This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015IR5241
Opinion of the European Committee of the Regions — European Union Framework for Data Collection in Fisheries
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-Ġbir tad-Dejta fis-Sajd
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-Ġbir tad-Dejta fis-Sajd
ĠU C 120, 5.4.2016, p. 40–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/40 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-Ġbir tad-Dejta fis-Sajd
(2016/C 120/08)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
Emenda 1
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Id-definizzjoni ta’ “utent finali” hija wiesgħa wisq, speċjalment meta l-utenti finali jistgħu jiddefinixxu l-ħtieġa tad-dejta. Għaldaqstant, l-utenti finali tad-dejta għandhom ikunu maqsuma f’dawk l-utenti finali li jistgħu jiddefinixxu l-ħtieġa tad-dejta u dawk li jistgħu jiksbu biss aċċess għad-dejta.
Fl-eżami ta’ DC MAP (ref. Rapport tal-STECF dwar l-Eżami ta’ DC MAP (STECF-13-06) Parti 1 paġna 6 u fir-Rapport tiegħu dwar ir-Reviżjoni tad-DCF Parti 4 (STECF-14-07) Paġni 43-45 u p. 106, l-STECF jissuġġerixxi t-tliet tipi ta’ utenti finali li ġejjin:
— |
Tip 1: Utenti finali ewlenin li għalihom ġie mfassal id-DCF, inkluż il-Kummissjoni, kwalunkwe korp bħall-ICES u l-STECF maħtura mill-Kummissjoni biex tipprovdilhom pariri rikorrenti li jappoġġaw direttament it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-PKS, u korpi oħra ta’ ġestjoni tas-sajd bħall-RFMOs u l-GFCM li jużaw dejta tad-DCF biex jimplimentaw il-politiki tagħhom tal-ġestjoni tas-sajd. |
— |
Tip 2: Korpi oħra bħall-Kunsilli Konsultattivi jew sottokuntratturi li mingħandhom il-Kummissjoni tista’ titlob parir jew analiżi bbażata fuq id-dejta tad-DCF. |
— |
Tip 3: Il-korpi kollha l-oħra bħall-NGOs, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u l-Universitajiet li għandhom interess li jużaw id-dejta tad-DCF għall-iskopijiet tagħhom. |
It-tliet tipi kollha ta’ utenti finali jistgħu jiksbu aċċess għad-dejta iżda t-Tip 1 u t-Tip 2 biss jistgħu jikkontribwixxu għall-proċeduri tal-ħtieġa tad-dejta.
Emenda 2
Premessa 14
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Biex ikun hemm konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 508/2014 Artikolu 77c
Emenda 3
Artikolu 4
L-istabbiliment ta’ programmi pluriennali tal-Unjoni
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
||||
L-istabbiliment ta’ programmi pluriennali tal-Unjoni |
L-istabbiliment ta’ programmi pluriennali tal-Unjoni |
||||
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 23, atti delegati li jistabbilixxu programmi pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni ta’ dejta bijoloġika, teknika, ambjentali, soċjali u ekonomika dwar is-settur tas-sajd. |
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 23, atti delegati li jistabbilixxu programmi pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni ta’ dejta bijoloġika, teknika, ambjentali, soċjali u ekonomika dwar is-settur tas-sajd. |
||||
2. Għandhom jiġu stabbiliti programmi pluriennali tal-Unjoni wara li ssir konsultazzjoni mal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali msemmija fl-Artikolu 8, mal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u ma’ kwalunkwe korp konsultattiv xjentifiku ieħor. |
2. Għandhom jiġu stabbiliti programmi pluriennali tal-Unjoni wara li ssir konsultazzjoni mal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali msemmija fl-Artikolu 8, mal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u ma’ kwalunkwe korp konsultattiv xjentifiku ieħor. |
||||
3. Waqt li tkun qed tistabbilixxi programm pluriennali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis: |
3. Waqt li tkun qed tistabbilixxi programm pluriennali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Sabiex jiġu limitati l-ispejjeż addizzjonali fil-ġbir tad-dejta u peress li d-dejta kollha skont il-ġeneru u t-tip diġà qiegħda tiġi proċessata, il-ġbir tad-dejta ma jistax joħloq obbligi ġodda mingħajr ma jiġu kkonsultati l-partijiet interessati kollha.
Emenda 4
Artikolu 6
Pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
1. Mingħajr ħsara għall-obbligi attwali dwar il-ġbir ta’ dejta skont id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiġbru dejta fi ħdan il-qafas ta’ programm operazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, u pjan ta’ ħidma mfassal skont il-programm pluriennali tal-Unjoni u skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. |
1. Mingħajr ħsara għall-obbligi attwali dwar il-ġbir ta’ dejta skont id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiġbru dejta fi ħdan il-qafas ta’ programm operazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, u pjan ta’ ħidma mfassal skont il-programm pluriennali tal-Unjoni u skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. |
||||
2. Il-pjanijiet ta ħidma tal-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta’ dan li ġej: |
2. Il-pjanijiet ta’ ħidma tal-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta’ dan li ġej: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
3. Waqt it-tħejjija tal-pjan ta’ ħidma tiegħu, kull Stat Membru għandu jikkoordina l-isforzi tiegħu ma’ Stati Membri oħra, b’mod partikolari fl-istess reġjun tal-baħar, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kopertura suffiċjenti u effiċjenti u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta. |
3. Waqt it-tħejjija tal-pjan ta’ ħidma tiegħu, kull Stat Membru għandu jikkoordina l-isforzi tiegħu u jikkoopera ma’ Stati Membri oħra, b’mod partikolari fl-istess reġjun tal-baħar, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kopertura suffiċjenti u effiċjenti u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta. |
||||
4. Kull Stat Membru għandu jiżgura l-konformità tal-pjan ta’ ħidma tiegħu mar-rakkomandazzjonijiet konġunti applikabbli tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali fejn rakkomandazzjonijiet ta’ dan it-tip ikunu ġew approvati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ pjan ta’ ħidma reġjonali b’konformità mal-Artikolu 8. |
4. Kull Stat Membru għandu jiżgura l-konformità tal-pjan ta’ ħidma tiegħu mar-rakkomandazzjonijiet konġunti applikabbli tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali fejn rakkomandazzjonijiet ta’ dan it-tip ikunu ġew approvati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ pjan ta’ ħidma reġjonali b’konformità mal-Artikolu 8. |
Raġuni
Dan ir-regolament jipproponi li l-utenti finali ewlenin tad-dejta għandhom ikunu involuti fid-definizzjoni tal-ħtiġijiet tad-dejta u għandhom ikunu jistgħu jniedu sejħiet tad-dejta meta jkun meħtieġ. Għaldaqstant, l-utenti finali ewlenin għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu l-ħtiġijiet tad-dejta u jniedu sejħiet tad-dejta fi kwalunkwe ħin. Fiż-żmien meta l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet ta’ ħidma, ħtiġijiet tad-dejta u dati għas-sejħiet tad-dejta, l-iskadenzi fejn għandha tiġi ffinalizzata d-dejta għall-użu mill-utenti finali ewlenin ma jistgħux ikunu magħrufa.
Huwa importanti li l-Istati Membri fl-istess reġjun mhux biss jikkoordinaw iżda wkoll jikkooperaw b’mod attiv, ara l-klawżola Nru 46 fir-Regolament Bażiku (“L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta”). Dan għandu jkun kompatibbli wkoll mat-titolu u l-kontenut tal-Artikolu 8 tal-abbozz ta’ regolament li qed jiġi kkunsidrat.
Emenda 5
Artikolu 7
Korrispondenti nazzjonali
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar korrispondent nazzjonali u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bih. Il-korrispondent nazzjonali għandu jkun il-kuntatt ewlieni għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma. |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar korrispondent nazzjonali u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bih. Il-korrispondent nazzjonali għandu jkun il-kuntatt ewlieni għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma , u għandu jkun inkluż fil-komunikazzjonijiet relevanti kollha mad-DC-MAP, inkluż f’kull sottomissjoni ta’ dejta, rappurtar u laqgħat rilevanti . |
||||
2. Barra minn hekk il-korrispondent nazzjonali għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
2. Barra minn hekk il-korrispondent nazzjonali għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
3. Jekk diversi korpi fi Stat Membru jkunu qed jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma, il-korrispondent nazzjonali għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ dik il-ħidma. |
3. Jekk diversi korpi fi Stat Membru jkunu qed jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma, il-korrispondent nazzjonali għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ dik il-ħidma. |
Raġuni
Billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom għarfien tajjeb tas-sajd u jista’ jkollhom kompetenzi legali jew finanzjarji fis-settur tas-sajd, jeħtieġu l-informazzjoni neċessarja dwar il-prestazzjoni tas-settur. Għandhom rwol importanti ħafna wkoll fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 508/2014, li huwa l-istrument għall-implimentazzjoni tal-PKS.
Emenda 6
Artikolu 8
Koordinazzjoni u kooperazzjoni
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. B’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ Stati Membri oħra, filwaqt li għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġuriżdizzjoni fuq l-ilmijiet fl-istess reġjun tal-baħar. Għal dan l-għan, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri rilevanti f’kull Reġjun tal-Baħar. |
1. B’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ Stati Membri oħra, filwaqt li għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġuriżdizzjoni fuq l-ilmijiet fl-istess reġjun tal-baħar , kif definit mill-ICES jew mill-FAO . Għal dan l-għan, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri rilevanti f’kull Reġjun tal-Baħar. |
2. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom ikunu magħmula minn esperti mill-Istati Membri, minn esperti mill-Kummissjoni, u minn utenti finali rilevanti tad-dejta. |
2. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom ikunu magħmula minn esperti mill-Istati Membri, minn esperti mill-Kummissjoni, minn utenti finali rilevanti tad-dejta kif ukoll minn rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali kostali li għandhom kompetenza legali jew finanzjarja fis-settur tas-sajd, u rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fejn is-settur tas-sajd jaqdi rwol importanti . |
3. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom ifasslu u jaqblu dwar regoli ta’ proċeduri għall-attivitajiet tagħhom. |
3. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom ifasslu u jaqblu dwar regoli ta’ proċeduri għall-attivitajiet tagħhom. |
4. F’każijiet fejn ikun hemm kwistjonijiet li jaffettwaw bosta reġjuni, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jikkoordinaw bejniethom u mal-Kummissjoni. |
4. F’każijiet fejn ikun hemm kwistjonijiet li jaffettwaw bosta reġjuni, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jikkoordinaw bejniethom u mal-Kummissjoni, kif definit mill-ICES jew mill-FAO, u jinkludu l-ilmijiet Ewopej li, ġeografikament, jinsabu fiż-żoni tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) . |
5. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali jistgħu jħejju rakkomandazzjonijiet konġunti fil-forma ta’ abbozz ta’ pjan ta’ ħidma reġjonali dwar il-proċeduri, il-metodi, il-garanzija tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) u (b) u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5, u jistgħu jħejju wkoll strateġiji ta’ kampjunar ikkoordinati f’livell reġjonali. Waqt li jkunu qed jagħmlu dan, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom iqisu l-parir tal-STECF, meta jkun xieraq. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika jekk l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti humiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-programm pluriennali tal-Unjoni, u jekk iva, għandha wkoll tapprova l-pjan ta’ ħidma reġjonali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. |
5. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali jistgħu jħejju rakkomandazzjonijiet konġunti fil-forma ta’ abbozz ta’ pjan ta’ ħidma reġjonali dwar il-proċeduri, il-metodi, il-garanzija tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) u (b) u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5, u jistgħu jħejju wkoll strateġiji ta’ kampjunar ikkoordinati f’livell reġjonali. Waqt li jkunu qed jagħmlu dan, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom iqisu l-parir tal-STECF, meta jkun xieraq. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika jekk l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti humiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-programm pluriennali tal-Unjoni, u jekk iva, għandha wkoll tapprova l-pjan ta’ ħidma reġjonali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. |
6. Meta l-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, dawn għandhom jissostitwixxu l-partijiet rilevanti tal-pjanijiet ta’ ħidma mfassla minn kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom skont dan. |
6. Meta l-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, dawn għandhom jissostitwixxu l-partijiet rilevanti tal-pjanijiet ta’ ħidma mfassla minn kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom skont dan. |
7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħidma reġjonali, kif imsemmi fil-paragrafu 5. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2). |
7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħidma reġjonali, kif imsemmi fil-paragrafu 5. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2). |
Raġuni
Billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom għarfien tajjeb tas-sajd u huma involuti fil-ġestjoni ta’ dan is-settur minħabba l-kompetenzi legali jew finanzjarji tagħhom, jeħtieġu l-informazzjoni neċessarja dwar il-prestazzjoni tas-settur. Għandhom rwol importanti ħafna wkoll fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 508/2014, li huwa l-istrument għall-implimentazzjoni tal-PKS. Ir-referenza għall-ICES qiegħda biex jiġi ppreċiżat il-kunċett ta’ “reġjun tal-baħar”.
L-ICES iddefinixxa ż-żoni tal-baħar biss fiż-żona tat-Tramuntana tal-Atlantiku u ma kopriex il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Id-diviżjoni skont il-FAO tkopri l-oċeani kollha.
Emenda 7
Artikolu 16
Proċedura biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ dejta dettaljata u aggregata
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u teknoloġiji elettroniċi xierqa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandhom iżommu lura milli jimponu kwalunkwe restrizzjoni mhux meħtieġa fuq l-usa’ tixrid possibbli ta’ dejta dettaljata u aggregata. |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u teknoloġiji elettroniċi xierqa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandhom iżommu lura milli jimponu kwalunkwe restrizzjoni mhux meħtieġa fuq l-usa’ tixrid possibbli ta’ dejta dettaljata u aggregata. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw salvagwardji xierqa, f’każ li d-dejta tinkludi informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 23, atti delegati li jiddefinixxu salvagwardji xierqa li għandhom jintużaw meta tkun qed tiġi ttrattata informazzjoni ta’ dan it-tip. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw salvagwardji xierqa, f’każ li d-dejta tinkludi informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta rilevanti dettaljata u aggregata tiġi aġġornata u magħmula disponibbli għall-utenti finali fi żmien xahar mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta. F’każ ta’ talbiet magħmula minn partijiet interessati oħra , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tiġi aġġornata u magħmula disponibbli fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta rilevanti dettaljata u aggregata tiġi aġġornata u magħmula disponibbli għall-utenti finali , kif definit mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), fi żmien xahar mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta , jekk it-talba tkun skont skeda ta’ żmien annwali prestabbilita . F il- każ ta’ talbiet magħmula jew minn utenti finali ewlenin barra l-iskeda ta’ żmien annwali jew minn oħrajn li ma humiex l-utenti finali , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tiġi aġġornata u magħmula disponibbli fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta. |
4. F’każijiet fejn tintalab dejta dettaljata għal skopijiet ta’ pubblikazzjoni xjentifika, l-Istati Membri, sabiex jipproteġu l-interessi professjonali tal-kolletturi tad-dejta, jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ta’ dejta tiddewwem bi 3 snin mid-data li għaliha tirreferi d-dejta. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-utenti finali u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip, u bir-raġunijiet li jkunu wasslu għat-teħid ta’ dik id-deċiżjoni. |
4. F’każijiet fejn tintalab dejta dettaljata għal skopijiet ta’ pubblikazzjoni xjentifika, l-Istati Membri, sabiex jipproteġu l-interessi professjonali tal-kolletturi tad-dejta, jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ta’ dejta tiddewwem bi 3 snin mid-data li għaliha tirreferi d-dejta. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-utenti finali u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip, u bir-raġunijiet li jkunu wasslu għat-teħid ta’ dik id-deċiżjoni. |
Raġuni
Biex ikunu konsistenti mad-definizzjoni tal-aħħar utenti. Il-protezzjoni tad-dejta hija tħassib fundamentali. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti u l-garanziji pprovduti m’għandhomx jiġu studjati biss mill-Kummissjoni Ewropea. STECF (Scientific, Technical, Economic Committee for Fisheries of EC provide clear definition of end-users.
Emenda 8
Artikolu 17
Sistemi u formati kompatibbli ta’ skambju u ħżin ta’ dejta
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dejta għall-utenti finali u għal partijiet interessati oħra , l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-korpi konsultattivi xjentifiċi u kwalunkwe utenti finali rilevanti għandhom jikkooperaw biex jiġu żviluppati sistemi u formati kompatibbli ta’ skambju u ħżin ta’ dejta, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE. Dawk is-sistemi għandhom jiffaċilitaw ukoll it-tixrid ta’ informazzjoni lil partijiet interessati oħrajn . Il-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali msemmija fl-Artikolu 8(6) jistgħu jservu bħala bażi għal ftehim dwar sistemi ta’ dan it-tip. |
1. Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dejta għall-utenti finali, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-korpi konsultattivi xjentifiċi u kwalunkwe utenti finali rilevanti għandhom jikkooperaw biex jiġu żviluppati sistemi u formati kompatibbli ta’ skambju u ħżin ta’ dejta, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE. Dawk is-sistemi għandhom jiffaċilitaw ukoll it-tixrid ta’ informazzjoni lil ħaddieħor li mhuwiex utent finali kif definit mis-STECF . Il-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali msemmija fl-Artikolu 8(6) jistgħu jservu bħala bażi għal ftehim dwar sistemi ta’ dan it-tip. |
2. Is-salvagwardji għandhom jiġu stabbiliti, fejn xieraq, f’każ li s-sistemi ta’ skambju u ta’ ħżin ta’ dejta msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b’konformità mal-Artikolu 23, li jiddefinixxu salvagwardji xierqa li għandhom jintużaw meta tkun qed tiġi ttrattata informazzjoni ta’ dan it-tip. |
2. Is-salvagwardji għandhom jiġu stabbiliti, fejn xieraq, f’każ li s-sistemi ta’ skambju u ta’ ħżin ta’ dejta msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli. |
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar proċeduri, formati, kodiċijiet u skedi ta’ żmien li għandhom jintużaw sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà ta’ sistemi ta’ ħażna u skambju ta’ dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2). |
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar proċeduri, formati, kodiċijiet u skedi ta’ żmien li għandhom jintużaw sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà ta’ sistemi ta’ ħażna u skambju ta’ dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2). |
Raġuni
Biex ikunu konsistenti mad-definizzjoni tal-utenti finali.
Il-protezzjoni tad-dejta hija tħassib fundamentali. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti u l-garanziji pprovduti m’għandhomx jiġu studjati biss mill-Kummissjoni Ewropea.
II. |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA |
Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
1. |
jilqa’ l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u jqis li din hija pedament importanti fl-istabbiliment ta’ Politika Komuni dwar is-Sajd reġjonalizzata; |
2. |
iqis li l-ġbir tad-dejta huwa vitali biex jittejjeb l-għarfien tal-istokkijiet tal-ħut u l-ġestjoni fit-tul tas-sajd. Ġbir tad-dejta mtejjeb jippermetti valutazzjoni aktar affidabbli tar-rendiment massimu sostenibbli u l-kisba ta’ sostenibbiltà fit-tul kif preskritt fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1380/2013; |
3. |
iqis li l-proposta hija strument siewi biex jinkiseb sajd sostenibbli sal-2020; |
4. |
jinnota li l-bidla progressiva ta’ attenzjoni għall-effetti tas-sajd fuq l-ekosistema żiedet il-ħtieġa li jitqies l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi, prinċipju stabbilit fl-Artikolu 2 tal-PKS ġdid bħala wieħed mill-għanijiet ewlenin (ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1380/2013); |
5. |
jinnota li l-ġbir affidabbli tad-dejta dwar l-ispeċijiet tal-baħar, kemm jekk kummerċjali jew le, flimkien ma’ dejta ambjentali oħra rilevanti, se jwassal għal valutazzjoni aktar preċiża tal-kundizzjoni tal-istokkijiet kif ukoll tal-ekosistemi tal-baħar u tad-dinamika tagħhom; |
6. |
għandu d-dubji dwar it-tnaqqis tal-frekwenza tal-ġbir tad-dejta li jista’ jkollu impatt fuq is-segwitu u l-iżvilupp tas-serje, speċjalment fil-każ ta’ dejta li tista’ tinbidel malajr u li jkollha impatt prinċipali fuq il-miżuri tal-ġestjoni; |
7. |
iqis li l-proposta hija pass essenzjali għall-istabbiliment tal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema tal-politika komuni riformata dwar is-sajd; |
8. |
jissuġġerixxi li l-ewwel pass fil-valutazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq ekosistemi tal-baħar vulnerabbli jkun li tiġi analizzata l-koinċidenza bejn id-distribuzzjoni spazjali tal-isforz tas-sajd u l-post tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar. Prerekwiżit huwa d-disponibbiltà ta’ mapep tal-ħabitats: fejn tali mapep mhumiex disponibbli, għandhom jitwettqu studji speċifiċi ffinanzjati bħala miżuri diretti ta’ ġestjoni. Bħala t-tieni pass, l-impatt tat-tipi differenti ta’ rkaptu tas-sajd fuq tipi differenti ta’ ħabitats għandu jkun dettaljat; |
9. |
jinnota l-potenzjal kbir għaż-żieda tal-interoperabbiltà mad-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija tal-Baħar; |
10. |
jissuġġerixxi li l-użu ta’ bastimenti ta’ riċerka bħala pjattaformi komuni għal skopijiet tad-DCF (Qafas għall-Ġbir tad-Dejta) u l-MSFD (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) huwa l-aħjar mod ta’ kif jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi. Madankollu, għandha tiġi kkunsidrata disponibbiltà suffiċjenti tar-riżorsi umani u t-tagħmir fl-Istati Membri biex tippermetti li jitwettqu operazzjonijiet ġodda; |
11. |
jappoġġja l-għan li d-disponibbiltà tad-dejta tiġi adattata aktar għall-bżonnijiet tal-ġestjoni, iżda madankollu jwissi dwar il-konsegwenzi li jista’ jkollha l-analiżi tal-ispejjeż mal-benefiċċji jew tal-ispejjeż mal-użu proposti mill-Kummissjoni Ewropea. Għal ċerta dejta, l-istħarriġ fil-baħar ma jistax jiġi sostitwit minn metodoloġija li tiswa inqas flus; |
12. |
jistieden lill-Istati Membri jwettqu valutazzjoni tas-sistemi eżistenti tal-ġbir tad-dejta sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà. Eżerċizzji ta’ valutazzjoni bħal dawn għandhom jeżaminaw il-konformità, il-protokolli tat-trażmissjoni tad-dejta, il-ġbir, l-ipproċessar, is-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-kwalità. Il-ġbir tad-dejta reġjonali effiċjenti kif ukoll l-istabbiliment ta’ bażijiet tad-dejta reġjonali għandhom jissarrfu f’integrazzjoni aħjar ta’ dejta miġbura fil-pjanijiet ta’ ġestjoni; |
13. |
jistieden lill-partijiet interessati kollha biex jaħdmu, fejn huwa possibbli, lejn l-iżgurar ta’ disponibbiltà miftuħa ta’ dejta miġbura f’format li jista’ jintuża mill-utenti rilevanti, inkluż l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Huwa vitali li aktar informazzjoni issir disponibbli għar-reġjuni individwali u jiġu kkunsidrati aħjar il-bżonnijiet tagħhom; |
14. |
jinnota, li d-dejta tas-sajd xjentifika diġà hija disponibbli b’mod wiesa’, iżda rarament f’format li jista’ jintuża faċilment mill-awtoritajiet lokali u reġjonali minħabba n-nuqqas ta’ interfaċċa u ta’ kompetenzi adattati fil-livell lokali; |
15. |
jenfasizza l-importanza tal-ġbir tad-dejta għall-analiżi kwalitattiva u kwantitattiva tal-ekonomija blu, filwaqt li titqies il-ħtieġa għall-ġbir tad-dejta sabiex jimtlew il-lakuni eżistenti tal-għarfien; |
16. |
jenfasizza l-importanza tad-dejta soċjoekonomika għas-sajd u l-akkwakultura u jargumenta li l-armonizzazzjoni ta’ din id-dejta tista’, fuq il-perjodu medju ta’ żmien, tikkontribwixxi għal armonizzazzjoni ħafna akbar u ttejjeb ir-regolamenti soċjali f’dawn is-setturi; |
17. |
jinnota madankollu, li l-finanzjament mill-FEMS (Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd) għandu jintuża biss għall-ġbir tad-dejta taħt ir-regolamenti tal-PKS u tal-FEMS; |
18. |
jitlob għal ġbir ta’ dejta u parir xjentifiku li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-PKS biex jingħataw finanzjament li jirrifletti l-miri ambizzjużi tal-PKS. Jekk tinġabar dejta għal skopijiet oħra minn dawk tal-PKS, dik id-dejta għandha tiġi ffinanzjata permezz ta’ mezzi oħra għajr l-FEMS; |
19. |
jenfasizza l-importanza tal-ġbir ta’ dejta soċjoekonomika għall-industrija tal-ipproċessar tal-ħut. L-oriġini tal-ħut ipproċessat huwa metrika importanti biex tinftiehem il-katina tal-valur fil-komunitajiet żgħar tas-sajd u d-disponibbiltà ta’ tali informazzjoni tista’ tkun ta’ benefiċċju kbir għall-approċċ tal-politika lejn sajd lokali fuq skala żgħira u sajd kostali fil-livelli nazzjonali u Ewropej. Il-ġbir u l-analiżi bir-reqqa ta’ dejta soċjoekonomika bħall-bilanċ bejn is-sessi tal-impjegati u t-tipi ta’ impjieg jistgħu jiftħu possibbiltajiet ġodda għall-ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir ekonomiku fiż-żoni kostali. Huwa stmat li għal kull €1 investit fil-ġbir ta’ dejta, il-kontroll u l-infurzar fl-industrija tal-ħut, hemm qligħ potenzjali ta’ 10:1; |
20. |
itenni li l-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-ibħra m’għandhomx joħolqu żvantaġġi jew piżijiet amministrattivi addizzjonali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-operaturi ekonomiċi (1); |
21. |
jilqa’ l-inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta’ dejta soċjoekonomika mill-akkwakultura fil-proposta tagħha. Il-Kumitat jikkunsidra li l-ekonomija blu għandha potenzjal kbir biex tikkontribwixxi għall-aġenda Ewropea għall-impjiegi u t-tkabbir, speċjalment minħabba li toħloq impjiegi ta’ valur f’reġjuni strutturalment dgħajfa. It-titjib tal-ġbir ta’ dejta jkollu wkoll impatt pożittiv fuq l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni, u jgħin fit-tnaqqis tal-inċertezzi marbuta maż-żoni tal-baħar (2); |
22. |
jilqa’ l-fatt li l-proposta tiddefendi l-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. |
23. |
jilqa’ l-isforzi konsiderevoli mill-Kummissjoni Ewropea biex tapplika l-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar u simplifikazzjoni għall-proposta. |
24. |
jipproponi li l-leġislatur jistabbilixxi klassifika tat-tipi ewlenin ta’ utenti finali sabiex ikun konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-STECF (Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd): Tip 1: Utenti finali ewlenin li għalihom ġie mfassal id-DCF, inkluż il-Kummissjoni, kwalunkwe korp bħall-ICES u l-STECF maħtura mill-Kummissjoni biex tipprovdilhom pariri rikorrenti li jappoġġaw direttament it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-PKS, u korpi oħra ta’ ġestjoni tas-sajd bħall-RFMOs u l-GFCM li jużaw dejta tad-DCF biex jimplimentaw il-politiki tagħhom tal-ġestjoni tas-sajd. Tip 2: Korpi oħra bħall-Kunsilli Konsultattivi jew sottokuntratturi li mingħandhom il-Kummissjoni tista’ titlob parir jew analiżi bbażata fuq id-dejta tad-DCF. Tip 3: Il-korpi kollha l-oħra bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali li għalihom is-sajd għandu rwol importanti, l-NGOs, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u l-Universitajiet li għandhom interess li jużaw id-dejta tad-DCF għall-iskopijiet tagħhom. |
25. |
jitlob biex il-ġbir ta’ dejta fil-kuntest tal-PKS, minbarra d-dejta relatata mal-irkupru ta’ stokkijiet ta’ ħut għal sajd u akkwakultura sostenibbli, jinkludi l-ġbir ta’ dejta affidabbli dwar speċijiet predaturi li jieklu l-ħut (bħal-Lontra, il-Margun u r-Russett Griż) u speċijiet oħrajn strettament protetti (eż. il-kastur). |
Brussell, l-10 ta’ Frar 2016.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Markku MARKKULA
(1) NAT-V/044
(2) NAT-V/044