This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015IP0013
European Parliament resolution of 15 January 2015 on the case of the two Italian ‘marò’ (2015/2512(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2015 dwar il-każ taż-żewġ 'Marò' Taljani (2015/2512(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2015 dwar il-każ taż-żewġ 'Marò' Taljani (2015/2512(RSP))
ĠU C 300, 18.8.2016, p. 42–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 300/42 |
P8_TA(2015)0013
Il-każ taż-żewġ 'Marò' Taljani
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2015 dwar il-każ taż-żewġ 'Marò' Taljani (2015/2512(RSP))
(2016/C 300/08)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli tagħha, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b'mod partikolari l-Artikoli 9, 10 u 14 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà fil-każ taż-żewġ morini (Marò) Taljani Massimiliano La Torre u Salvatore Girone, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar il-piraterija marittima (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Jannar 2015 mill-kelliem tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-Moon, li fiha jistieden liż-żewġ pajjiżi – l-Italja u l-Indja – biex jipprovaw jilħqu soluzzjoni raġonevoli u aċċettabbli reċiprokament, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi matul il-lejl tal-15 ta' Frar 2012 il-bastiment kummerċjali Taljan Enrica Lexie, fir-rotta minn Singapor għal Ġibuti, iltaqa’ mal-lanċa tas-sajd St Anthony 'l barra mill-kosta tal-Kerala, fl-Indja; |
B. |
billi sitt morini (Marò) Taljani kienu abbord l-Enrica Lexie biex jipproteġu l-bastiment minn attakki potenzjali minn pirati; billi, fil-biża' ta' attakk minn pirati, ġew sparati tiri ta' twissija lejn il-lanċa li kienet qiegħda toqrob u żewġ sajjieda Indjani, Valentine magħruf ukoll bħala Jelastine u Ajeesh Pink, sfaw traġikament maqtula; |
C. |
billi, fid-19 ta’ Frar 2012 membri tal-forza tal-Pulizija Indjana mbarkaw il-bastiment, ikkonfiskaw l-armi tal-morini u arrestaw lit-tnejn li kienu ġew identifikati bħala dawk responsabbli għall-ftuħ tan-nar fuq il-lanċa tas-sajd; |
D. |
billi dawn l-avvenimenti kkaġunaw tensjonijiet diplomatiċi, minħabba l-inċertezza ġuridika li tikkaratterizza l-każ taż-żewġ morini Taljani; billi, minkejja li għaddew tliet snin, il-kapi ta’ akkuża għadhom ma tressqux mill-awtoritajiet Indjani; |
E. |
billi wieħed mis-suldati, Massimiliano Latorre, ħalla l-Indja sabiex jgħaddi erba’ xhur id-dar wara li sofra iskemija ċerebrali u għadu jeħtieġ kura medika, u billi s-Sur Girone għadu fl-Ambaxxata Taljani fl-Indja; |
F. |
billi, waqt li ż-żewġ partijiet qed jinvokaw id-dritt internazzjonali, l-Italja tafferma li l-inċident seħħ f'ibħra internazzjonali u li l-morini għandhom ikunu proċessati fl-Italja jew f'qorti internazzjonali; billi, madankollu, l-Indja ssostni li tista' tipproċessa lill-morini minħabba li l-inċident seħħ f'ibħra kostali taħt ġuriżdizzjoni Indjana; |
G. |
billi fil-15 ta’ Ottubru 2014 ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ta' dak iż-żmien, Catherine Ashton, għamlet stqarrija dwar l-aġir tal-awtoritajiet Indjani, u inkoraġġiet lill-gvern biex isib soluzzjoni rapida u sodisfaċenti f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Liġi tal-Baħar u mad-dritt internazzjonali; |
H. |
billi fis-16 ta’ Diċembru 2014 ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ġdida, Federica Mogherini, esprimiet id-diżappunt tagħha għan-nuqqas ta’ klemenza murija fir-rispons għat-talba ta’ Massimiliano Latorre għal estensjoni tas-soġġorn tiegħu fl-Italja għal trattament mediku; |
I. |
billi fl-14 ta' Jannar 2015 il-Qorti Suprema tal-Indja tat estensjoni biex tippermetti lis-surġent Latorre jqatta' iżjed ħin fl-Italja għal skopijiet mediċi; |
J. |
billi ż-żewġ Marò huma ċittadini Ewropej, u billi fil-15 ta’ Frar 2012 huma kienu abbord bastiment kummerċjali Taljan, fir-rotta 'l barra mill-kosta tal-Istat tal-Kerala u kienu qed iwettqu l-funzjonijiet tagħhom bħala parti minn attivitajiet internazzjonali kontra l-piraterija, li l-UE hija impenjata favurihom bil-qawwa; |
1. |
Jesprimi niket kbir għat-telfa traġika taż-żewġ sajjieda Indjani u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu; |
2. |
Jenfasizza li l-konsegwenzi tal-ġrajja tal-15 ta’ Frar 2012 madankollu għandhom jiġu trattati strettament fl-istat tad-dritt, b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet legali ta’ dawk allegatament involuti; |
3. |
Jesprimi tħassib qawwi dwar id-detenzjoni tal-morini Taljani mingħajr kapi ta' akkuża; jenfasizza li l-morini għandhom jiġu ripatrijati; jenfasizza li dewmien konsiderevoli u restrizzjonijiet tal-libertà tal-moviment tal-morini huma inaċċettabbli u jirrappreżentaw ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom; |
4. |
Jiddispjaċih bil-mod li bih il-kwistjoni ġiet immexxija u jsostni l-isforzi tal-partijiet involuti kollha biex jaħdmu urġentement favur soluzzjoni raġonevoli u reċiprokament aċċettabbli fl-interess tal-familji kollha – Indjani u Taljani – kif ukoll taż-żewġ pajjiżi; |
5. |
Jittama, fid-dawl tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Italja, bħala Stat Membru, rigward il-ġrajjiet relatati mal-inċident, li l-ġuriżdizzjoni tingħata lill-awtoritajiet Taljani u/jew lill-arbitraġġ internazzjonali; |
6. |
Jinkoraġġixxi lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex tieħu kull azzjoni neċessarja sabiex tipproteġi ż-żewġ morini Taljani bil-għan li tintlaħaq riżoluzzjoni rapida u sodisfaċenti tal-każ; |
7. |
Ifakkar lill-Kummissjoni fl-importanza li tenfasizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-qafas tar-relazzjonijiet mal-Indja u għaldaqstant li tikkunsidra miżuri ulterjuri biex tiffaċilita riżoluzzjoni pożittiva tal-każ; |
8. |
Ifakkar li d-drittijiet u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE f’pajjiżi terzi għandhom ikunu salvagwardati mir-rappreżentanza diplomatika tal-UE, li għandha taħdem b'mod attiv favur id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini tal-UE detenuti f'pajjiż terz; |
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, u lill-President u l-Gvern tal-Indja. |
(1) ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 34.