EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015IP0301
European Parliament non-legislative resolution of 9 September 2015 on the draft Council decision on the conclusion of the Protocol between the European Union and the Republic of Cape Verde setting out the fishing opportunities and the financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Republic of Cape Verde (15848/2014 — C8-0003/2015 — 2014/0329(NLE) — 2015/2100(INI))
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (15848/2014 – C8-0003/2015 – 2014/0329(NLE) – 2015/2100(INI))
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (15848/2014 – C8-0003/2015 – 2014/0329(NLE) – 2015/2100(INI))
ĠU C 316, 22.9.2017, p. 118–119
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/118 |
P8_TA(2015)0301
Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd mal-Kap Verde: l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja (riżoluzzjoni)
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (15848/2014 – C8-0003/2015 – 2014/0329(NLE) – 2015/2100(INI))
(2017/C 316/11)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15848/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (15849/2014), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0003/2015), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/948/UE tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 (2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-evalwazzjoni u l-analiżi tal-Protokoll preċedenti, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8–0200/2015), |
A. |
billi l-għan ġenerali tal-Protokoll huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde sabiex jinħoloq qafas ta' sħubija li fi ħdanu tiżviluppa politika tas-sajd sostenibbli u sfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Kap Verde, fl-interess taż-żewġ partijiet; |
B. |
billi fil-Protokoll, il-partijiet ftiehmu li jimplimentaw mekkaniżmu ta' sorveljar strett sabiex jiżguraw sfruttament sostenibbli tar-riżorsa; billi dan il-mekkaniżmu għandu, b'mod partikolari, ikun ibbażat fuq l-iskambju trimestrali ta' data dwar qabdiet ta' klieb il-baħar; |
C. |
billi ż-żewġ partijiet impenjaw ruħhom li jirrispettaw b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT); |
D. |
billi kemm tal-ICCAT kif ukoll il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) iddeskrivew l-ispeċijiet ta' kelb il-baħar bħala stokk b'saħħtu, kif ikkonfermat mill-laqgħa xjentifika taż-żewġ partijiet għal dan il-Protokoll; |
E. |
billi l-mekkaniżmu l-ġdid ta' monitorjar marbut ma' limiti ta' 30 % u ta' 40 % ta' qabdiet ta' klieb il-baħar li jiskattaw miżuri addizzjonali huwa, b'mod partikolari, pass fid-direzzjoni t-tajba; |
F. |
billi qed tittardja l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali; billi l-livell ta' kisba tal-objettivi huwa sodisfaċenti, minkejja li huwa wkoll diffiċli tiddetermina l-impatt ta' appoġġ settorjali Ewropew meta mqabbel ma' azzjonijiet oħra mwettqa fil-kuntest ta' programmi ta' appoġġ mibdija minn sħab oħra għall-iżvilupp; |
G. |
billi huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas ta' intervent loġiku biex jiggwida u jistandardizza aħjar il-valutazzjonijiet ta' protokoll; billi dan għandu jitwettaq b'mod partikolari fejn jirrigwarda l-appoġġ settorjali; |
1. |
Jilqa' dan il-protokoll il-ġdid dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde, adottata skont miżuri ta' sostenibilità tal-politika komuni tas-sajd il-ġdida (PKS), kemm mill-perspecttiva ambjentali kif ukoll dik soċjoekonomika; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd, kif ukoll il-programm settorjali pluriennali previst fl-Artikolu 3 tal-protokoll il-ġdid; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq quddiem il-Parlament u lill-Kunsill, fi żmien l-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-protokoll u qabel il-bidu tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
4. |
Jenfasizza t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda sinifikanti fil-qbid ta' xi speċijiet ta' kelb il-baħar matul l-aħħar snin tal-Protokoll preċedenti; Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lill-Parlament dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Kumitat Konġunt bi tweġiba għal studju ibbażat fuq ix-xjenza biex jitwettaq kif deskritt fl- Artikolu 4, paragrafu 6 tal-Anness tal-Protokoll, sabiex ikun hemm garanziji li dan is-sajd jiġi sfruttat b'mod sostenibbli u responsabbli; jenfasizza li l-Parlament għandu jkun infurmat dwar id-data miksuba fir-rigward tal-istokkijiet tal-klieb il-baħar; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tas-setgħat rispettivi tagħhom, jgħarrfu lill-Parlament immedjatament u dwar kollox fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-protokoll u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta jekk bastimenti li joperaw taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan il-protokoll ikunux issodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar rilevanti; |
7. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkomunika kull sena mal-Parlament dwar il-ftehimiet internazzjonali addizzjonali tal-Kap Verde sabiex il-Parlament ikun jista' jissorvelja l-attivitajiet kollha tas-sajd fir-reġjun inklużi dawk li jistgħu jkunu kontra l-politika Ewropea tas-sajd, pereżempju t-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kap Verde. |
(1) ĠU L 369, 24.12.2014, p. 1.
(2) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0300.