IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 27.4.2015
COM(2015) 187 final
2013/0024(COD)
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW
skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
dwar
il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar informazzjoni li takkumpanja t-trasferiment ta' fondi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2013/0024 (COD)
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW
skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
dwar
il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar informazzjoni li takkumpanja t-trasferiment ta' fondi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1.Sfond
Id-data meta l-proposta ġiet trasmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
(id-dokument COM(2013) 44 finali – 2013/0024 COD):
|
is-6 ta’ Frar 2013.
|
Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew:
|
it-23 ta’ Mejju 2013.
|
Id-data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari:
|
il-11 ta’ Marzu 2014.
|
Id-data tat-trasmissjoni tal-proposta emendata:
|
Mhux applikabbli
|
Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill:
|
l-20 ta’ April 2015.
|
2.L-objettiv tal-proposta mill-Kummissjoni
L-objettiv ta' din il-proposta huwa li jiġi rivedut ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 dwar l-informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (minn hawn’ il quddiem "ir-Regolament dwar it-Trasferimenti ta’ Fondi) b'tali mod li l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom aktar informazzjoni, titjieb it-traċċabilità tal-pagamenti u jiġi żgurat li l-qafas tal-UE jibqa’ konformi għalkollox ma’ standards internazzjonali.
Ir-Regolament propost dwar it-Trasferimenti ta’ Fondi jistabbilixxi regoli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament biex jibagħtu informazzjoni mhux biss dwar il-pagatur iżda wkoll dwar il-prenditur tul il-katina kollha tal-pagament għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-individwazzjoni ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu u huwa fil-biċċa l-kbira bbażat fuq ir-Rakkomandazzjoni 16, il-ġdida, dwar it-trasferimenti elettroniċi adottata mit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (Financial Action Task Force - FATF). Huwa għandu l-għan li jiżgura li dan l-istandard internazzjonali jiġi traspost b’mod uniformi madwar l-Unjoni, u b’mod partikolari, li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn sitwazzjonijiet li jkunu jinvolvu pagamenti nazzjonali fi ħdan Stat Membru u pagamenti transkonfinali bejn l-Istati Membri.
Ir-Regolament propost se jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jieħdu azzjoni aktar effettiva kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fil-livelli kollha.
B'mod parallel, il-Kummissjoni pproponiet ukoll reviżjoni tad-Direttiva 2005/60/KE tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u tal-iffinanzjar tat-terroriżmu.
3.Kummenti dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti l-ftehim politiku milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fis-16 ta’ Diċembru 2014 u tinkludi elementi proposti miż-żewġ istituzzjonijiet. Il-Kummissjoni tappoġġa dan il-ftehim.
Bħala riżultat ta’ proċess prinċipalment tekniku fil-livell ta’ grupp ta’ ħidma tal-Kunsill, il-kompromess finali issa jinkludi għadd ta' bidliet tekniċi għall-proposta oriġinali tal-Kummissjoni li l-Kummissjoni tqis li jtejbu t-test u jżidu l-allinjament mar-Rakkomandazzjoni relevanti tal-FATF.
Bl-istess mod, il-Parlament kien qiegħed b'mod ġenerali jappoġġja l-ħidma teknika li saret.
4.Konklużjoni
Il-Kummissjoni tappoġġa r-riżultati tan-negozjati interistituzzjonali u għalhekk tista' taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari.