Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DP0295

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar il-mistoqsijiet għal tweġibiet bil-miktub (Interpretazzjoni tal-Artikolu 130 (3) tar-Regoli ta' Proċedura) ((2015/2152(REG)))

    ĠU C 316, 22.9.2017, p. 272–272 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 316/272


    P8_TA(2015)0295

    Mistoqsijiet għal tweġibiet bil-miktub (Interpretazzjoni tal-Artikolu 130 (3) tar-Regoli ta' Proċedura)

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar il-mistoqsijiet għal tweġibiet bil-miktub (Interpretazzjoni tal-Artikolu 130 (3) tar-Regoli ta' Proċedura) ((2015/2152(REG)))

    (2017/C 316/31)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-4 ta' Settembru 2015 tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 130 (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:

    “L-espressjoni ‘bħala eċċezzjoni’ għandha tiġi interpretata li tfisser li l-mistoqsija addizzjonali tikkonċerna kwistjoni ta' urġenza u li t-tressiq ta' dik il-mistoqsija ma jkunx jista' jistenna sax-xahar ta' wara. Barra minn hekk, in-numru ta' mistoqsijiet imressqa skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jkun iżgħar min-norma ta' ħames mistoqsijiet fix-xahar.”

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.


    Top