tiġi kkompletata mingħajr periklu, b'kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, kull tip ta' element li jaffettwa l-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru u xi dewmien mistenni fit-titjira. Barra dan, trid tinġarr riżerva ta' fjuwil/enerġija għal li jista' jinqala'. Il-proċeduri għall-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira jridu jkunu stabbiliti meta rilevanti.

    3.Operazzjonijiet ta' titjir

    F'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet ta' titjir, irid ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)fejn rilevanti għat-tip tal-inġenju tal-ajru, waqt it-tlugħ u l-inżul, u kull meta jkun meqjus meħtieġ mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, kull membru tal-ekwipaġġ irid ikun bilqiegħda fil-post tal-ekwipaġġ u jrid juża s-sistemi ta' trażżin ipprovduti.

    (b)fejn rilevanti għat-tip tal-inġenju tal-ajru, il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma meħtieġa jkunu xogħol fil-kabina tal-ekwipaġġ iridu jkunu fil-post tagħhom u jridu jibqgħu hemm, biċ-ċinturini tas-sikurezza maqfula ħlief tul ir-rotta għal ħtiġijiet fiżjoloġiċi u operazzjonali;

    (c)fejn rilevanti għat-tip ta' inġenju tal-ajru u għat-tip ta' operazzjoni, qabel it-tlugħ u l-inżul, waqt it-taxiing u kull meta jkun meħtieġ fl-interess tas-sikurezza, il-bdot fil-kmand irid jiżgura li kull passiġġier jkun bilqiegħda u maqful sew;

    (d)titjira trid issir b'tali mod li tinżamm separazzjoni xierqa minn inġenji tal-ajru oħra u jkun żgurat spazju adegwat ħieles minn ostakli, matul il-fażijiet kollha tat-titjira. Separazzjoni ta' dan it-tip trid tkun minn tal-inqas dik stabbilita mir-regoli tal-ajru applikabbli, skont it-tip ta' operazzjoni.

    (e)titjira ma tridx titkompla jekk il-kondizzjonijiet magħrufa ma jibqgħux ikunu almenu ekwivalenti għal dawk fil-punt 2. Barra minn hekk, għal titjira bbażata fuq regoli ta' titjira bl-istrumenti, approċċ lejn ajrudrom ma jridx jitkompla jekk ikun inqas minn ċertu għoli speċifikat jew lil hinn minn ċertu pożizzjoni, jekk il-kriterji ta' vizibbiltà preskritti ma jintlaħqux.

    (f)f'emerġenza, il-bdot fil-kmand irid jiżgura li l-passiġġieri kollha jingħataw istruzzjonijiet xierqa dwar l-azzjoni ta' emerġenza meħtieġa fiċ-ċirkostanzi;

    (g)bdot fil-kmand irid jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex inaqqas kemm jista' jkun il-konsegwenzi fuq it-titjira ta' passiġġieri li jġibu ruħhom ħażin.

    (h)inġenju tal-ajru ma jridx jittajjar fuq iż-żona tal-moviment ta' ajrudrom, jew ir-rotor tiegħu ma jridx jitħaddem, ħlief jekk il-persuna mal-kontrolli tkun kompetenti kif jixraq.

    (i)il-proċeduri applikabbli ta' ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira iridu jintużaw, meta rilevanti.

    4.Limitazzjonijiet ta' prestazzjoni u ta' operazzjoni tal-inġenji tal-ajru

    4.1.Inġenju tal-ajru jrid jitħaddem skont id-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà tiegħu u skont il-proċeduri u l-limitazzjonijiet operattivi kollha relatati, kif espressi fil-manwal approvat tat-titjir tiegħu jew f'dokumentazzjoni ekwivalenti, skont il-każ. Il-manwal tat-titjira jew id-dokumentazzjoni ekwivalenti jridu jkunu disponibbli għall-ekwipaġġ u miżmuma aġġornata għal kull inġenju tal-ajru.

    4.2.Minkejja l-punt 4.1., għal operazzjonijiet bil-ħelikopters tista' tiġi permessa titjira mumentarja fil-limiti taż-żona ta' veloċità għolja, sakemm ikun żgurat livell xieraq ta’ sikurezza.

    4.3.L-inġenju tal-ajru jrid jitħaddem skont id-dokumentazzjoni ambjentali applikabbli.

    4.4.Titjira ma tridx tinbeda jew titkompla ħlief jekk il-prestazzjoni ppjanata tal-inġenju tal-ajru, b'kunsiderazzjoni għall-fatturi kollha li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-livell tal-prestazzjoni tiegħu, tippermetti li kull fażi tat-titjira tkun eżegwita fil-limiti tad-distanzi/taż-żoni u fi spazji ħielsa minn ostakli applikabbli għall-massa operattiva ppjanata. Il-fatturi tal-prestazzjoni li jaffettwaw b'mod sinifikanti t-tlugħ, ir-rotta (en-route) u l-approċċ/l-inżul huma, b'mod partikolari:

    (a)il-proċeduri operattivi;

    (b)il-pressjoni tal-altitudni tal-ajrudrom;

    (c)it-temperatura;

    (d)ir-riħ;

    (e)id-daqs, ix-xaqliba tal-art u l-kondizzjoni taż-żona tat-tlugħ/tal-inżul; kif ukoll

    (f)il-kondizzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru, tal-impjant tal-enerġija jew tas-sistemi, b'kunsiderazzjoni għall-possibbiltà ta' deterjorazzjoni.

    4.5.Tali fatturi jridu jiġu kkunsidrati direttament bħala parametri operazzjonali jew indirettament permezz ta' tolleranzi jew ta' marġni, li jistgħu jiġu pprovduti fl-ippjanar tad-dejta tal-prestazzjoni, skont it-tip ta' operazzjoni.

    5.Strumenti, dejta u tagħmir

    5.1.Inġenju tal-ajru jrid ikun mgħammar b'kull tagħmir ta' navigazzjoni u ta' komunikazzjoni u b'tagħmir ieħor meħtieġ għat-titjira ppjanata, b'kunsiderazzjoni għar-regolamenti tat-traffiku tal-ajru u għar-regoli tal-ajru applikabbli waqt kull fażi tat-titjira.

    5.2.Meta rilevanti, inġenju tal-ajru jrid ikun mgħammar bit-tagħmir kollu ta' sikurezza, mediku, ta' evakwazzjoni u ta' sopravivenza meħtieġ, b'kunsiderazzjoni għar-riskji marbuta maż-żoni ta' operazzjoni, mar-rotot tat-titjir, mal-altitudni u mat-tul tat-titjira.

    5.3.Id-dejta kollha meħtieġa mill-ekwipaġġ għall-eżekuzzjoni tat-titjira trid tkun aġġornata u disponibbli abbord l-inġenju tal-ajru, b'kunsiderazzjoni għar-regolamenti dwar it-traffiku tal-ajru, ir-regoli tal-ajru, l-altitudnijiet tat-titjir u ż-żoni ta' operazzjoni applikabbli.

    6.Ajrunavigabbiltà kontinwa u kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti

    6.1.L-inġenju tal-ajru ma jridx jitħaddem ħlief jekk:

    (a)l-inġenju tal-ajru hu f’kundizzjoni ta' ajrunavigabbiltà u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti;

    (b)it-tagħmir operazzjonali u ta' emerġenza meħtieġ għat-titjira ppjanata hu fi stat tajjeb biex jintuża;

    (c)id-dokument tal-ajrunavigabbiltà u, skont il-każ, iċ-ċertifikat tal-istorbju tal-inġenju tal-ajru huwa validu; kif ukoll

    (d)il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru ssir skont ir-rekwiżiti applikabbli.

    6.2.Qabel kull titjira jew serje ta' titjiriet konsekuttivi, l-inġenju tal-ajru jrid jiġi spezzjonat, permezz ta' kontroll ta' qabel it-titjira, biex jiġi stabbilit jekk huwiex tajjeb għat-titjira ppjanata.

    6.3.L-inġenju tal-ajru jrid jitħaddem sakemm ma jiġix rilaxxat għas-servizz minn persuni jew minn organizzazzjonijiet kwalifikati, wara manutenzjoni. Ir-rilaxx iffirmat għas-servizz irid ikun fih b'mod partikolari, id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni li tkun twettqet.

    6.4.Ir-rekords meħtieġa li juru l-istatus tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali tal-inġenju tal-ajru jridu jinżammu għal perjodu ta’ żmien li jikkorrispondi mar-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, sakemm l-informazzjoni li jkun fihom ma tiġix sostitwita b’informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall imma jkun xi jkun il-każ għal mhux inqas minn 24 xahar.

    6.5.Il-modifiki u t-tiswijiet kollha jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, mal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti. Id-dejta li ssostni l-konformità mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà u mar-rekwiżiti tal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti trid tinżamm.

    6.6.Hija r-responsabbiltà tal-operatur li jiżgura li parti terza li twettaq il-manutenzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà u tas-sikurezza tal-operatur.

    7.Membri tal-ekwipaġġ

    7.1.In-numru u l-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ iridu jiġu determinati b'kunsiderazzjoni:

    (a)għal-limitazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluż jekk applikabbli, id-dimostrazzjoni rilevanti ta' evakwazzjoni f'emerġenza;

    (b)għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-arju; kif ukoll

    (c)għat-tip u għat-tul tal-operazzjonijiet.

    7.2.Il-bdot fil-kmand irid ikollu l-awtorità li jagħti l-ordnijiet kollha u li jieħu kull azzjoni xierqa biex jassigura t-tħaddim u s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-persuni u/jew tal-proprjetà li jkunu qed jinġarru fih.

    7.3.F'sitwazzjoni ta' emerġenza, li tipperikola l-operazzjoni jew is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u/jew tal-persuni abbord, il-bdot fil-kmand irid jieħu kwalunkwe azzjoni li huwa/hija jikkunsidra meħtieġa fl-interess tas-sikurezza. Meta azzjoni bħal din tinvolvi ksur ta' regolamenti jew ta' proċeduri lokali, il-bdot fil-kmand irid ikollu r-responsabbiltà li jinnotifika lill-awtoritajiet lokali rilevanti mingħajr dewmien.

    7.4.Ma tridx issir simulazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew mhux normali waqt li jkunu qed jinġarru passiġġieri jew merkanzija.

    7.5.L-ebda membru tal-ekwipaġġ ma jista' jippermetti li l-kisba tal-kompiti/it-teħid tad-deċiżjonijiet jiddeterjoraw sal-punt li s-sikurezza tat-titjira tista' tiġi pperikolata minħabba l-effetti ta' għeja, filwaqt li jitqiesu, inter alia, l-akkumulazzjoni ta' għeja, in-nuqqas ta' rqad, in-numru ta' setturi ta' titjir, ix-xiftijiet ta' bil-lejl jew it-tibdil taż-żoni ta' ħin. Perjodi ta' mistrieħ iridu jipprovdu ħin suffiċjenti biex il-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jegħlbu l-effetti tad-dmirijiet ta' qabel u jkunu mistrieħa biżżejjed sal-bidu tal-perjodu ta' titjir li jkun imiss.

    7.6.Membru tal-ekwipaġġ ma jridx jesegwixxi d-dmirijiet allokati lilu abbord inġenju tal-ajru meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew ta' alkoħol jew meta ma jkunx f'sikktu minħabba korriment, għeja, medikazzjoni, mard jew raġunijiet oħra simili.

    8.Rekwiżiti addizzjonali għat-trasport kummerċjali bl-ajru u għal operazzjonijiet oħra li huma soġġetti għal rekwiżit ta' ċertifikazzjoni jew ta' dikjarazzjoni

    8.1.L-operazzjoni għal skopijiet ta’ trasport kummerċjali bl-ajru u għal operazzjonijiet oħra ta’ inġenji tal-ajru li huma soġġetti għal rekwiżit ta' ċertifikazzjoni jew ta' dikjarazzjoni ma jridux isiru jekk ma jkunx hemm konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet:

    (a)l-operatur irid ikollu direttament jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi, l-mezzi meħtieġa skont l-iskala u l-ambitu tal-operazzjonijiet. Dawn il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: inġenji tal-ajru, faċilitajiet, struttura ta' ġestjoni, persunal, tagħmir, dokumentazzjoni ta' kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għad-dejta rilevanti u żamma ta' rekords;

    (b)l-operatur jrid juża biss persunal kwalifikat u mħarreġ sew u jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u ta' kontroll għall-membri tal-ekwipaġġ u għal persunal ieħor rilevanti;

    (c)l-operatur irid jistabbilixxi Lista Minima ta' Tagħmir (MEL) jew dokument ekwivalenti, b'kunsiderazzjoni għal dan li ġej:

    (i)id-dokument irid jipprevedi it-tħaddim tal-inġenji tal-ajru, f'kondizzjonijiet speċifikati, bi strumenti partikolari, b'lista ta' tagħmir jew ta' funzjonijiet mhux operattivi fil-bidu tat-titjira;

    (ii)id-dokument irid jitħejja għal kull inġenju tal-ajru individwali, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet operazzjonali u ta’ manutenzjoni rilevanti tal-operatur; kif ukoll

    (iii)il-MEL trid tkun ibbażata fuq il-Lista Rilevanti ta' Tagħmir Minimu (MMEL), jekk din tkun disponibbli, u ma tridx tkun anqas restrittiva mill-MMEL;

    (d)skont it-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-operatur irid jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali, iġesti r-riskji tas-sikurezza u jimmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema.

    (e)l-operatur irid jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi, bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt (d), sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 376/2014.

    8.2.L-operazzjoni trid issir biss skont manwal tal-operazzjonijiet tal-operatur. Manwal ta' dan it-tip irid ikun fih l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-inġenji tal-ajru kollha mħaddma u għall-persunal tal-operazzjonijiet biex iwettaq dmirijiethom. Iridu jkunu speċifikati l-limitazzjonijiet applikabbli għall-ħin tat-titjira, għall-perjodi ta' xogħol fit-titjiriet u għall-perjodi ta' mistrieħ għall-membri tal-ekwipaġġ. Il-manwal tal-operazzjonijiet u r-reviżjonijiet tiegħu jridu jkunu konformi mal-manwal approvat tat-titjir u jrid jiġi emendat skont il-ħtieġa.

    8.3.L-operatur irid jistabbilixxi proċeduri, skont il-każ, biex inaqqasil-konsegwenzi li xi imġiba ħażina tal-passiġġieri jista' jkollha fuq is-sikurezza tal-operazzjonijiet tat-titjir.

    8.4.L-operatur irid jiżviluppa u jżomm programmi ta' sigurtà adattati għall-inġenju tal-ajru u għat-tip ta' operazzjoni li jkunu jinkludu partikolarment:

    (a)is-sigurtà tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;

    (b)il-lista ta' kontroll tal-proċedura ta' tfittxija fuq l-inġenju tal-ajru;

    (c)il-programmi ta' taħriġ; kif ukoll

    (d)il-protezzjoni tas-sistemi elettroniċi u tal-kompjuter għall-prevenzjoni ta' interferenza u ta' korruzzjoni intenzjonati u mhux intenzjonati fis-sistemi;

    8.5.Meta l-miżuri ta' sigurtà jistgħu jaffettwaw ħażin is-sikurezza tal-operazzjonijiet, ir-riskji jridu jiġu vvalutati u l-proċeduri adattati jridu jiġu żviluppati biex jitnaqqsu r-riskji ta' sikurezza, dan jista' jirrikjedi l-użu ta' tagħmir speċjalizzat.

    8.6.L-operatur irid jaħtar bdot wieħed minn fost l-ekwipaġġ tat-titjir bħala l-bdot fil-kmand.

    8.7.Il-prevenzjoni tal-għeja trid tiġi ġestita permezz ta' sistema ta' ġestjoni tal-għeja. Għal titjira, jew għal serje ta' titjiriet, sistema ta' dan it-tip trid tindirizza l-ħinijiet tat-titjir, il-ħinijiet ta' xogħol fit-titjir, ix-xogħol u l-perjodi ta' mistrieħ adattati. Il-limitazzjonijiet stabbiliti fis-sistema tal-ġestjoni tal-għeja jridu jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti li jikkontribwixxu għall-għeja bħal ma' huma, b'mod partikolari, in-numru ta' setturi tat-titjir, il-qsim ta' żoni tal-ħin, in-nuqqas ta' rqad, it-tfixkil taċ-ċikli bijoloġiċi ta' kuljum, is-sigħat ta' bil-lejl, il-pożizzjonament, l-akkumulazzjoni ta' ħinijiet tax-xogħol għal perjodi speċifiċi, il-kondiviżjoni ta' kompiti allokati fost membri tal-ekwipaġġ, u kif ukoll il-provvediment ta' ekwipaġġi miżjuda.

    8.8.L-operatur irid jiżgura li l-kompiti speċifikati fil-punt 6.1 u dawk deskritti fil-punti 6.4 u 6.5 huma kkontrollati minn organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa li trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 3.1 tal-Anness II u l-punti 7 u 8 tal-Anness III.

    8.9.L-operatur irid jiżgura li r-rilaxx għas-servizz meħtieġ mill-punt 6.3 huwa maħruġ minn organizzazzjoni kwalifikata għall-manutenzjoni tal-prodotti, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat. Din l-organizzazzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 3.1 tal-Anness II    

    8.10.L-organizzazzjoni msemmija fil-punt 8.8 trid tistabbilixxi manwal tal-organizzazzjoni li jagħti deskrizzjoni ta’ kull proċedura ta' ajrunavigabbiltà kontinwa tal-organizzazzjoni, għall-użu u għall-gwida tal-persunal ikkonċernat.

    ANNESS VI

    Rekwiżiti Essenzjali għall-entitajiet kwalifikati

    1.L-entità kwalifikata ("l-entità"), id-Direttur tagħha u l-persunal responsabbli għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u tal-kompiti ta' sorveljanza, ma jistgħux jinvolvu ruħhom, la direttament u lanqas bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, fil-manifattura, fil-kummerċjalizzazzjoni jew fil-manutenzjoni tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir mhux installat, tal-kostitwenti jew tas-sistemi jew fl-operazzjonijiet tagħhom, il-provvediment ta' servizz jew l-użu. Dan ma jeskludix il-possibbiltà ta' skambju ta' informazzjoni teknika bejn l-organizzazzjonijiet involuti u l-entità kwalifikata.

    Il-paragrafu ta’ hawn fuq ma għandux jostakola organizzazzjoni maħluqa bil-għan li tippromwovi sport tal-ajru jew avjazzjoni ta’ divertiment milli tkun eliġibbli għall-akkreditazzjoni bħala entità kwalifikata, bil-kundizzjoni li hija turi, għas-sodisfazzjon tal-awtorità responsabbli mill-akkreditament, li daħħlet fis-seħħ arranġamenti adegwati għall-prevenzjoni ta' kunflitti ta’ interess.

    2.L-entità u l-persunal responsabbli għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza jridu jesegwixxu dmirijiethom bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-akbar kompetenza teknika possibbli u jridu jkunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b'mod partikolari ta' natura finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju tagħhom u r-riżultati taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tagħhom, b'mod partikolari minn persuni jew minn gruppi ta' persuni affettwati minn dawn ir-riżultati.

    3.L-entità trid timpjega persunal u jkollha l-mezzi meħtieġa biex twettaq b'mod adegwat il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-proċess ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza; irid ikollha wkoll aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal kontrolli eċċezzjonali.

    4.L-entità u l-persunal tagħha li huwa responsabbli għall-investigazzjoni jrid ikollu:

    (a)taħriġ tekniku u vokazzjonali sod, jew għarfien espert suffiċjenti miksub permezz tal-esperjenza ta’ attivitajiet rilevanti,

    (b)għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza li jwettaq u esperjenza adegwata ta' dawn it-tipi ta' proċessi;

    (c)l-abbiltà meħtieġa biex jipprepara dikjarazzjonijiet, rekords u rapporti li juru li l-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza ikunu twettqu.

    5.Trid tkun garantita l-imparzjalità tal-persunal responsabbli għal kompiti ta’ ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza. Ir-remunerazzjoni tagħhom ma tridx tkun tiddependi fuq in-numru ta' investigazzjonijiet magħmula jew fuq ir-riżultati ta' tali investigazzjonijiet.

    6.L-entità jrid ikollha polza ta' assigurazzjoni ta' terzi ħlief meta r-responsabbiltà tagħha tkun meħuda minn Stat Membru wieħed skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

    7.Il-persunal tal-entità jrid josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha li jkun kiseb waqt l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.



    ANNESS VII

    Rekwiżiti essenzjali għall-ajrudromi

    1.Karatteristiċi fiżiċi, infrastruttura u tagħmir

    1.1.Żona ta’ moviment

    1.1.1.L-ajrudromi għandu jkollhom żona apposta għat-tlugħ u għall-inżul tal-inġenji tal-ajru, li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)    iż-żona tat-tlugħ u tal-inżul għandu jkollha dimensjonijiet u karatteristiċi xierqa għall-inġenji tal-ajru maħsuba biex jużaw il-faċilità;

    (b)din iż-żona, fejn applikabbli, għandha tkun b'saħħitha biżżejjed biex tiflaħ għal operazzjonijiet ripetittivi tal-inġenju tal-ajru li huwa ppjanat li jintuża. Dawk iż-żoni li mhumiex maħsuba għal operazzjonijiet ripetittivi jridu jkunu biss kapaċi jifilħu l-inġenju tal-ajru;

    (c)din iż-żona għandha tkun iddisinjata b’tali mod li l-ilma jiskula minnha u li ilma qiegħed ma jkunx jista' jsir riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;

    (d)ix-xaqliba u l-bidliet fix-xaqliba ta’ din iż-żona ma għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;

    (e)il-karatteristiċi tas-superfiċi ta’ din iż-żona għat-tlugħ u għall-inżul għandhom ikunu xierqa għall-użu mill-inġenju tal-ajru li huwa ppjanat li jintuża; kif ukoll

    (f)din iż-żona għandha tkun ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.

    1.1.2.Fejn ikun hemm bosta żoni tat-tlugħ u tal-inżul deżinjati, dawn għandhom ikunu tali li ma joħolqux riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.

    1.1.3.Iż-zona deżinjata tat-tlugħ u tal-inżul għandha tkun imdawra b’żoni definiti. Dawn iż-żoni huma maħsuba biex iħarsu l-inġenji tal-ajru li jtiru minn fuqhom waqt operazzjonijiet ta’ tlugħ jew ta’ nżul, jew biex itaffu l-konsegwenzi ta’ nżul li jsir qabel tibda r-runway, il-ħruġ mill-ġenb tar-runway jew moviment lil hinn mil-limiti taż-żona tat-tlugħ u tal-inżul, u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)dawn iż-żoni għandu jkollhom dimensjonijiet xierqa għall-operazzjonijiet antiċipati tal-inġenji tal-ajru;

    (b)ix-xaqliba u l-bidliet fix-xaqliba ta’ dawn iż-żoni ma għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;

    (c)dawn iż-żoni għandhom ikunu ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. Dan ma għandux jipprekludi li jkun hemm tagħmir fraġli f’dawk iż-żoni, jekk ikun meħtieġ biex jassisti l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru; kif ukoll

    (d)kull waħda minn dawn iż-żoni għandha tkun b'saħħitha biżżejjed biex taqdi l-iskop tagħha.

    1.1.4.Dawk iż-żoni ta’ ajrudrom, bil-madwar immedjat assoċjat tagħhom, li jridu jintużaw għat-taxiing jew għall-ipparkjar tal-inġenju tal-ajru, għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jippermettu l-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru li mistenni juża l-faċilità partikolari fil-kundizzjonijiet kollha li sar pjan għalihom, u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)dawn iż-żoni għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-operazzjonijiet ripetittivi tal-inġenju tal-ajru li huwa ppjanat li jintuża, ħlief iż-żoni fejn hu mistenni biss użu okkażjonali u li jeħtieġu biss ikunu jifilħu l-inġenju tal-ajru;

    (b)dawn iż-żoni għandhom ikunu ddisinjati biex l-ilma jiskula minnhom u biex l-ilma qiegħed ma jkunx jista' jsir riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;

    (c)ix-xaqliba u l-bidliet fix-xaqliba ta’ dawn iż-żoni ma għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;

    (d)il-karatteristiċi tas-superfiċi għandhom ikunu xierqa għall-użu mill-inġenju tal-ajru li se jintuża; kif ukoll

    (e)dawn iż-żoni għandhom ikunu ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. Dan ma għandux jipprekludi tagħmir għall-parkeġġ meħtieġ għal dik iż-żona f’pożizzjonijiet jew f'żoni speċifikament identifikati.

    1.1.5.Infrastruttura oħra maħsuba biex tintuża minn inġenji tal-ajru għandha tkun iddisinjata b’tali mod li l-użu ta’ dik l-infrastruttura ma joħloqx riskju inaċċettabbli għall-inġenji tal-ajru li jużawha.

    1.1.6.Kostruzzjonijiet, binjiet, tagħmir jew imħażen għandhom ikunu f’postijiet u ddisinjati b’tali mod li ma joħolqux riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.

    1.1.7.Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa li jżommu lil persuni mhux awtorizzati, vetturi jew annimali mhux awtorizzati li jkunu kbar biżżejjed li joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru milli jidħlu fiż-żona tal-moviment, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali dwar il-ħarsien tal-annimali.

    1.2.Separazzjoni mill-ostakli

    1.2.1.Sabiex jiġi protetti l-inġenji tal-ajru li jkunu riesqin lejn ajrudrom għall-inżul, jew għat-tluq tagħhom minn ajrudrom, għandhom jiġu stabbiliti rotot jew żoni ta’ wasla u ta’ tluq. Rotot jew żoni bħal dawn għandhom jipprovdu l-inġenji tal-ajru bis-separazzjoni meħtieġa mill-ostakli li jkunu qegħdin fiż-żona madwar l-ajrudrom wara li jitqiesu l-karatteristiċi fiżiċi lokali.

    1.2.2.Din is-separazzjoni mill-ostakli għandha tkun xierqa għall-fażi tat-titjir u għat-tip ta’ operazzjoni li qed titwettaq. Għandha wkoll tqis it-tagħmir li jkun qed jintuża sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru.

    1.3.Għajnuniet viżivi u mhux viżivi u tagħmir tal-ajrudrom

    1.3.1.L-għajnuniet iridu jkunu adattati għall-iskop tagħhom, jintgħarfu u jipprovdu informazzjoni mhux ambigwa lill-utenti skont il-kundizzjonijiet operazzjonali kollha maħsuba.

    1.3.2.It-tagħmir tal-ajrudrom għandu jaħdem kif maħsub fil-kundizzjonijiet tal-operat previsti. Fil-kundizzjonijiet tal-operat jew fil-każ ta’ ħsara, it-tagħmir tal-ajrudrom ma għandux jikkawża riskju inaċċettabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni.

    1.3.3.L-għajnuniet u s-sistema tal-provvista tal-elettriku tagħhom għandhom ikunu ddisinjati sabiex il-ħsarat ma jirriżultawx f’għoti ta' informazzjoni mhux xierqa, qarrieqa jew insuffiċjenti lill-utenti, jew f'interruzzjoni ta' xi servizz essenzjali.

    1.3.4.Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa ta’ protezzjoni sabiex jiġu evitati l-ħsarat jew it-tfixkil ta' dawn l-għajnuniet.

    1.3.5.Sorsi tar-radjazzjoni jew il-preżenza ta’ oġġetti jiċċaqalqu jew fissi ma għandhomx jinterferixxu jew jolqtu ħażin il-prestazzjoni tas-sistemi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tas-sorveljanza ajronawtika.

    1.3.6.Għandu jkun hemm informazzjoni disponibbli lill-persunal rilevanti dwar l-operat u l-użu tat-tagħmir tal-ajrudrom, inklużi indikazzjonijiet ċari tal-kundizzjonijiet li jistgħu joħolqu riskji inaċċettabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni.

    1.4.Dejta dwar l-ajrudromi

    1.4.1.Id-dejta rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli għandhom jiġu stabbiliti u miżmuma aġġornati.

    1.4.2.Id-dejta għandha tkun preċiża, tista’ tinqara, kompluta u mhux ambigwa. Għandhom jinżammu livelli xierqa ta’ integrità.

    1.4.3.Id-dejta għandha tkun disponibbli għall-utenti u għall-fornituri ANS rilevanti fi żmien xieraq, billi jintuża metodu sigur u veloċi ta’ komunikazzjoni.

    2.Operazzjonijiet u ġestjoni

    2.1.Responsabbiltajiet tal-operatur tal-ajrudrom

    L-operatur tal-ajrudrom huwa responsabbli mill-operat tal-ajrudrom. Ir-responsabbiltajiet tal-operatur tal-ajrudrom huma kif ġej:

    (a)l-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu, direttament jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi, il-mezzi neċessarji kollha biex jiżgura t-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru fl-ajrudrom. Dawn il-mezzi għandhom jinkludu faċilitajiet, impjegati, materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal dejta rilevanti u żamma ta’ reġistri, imma mhumiex limitati għal dawn;

    (b)l-operatur tal-ajrudrom għandu jivverifika li jkun hemm konformità f’kull ħin mar-rekwiżiti tat-Taqsima 1 jew jieħu miżuri xierqa biex itaffi r-riskji assoċjati man-nonkonformità. Il-proċeduri għandhom ikunu stabbiliti u applikati sabiex l-utenti kollha jkunu konxji f'kull ħin minn dawn il-miżuri;

    (c)l-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm xieraq ta’ ġestjoni tar-riskji għall-fawna madwar l-ajrudrom;

    (d)l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura, b'mod dirett jew permezz ta' arranġament ma' partijiet terzi, li l-movimenti tal-vetturi u l-persuni fiż-żona tal-moviment u żoni operazzjonali oħra jkunu kkoordinati mal-movimenti tal-inġenji tal-ajru biex jiġu evitati kolliżjonijiet u ħsarat lill-inġenji tal-ajru;

    (e)l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jiġu stabbiliti u implimentati proċeduri li jtaffu r-riskji marbuta mal-operazzjonijiet tal-ajrudrom waqt it-tħaddim tagħhom fix-xitwa, f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, f'viżibbiltà ħażina jew bil-lejl, fejn applikabbli;

    (f)l-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi arranġamenti ma’ organizzazzjonijiet rilevanti oħra sabiex tiġi żgurata l-konformità kontinwa ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali għall-ajrudromi. Lista mhux eżawrjenti ta' dawn l-organizzazzjonijiet tinkludi operaturi tal-inġenji tal-ajru, fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling, u organizzazzjonijiet oħra li l-attivitajiet jew il-prodotti tagħhom jista’ jkollhom effett fuq is-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;

    (g)l-operatur tal-ajrudrom għandu jivverifika li l-organizzazzjonijiet involuti fil-ħżin u fl-għoti tal-fjuwil lill-inġenji tal-ajru jkollhom proċeduri biex jiżguraw li l-inġenji tal-ajru jingħataw fjuwil li mhuwiex ikkontaminat u bl-ispeċifikazzjoni l-korretta.

    (h)għandhom ikunu disponibbli manwali għall-manutenzjoni tat-tagħmir tal-ajrudromi, u għandhom ikunu applikabbli fil-prattika u jkopru tagħrif dwar is-servizz ta' manutenzjoni, l-individwazzjoni ta' soluzzjonijiet u l-proċeduri ta’ spezzjoni;

    (i)l-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta’ emerġenza għall-ajrudrom, li jkopri xenarji ta’ emerġenza li jistgħu jseħħu fl-ajrudrom jew fl-inħawi ta’ madwaru. Il-pjan għandu jkun ikkoordinat mal-pjan ta’ emerġenza għall-komunità lokali, kif meħtieġ;

    (j)l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura b'mod dirett jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi li huma pprovduti servizzi xierqa ta’ salvataġġ u ta' tifi tan-nar fl-ajrudrom. Dawn is-servizzi għandhom iwieġbu għal inċident jew aċċident b’biżżejjed urġenza u għandhom jinkludu mill-inqas tagħmir, sustanzi għat-tifi tan-nar u għadd suffiċjenti ta’ persunal;

    (k)l-operatur tal-ajrudrom għandu juża biss persunal imħarreġ u kwalifikat għall-operazzjonijiet u għall-manutenzjoni tal-ajrudromi, u għandu jiżgura direttament jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni ta' programmi ta’ taħriġ u ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa tal-persunal rilevanti kollu;

    (l)l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li kull persuna li tingħata l-permess ikollha aċċess mingħajr skorta fiż-żona tal-moviment jew f'żoni operazzjonali oħra tkun imħarrġa kif xieraq u kwalifikata għal dan it-tip ta’ aċċess;

    (m)il-persunal tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar għandu jkun imħarreġ kif xieraq u kwalifikat biex jopera fl-ambjent tal-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jżomm programmi ta’ taħriġ u ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa ta’ dan il-persunal; kif ukoll

    (n)il-persunal kollu tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar li jkun potenzjalment meħtieġ li jaġixxi f’emerġenzi tal-avjazzjoni għandu jagħti perjodikament prova ta’ stat mediku xieraq biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod sodisfaċenti, filwaqt li tiġi kkunsidrata t-tip ta’ attività. F’dan il-kuntest, l-istat mediku, li jinkludi kemm l-aspett fiżiku kif ukoll l-aspett mentali, ifisser li dak li jkun ma jkunx ibati minn ebda marda jew diżabbiltà li tista’ twassal li dan il-persunal ma jkunx jista’:

    iwettaq il-kompiti meħtieġa biex jopera f'emerġenzi tal-avjazzjoni;

    iwettaq id-dmirijiet assenjati lilu fi kwalunkwe ħin; jew

    jipperċepixxi b’mod xieraq l-ambjent tiegħu.

    2.2.Sistemi ta’ ġestjoni

    2.2.1.Skont it-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali, iġesti r-riskji tas-sikurezza, u jimmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema.

    2.2.2.L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt 2.2.1 sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. L-analiżi ta’ informazzjoni minn din is-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi għandha tinvolvi l-partijiet elenkati fil-punt 2.1(f) ta’ hawn fuq, skont il-każ. Is-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 376/2014.

    2.2.3.L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżviluppa manwal tal-ajrudrom u jopera skont dak il-manwal. Dawn il-manwali għandu jkun fihom l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-ajrudrom, għas-sistema ta’ ġestjoni u għall-persunal tal-operazzjonijiet biex iwettaq dmirijietu.

    3.L-inħawi ta' madwar l-ajrudrom

    3.1.L-ispazju tal-ajru madwar iż-żoni ta’ moviment tal-ajrudrom għandhom ikunu protetti mill-ostakli sabiex ikunu jistgħu jseħħu l-operazzjonijiet maħsuba tal-inġenji tal-ajru fl-ajrudromi mingħajr ma jinħoloq riskju inaċċettabbli kkawżat mill-iżvilupp ta’ ostakli madwar l-ajrudrom. Għalhekk, għandhom jiġu żviluppati, implimentati u mmonitorjati kontinwament superfiċi għall-monitoraġġ tal-ostakli sabiex tiġi indentifikata kwalunkwe penetrazzjoni mhux permessa.

    (a)Kwalunkwe infrazzjoni ta’ dawn is-superfiċi tkun teħtieġ valutazzjoni biex jiġi identifikat jekk l-oġġett huwiex qed joħloq riskju inaċċettabbli. Kwalunkwe oġġett li jippreżenta riskju inaċċettabbli għandu jitneħħa jew għandha tittieħed azzjoni xierqa ta’ mitigazzjoni biex jiġi protett l-inġenju tal-ajru.

    (b)Kull wieħed minn dawn l-ostakli li jkun fadal għandu jiġi ppubblikat u, skont il-ħtieġa, għandu jiġi mmarkat u, fejn meħtieġ, ikun viżibbli permezz ta’ dwal.

    3.2.Għandhom jiġu mmonitorjati perikoli marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem u mal-użu tal-art, bħal dawk elenkati fil-lista li ġejja, iżda mhux limitat għalihom. Ir-riskju kkawżat minnhom għandu jiġi vvalutat u mitigat kif xieraq:

    (a)kull żvilupp jew bidla fl-użu tal-art fiż-żona tal-ajrudrom;

    (b)il-possibbiltà ta’ turbolenza ikkaġunata minn ostaklu;

    (c)l-użu ta’ dwal perikolużi, li jfixklu jew li jqarrqu;

    (d)it-tgħammix ikkawżat minn superfiċi kbar li jirriflettu ħafna;

    (e)il-ħolqien ta’ żoni li għandhom mnejn jinkoraġġixxu attività ta’ fawna fl-inħawi taż-żoni ta’ moviment tal-ajrudrom; jew

    (f)is-sorsi ta’ radjazzjoni mhux viżibbli jew il-preżenza ta’ oġġetti li jiċċaqalqu jew li huma fissi u li jistgħu jinterferixxu mas-sistemi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tas-sorveljanza ajrunawtika jew jolqtuhom ħażin.

    3.3.Għandu jiġi stabbilit pjan ta’ emerġenza għall-komunità lokali għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tal-avjazzjoni li jseħħu fiż-żona lokali tal-ajrudrom.

    4.Servizzi tal-groundhandling

    4.1.Responsabbiltajiet tal-fornitur tas-servizzi tal-groundhandling

    Il-fornitur tas-servizzi tal-groundhandling huwa responsabbli għat-tħaddim sikur tal-attivitajiet tiegħu fl-ajrudrom. Ir-responsabbiltajiet tal-fornitur huma kif ġej:

    (a)il-fornitur tal-ajrudrom għandu jkollu, direttament jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi, il-mezzi neċessarji kollha biex jiżgura l-provvista sikura tas-servizz fl-ajrudrom. Dawn il-mezzi għandhom jinkludu faċilitajiet, persunal, materjali, konformità mal-proċeduri tal-operaturi tal-ajrudromi lokali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal dejta rilevanti u żamma ta’ reġistri, imma mhumiex limitati għalihom;

    (b)il-fornitur għandu jiżgura li l-movimenti tal-vetturi tiegħu u tal-persuni fiż-żona tal-moviment u f'żoni operazzjonali oħra jkunu kkoordinati mal-movimenti tal-inġenji tal-ajru biex jiġu evitati kolliżjonijiet u ħsarat lill-inġenji tal-ajru;

    (c)il-fornitur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jiġu stabbiliti u implimentati proċeduri li jtaffu r-riskji marbuta mal-operazzjonijiet tal-ajrudrom waqt it-tħaddim tagħhom fix-xitwa, f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, il-viżibbiltà ħażina jew bil-lejl, fejn applikabbli;

    (d)il-fornitur għandu jistabbilixxi arranġamenti ma’ organizzazzjonijiet rilevanti oħra sabiex tiġi żgurata l-konformità kontinwa ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali għall-ajrudromi. Lista mhux eżawrjenti ta' dawn l-organizzazzjonijiet tinkludi operaturi tal-ajrudromi, operaturi ta' inġenji tal-ajru, fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u organizzazzjonijiet oħra li l-attivitajiet jew il-prodotti tagħhom jista’ jkollhom effett fuq is-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;

    (e)il-fornitur, jew waħdu jew permezz ta’ kuntratti ma’ partijiet terzi, għandu jiżgura li jeżistu proċeduri sabiex l-inġenji tal-ajru jingħataw fjuwil li mhuwiex ikkontaminat u bl-ispeċifikazzjoni l-korretta.

    (f)il-fornitur għandu jiżgura li jkunu disponibbli manwali għall-manutenzjoni tat-tagħmir, applikabbli fil-prattika u li jkopru struzzjonijiet dwar il-manutenzjoni u t-tiswija, tagħrif dwar is-servizz ta' manutenzjoni, l-individwazzjoni ta' soluzzjonijiet u l-proċeduri ta’ spezzjoni;

    (g)il-fornitur għandu juża biss persunal imħarreġ b'mod adegwat u kwalifikat u għandu jimplimenta u jżomm programmi ta’ taħriġ u ta’ kontroll li jiżguraw il-kompetenza kontinwa tal-persunal rilevanti kollu;

    4.2.Sistemi ta’ ġestjoni

    4.2.1.Skont it-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, il-fornitur għandu jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali, iġesti r-riskji tas-sikurezza u jimmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema.

    4.2.2.Il-fornitur għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt 4.2.1 sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. L-analiżi ta’ informazzjoni minn din is-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi għandha tinvolvi l-partijiet elenkati fil-punt 4.1 (d) ta’ hawn fuq, skont il-każ. Is-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 376/2014.

    4.2.3.Il-fornitur għandu jiżviluppa manwal ta’ servizzi ta’ groundhandling u jopera skont dak il-manwal. Manwal ta' dan it-tip għandu jkun fih l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għas-servizz, għas-sistema ta’ ġestjoni u għall-persunal tas-servizz biex iwettaq dmirijietu;

    5.Oħrajn

    Għandu jiġi żgurat mill-operatur tal-ajrudom li ħlief għal inġenji tal-ajru f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, meta dawn jiġu ddevjati għal ajrudrom alternattiv, jew meta jsibu ruħhom f’kundizzjonijiet oħra li jridu jiġu speċifikati f’kull każ, ajrudrom jew parts tiegħu ma għandhomx jintużaw minn inġenji tal-ajru li normalment mhumiex konformi mad-disinn u mal-proċeduri operattivi ta’ dak l-ajrudrom.

    ANNESS VIII

    Rekwiżiti essenzjali għal ATM/ANS u għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

    1.L-użu tal-ispazju tal-ajru

    1.1.Kull inġenju tal-ajru, esklużi dawk involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(a), f’kull fażi tat-titjir jew fiż-żona ta’ moviment tal-ajrudrom, għandu jkun operat skont regoli ġenerali komuni tal-operat u skont kwalunkwe proċedura speċifikata applikabbli għall-użu ta’ dak l-ispazju tal-ajru.

    1.2.Kull inġenju tal-ajru, għajr dawk involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(a), għandu jkun mgħammar bil-kostitwenti meħtieġa u jkun operat kif xieraq. Il-kostitwenti użati fis-sistema ATM/ANS għandhom ukoll jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt 3.

    2.Servizzi

    2.1.Informazzjoni u dejta ajrunawtika għall-utenti tal-ispazju tal-ajru għall-iskoptan-navigazzjoni bl-ajru

    2.1.1.Id-dejta użata bħala sors ta’ informazzjoni ajrunawtika għandha tkun ta’ kwalità suffiċjenti, kompluta, kurrenti u pprovduta f’waqtha.

    2.1.2.L-informazzjoni ajrunawtika għandha tkun preċiża, kompluta, kurrenti, mhux ambigwa, u ta’ integrità adegwata f’format xieraq għall-utenti.

    2.1.3.It-tixrid ta’ din l-informazzjoni ajrunawtika lill-utenti tal-ispazju tal-ajru għandu jkun f’waqtu, u jkun jagħmel użu minn mezzi ta’ komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed li jkunu protetti minn interferenza u minn korruzzjoni intenzjonati jew mhux intenzjonati.

    2.2.Informazzjoni meteoroloġika

    2.2.1.Id-dejta użata bħala sors ta’ informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika għandha tkun ta’ kwalità suffiċjenti, kompluta, kurrenti u pprovduta f’waqtha.

    2.2.2.Sa fejn hu possibbli, l-informazzjoni ajronawtika meteoroloġika għandha tkun biżżejjed preċiża, kompluta, kurrenti, ta’ integrità adegwata u mhux ambigwa biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.

    2.2.3.It-tixrid ta’ din l-informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jrid ikun f’waqtu u jkun juża mezzi ta’ komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed li jkunu protetti mill-interferenza u mill-korruzzjoni.

    2.3.Servizzi tat-traffiku tal-ajru

    2.3.1.Id-dejta użata bħala sors għall-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tkun korretta, kompluta, u kurrenti.

    2.3.2.Is-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu biżżejjed preċiżi, kompluti, kurrenti, u mhux ambigwi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ sikurezza tal-utenti.

    2.3.3.L-għodod awtomatizzati li jipprovdu informazzjoni jew pariri lill-utenti għandhom ikunu ddisinjati, immanifatturati u miżmuma b’mod xieraq sabiex jiġi żgurat li huma adattati għall-iskop tagħhom.

    2.3.4.Is-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u l-proċessi relatati għandhom jipprevedu separazzjoni adegwata bejn l-inġenji tal-ajru u fjevitaw kolliżjonijiet bejn l-inġenji tal-ajru u l-ostakoli fiż-żona tal-manuvrar tal-ajrudrom, u fejn xieraq, jassistu fil-protezzjoni minn ostakli u minn perikoli oħra fl-ajru, u għandhom jiżguraw koordinazzjoni f’waqtha u fil-pront mal-utenti rilevanti kollha u mal-volumi fil-qrib ta' spazji tal-ajru.

    2.3.5.Il-komunikazzjoni bejn is-servizzi tat-traffiku tal-ajru u bejn l-unitajiet rilevanti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu f’waqthom, ċari, korretti, mhux ambigwi, protetti mill-interferenzi u mifhuma minn kulħadd u, fejn applikabbli, magħrufa minn kull min huwa involut.

    2.3.6.Għandu jkun hemm mezzi fis-seħħ sabiex jintgħarfu emerġenzi possibbli u, fejn xieraq, tinbeda azzjoni effettiva ta’ tiftix u ta' salvataġġ. Dawn il-mezzi għandhom, bħala minimu, jinkludu mekkaniżmi xierqa ta' twissija, miżuri u proċeduri ta’ koordinazzjoni, mezzi u persunal biex jiġi kopert b’mod effiċjenti l-qasam ta’ responsabbiltà.

    2.4.Servizzi ta’ komunikazzjoni

    Is-servizzi tal-komunikazzjoni għandhom jiksbu u jżommu prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-disponibilità, tal-integrità, tal-kontinwità u tal-puntwalità tagħhom. Huma għandhom ikunu veloċi u protetti mill-korruzzjoni.

    2.5.Servizz ta’ navigazzjoni

    Is-servizz ta’ navigazzjoni għandu jikseb u jżomm livell suffiċjenti ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-gwida, il-pożizzjonament u, meta pprovduta, l-informazzjoni dwar il-ħinijiet. Il-kriterji ta' prestazzjoni jinkludu l-preċiżjoni, l-integrità, id-disponibbiltà u l-kontinwità tas-servizz.

    2.6.Servizz ta’ sorveljanza

    Is-servizzi ta’ sorveljanza għandhom jiddeterminaw il-pożizzjoni rispettiva tal-inġenju tal-ajru fl-ajru u ta’ inġenji tal-ajru oħra u ta’ vetturi tal-art fuq is-superfiċi tal-ajrudrom, bi prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-preċiżjoni, tal-integrità, tal-kontinwità u tal-probabbiltà tal-lokalizzazzjoni.

    2.7.Ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

    Il-ġestjoni tattika tal-flussi tat-traffiku tal-ajru fil-livell tal-Unjoni għandha tuża u tagħti tagħrif li jkun preċiż u aġġornat biżżejjed dwar il-volum u n-natura tat-traffiku tal-ajru ppjanat li jaffettwa l-forniment tas-servizz u għandha tikkoordina u tinnegozja l-bdil tar-rotot jew id-dewmien tal-flussi tat-traffiku sabiex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm sitwazzjonijiet ta’ konġestjoni fl-ajru jew fl-ajrudromi. Il-ġestjoni tal-flussi għandha titwettaq bl-għan li tintuża bl-aħjar mod il-kapaċità disponibbli fl-użu tal-ispazju tal-ajru u li jitjiebu l-proċessi tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru. Dan għandu jkun ibbażat fuq is-sikurezza, it-trasparenza u l-effiċjenza, filwaqt li jiġi żgurat li dik il-kapaċità tiġi pprovduta b’mod flessibbli u f’waqtha, b'konsistenti mal-Pjan Ewropew ta’ Navigazzjoni bl-Ajru.

    Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 12(7) dwar il-ġestjoni tal-fluss għandhom isostnu d-deċiżjonijiet operazzjonali meħuda mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mill-operaturi tal-ajruporti u mill-utenti tal-ispazju tal-ajru u għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin:

    (a)l-ippjanar tat-titjir;

    (b)l-użu tal-kapaċità disponibbli tal-ispazju tal-ajru matul il-fażijiet kollha tat-titjir, inkluż l-assenjazzjoni ta' slots tul ir-rotta;

    (c)l-użu tar-rotot mit-traffiku tal-ajru ġenerali, inklużi:

    il-ħolqien ta' pubblikazzjoni unika għall-orjentazzjoni tar-rotot u tat-traffiku,

    il-possibilitajiet għad-devjazzjoni tat-traffiku tal-ajru ġenerali minn żoni ta' konġestjoni, u

    ir-regoli ta' prijorita dwar l-aċċess għall-ispazju tal-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali, b'mod partikolari matul perjodi ta' konġestjoni u ta' kriżi; kif ukoll

    (d)il-konsistenza bejn il-pjanijiet tat-titjir u s-slots tal-ajruporti kif ukoll il-koordinazzjoni meħtieġa mar-reġjuni li jmissu magħhom, skont il-każ.

    2.8.Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru

    L-allokazzjoni ta’ volumi speċifiċi ta' spazju tal-ajru għal ċertu użu għandha tiġi mmonitorjata, ikkoordinata u promulgata f’waqtha sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ telf ta’ separazzjoni bejn l-inġenji tal-ajru f’kull ċirkostanza. Filwaqt li tikkunsidra l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet militari u aspetti marbutin li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru għandha tappoġġa wkoll l-applikazzjoni uniformi tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru kif deskritt mill-ICAO u kif implimentat skont ir-Regolament (KE) Nru (XXXX/XXX) dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni), biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport.

    2.9.Disinn tal-ispazju tal-ajru

    L-istrutturi tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri tat-titjir għandhom ikunu ddisinjati, isirilhom stħarriġ u jkunu vvalidati sew qabel ma jkunu disponibbli u ma jintużaw mill-inġenji tal-ajru.

    3.Sistemi u kostitwenti

    3.1.Ġenerali

    Is-sistemi u l-kostitwenti ATM/ANS li jipprovdu informazzjoni relatata mal-inġenju tal-ajru, minnu u fuq l-art għandhom jkunu ddisinjati, immanifatturati, installati, miżmuma u operati b’mod xieraq sabiex jiġi żgurat li huma adattati għall-iskop tagħhom.

    Is-sistemi u l-proċeduri għandhom jinkludu b’mod partikolari dawk meħtieġa biex jiġu appoġġati l-funzjonijiet u s-servizzi li ġejjin:

    (a)Il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru.

    (b)Il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru.

    (c)Is-servizzi tat-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari s-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta tat-titjir, is-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta tas-sorveljanza u s-sistemi ta’ interfaċċa bejn il-bniedem u l-magni.

    (d)Il-komunikazzjonijiet inklużi dawk mill-art għall-art/għall-ispazju tal-ajru, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru/għall-ispazju tal-ajru.

    (e)In-navigazzjoni.

    (f)Is-sorveljanza.

    (g)Is-servizzi ta' informazzjoni ajrunawtika.

    (h)L-użu ta’ informazzjoni meteoroloġika.

    (i)Is-sistemi u l-proċeduri għall-użu ta' informazzjoni meteoroloġika.

    3.2.Integrità, prestazzjoni u affidabbiltà tas-sistema u tal-kostitwenti

    L-integrità u l-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tas-sistemi u tal-kostitwenti, ikunux fuq l-inġenju tal-ajru, fuq l-art jew fl-ispazju, għandhom ikunu adattati għall-iskop tagħhom. Għandhom jissodisfaw il-livell meħtieġ ta' prestazzjoni operazzjonali għall-kundizzjonijiet operattivi prevedibbli kollha tagħhom u għall-ħajja operazzjonali kollha tagħhom.

    Is-sistemi u l-kostitwenti ATM/ANS għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, miżmuma u mħaddma billi jintużaw il-proċeduri xierqa u validati, f'manjiera tali li tiżgura li l-operat tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jimxi ħarir f'kull ħin u tul il-fażijiet kollha ta' titjir. Operat li jimxi ħarir jista' jiġi espress, b'mod partikolari, f'termini ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż l-informazzjoni dwar l-istatus operattiv rilevanti, il-fehim komuni tal-informazzjoni, il-prestazzjonijiet komparabbli ta' pproċessar u l-proċeduri assoċjati li jippermettu prestazzjonijiet operazzjonali komuni maqbula għan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (EATMN) jew għal partijiet minnu.

    L-EATMN, is-sistemi tiegħu u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw, fuq bażi kkordinata, kunċetti ġodda ta’ operat maqbula u validati li jtejbu l-kwalità, is-sostenibilita u l-effettività ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, b’mod partikolari f’termini ta’ sikurezza u ta' kapaċità.

    L-EATMN, is-sistemi tiegħu u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni progressiva tal-kordinazzjoni ċivili/militari, sal-punt meħtieġ għal ġestjoni effettiva tal-spazju tal-ajru u tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, u għal użu sikur u effiċjenti tal-ispazju tal-ajru mill-utenti kollha, permezz tal-applikazzjoni tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.

    Biex jinkisbu dawn l-għanijiet, l-EATMN, is-sistemi tiegħu u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw il-kondiviżjoni f'waqtha ta' informazzjoni korretta u konsistenti li tkopri l-fażijiet kollha tat-titjir, bejn il-partijiet ċivili u militari, mingħajr preġudizzju għall-interessi tas-sigurtà jew tal-politika tad-difiża, inkluż ir-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità.

    3.3.Disinn tas-sistemi u tal-kostitwenti

    3.3.1.Is-sistemi u l-kostitwenti għandhom ikunu ddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sigurtà u ta' sikurezza applikabbli.

    3.3.2.Is-sistemi u l-kostitwenti, meqjusa kollettivament, separatament u f’relazzjoni ma’ xulxin, għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li tkun teżisti relazzjoni inversa bejn il-probabbiltà li l-ħsara li tista’ tirriżulta f’falliment totali tas-sistema u bejn is-severità tal-effett tagħhom fuq is-sikurezza tas-servizzi.

    3.3.3.Is-sistemi u l-kostitwenti, meqjusa kollettivament u mħallta ma’ xulxin, għandhom ikunu ddisinjati billi jitqiesu l-limitazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet u mal-prestazzjoni tal-bniedem.

    3.3.4.Is-sistemi u l-kostitwenti għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jipproteġi lilhom u lid-dejta li qed iwasslu minn interazzjonijiet perikolużi intenzjonati jew mhux intenzjonati ma’ elementi interni u esterni.

    3.3.5.L-informazzjoni meħtieġa għall-manifattura, għall-installazzjoni, għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tas-sistemi u tal-kostitwenti, kif ukoll l-informazzjoni dwar kundizzjonijiet mhux sikuri għandha tiġi pprovduta lill-persunal b’mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu.

    3.4.Livell kontinwu ta' servizz

    Il-livelli ta’ sikurezza tas-sistemi u tal-kostitwenti għandhom ikunu miżmuma tajjeb waqt is-servizz u waqt kull tip ta' modifika tas-servizz.

    4.Kwalifiki tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

    4.1.Ġenerali

    Persuna li qed titħarreġ bħala kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew bħala student kontrollur tat-traffiku tal-ajru, għandha tkun matura biżżejjed f’sens edukattiv, fiżiku u mentali biex tikseb, iżżomm u turi l-għarfien teoretiku u l-ħila prattika rilevanti.

    4.2.Għarfien teoretiku

    4.2.1.Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jikseb u jżomm livell ta’ għarfien xieraq għall-funzjonijiet li jwettaq u proporzjonat għar-riskji assoċjati mat-tip ta' servizz.

    4.2.2.Il-kisba u ż-żamma tal-għarfien teoretiku għandhom jintwerew permezz ta’ valutazzjoni kontinwa waqt it-taħriġ, jew permezz ta’ eżamijiet xierqa.

    4.2.3.Għandu jinżamm livell xieraq ta’ għarfien teoretiku. Il-konformità għandha tintwera permezz ta’ valutazzjonijiet jew permezz ta’ eżamijiet regolari. Il-frekwenza tal-eżamijiet għandha tkun proporzjonata mal-livell tar-riskju assoċjat mat-tip ta’ servizz.

    4.3.Ħila prattika

    4.3.1.Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jikseb u jżomm il-ħiliet prattiċi xierqa għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Dawn il-ħiliet għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji assoċjati mat-tip ta’ servizz u għandhom ikopru mill-inqas, jekk xierqa għall-funzjonijiet imwettqa, dawn li ġejjin:

    (a)il-proċeduri operazzjonali;

    (b)l-aspetti speċifiċi għall-kompitu;

    (c)is-sitwazzjonijiet mhux normali u ta’ emerġenza; kif ukoll

    (d)il-fatturi umani.

    4.3.2.Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu juri l-abbiltà li jwettaq il-proċeduri u l-kompiti assoċjati b’livell ta’ kompetenza xieraq għall-funzjonijiet imwettqa.

    4.3.3.Għandu jinżamm livell xieraq ta’ kompetenza fil-ħila prattika. Il-konformità għandha tkun verifikata permezz ta’ valutazzjonijiet regolari. Il-frekwenza tal-valutazzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-kumplessità u għal-livell tar-riskju assoċjat mat-tip ta’ servizz u mal-kompiti mwettqa.

    4.4.Profiċjenza fil-lingwi

    4.4.1.Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu juri profiċjenza li jitkellem u jifhem l-Ingliż sa tali punt li jkun jista’ jikkomunika effettivament f’sitwazzjonijiet ta’ leħen biss (telefown/radjutelefown) u f'sitwazzjonijiet wiċċ imb’wiċċ, dwar suġġetti konkreti u marbuta max-xogħol, inkluż f’sitwazzjonijet ta’ emerġenza.

    4.4.2.Kull meta jkun meħtieġ f’volum definit ta’ spazju tal-ajru għall-iskopijiet ta’ forniment tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (ATS), kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu wkoll ikollu l-profiċjenza li jitkellem u jifhem l-ilsien/l-ilsna nazzjonali sal-punt deskritt hawn fuq.

    4.5.Mezzi sintetiċi ta’ taħriġ (STD)

    Meta jintuża STD għat-taħriġ prattiku dwar l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-fatturi umani jew biex jintwera li l-ħiliet inkisbu jew inżammu, dan għandu jkollu livell ta’ prestazzjoni li jippermetti simulazzjoni xierqa tal-ambjent tax-xogħol u tas-sitwazzjonijiet operazzjonali li jkunu adattati għat-taħriġ li jingħata.

    4.6.Kors ta’ taħriġ

    4.6.1.It-taħriġ għandu jingħata permezz ta' kors ta’ taħriġ, li jista’ jinkludi tagħlim teoretiku u prattiku, inkluż taħriġ fuq STD, jekk applikabbli.

    4.6.2.Kors għandu jiġi ddefinit u approvat għal kull tip ta’ taħriġ.

    4.7.Għalliema

    4.7.1.It-tagħlim teoretiku għandu jingħata minn għalliema kwalifkati kif xieraq. Huma għandhom:

    (a)ikollhom għarfien xieraq fil-qasam li qed jingħata t-tagħlim dwaru; kif ukoll

    (b)ikunu wrew l-abbiltà li jużaw tekniki ta’ tagħlim xierqa.

    4.7.2.It-tagħlim dwar il-ħiliet prattiċi għandu jingħata minn għalliema kwalifikati kif xieraq, li jkollhom il-kwalifiki li ġejjin:

    (a)jissodisfaw l-għarfien teoretiku u r-rekwiżiti ta' esperjenza li huma adattati għat-tagħlim li qed jingħata;

    (b)ikunu wrew abbiltà li jgħallmu u li jużaw tekniki ta’ tagħlim xierqa;

    (c)ikunu pprattikaw tekniki ta’ tagħlim f’dawk li proċeduri li dwarhom ikun se jingħata t-tagħlim; kif ukoll

    (d)jirċievu taħriġ ta' aġġornament b'mod regolari biex jiġi żgurat li l-kompetenzi tal-għalliema jinżammu aġġornati.

    4.7.3.Barra minn hekk, l-għalliema tal-ħiliet prattiċi għandhom jkunu intitolati jew inkella diġà kienu intitolati li jaġixxu bħala kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

    4.8.Valutaturi

    4.8.1.Il-persuni responsabbli għall-valutazzjoni tal-ħila tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru iridu:

    (a)ikun wrew il-ħila li jivvalutaw il-prestazzjoni tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, u jwettqu testijiet u kontrolli fuqhom; kif ukoll

    (b)jirċievu korsijiet ta’ aġġornament regolari sabiex jiġi żgurat li l-kompetenzi tal-valutazzjoni tagħhom jinżammu.

    4.8.2.Il-valutaturi tal-ħiliet prattiċi għandhom ikunu intitolati jew inkella diġà kienu intitolati li jaġixxu bħala kontrolluri tat-traffiku tal-ajru f’dawk l-oqsma li fihom trid issir l-evalwazzjoni.

    4.9.Stat mediku ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru

    4.9.1.Kull kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu perjodikament jagħti prova tal-istat mediku tiegħu li jkun xieraq biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod sodisfaċenti. Il-konformità għandha tintwera permezz ta’ valutazzjoni xierqa li tqis id-deterjorament mentali u fiżiku possibbli minħabba l-età;

    4.9.2.Il-wiri tal-istat mediku, li jinkludi kemm l-aspett fiżiku kif ukoll l-aspett mentali, għandu jinkludi l-prova tal-assenza ta’ kwalunkwe marda jew diżabbiltà, li tista’ żżomm lill-persuna li qed tipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) milli:

    (a)iwettaq kif xieraq il-kompiti meħtieġa biex jiġi pprovdut servizz ta’ ATC;

    (b)iwettaq id-dmirijiet assenjati lilu fi kwalunkwe ħin, jew

    (c)li jagħraf/tagħraf korrettament l-ambjent tiegħu/tagħha.

    4.9.3.Meta l-istat mediku xieraq ma jkunx jista’ jintwera għalkollox, jistgħu jiġu implimentati miżuri ta’ mitigazzjoni li jipprovdu sikurezza ekwivalenti.

    5.Fornituri tas-servizzi u organizzazzjonijiet tat-taħriġ

    5.1.Il-forniment tas-servizz ma għandux isir jekk ma jiġux issodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

    (a)il-fornitur tas-servizz għandu jkollu, direttament jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi, il-mezzi neċessarji għall-iskala u għall-ambitu tas-servizz. Dawn il-mezzi jinkludu dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għalihom: sistemi, faċilitajiet, inkluża l-provvista tal-elettriku, l-istruttura tal-ġestjoni, il-persunal, it-tagħmir u l-manutenzjoni tiegħu, id-dokumentazzjoni tal-kompiti, ir-responsibbiltajiet u l-proċeduri, l-aċċess għal dejta rilevanti u ż-żamma ta’ reġistri;

    (b)il-fornitur tas-servizz għandu jiżviluppa u jżomm aġġornati manwali tal-ġestjoni u tal-operazzjonijiet marbuta mal-forniment tas-servizzi tiegħu u għandu jopera skont dawk il-manwali. Dawk il-manwali għandu jkun fihom l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-operazzjonijiet, għas-sistema ta’ ġestjoni u għall-persunal tal-operazzjonijiet biex iwettaq dmirijietu;

    (c)skont it-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, il-fornitur tas-servizz għandu jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali, iġesti r-riskji tas-sikurezza u jimmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema;

    (d)il-fornitur tas-servizz għandu juża biss persunal kwalifikat u mħarreġ kif xieraq u jimplimenta u jżomm programmi ta’ taħriġ u kontrolli għall-persunal;

    (e)il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi interfaċċi formali mal-partijiet ikkonċernati kollha li jistgħu jinfluwenzaw b'mod dirett is-sikurezza tas-servizz tagħhom sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali;

    (f)il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta’ kontinġenza li jkopri sitwazzjonijiet mhux normali u ta’ emerġenza li jistgħu jseħħu b'rabta mas-servizzi tiegħu;

    (g)il-fornitur għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt (c) sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 376/2014; kif ukoll

    (h)il-fornitur tas-servizz għandu jagħmel arranġamenti biex jivverifika li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ kwalunkwe sistema u kostitwent li huwa jopera jintlaħqu f’kull ħin.

    5.2.il-forniment tas-servizz ATC ma għandux isir jekk ma jiġux issodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

    (a)il-prevenzjoni tal-għeja tal-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tkun ġestita permezz ta’ sistema ta’ roster. Sistema ta' roster bħal din trid tindirizza l-perjodi ta’ xogħol, il-ħinijiet tax-xogħol u l-perjodi adattati ta' mistrieħ. Il-limitazzjonijiet stabbiliti fis-sistema ta’ roster għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti li jikkontribwixxu għall-għeja bħal ma' huma, in-nuqqas ta' rqad, lit-tfixkil taċ-ċikli bijoloġiċi ta' kuljum, is-sigħat ta' bil-lejl, l-akkumulazzjoni ta' ħinijiet ta' xogħol għal perjodi speċifiċi kif ukoll il-kondiviżjoni ta' kompiti allokati fost il-membri tal-persunal;

    (b)il-prevenzjoni tal-istress tal-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tkun ġestita permezz ta’ programmi ta’ edukazzjoni u ta' prevenzjoni;

    (c)il-fornitur tas-servizz ATC għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jivverifikaw jekk ikunx imxekkel il-ġudizzju konjittiv jew jekk ma jkunx xieraq l-istat mediku tal-persunal li jipprovdi s-servizzi ATC; kif ukoll

    (d)il-fornitur tas-servizz ATC għandu jikkunsidra l-limitazzjonijiet operazzjonali u tekniċi kif ukoll il-prinċipji tal-fatturi umani fl-ippjanar u fl-operazzjonijiet tiegħu.

    5.3.Il-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u/jew tas-sorveljanza ma għandhomx isiru ħlief sakemmjiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet:

    Il-fornitur tas-servizzi għandu jżomm lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u lill-unitajiet ATS rilevanti infurmati dwar l-istatus operazzjonali (u l-bidliet fih) tas-servizzi tagħhom ipprovduti għal skopijiet ATS.

    5.4.Organizzazzjonijiet tat-taħriġ

    Organizzazzjoni tat-taħriġ li tipprovdi t-taħriġ għall-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)ikollha l-mezzi kollha neċessarji għall-ambitu tar-responsabbiltajiet assoċjati mal-attività tagħha. Dawn il-mezzi jinkludu dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għal: faċilitajiet, persunal, tagħmir, metodoloġija, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsibbiltajiet u proċeduri, aċċess għal dejta rilevanti u żamma ta’ reġistri;

    (b)skont it-tip ta’ taħriġ mogħti u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex tiżgura konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali, iġġesti r-riskji tas-sikurezza u timmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema; kif ukoll

    (c)tistabbilixxi arranġamenti ma’ organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali.

    6.Eżaminaturi ajrumediċi u ċentri ajrumediċi

    6.1.Eżaminaturi ajrumediċi

    Eżaminatur ajrumediku jrid:

    (a)ikun kwalifikat u jkollu liċenzja fil-prattika tal-mediċina;

    (b)ikun irċieva taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni u taħriġ ta' aġġornament regolari fil-mediċina tal-avjazzjoni biex ikun żgurat li l-istandards ta' valutazzjoni jinżammu aġġornati; kif ukoll

    (c)ikun kiseb għarfien u esperjenza prattiċi tal-kondizzjonijiet li fihom il-kontrolluri tat-traffiku jaqdu dmirijiethom.

    6.2.Ċentri ajrumediċi

    Iċ-ċentri ajrumediċi jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu ta' responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom. Dawn il-mezzi jinkludu dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għal: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsibbiltajiet u proċeduri, aċċess għal dejta rilevanti u żamma ta' reġistri;

    (b)skont it-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, jimplimentaw u jżommu sistema ta’ ġestjoni sabiex jiżguraw konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali, iġestu r-riskji tas-sikurezza u jimmiraw għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema; kif ukoll

    (c)jistabbilixxu arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skont il-ħtieġa, biex jiżguraw konformità kontinwa ma' dawn ir-rekwiżiti.



    ANNESS IX

    Rekwiżiti essenzjali għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

    1.Rekwiżiti essenzjali għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

    (a)Persuna li tħaddem inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord trid tkun taf bir-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-operazzjonijiet ippjanati, b’mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza, tal-privatezza, tal-protezzjoni tad-dejta, tar-responsabbiltà, tal-assigurazzjoni, tas-sigurtà jew tal-protezzjoni ambjentali. Il-persuna trid tkun kapaċi tiżgura s-sikurezza tat-tħaddim u s-separazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord mill-persuni fuq l-art u mill-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra. Dan jinkludi l-familjarità mal-istruzzjonijiet tat-tħaddim ipprovduti mill-manifattur u mal-funzjonalitajiet rilevanti kollha tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u mar-regoli applikabbli tal-ajru u mal-proċeduri tal-ATM/ANS.

    (b)Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid ikun iddisinjat u mibni b'mod adattat għall-funzjoni tiegħu u biex ikun jista' jitħaddem, jiġi aġġustat u jinżamm mingħajr ma jitpoġġa ħadd f'riskju meta dawn l-operazzjonijiet jitwettqu skont il-kondizzjonijiet li għalih ġie ddisinjat l-inġenju tal-ajru.

    (c)Jekk ikun meħtieġ u biex jitnaqqsu r-riskji relatati mas-sikurezza, il-privatezza, il-protezzjoni tad-dejta personali, is-sigurtà jew l-ambjent, li jirriżultaw mit-tħaddim, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid ikollu l-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet korrispondenti u speċifiċi li permezz tad-disinn u b'mod awtomatiku jikkunsidraw il-prinċipji ta’ privatezza u ta' protezzjoni tad-dejta personali. Skont il-ħtiġijiet dawk l-elementi u l-funzjonalitajiet iridu jiżguraw identifikazzjoni faċli tal-inġenju tal-ajru u tan-natura u tal-iskop tal-operazzjoni; u jridu jiżguraw li l-limitazzjonijiet, il-projbizzjonijiet jew il-kundizzjonijiet applikabbli jiġu osservati, notevolment fir-rigward tal-operazzjoni f'żoni ġeografiċi partikolari, lil hinn minn ċerti distanzi mill-operatur jew f’ċerti altitudnijiet.

    2.Rekwiżiti addizzjonali essenzjali għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għall-operat ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmija fl-Artikolu 46(1) u (2)

    Irid ikun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin biex jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta’ sikurezza għall-persuni fuq l-art u għall-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra matul it-tħaddim tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell ta’ riskju tat-tħaddim kif meħtieġ:

    2.1.Ajrunavigabbiltà

    (a)L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord irid ikollhom karatteristiċi jew dettalji tad-disinn li skont l-esperjenza ntwera li huma sikuri għall-operatur jew għal partijiet terzi fuq l-art jew fl-ajru.

    (b)L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jipprovdu integrità tal-prodott li hija proporzjonata għar-riskju f'kull tip ta' kundizzjoni ta’ titjir antiċipata.

    (c)L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jkunu kontrollabbli u manuvrabbli, kif meħtieġ fil-kondizzjonijiet kollha antiċipati ta' tħaddim, inkluż wara li sistema ta' propulsjoni waħda jew aktar, skont kif ikun il-każ, jinqalalha l-ħsara. Kunsiderazzjoni xierqa tal-fattur uman, b'mod partikolari għarfien disponibbli dwar il-fatturi li jwasslu għal tħaddim sikur tat-teknoloġija mill-bnedmin, hija importanti ħafna.

    (d)L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, it-tagħmir u t-tagħmir mhux installat assoċjati, inklużi s-sistemi ta’ propulsjoni u t-tagħmir li jikkontrolla l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, mill-bogħod iridu jiffunzjonaw kif ippjanat f'kull tip ta' kondizzjoni operabbli prevista, dejjem, u biżżejjed lil hinn mit-tħaddim li għalih l-inġenju tal-ajru kien iddisinjat.

    (e)Is-sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, it-tagħmir u t-tagħmir mhux installat assoċjat, inklużi s-sistemi ta’ propulsjoni u t-tagħmir għall-kontroll mill-bogħod tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, ikkunsidrati separatament u f’rabta ma’ xulxin, iridu jkunu ddisinjati b’tali mod li l-probabbiltà li tinqalalhom ħsara u s-severità tal-effett tagħha fuq il-persuni fuq l-art u fuq l-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra tkun proporzjonali għar-riskju tal-operazzjoni, kif ivvalutat abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(2).

    (f)Kull tagħmir li jikkontrolla inġenju tal-ajru mingħajr bdot mill-bogħod involut fit-tħaddim irid ikun tat-tip li jiffaċilita l-operazzjonijiet ta' titjir, inklużi mezzi li jipprovdu għarfien tas-sitwazzjoni kif ukoll il-ġestjoni ta’ kull tip ta' sitwazzjoni u ta' emerġenza prevista.

    (g)L-organizzazzjoni responsabbli għall-produzzjoni jew għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord trid tipprovdi informazzjoni lill-operatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u, fejn rilevanti, lill-organizzazzjoni tal-manutenzjoni fuq it-tipi ta’ tħaddim li għalihom l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord huwa ddisinjat flimkien mal-limitazzjonijiet u mal-informazzjoni meħtieġa għat-tħaddim sikur tiegħu, inklużi l-prestazzjoni operazzjonali u ambjentali, il-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u l-proċeduri ta’ emerġenza. Din l-informazzjoni għandha tingħata b’mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu. Il-kapaċitajiet operazzjonali ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet li ma jeħtiġux ċertifikat jew dikjarazzjoni jridu jkunu limitati sabiex jissodisfaw ir-regoli applikabbli tal-ispazju tal-ajru għal dawn l-operazzjonijiet.

    (h)L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, ta' magni u ta' skrejjen jieħdu prekawzjonijiet sabiex inaqqsu l-perikoli li jinqalgħu minn kundizzjonijiet, kemm interni kif ukoll esterni, għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u għas-sistemi tagħhom, li skont l-esperjenza ntwera li għandhom impatt fuq is-sikurezza. Dan jinkludi l-protezzjoni kontra l-interferenza b’mezzi elettroniċi.

    (i)Il-proċessi ta’ manifattura, il-materjali u l-komponenti użati għall-produzzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jirriżultaw fi proprjetajiet u fi prestazzjoni li jkunu adegwati, riproduċibbli u konformi mal-karatteristiċi tad-disinn.

    2.2.Organizzazzjonijiet

    L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-produzzjoni, fil-manutenzjoni, fl-operat, fis-servizzi relatati u fit-taħriġ tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)L-organizzazzjoni jrid ikollha l-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu tax-xogħol tagħha u trid tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali u mar-regoli dettaljati korrispondenti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 47, rilevanti għall-attività tagħha.

    (b)L-organizzazzjoni trid timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni sabiex tiżgura konformità ma' dawn ir-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà, u timmira għat-titjib kontinwu ta' din is-sistema; Sistema ta’ ġestjoni ta' dan it-tip trid tkun xierqa f'dak li għandu x'jaqsam mat-tip tal-attività tal-organizzazzjoni u mad-daqs tagħha.

    (c)L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza, sabiex tikkontribwixxi għat-titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 376/2014. Sistema ta’ rappurtar ta' dan it-tip trid tkun xierqa f'dak li għandu x'jaqsam mat-tip tal-attività tal-organizzazzjoni u mad-daqs tagħha.

    (d)L-organizzazzjioni trid tistabbilixxi arranġamenti, fejn ikun rilevanti, ma’ organizzazzjonijiet oħra sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti.

    2.3.Persuni li jħaddmu inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord

    Persuna li tħaddem inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu jkollha l-għarfien meħtieġ u l-ħiliet meħtieġa biex tiżgura s-sikurezza tal-operat u li dan ikun proporzjonat għar-riskji assoċjati mat-tip ta’ tħaddim. Din il-persuna għandha wkoll turi stat mediku tajjeb, jekk dan huwa meħtieġ biex jittaffew ir-riskji involuti fl-operazzjoni kkonċernata.

    2.4.Operazzjonijiet

    L-operatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord huwa responsabbli għat-tħaddim u jrid jieħu kull azzjoni xierqa biex jiżgura s-sikurezza tal-operazzjoni.

    Titjira trid issir skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri applikabbli, li huma pertinenti għall-eżekuzzjoni tad-dmirijiet, preskritti għaż-żona, għall-ispazju tal-ajru, għall-ajrudromi jew għas-siti li huma ppjanati li jridu jintużaw u, fejn applikabbli, mas-sistemi ATM/ANS relatati.

    (a)L-operazzjonijiet b'inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jiżguraw is-sikurezza ta’ partijiet terzi fuq l-art u tal-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra u jridu inaqqsu r-riskji li jirriżultaw minn kondizzjonijiet avversi esterni u interni, inklużi kondizzjonijiet ambjentali, billi jżommu distanza ta’ separazzjoni xierqa matul il-fażijiet kollha tat-titjira.

    (b)Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid jitħaddem biss jekk ikun f’kundizzjoni tajba ta' ajrunavigabbiltà u meta t-tagħmir u l-komponenti l-oħra u s-servizzi meħtieġa għall-operazzjoni ppjanata jkunu disponibbli u qegħdin fi stat tajjeb biex jintużaw.

    (c)L-operatur ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid jiżgura li l-inġenju tal-ajru jkollu t-tagħmir meħtieġ ta’ navigazzjoni, ta' komunikazzjoni, ta' sorveljanza, ta' detezzjoni u ta' evitar, kif ukoll kull tagħmir ieħor li huwa meħtieġ għas-sikurezza tat-titjira ppjanata, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni n-natura tal-operazzjoni, ir-regolamenti tat-traffiku tal-ajru u r-regoli tal-ajru applikabbli tul il-fażijiet kollha tat-titjira.

    3.Rekwiżiti ambjentali essenzjali għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

    L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fl-Anness III.



    ANNESS X

    Tabella ta' korrelazzjoni

    Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1(1)

    Artikoli 2(1) u (2)

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 2(5)

    Artikolu 2

    Artikolu 1

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4(1)(a)

    Artikolu 2(1)(a)

    Artikolu 4(1)(b)

    Artikolu 2(1)(b)(i)

    Artikolu 4(1)(c)

    Artikolu 2(1)(b)(ii)

    Artikolu 4(1)(d)

    Artikolu 2(1)(c)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 2(1)(b) u (c)

    Artikolu 4(3a)

    Artikoli 2(1)(d), (e) u (2)

    ---

    Artikolu 2(6)

    Artikolu 4(3b)

    Artikolu 2(7)

    Artikolu 4(3c)

    Artikoli 2(1)(g) u 2

    Artikoli 4(4) u (5)

    Artikolu 2(3)(d)

    Artikolu 4(6)

    ---

    ---

    Artikolu 2(4)

    ---

    Artikolu 4

    ---

    Artikolu 5

    ---

    Artikolu 6

    ---

    Artikolu 7

    ---

    Artikolu 8

    Artikolu 5(1), (2) u (3)

    Artikoli 9 sa 16

    Artikolu 5(4)(a) u (b)

    Artikolu 17(2)

    Artikolu 5(4)(c)

    Artikolu 17(1)(b)

    ---

    Artikolu 17(1)(a)

    Artikolu 5(5)

    Artikolu 18

    Artikolu 5(6)

    Artikolu 4

    Artikolu 6

    Artikoli 9 sa 11

    Artikoli 7(1) u (2)

    Artikoli 19 u 20

    Artikolu 8(4)

    Artikolu 21

    Artikolu 7(3) sa (7)

    Artikoli 22 sa 25

    Artikolu 8(1) sa (3)

    Artikolu 26, 27(1) u (2)

    ---

    Artikolu 27(3)

    Artikolu 8(5)

    Artikolu 28

    Artikolu 8(6)

    Artikolu 4

    Artikoli 8a (1) sa (5)

    Artikoli 29 sa 34

    Artikolu 8a(6)

    Artikolu 4

    Artikoli 8b (1) sa (6)

    Artikoli 35 sa 39(2)

    Artikolu 8b (7)

    Artikolu 39(3) u Artikolu 4

    Artikolu 8c (1) sa (10)

    Artikoli 40 sa 44

    Artikolu 8c (11)

    Artikolu 4

    ---

    Artikoli 45 sa 47

    Artikolu 9

    Artikoli 48 sa 50

    Artikolu 10(1) sa (3)

    Artikolu 51(1) u (2)

    ---

    Artikolu 51(3) sa (5)

    Artikolu 10(4)

    Artikolu 51(6)

    ---

    Artikolu 51(7) sa (9)

    Artikolu 10(5)

    Artikolu 51(10)

    ---

    Artikolu 52

    ---

    Artikolu 53

    ---

    Artikolu 54

    ---

    Artikolu 55

    Artikolu 11(1) sa (3)

    Artikolu 56(1) sa (3)

    Artikolu 11(4) sa (5b)

    ---

    Artikolu 11(6)

    Artikolu 56(4)

    Artikolu 12(1)

    Artikolu 57

    Artikolu 12(2)

    ---

    Artikolu 13

    Artikolu 58

    Artikolu 14(1) sa (3)

    Artikolu 59

    Artikolu 14(4) sa (7)

    Artikolu 60

    Artikolu 15

    Artikolu 61

    Artikolu 16

    Artikolu 62

    ---

    Artikolu 63

    Artikolu 17

    Artikolu 64

    Artikolu 18

    Artikolu 65(1) sa (5)

    Artikolu 19

    Artikolu 65(1) sa (5)

    Artikolu 20

    Artikolu 66

    Artikolu 21

    Artikolu 67

    Artikolu 22(1)

    Artikolu 65(6)

    Artikolu 22(2)

    Artikolu 65(7)

    Artikolu 22a

    Artikolu 68

    Artikolu 22b

    Artikolu 69

    Artikolu 23

    Artikolu 70(1) u (2)

    ---

    Artikolu 70(3)

    Artikoli 24 u 54

    Artikolu 73

    Artikolu 25

    Artikolu 72

    Artikolu 26

    Artikolu 74

    ---

    Artikolu 75

    ---

    Artikolu 76

    Artikolu 27(1) sa (3)

    Artikolu 77(1) sa (3)

    ---

    Artikolu 77(4) sa (6)

    ---

    Artikolu 78

    ---

    Artikolu 79

    ---

    Artikolu 80

    Artikolu 28(1) u (2)

    Artikolu 81(1) u (2)

    ---

    Artikolu 81(3)

    Artikolu 28(3) u (4)

    Artikolu 81(4) u (5)

    Artikolu 29(1) u (2)

    Artikolu 82(1) u (2)

    Artikolu 29(3)

    ---

    Artikolu 30

    Artikolu 83

    Artikolu 31

    Artikolu 84

    Artikolu 32(1)

    Artikolu 108(3)

    Artikolu 32(2)

    Artikolu 108(5)

    Artikolu 33

    Artikolu 85(1) sa (5)

    ---

    Artikolu 85(6)

    Artikolu 34(1)

    Artikolu 86(1) u (2)

    ---

    Artikolu 86(3)

    Artikolu 34(2) u (3)

    Artikolu 86(4) u (5)

    Artikolu 35

    Artikolu 87

    Artikolu 36

    Artikolu 88

    Artikolu 37(1) sa (3)

    Artikolu 89(1) sa (3)

    ---

    Artikolu 89(4)

    ---

    Artikolu 90

    Artikolu 38(1) sa (3)

    Artikolu 91(1) sa (3)

    ---

    Artikolu 91(4)

    Artikolu 39

    ---

    ---

    Artikolu 92

    Artikolu 40

    Artikolu 93

    Artikolu 41

    Artikolu 94

    Artikolu 42

    Artikolu 95

    Artikolu 43

    Artikolu 96

    Artikolu 44

    Artikolu 97

    Artikolu 45

    Artikolu 98

    Artikolu 46

    Artikolu 99

    Artikolu 47

    Artikolu 100

    Artikolu 48

    Artikolu 101

    Artikolu 49

    Artikolu 102

    Artikoli 50 u 51

    Artikolu 103

    Artikolu 52(1) sa (3)

    Artikolu 104

    Artikolu 52(4)

    Artikolu 65(6)

    Artikolu 53(1) u (2)

    Artikolu 105(1) u (2)

    Artikolu 53(3)

    Artikolu 65(6)

    Artikolu 54

    Artikolu 73

    Artikolu 55

    Artikolu 71

    Artikolu 56

    Artikolu 106

    Artikolu 57

    Artikolu 107

    Artikolu 58(1) u (2)

    Artikolu 108(1) u (2)

    Artikolu 58(3)

    Artikolu 108(4)

    Artikolu 58(4)

    Artikolu 121(2)

    Artikolu 59(1) sa (4)

    Artikolu 109(1) sa (4)

    ---

    Artikolu 109(5)

    Artikolu 59(5) sa (11)

    Artikolu 109(6) sa (12)

    Artikolu 60

    Artikolu 110

    Artikolu 61

    Artikolu 111

    ---

    Artikolu 112

    Artikolu 62

    Artikolu 113

    Artikolu 63

    Artikolu 114

    Artikolu 64(1) sa (5)

    Artikolu 115(1) sa (5)

    ---

    Artikolu 115(6)

    Artikolu 65

    Artikolu 116

    Artikolu 65a

    ---

    ---

    Artikolu 117

    Artikolu 66

    Artikolu 118

    ---

    Artikolu 119

    Artikolu 67

    ---

    Artikolu 68

    Artikolu 120

    ---

    Artikolu 121(1)

    Artikolu 58(4)

    Artikolu 121(2)

    Artikolu 69

    ----

    ---

    Artikolu 122

    ---

    Artikolu 123

    ---

    Artikolu 124

    ---

    Artikolu 125

    ---

    Artikolu 126

    Artikolu 70

    Artikolu 127

    Top