Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DP0436

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos (2015/2238(IMM))

    ĠU C 399, 24.11.2017, p. 204–205 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/204


    P8_TA(2015)0436

    It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos (2015/2238(IMM))

    (2017/C 399/26)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos, mibgħuta fil-21 ta' Lulju 2015 mill-Uffiċju tal-Prosekutur fil-Qorti Suprema tal-Greċja b'rabta ma' lment mill-Ispettorat tax-xogħol tal-Attika tal-Lvant minħabba nuqqas ta' ħlas tal-pagi (1) u mħabbra waqt il-plenarja tad-9 ta' Settembru 2015,

    wara li kkunsidra l-fatt li Georgios Kyrtsos irrinunzja għad-dritt tiegħu għal seduta ta' smigħ f'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew permezz tas-suffraġju universali dirett,

    wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta' Settembru 2011 u tas-17 ta' Jannar 2013 (2),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0358/2015),

    A.

    billi l-Uffiċju tal-Prosekutur fil-Qorti Suprema tal-Greċja talab it-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta mal-possibilità li tittieħed azzjoni legali rigward allegat reat;

    B.

    billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-istat;

    C.

    billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika jiddisponi li, tul il-mandat tagħhom, il-membri tal-parlament ma jistgħux jitressqu quddiem il-qorti, jiġu arrestati, impriġunati jew detenuti b'xi mod ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-parlament;

    D.

    billi Georgios Kyrtsos huwa akkużat b'nuqqas ta' ħlas ta' parti mill-paga ta' dawk li kienu impjegati tiegħu;

    E.

    billi l-akkuża tikkonċerna parti mill-paga tal-2013 ta' ex impjegat ta' żewġ kumpaniji li jippubblikaw il-gazzetti, li dak iż-żmien kienu mmexxija minn Georgios Kyrtsos, u hija diretta lil Georgios Kyrtsos bħala ex direttur ta' dawk il-kumpaniji;

    F.

    billi huwa evidenti li l-allegat reat m'għandu x'jaqsam xejn mal-mandat ta' Georgios Kyrtsos bħala Membru tal-Parlament Ewropew, iżda pjuttost huwa marbut ma' dik li kienet il-pożizzjoni tiegħu bħala direttur taż-żewġ kumpaniji li joħorġu l-gazzetti;

    G.

    billi l-prosekuzzjoni ma tikkonċernax opinjonijiet espressi jew voti mogħtija fil-qadi tad-dmirijiet tal-Membru tal-Parlament Ewropew ikkonċernat għall-iskopijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

    H.

    billi m'hemm ebda raġuni biex wieħed jissuspetta li l-intenzjoni wara l-proċedimenti kriminali hija li jagħmlu ħsara lill-attività politika (fumus persecutionis) tal-Membru, minħabba l-fatt li l-prosekuzzjoni nbdiet numru ta' snin qabel il-Membru ħa l-kariga tiegħu;

    1.

    Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Georgios Kyrtsos;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Griegi.


    (1)  Referenza tad-dokument ABM:IB2014/8927.

    (2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


    Top