Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DC0503

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-QORTI TAL-AWDITURI PROTEZZJONI TAL-BAĠIT TAL-UE SA TMIEM L-2014

    COM/2015/0503 final

    Brussell, 8.10.2015

    COM(2015) 503 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    PROTEZZJONI TAL-BAĠIT TAL-UE SA TMIEM L-2014


    Werrej

    1.    SOMMARJU EŻEKUTTIV U KONKLUŻJONIJIET    ............................................

    2.PROĊESSI

    2.1.Azzjonijiet preventivi

    2.2.Azzjonijiet korrettivi

    2.3.Agrikoltura

    2.4.Il-Koeżjoni

    2.5.Ġestjoni Diretta

    2.6.Il-kosteffettività tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    3.KORREZZJONIJIET FINANZJARJI U RKUPRI fl-2014

    3.1.Ħarsa ġenerali

    3.2.Korrezzjonijiet finanzjarji fil-proċess fil-31 ta' Diċembru 2014

    3.3.Korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati fl-2014

    3.4.Korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl-2014

    3.5.Irkupri

    3.6.Nuqqasijiet fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Istati Membri li ġew identifikati fl-2014 u l-miżuri meħuda

    4.KORREZZJONIJIET FINANZJARJI KUMULATTIVI U RKUPRI FI TMIEM l-2014

    4.1.Ħarsa ġenerali

    4.2.Korrezzjonijiet finanzjarji

    4.3.Irkupri

    5.KORREZZJONIJIET NETTI

    5.1.Korrezzjonijiet finanzjarji netti 2014

    5.2.Impatt fuq il-baġit tal-UE

    5.3.L-impatt fuq il-baġits nazzjonali

    6.MIŻURI PREVENTIVI

    6.1.L-Agrikoltura

    6.2.Il-Koeżjoni

    7.AZZJONIJIET KORRETTIVI LI SARU MILL-ISTATI MEMBRI B'INIZJATTIVA TAGĦHOM STESS

    7.1.L-Agrikoltura

    7.2.Il-Koeżjoni

    8.IRKUPRU TA' AMMONTI TA' PREFINANZJAMENT



    1.SOMMARJU EŻEKUTTIV U KONKLUŻJONIJIET

    Il-President Juncker enfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-Unjoni Ewropea (UE) u insista li l-miżuri kollha meħtieġa jiġu fis-seħħ sabiex jiġi protett il-baġit tal-UE. Din il-Komunikazzjoni tiddeskrivi l-funzjonament tal-mekkaniżmi preventivi u korrettivi previsti fil-leġiżlazzjoni u l-azzjonijiet meħuda mis-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiġi protett il-baġit tal-UE minn infiq illegali jew irregolari. Din tipprovdi wkoll l-aħjar stima taċ-ċifri li jirriżultaw mill-użu tagħhom u tindika kif l-Istati Membri huma involuti u milquta.

    Din il-Komunikazzjoni tiġi ppreparata kull sena wara talba speċifika mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza tal-2011 u għalhekk hija indirizzata lil din l-istituzzjoni, kif ukoll lill-Kunsill u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA). Din tikumplimenta l-informazzjoni inkluża fil-kontijiet annwali tal-UE tal-2014, ir-Rapport ta’ Sinteżi tal-Kummissjoni tal-2014, u l-partijiet rilevanti tar-Rapporti Annwali tal-Attività tad-Direttorati Ġenerali kkonċernati.

    Fir-rapport annwali tagħha l-QEA tipprovdi dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti għall-kontijiet annwali tal-UE, kif ukoll osservazzjonijiet u statistiċi dwar il-livell materjali ta’ żball fil-pagamenti li huma sottostanti għall-kontijiet. L-importanza ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri hija enfasizzata b’mod partikolari meta tiġi kkunsidrata n-natura pluriennali tagħhom. Dan huwa rifless kif xieraq fir-Rapporti Annwali tal-Attività li jipprovdu informazzjoni dettaljata kemm dwar ir-rati ta’ erruri u korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri. Valutazzjoni kumplementari tat-tnejn li huma tagħti indikazzjoni dwar l-impatt finali fuq l-interessi finanzjarji tal-UE fir-rigward ta’ pagamenti irregolari lill-benefiċjarji u tirrappreżenta indikatur ewlieni għall-valutazzjoni ta’ kif is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll jimmaniġġjaw ir-riskji relatati mal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-UE (ara r-Rapport ta’ Sinteżi tal-Kummissjoni tal-2014).

    Il-ħidma sinifikanti ta’ kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri sabiex jimmaniġġjaw ir-riskji relatati mal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-UE issir b'mod konformi mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) 1 , ir-Regolament Finanzjarju 2 , ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu 3 u d-diversi testi ġuridiċi speċifiċi għas-settur. Il-Kummissjoni tipproteġi l-baġit tal-UE, jiġifieri l-infiq tal-UE, minn infiq mhux dovut jew irregolari permezz ta’ żewġ metodi ewlenin:

    (1)Azzjonijiet preventivi; kif ukoll

    (2)Mekkaniżmi korrettivi (primarjament korrezzjonijiet finanzjarji imposti fuq l-Istati Membri iżda wkoll irkupri minn riċevituri ta’ pagamenti tal-UE).

    L-objettiv primarju tal-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri huwa li jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jintużaw b’mod konformi mal-qafas legali jiġifieri jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni infiq li jkun jikser il-liġi applikabbli. Taħt ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri (u mhux il-Kummissjoni) huma primarjament responsabbli sabiex jidentifikaw u jirkupraw l-ammonti li ma kellhomx jitħallsu mingħand il-benefiċjarji. Meta wieħed iqis il-qafas ta’ kontroll, il-kumplessità tal-mekkaniżmi u l-proċeduri korrettivi, kif ukoll tal-karattru pluriennali tal-programmi, ir-riżultati (jiġifieri l-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri) jiġu ġeneralment implimentati wara li jiġu identifikati n-nuqqasijiet jew l-irregolaritajiet relatati u jsiru l-pagamenti.

    Sabiex tiġi żgurata l-kosteffettività tas-sistemi ta’ kontroll, wieħed mill-ikbar oqsma ta’ ħidma li dwarhom is-servizzi tal-Kummissjoni se jaħdmu matul il-mandat tal-Kulleġġ huwa li jiġu rrazzjonalizzati u ssimplifikati l-kontrolli u r-riżorsi jiġu allokati mill-ġdid għall-kontrolli meqjusa l-aktar xierqa għall-ġestjoni tar-riskji ta’ legalità u regolarità fil-qafas regolatorju. Għal ġestjoni kondiviża, l-objettiv ewlieni huwa li titjieb l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri.

    Din il-Komunikazzjoni tiffoka primarjament fuq ir-riżultati tar-rwol superviżorju tal-Kummissjoni, iżda tipprovdi wkoll informazzjoni dwar kontrolli tal-Istati Membri.

    Korrezzjonijiet finanzjarji u Rkupri: Riżultati għall-2014

    Rigward l-impatt tal-miżuri korrettivi meħuda mill-Kummissjoni, iċ-ċifri ewlenin għas-sena finanzjarja 2014 huma kif ġej:

    miljuni ta' EUR

    L-Oqsma ta’ Politika:

    Total ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri kkonfermati fl-2014

    Total ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri implimentati fl-2014

    Agrikoltura

    2 247

    1 198

    FAEG

    1 862

    946

    Żvilupp Rurali

    385

    252

    Politika ta' Koeżjoni

    2 050

    1 694

    FEŻR

    1 330

    1 083

    Il-Fond ta' Koeżjoni

    292

    236

    FSE

    343

    290

    SFGS/FES

    67

    66

    Gwida tal-FAEGG

    18

    19

    Ġestjoni kondiviża

    4 297

    2 892

    Il-politiki interni

    297

    279

    Politiki esterni

    127

    108

    Amministrazzjoni

    5

    5

    TOTAL

    4 728

    3 285

    Il-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati u implimentati jirrappreżentaw 3,3 % (ikkonfermati) u 2,3 % (implimentati) tal-pagamenti baġitarji fl-2014.



    Korrezzjonijiet finanzjarji u Rkupri: Riżultati Kumulattivi

    Iċ-ċifri kumulattivi jipprovdu aktar informazzjoni utli dwar is-sinifikat tal-mekkaniżmi korrettivi użati mill-Kummissjoni minħabba li jqisu n-natura pluriennali tal-biċċa l-kbira tal-infiq tal-UE u jinnewtralizzaw l-effetti ta’ avvenimenti ta’ darba.

    Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri kkonfermati 2009-2014 (f'miljuni ta' EUR):

    Matul il-perjodu 2009-2014, l-ammonti kkonfermati juru xejra li qed tiżdied. L-ammont medju kkonfermat kien ta’ EUR 3,2 biljun jew 2,4 % tal-ammont medju ta’ pagamenti magħmula mill-baġit tal-UE, filwaqt li l-ammont medju implimentat f’dan il-perjodu kien ta’ EUR 2,8 biljun jew 2,1 % tal-pagamenti - ara l-graff 4.1;

    Għall-FAEG, il-medja tar-rata ta’ korrezzjoni għal korrezzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni għall-perjodu 1999 sa tmiem l-2014 kienet ta’ 1,7 % tan-nefqa (li kollha huma korrezzjonijiet finanzjarji netti) - ara t-taqsima 4.2.2;

    Għall-fondi tal-FEŻR u tal-FSE 2000-2006 (fejn l-għeluq huwa kważi lest), fl-aħħar tal-2014, ir-rata kombinata ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, ibbażata fuq xogħol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni biss, kienet ta’ 4,1 % tal-allokazzjonijiet magħmula - ara t-taqsima 4.2.3;

    L-ammont medju kkonfermat ta’ taħt ġestjoni diretta u indiretta għall-perjodu 2009-2014 kien ta’ EUR 366 miljun jew 1,2 % tal-ammont medju ta’ pagamenti.

    Matul l-2015, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet kontra l-Kummissjoni għal għadd ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fir-rigward tan-nefqa tal-politika reġjonali fl-1994-1999, b’total ta’ EUR 500 miljun. Dan kien jikkonċerna kwistjonijiet proċedurali u l-Kummissjoni bħalissa qed tanalizza l-impatt – ara t-taqsima 4.1.2.

    Protezzjoni tal-baġit tal-UE: Il-Konklużjonijiet Prinċipali

       Iċ-ċifri juru r-riżultati pożittivi tal-attivitajiet preventivi u korrettivi pluriennali mwettqa kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri;

       Is-sinifikat tal-ammonti rrappurtati għandhom jitqiesu bħala affermazzjoni tal-impenn tal-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li flus tal-kontribwenti Ewropej qed jintużaw b’mod konformi mar-rekwiżiti ġuridiċi;

    Il-Kummissjoni qed taħdem biex tkompli ttejjeb il-ġestjoni u s-sistemi ta’ kontroll fil-livell tal-Istati Membri billi tipproponi pjanijiet ta’ azzjoni xierqa speċifiċi għall-Istati Membri, billi jiġu organizzati seminars dwar ir-rati ta' erruri, permezz ta’ skambju tal-aħjar prattiċi u gwida, billi torganizza korsijiet ta’ taħriġ għall-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u billi żżomm laqgħat annwali u ad-hoc;

    Il-miżuri korrettivi huma intenzjonati li jikkoreġu l-imgħoddi, il-miżuri preventivi huma maħsuba biex jevitaw li tali irregolaritajiet jerġgħu jinħolqu fil-ġejjieni;

    Il-korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jkunu netti (eż. skont il-Politika Agrikola), li jimplika li l-ammonti kkonċernati huma effettivament rimborżati lill-baġit tal-UE, jew jistgħu jkunu kkumpensati kontra n-nefqa ġdida eliġibbli addizzjonali (fil-Politika ta’ Koeżjoni). Fiż-żewġ każijiet, hemm impatt reali peress li, anki fil-każ ta’ kumpens, l-Istat Membru kkonċernat, bir-riżorsi proprji tiegħu (mill-baġit nazzjonali), iġarrab il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nefqa ineliġibbli;

    Meta kwantifikazzjoni preċiża tal-irregolaritajiet jew ma tkunx possibbli jew ma tkunx kosteffiċjenti, jew tħassib ta’ nuqqasijiet serji ta’ ġestjoni u kontroll, il-Kummissjoni tapplika l-hekk imsejħa korrezzjonijiet b’rata fissa, pereżempju fuq il-livell tal-programm operattiv globali, kif stabbilit fir-regolamenti rilevanti. Il-korrezzjonijiet finanzjarji kemm fuq livell ta’ proġett u kemm fuq ta’ programm ikollhom effett deterrenti għall-futur.

    Protezzjoni tal-baġit tal-UE: titjib kontinwu għall-perjodu 2014-2020

    L-agrikoltura: dan jinkludi enfasi akbar fuq nefqa aktar riskjuża, perjodu iqsar tal-proċedura ta’ konformità, definizzjoni aħjar tal-kriterji u l-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji netti, skemi ta’ pagamenti simplifikati, opinjoni ġdida minn Korpi Nazzjonali ta’ Ċertifikazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata u tisħiħ ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet f’konformità mal-prattiki ta’ Koeżjoni b’suċċess.

    Koeżjoni: din tinkludi l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji netti, li tintroduċi inċentiv addizzjonali għall-Istati Membri biex jitjieb ir-riskju ta kontrolli tagħhom abbażi ta' awditjar li jqis pakketti msaħħa ta' assigurazzjoni li jinkludu opinjonijiet tal-awditjar dwar il-funzjonament tas-sistemi u l-legalità u r-regolarità u r-Rapporti Annwali ta’ Kontroll (ACRs) li jirrappurtaw ir-rati ta’ erruri residwi, bażi legali msaħħaħ għal korrezzjonijiet b’rata fissa u livell ogħla ta’ korrezzjoni għal nuqqasijiet ripetuti.

    2.PROĊESSI 

    2.1.Azzjonijiet preventivi

    Il-Kummissjoni tuża għadd ta’ mekkaniżmi preventivi sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE.

    Skont il-modalità ta’ ġestjoni kondiviża (jiġifieri n-nefqa għall-Politika Agrikola u ta’ Koeżjoni), l-Istati Membri huma primarjament responsabbli matul iċ-ċiklu tal-ħajja tan-nefqa sabiex jiżguraw li n-nefqa li titħallas mill-baġit tal-UE hija legali u regolari. Il-Kummissjoni tipprovdi superviżjoni fil-ħin u mill-qrib, abbażi tar-riżultati ta’ awditjar tal-UE, ir-riżultati tal-awditjar nazzjonali riċevuti matul is-snin, ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, u kull informazzjoni oħra lit-tagħrif tas-servizzi li turi li hemm nuqqasijiet serji fis-sistema jew irregolaritajiet serji li ma ġewx ikkoreġuti. L-elementi ewlenin li juru t-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll huma vvalutati mill-ġdid fuq bażi kontinwa sabiex jiġu evitati pagamenti f’każ ta’ sistemi ineffikaċi fil-livell ta' programm/parti mill-programm.

    L-agrikoltura: Skont ir-Regolament Orizzontali tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) il-ġdid, qafas ġuridiku ġdid għall-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-fondi tal-PAK daħal fis-seħħ fl-2014, li se jsaħħaħ is-setgħat tal-Kummissjoni sabiex jiġi sospiż l-iffinanzjar tal-UE f’każijiet fejn ġew identifikati riskji ta’ pagamenti irregolari. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas jew tissospendi pagamenti kull xahar (Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG)) jew interim (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)) fejn "wieħed mill-komponenti ewlenin tas-sistema ta’ kontroll nazzjonali inkwistjoni jew aktar ma jkunux jeżistu jew ma jkunux effettivi minħabba l-gravità jew il-persistenza tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu" (jew ikun hemm nuqqasijiet serji simili fis-sistema għall-irkupru ta’ pagamenti irregolari) u:

    -jew in-nuqqasijiet huma ta’ natura kontinwa u diġà kienu r-raġuni għal mill-inqas żewġ deċiżjonijiet ta’ korrezzjoni finanzjarja,

    jew

    -il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru kkonċernat mhuwiex f’pożizzjoni li jimplimenta l-miżuri ta’ rimedju neċessarji fil-futur immedjat, f’konformità ma’ pjan ta’ azzjoni b’indikaturi ċari tal-progress, li għandhom jiġu stabbiliti f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

    Għall-FAEŻR, ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) il-ġdid jipprevedi wkoll għall-interruzzjoni ta’ pagamenti interim mill-Uffiċjal Awtorizzanti b’Delega (jiġifieri d-Direttur Ġenerali) bħala għodda addizzjonali, rapida u reattiva f’każ ta’ tħassib dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti. Għall-FAEG, ir-ritmu tal-pagamenti fix-xahar ma jippermettux l-użu ta’ proċedura ta’ interruzzjoni bħal din.

    Koeżjoni: Jeżistu wkoll mekkaniżmi preventivi fil-livell tal-Kummissjoni fir-rwol tagħha ta’ korp superviżorju li jippermettulha li:

    - tinterrompi d-data ta’ skadenza għall-pagament għal perjodu massimu ta’ 6 xhur jekk:

    (a) Hemm evidenza li turi nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru kkonċernat; jew

    (b) Is-servizzi tal-Kummissjoni jridu jwettqu verifiki addizzjonali wara l-informazzjoni li n-nefqa f’dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa tkun marbuta ma’ irregolarità serja li ma tkunx ġiet ikkoreġuta.

    Ladarba jingħalaq każ (wara li tintbagħat ittra ta' tneħħija), l-ammont li ġie interrott jista' jiġi pproċessat u mħallas lill-awtoritajiet tal-Istat Membru bil-kundizzjoni li kreditu suffiċjenti huwa disponibbli u li ma hemm l-ebda kwistjonijiet oħra li jaffettwaw il-programm.

    - tissospendi l-pagament interim kollu jew parti minnu lil Stat Membru fil-każijiet li ġejjin:

    (a) Meta jkun hemm evidenza ta’ nuqqas serju fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm u l-Istat Membru ma jkunx ħa l-miżuri korrettivi meħtieġa; jew

    (b) Meta n-nefqa f’dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa tkun marbuta ma’ irregolarità serja li ma ġietx ikkoreġuta; jew

    (c) Jekk ikun hemm ksur serju minn Stat Membru tal-obbligi ta’ ġestjoni u kontroll tiegħu.

    Meta l-Istat Membru ma jiħux il-miżuri meħtieġa, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li timponi korrezzjoni finanzjarja.

    Iż-żewġ proċeduri jipprovdu mekkaniżmu għal qbil malajr mal-Istat Membru dwar li jitwettqu verifiki komplementari u, jekk ikun meħtieġ, implimentazzjoni ta’ azzjonijiet xierqa ta’ rimedju. Kull meta jkun meħtieġ, f’każ ta’ nuqqasijiet serji u fejn is-servizzi tal-Kummissjoni jikkunsidraw li l-ebda azzjoni jew azzjoni insuffiċjenti ma ttieħdet mill-awtoritajiet ikkonċernati fil-limiti regolatorji ta’ żmien tal-interruzzjoni (perjodu massimu ta’ sitt xhur), il-Kummissjoni tniedi proċedura għal sospensjoni formali li tibda b’ittra ta’ qabel is-sospensjoni indirizzata lill-Istat Membru.

    F’ġestjoni diretta u indiretta, l-azzjonijiet preventivi jinkludu verifiki li jsiru mis-servizzi responsabbli għall-eliġibilità tan-nefqa li tintalab mill-benefiċjarji. Dawn il-kontrolli ex ante huma inkorporati fil-proċessi ta’ ġestjoni tal-programmi u huma maħsuba sabiex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa li qiegħda titħallas. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jipprovdu wkoll gwida, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet kuntrattwali, bl-għan li jiżguraw ġestjoni soda u effiċjenti tal-finanzjament u għaldaqstant, riskju aktar baxx ta’ irregolaritajiet.

    2.2.Azzjonijiet korrettivi

    Huwa importanti wkoll li jiġi enfasizzat li għal parti sinifikanti tan-nefqa tal-UE, pereżempju l-Politiki ta' Koeżjoni, Riċerka u Żvilupp Rurali, il-programmi kkonċernati huma ta’ natura pluriennali. B’konformità mal-Artikolu 32(2)(e) tar-Regolament Finanzjarju, dan jiġi kkunsidrat meta jitfasslu u jiġu implimentati miżuri preventivi u korrettivi, kif ukoll meta jiġu vvalutati r-riżultati ta’ dawn l-azzjonijiet. Isiru korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-programm, ladarba tiġġarrab in-nefqa u/jew ikun sar pagament.

    2.2 1 Korrezzjonijiet finanzjarji

    Korrezzjonijiet finanzjarji fil-proċess huma dawk proposti iżda li għadhom ma ġewx aċċettati mill-Istati Membri jew ma ġewx deċiżi mill-Kummissjoni.

    Korrezzjoni finanzjarja hija rrappurtata bħala kkonfermata malli tiġi aċċettata mill-Istat Membru jew deċiża permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    Korrezzjoni finanzjarja tiġi kkunsidrata bħala implimentata meta l-korrezzjoni tiġi applikata u rreġistrata fil-kontijiet tal-Kummissjoni, li jfisser tranżazzjoni finanzjarja ġiet ivvalidata mill-Uffiċjal Awtorizzanti responsabbli fil-każijiet li ġejjin: tnaqqis mit-talba għal pagament interim jew finali, ordni ta’ rkupru u/jew ta’ tranżazzjoni ta’ diżimpenn.



    Il-Kummissjoni tapplika dawn it-tipi ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fuq in-nefqa ddikjarata mill-Istati Membri (korrezzjonijiet “ex-post” ):

    -    Korrezzjonijiet finanzjarji fuq każijiet individwali, abbażi ta’ identifikazzjoni preċiża tal-ammonti minfuqa indebitament, u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit;

    -    Korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati jekk l-ammont relatat jista’ jiġi kkwantifikat abbażi ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv b’livell suffiċjenti ta’ fiduċja;

    -    Korrezzjonijiet b’rata fissa, jekk l-ammont relatat ma jkunx jista’ jiġi kkalkulat abbażi ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv jew meta l-impatt fuq in-nefqa ta’ żbalji individwali ma jistgħux jiġu kkwantifikati b’mod preċiż (pereż. korrezzjonijiet finanzjarji ta’ kuntratti pubbliċi individwali bbażati fuq rati fissi) - ara t-tabelli 3.3.2 u 3.4.2.

    Skont il-ġestjoni kondiviża, il-korrezzjonijiet finanzjarji kollha, irrispettivament minn liema tip, għandhom impatt fuq il-baġit nazzjonali - anki jekk ma jsir l-ebda rimborż lill-baġit tal-UE, l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji huwa dejjem negattiv fil-livell tal-Istati Membri.

    Il-korrezzjonijiet finanzjarji fis-sors” jintużaw biex isiru l-korrezzjonijiet finanzjarji qabel ma jkun sar ir-rimborż tal-UE. Dawn iseħħu meta l-korrezzjoni tiġi applikata mill-Istat Membru meta jiċċertifika nefqa ġdida lill-Kummissjoni wara u bħala riżultat ta’ pjan ta’ azzjoni rimedjali miftiehma mal-Kummissjoni. Għandu jiġi enfasizzat li d-differenza bejn korrezzjonijiet finanzjarji "ex-post" u "fis-sors" hija waħda ta' ħin.

    2.2 2    Irkupri

    Għall-FAEG, l-ammonti rkuprati mill-benefiċjarji huma kkreditati lill-baġit tal-UE, wara tnaqqis applikat mill-Istati Membri ta’ 20 % biex jiġu koperti l-kostijiet amministrattivi. Sabiex jiġi indirizzat id-dewmien minn xi Stati Membri biex jiġu koperti pagamenti mhux dovuti, mekkaniżmu tal-ikklerjar jipprovdi li 50 % ta’ kull pagament mhux dovut li l-Istati Membri ma jkunux irkupraw mill-benefiċjarji fi żmien erbgħa snin jew, fil-każ ta’ proċeduri legali, tmien snin, ikunu imposti fuq il-baġit nazzjonali tagħhom (regola 50/50). Anki f’dan il-każ, l-Istati Membri għadhom obbligati jissoktaw bil-proċeduri tagħhom ta’ rkupru u, jekk jonqsu li jagħmlu dan bid-diliġenza meħtieġa, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, wara l-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità, li ġġiegħel lill-Istati Membri kkonċernati biex iħallsu l-ammonti pendenti totali. Barra minn hekk, l-Istati Membri meħtieġa jibbilanċjaw kull dejn pendenti ma' pagamenti futuri lid-debitur (kumpens obbligatorju). Din is-sistema tinkoraġġixxi lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom sabiex effettivament jirkupraw il-pagamenti irregolari mingħajr dewmien mhux ġustifikat.

    Għall-FAEŻR l-irkupri jkunu kkunsidrati f'talba futura għal rimborż riċevuta mill-Kummissjoni, u għalhekk jistgħu jerġgħu jintużaw għall-programm fil-perjodu ta’ programmazzjoni – wara t-tmiem tal-perjodu ta’ eliġibbiltà jiġi kkreditat fil-baġit tal-UE bħala dħul assenjat.

    Skont il-Politika ta’ koeżjoni, l-irkupri huma prinċipalment maħruġa fi jew wara l-għeluq tal-programmi u jirriżultaw fi dħul għall-baġit tal-UE. Skont il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (2014-2020), fil-qafas tal-aċċettazzjoni tal-kontijiet l-irkupri jistgħu jiġu paċuti ma’ talbiet għal rimborż futuri (u jintużaw mill-ġdid għall-programm).

    B'ġestjoni diretta u indiretta, u b’konformità mar-Regolament Finanzjarju, l-ordnijiet ta’ rkupru għandhom ikunu stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzanti għal ammonti mħallsa bi żball. Imbagħad, l-irkupri jiġu implimentati permezz ta’ trasferiment bankarju dirett mid-debitur (u jikkostitwixxi dħul għall-baġit tal-UE li jista' jintuża mill-ġdid għall-istess programm) jew permezz ta’ tpaċija ma’ ammonti oħra li l-Kummissjoni għandha tagħti lid-debitur. Is-servizzi tal-Kummissjoni jimplimentaw l-irkupri wkoll “fis-sors” billi titnaqqas in-nefqa ineliġibbli (li kienet identifikata fi pretensjonijiet tal-kost preċedenti jew kurrenti) minn pagamenti magħmula.

    2.3.Agrikoltura

    2.3 1    Il-Kummissjoni kif tipproteġi n-nefqa tal-PAK?

    Skont il-qafas ġuridiku tal-PAK, il-korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-Kummissjoni fuq l-Istati Membri dejjem kienu korrezzjonijiet netti 4 . L-ammonti huma effettivament rimborżati mill-Istati Membri u huma ttrattati bħala dħul assenjat fil-baġit tal-UE. Dawn jintużaw biex tiġi ffinanzjata n-nefqa tal-PAK b’mod ġenerali mingħajr ma jiġu assenjati għal xi Stat Membru partikolari.

    Kull sena l-Kummissjoni tadotta bejn żewġ u erbgħa deċiżjonijiet ta' approvazzjoni tal-konformità li jkopru pakkett ta’ korrezzjonijiet finanzjarji individwali. L-eżekuzzjoni attwali ta’ rimborż lill-baġit tal-UE tista’ tiddewwem permezz ta’ pagament jew differiment ta’ deċiżjonijiet. L-implimentazzjoni tal-pagamenti parzjali sa issa ġiet aċċettata fil-Bulgarija, Franza, il-Greċja, il-Litwanja, il-Portugall, ir-Rumanija u Spanja. Barra minn hekk, fl-2012, il-Kummissjoni introduċiet dispożizzjoni ġdida 5 li ppermettiet il-postponiment ta’ rimborż ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri skont l-assistenza finanzjarja tal-UE u bil-kundizzjonijiet li n-nuqqasijiet fl-oriġini tal-korrezzjoni finanzjarja jiġu rimedjati. Wara l-iskadenza tal-perjodu tad-differiment il-korrezzjonijiet jiġu eżegwiti f’pagamenti annwali. Sal-lum, id-differimenti ingħataw lill-Portugall u l-Greċja. Sa tmiem l-2014, kienu ġew adottati id-deċiżjonijiet tal-pagamenti parzjali fir-rigward ta’ EUR 1.1 biljun filwaqt li dawn id-deċiżjonijiet ġew adottati wkoll f’Jannar 2015 fir-rigward ta’ ammont ulterjuri ta’ EUR 1.3 biljun (EUR 2.4 biljun b’kollox).

    2.3 2    Titjib kontinwu għall-perjodu 2014-2020

    (A) Attenzjoni fuq infiq aktar riskjuż

    Bħala riżultat tar-rati ogħla ta’ erruri rrappurtati mill-QEA fl-eżerċizzju tal-awditjar riċenti tagħha, l-għadd ta’ awditjar tal-FAEŻR żdied b’mod sinifikanti fl-2013 (għal 35) u għal darb’oħra fl-2014 (għal 45), u b’hekk irdoppja l-ammont tal-2012 (23). Konsegwenza oħra hija li xi Stati Membri jkollhom awditjar kull sena, sakemm jiġu rimedjati n-nuqqasijiet serji kollha. L-istrateġija ta’ awditjar għall-perjodu hija bbażata fuq analiżi tar-riskji msaħħa u programm kontinwu ta’ tliet snin li se jiżgura kopertura aħjar tan-nefqa globali, notevolment biex tintlaħaq kopertura ta’ awditjar aħjar, u hija mmirata l-aktar għan-nuqqasijiet serji u/jew sistemiċi fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri. Se jkomplu l-attivitajiet ta’ awditjar aktar intensivi fl-oqsma l-aktar riskjużi b’approċċ abbażi ta’ sistema.

    (B) L-ebda diskrezzjoni u klassifikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji

    Kull riskju identifikat għall-baġit tal-UE se jagħti bidu b’mod sistematiku għal korrezzjoni finanzjarja netta minħabba li l-Kummissjoni hija marbuta legalment li teskludi kull nefqa illegali mill-finanzjament tal-UE. Kemm il-korrezzjonijiet finanzjarji netti tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR huma rregolati bir-Regolament Orizzontali tal-PAK il-ġdid, li jissikka l-proċedura aktar, sal-punt li l-metodu u l-kriterji għall-iffissar tal-ammont tal-korrezzjonijiet finanzjarji issa huwa stabbilit fl-att delegat. Kemm ir-Regolament Finanzjarju kif ukoll ir-Regolament Orizzontali tal-PAK il-ġdid jipprevedu klassifikazzjoni ta’ tipi ta’ korrezzjonijiet finanzjarji netti fejn il-korrezzjonijiet b’rata fissa jistgħu jintużaw biss jekk il-korrezzjonijiet kkalkulati jew estrapolati ma jistgħux jiġu stabbiliti bi sforzi proporzjonati.

    (C) Proċedura ta’ konformità iqsar

    Il-Kummissjoni se tkompli b’azzjonijiet bil-għan li jissimplifikaw il-proċedura kollha. L-ewwel nett, ir-Regolament Orizzontali tal-PAK il-ġdid jiddeskrivi preċiżament in-natura, l-iskop u s-sekwenza tal-passi suċċessivi, kif ukoll it-tipi differenti ta’ korrezzjonijiet finanzjarji. It-tieni nett, id-dispożizzjonijiet fl-att delegat (il-metodu u l-kriterji għall-kalkolu ta’ korrezzjoni finanzjarja) u l-atti ta’ implimentazzjoni (id-dettalji tal-proċedura ta’ konformità, bi skadenzi mandatorji) huma maħsuba li jissimplifikaw aktar il-qafas ġuridiku u jillimitaw ir-riskju ta’ dewmien bla bżonn. It-tielet nett, il-Kummissjoni se tintensifika l-monitoraġġ tagħha tal-progress tal-proċeduri ta’ konformità sabiex tiżgura rispett strett tal-iskadenzi.

    (D) It-tisħiħ tar-rwol superviżorju tal-Kummissjoni

    L-għodod regolatorji tal-PAK issaħħu għall-perjodu finanzjarju 2014-2020, inkluż: l-użu ta' sistema unika ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għaż-żewġ pilastri, l-issimplifikar/it-tħaffif tal-proċedura ta' approvazzjoni ta' konformità, definizzjoni aħjar tal-kriterji u l-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji netti, l-introduzzjoni ta' mudell ġdid għall-assigurazzjoni minn Korp taċ-Ċertifikazzjoni (KĊ) dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata bbażata fuq kampjuni rappreżentattivi.

    (E) Simplifikazzjoni

    B'mod partikolari għall-FAEŻR, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex tidentifika l-kawżi fundamentali tal-iżbalji (twaqqaf task force ad hoc), u biex tipproponi u tħeġġeġ l-akbar użu possibbli tal-iskemi ta' pagamenti ssimplifikati li huma inqas suxxettibbli għal żbalji. B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni, flimkien mal-partijiet interessati, hija impenjata fi proċess ta’ simplifikazzjoni fejn l-atti legali kollha u l-linji gwida jiġu vvalutati bil-ħsieb li jiġu identifikati s-simplifikazzjonijiet possibbli kollha u tagħmel it-tibdiliet meħtieġa malajr kemm jista’ jkun: fi żmien qasir għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni u l-linji gwida, f’nofs it-terminu għall-atti bażiċi.

    (F) Interruzzjonijiet u sospensjoni għall-PAK bħala strumenti fil-pront u effettivi għall-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE

    Dawn l-azzjonijiet preventivi (l-interruzzjonijiet għall-FAEŻR, is-sospensjonijiet kemm għall-FAEG kif ukoll l-FAEŻR) se jippermettu li l-Kummissjoni taġixxi fil-pront u b'mod effettiv u tipproteġi l-baġit tal-UE: ma jsiru l-ebda pagamenti ġodda jew jitnaqqsu sal-livell tar-riskju stmat matul is-sospensjoni. Barra minn hekk, u kif dejjem kien il-każ fil-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti, kull pagament irregolari identifikat se jkun kompletament kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji netti. Ara t-taqsima 2.1 iktar ’il fuq għal iktar dettalji.

    2.4.Il-Koeżjoni

    2.4.1.    Is-sitwazzjoni sal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013

    Il-fondi rilaxxati wara l-korrezzjonijiet finanzjarji fil-qasam tal-Koeżjoni kienu disponibbli għall-użu mill-ġdid u s-sostituzzjoni b’nefqa regolari matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programm. Minħabba l-qafas ġuridiku, il-korrezzjonijiet finanzjarji netti li jwasslu għar-ritorn ta’ ammonti mħallsa preċedentement fil-baġit tal-UE kienu ġeneralment l-eċċezzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm.

    2.4 2    Titjib ippjanat għall-perjodu 2014-2020

    (A) Korrezzjonijiet finanzjarji netti

    Ġie introdott tibdil importanti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020: skont ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK), il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tapplika korrezzjoni finanzjarja netta. F’każijiet bħal dawn il-possibbiltà attwali għall-Istat Membru sabiex jaċċetta l-korrezzjoni u juża mill-ġdid il-fondi tal-UE inkwistjoni titneħħa.

    Il-korrezzjonijiet finanzjarji netti fil-perjodu 2014-2020 għalhekk jintroduċu inċentiv addizzjonali fuq in-naħa tal-Istati Membri sabiex ikomplu jtejbu l-ġestjoni u l-kontroll tagħhom minħabba li dawn il-korrezzjonijiet se jnaqqsu l-fondi allokati għal Stat Membru partikolari meta nuqqasijiet serji li ma kinux instabu, irrappurtati u lanqas ikkoreġuti qabel fuq il-livell ta’ Stat Membru, ikunu skoperti minn awditi tal-UE.

    (B) Inċentivi għall-Istati Membri biex itejbu l-kontrolli tagħhom

    Meta jistabbilixxu l-kontijiet, id-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni u l-opinjoni tal-awditjar, l-awtoritajiet tal-programm għandhom jiksbu aċċertament raġonevoli permezz ta’ dawn il-proċeduri ta’ kontroll li l-irregolaritajiet materjali kollha jkunu ġew ikkoreġuti u li n-nuqqasijiet serji possibbli, f'kull livell tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, ġew indirizzati jew qed jiġu indirizzati. L-awtoritajiet tal-awditjar se jkollhom rwol imsaħħaħ fil-preżentazzjoni ta' opinjonijiet tal-awditjar kull sena għal kull programm: l-opinjonijiet tal-awditjar tagħhom se jkunu bbażati fuq riskji ta’ erruri residwi annwali. Ir-rati ta’ erruri residwi rrappurtati mill-Istati Membri se jiġu vvalutati u vvalidati mid-DĠ tal-Kummissjoni meta jitħejjew ir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħhom (RAA).

    Fiċ-ċiklu tal-ġestjoni finanzjarja ġdid, il-15 ta’ Frar wara kull sena fiskali 6 hija d-data ta’ skadenza. Sa dik id-data, l-Istati Membri jridu jippreżentaw il-kontijiet tal-programm lill-Kummissjoni, id-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapporti korrispondenti. L-Istati Membri jiċċertifikaw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet annwali tagħhom.

    (C) Korrezzjonijiet finanzjarji għal irregolaritajiet/nuqqasijiet identifikati qabel il-15 ta’ Frar ta’ kull sena

    Ir-regoli tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 dwar korrezzjonijiet finanzjarji għal irregolaritajiet identifikati qabel il-15 ta’ Frar ta’ kull sena huma simili għal dawk tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. L-objettiv huwa li jinżamm l-inċentiv għall-Istati Membri biex jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet huma stess. In-nefqa irregolari identifikata permezz ta' verifiki jew awditi nazzjonali għandha titnaqqas mill-kontijiet li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena. Jekk jagħmel dan, l-Istat Membru se jkun jista' juża mill-ġdid l-ammonti ikkoreġuti b'dan il-mod għal operazzjonijiet ġodda eliġibbli skont il-programm, bħal fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

    Fil-każ ta’ awditi tal-UE mwettqa fuq in-nefqa qabel ma jiġu ppreżentati l-kontijiet iċċertifikati lill-Kummissjoni u li jidentifikaw irregolaritajiet li jeħtieġu korrezzjonijiet finanzjarji, hemm żewġ xenarji possibbli, bħalma huwa l-perjodu 2007-2013:

    (1) Jekk l-Istat Membru jaqbel dwar il-korrezzjoni finanzjarja li għandha ssir u jieħu azzjoni, huwa jkun jista’ juża mill-ġdid l-ammonti kkoreġuti għal operazzjonijiet ġodda eliġibbli (l-Artikolu 145(5) tas-CPR);

    (2) Jekk l-Istat Membru ma jaqbilx, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja, wara l-proċedura kontradittorja prevista fl-Artikolu 145 tas-CPR. Din il-korrezzjoni finanzjarja se tkun dejjem netta u l-allokazzjoni tal-programm u tal-Istat Membru jitnaqqsu b’mod proporzjonali.

    (D) Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-legalità u r-regolarità abbażi tal-kontijiet, l-opinjoni tal-awditjar u d-dokumenti ta’ akkumpanjament sottomessi sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena

    Il-Kummissjoni se tivvaluta u tanalizza l-opinjonijiet tal-awditjar (l-elementi relatati mat-tħaddim tas-sistemi u l-legalità u r-regolarità) u r-Rapporti Annwali ta’ Kontroll (ACRs), inklużi ir-rati ta' erruri residwi rrappurtati, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni u s-sommarji annwali, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi d-dokumenti pprovduti sal-15 ta’ Frar. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni se tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju tagħha u tistabbilixxi l-pjan tal-awditu li jiddetermina l-awditi meħtieġa bbażati fuq ir-riskju mmirati lejn il-programmi magħżula b’riskju għoli.

    Il-Kummissjoni se twettaq awditi bbażati fuq ir-riskju qabel il-preżentazzjoni tal-pakkett ta’ assigurazzjoni li jmiss. Hija se teżamina, permezz ta’ xogħol ta' awditjar tad-dokumenti u fuq il-post tax-xogħol u t-twettiq mill-ġdid ta’ kampjuni ta’ awditi nazzjonali inkluż fil-livell ta’ operazzjonijiet, jekk l-informazzjoni rapportata hijiex affidabbli u għaldaqstant tikkostitwixxix bażi adegwata għall-assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità. Se tingħata prijorità lill-programmi tal-awditjar li għandhom impatt materjali fuq il-pagamenti tal-Kummissjoni għall-fond korrispondenti fis-sena fiskali. Se jittieħed kont ukoll tal-prestazzjoni tal-passat tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-kriterji bbażati fuq ir-riskju għad-definizzjoni tal-prijoritajiet tal-awditjar.

    (E) Identifikazzjoni mill-awditi tal-UE ta’ irregolaritajiet li jindikaw nuqqas serju wara l-15 ta’ Frar ta’ kull sena

    Jekk l-awditi tal-UE (il-Kummissjoni inkluż l-OLAF u l-QEA) imwettqa wara l-15 ta’ Frar ta’ kull sena jidentifikaw irregolaritajiet li juru nuqqas serju li jaffettwa s-sena fiskali korrispondenti, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tapplika korrezzjoni finanzjarja netta, jekk il-kundizzjonijiet definiti fir-Regolament ikunu ssodisfati. Il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta dejjem se tkun netta minħabba li l-allokazzjoni għall-programm u l-allokazzjoni totali tal-Istat Membru inkwistjoni se jitnaqqsu awtomatikament bl-ammont tal-korrezzjoni, anki jekk l-Istat Membru jaċċetta l-korezzjoni finanzjarja.

    (F) Bażi ġuridika msaħħa

    Skont ir-RDK, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kriterji għall-valutazzjoni tal-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll f’att delegat, inklużi t-tipi ewlenin ta’ nuqqasijiet serji, il-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja li għandha tiġi applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji b'rati fissi jew estrapolati. L-att delegat ġie adottat fit-3 ta’ Marzu 2014 (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014) 7 . Il-Kummissjoni għalhekk għandha bażi ġuridika aktar b’saħħitha meta mqabbla mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 li kien jinkludi elementi simili skont nota ta’ gwida li ma mhijiex legalment vinkolanti. Barra minn hekk, il-kriterji għall-valutazzjoni u l-livelli ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa se jkunu magħrufa sew minn qabel lill-partijiet interessati kollha tal-programm.

    (G) Jinżammu r-rati ta' korrezzjoni b'rata fissa

    Jinżammu l-perċentwali ta’ korrezzjoni b’rata fissa diġà applikati matul perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti, jiġifieri 5 %, 10 %, 25 % u 100 %. Dan l-approċċ ġie kkonfermat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu d-deċiżjoni li jiġi applikat kull livell ta’ korrezzjoni finanzjarja trid tikkunsidra l-proporzjonalità u r-riskju residwu għall-baġit tal-UE, kif meħtieġ fis-CPR. Għalhekk, meta l-applikazzjoni ta’ rata fissa stabbilita b'mod konformi mal-att delegat tkun sproporzjonata, il-Kummissjoni tapplika livell imnaqqas ta’ korrezzjoni b’rata fissa.

    (H) Livell ogħla ta’ korrezzjoni għal nuqqasijiet ripetuti

    Meta l-istess nuqqasijiet jiġu identifikati fl-awditi tal-UE minkejja korrezzjoni finanzjarja preċedenti, il-Kummissjoni inkludiet dispożizzjoni fl-att delegat li tippermetti rata ogħla ta’ korrezzjoni milli fil-każ tal-ewwel korrezzjoni. Dan huwa messaġġ ċar lill-Istati Membri li jeħtieġ li jiġi żgurat aġġustament rapidu u permanenti tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom ladarba jiġi identifikat nuqqas serju.

    (I) Miżuri oħrajn diġà fis-seħħ se jkomplu japplikaw

    Il-possibbiltajiet ġodda jiġifieri l-possibbiltà li jiġu imposti korrezzjonijiet finanzjarji netti, u l-introduzzjoni tal-pakkett annwali ta’ assigurazzjoni, se jingħaqdu flimkien mat-tkomplija tal-politika stretta eżistenti dwar interruzzjonijiet u sospensjonijiet, u inkoraġġiment kbir tal-użu tal-opportunitajiet kollha ta’ simplifikazzjoni. Dan għandu jirriżulta f’aktar titjib tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ Koeżjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid.

    2.5.Ġestjoni Diretta

    Għan-nefqa diretta ta’ ġestjoni, il-Kummissjoni għandha oqfsa ta' kontroll fis-seħħ biex tipprevjeni, tidentifika u tevita l-irregolaritajiet fl-istadji differenti tal-proċess ta’ ġestjoni tal-għotjiet sabiex jintlaħqu kemm l-objettivi operattivi kif ukoll dawk finanzjarji. Ħarsa ġenerali tal-kontrolli li saru f’żewġ oqsma ewlenin tan-nefqa diretta ta’ ġestjoni, ir-riċerka u l-għajnuna internazzjonali, jingħataw hawn taħt.

    Għan-nefqa tar-Riċerka, il-qafas ta’ kontroll jibda bl-iżvilupp ta’ programm ta’ ħidma, li jgħaddi minn proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa biex jiġi żgurat li din tilħaq bl-aħjar mod l-aspettattivi tal-partijiet interessati kollha u se tisfrutta bl-akbar mod possibbli r-riżultati tar-riċerka. Wara l-evalwazzjoni tal-proposti, jitwettqu aktar kontrolli minħabba li l-proposti magħżula jibidlu f'kuntratti legalment vinkolanti.

    L-implimentazzjoni tal-proġett hija mmonitorjata matul il-ħajja tal-proġett. Il-pagamenti fir-rigward tal-kostijiet tal-pretensjonijiet huma kollha soġġetti għal verifiki ex-ante skont il-proċeduri standard, li jinkludu (għal pagamenti ta’ iktar minn EUR 375 000) ċertifikat tal-awditjar mogħti minn awditur kwalifikat. Barra kontrolli standard, kontrolli addizzjonali u mmirati jistgħu jitwettqu wkoll skont l-informazzjoni li waslet u r-riskju tat-tranżazzjoni.

    Sors prinċipali ta’ assigurazzjoni ġej minn verifiki fil-fond imwettqa fuq kampjun tal-istabbilimenti tal-benefiċjarji wara li l-kostijiet ikunu ġew imġarrba u ddikjarati. Għadd kbir ta’ dawn il-kontrolli fil-fond jitwettqu tul il-ħajja tal-programm. Kull ammont imħallas f’eċċess ta’ dak li huwa dovut jiġi rkuprat, u l-iżbalji sistemiċi jiġu estiżi għall-parteċipazzjonijiet kurrenti kollha ta’ benefiċjarju.

    Fil-qasam tal-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp, il-Kummissjoni stabbiliet qafas ta’ kontroll biex jipprevjeni, jidentifika u jevita l-irregolaritajiet fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-finanzjament, li japplika għall-metodi kollha ta’ ġestjoni (diretta u indiretta) użati għal din l-implimentazzjoni. Din l-istrateġija tibda mill-għażla tal-aktar għodda xierqa fl-abbozzar ta’ dokumenti tal-ippjanar u deċiżjonijiet finanzjarji, u tinbidel f’verifiki attwali mwettqa fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni.

    Mill-aspett tal-kontroll finanzjarju, is-sistema hija magħmula minn għadd ta’ strumenti applikati b'mod sistematiku għall-implimentazzjoni ta’ kuntratti u għotjiet għall-metodii kollha ta’ ġestjoni: verifiki ex-ante fuq il-pagamenti, awditjar mwettaq mill-Kummissjoni u previst fi pjan ta’ awditjar, verifikazzjonijiet tan-nefqa mwettqa qabel il-pagamenti minn benefiċjarji ta’ għotjiet, missjonijiet ta’ verifika lil organizzazzjonijiet internazzjonali u kontroll ex post globali abbażi ta’ studju dwar ir-Rata ta' Erruri Residwi li jsiru ta’ kull sena.

    L-interessi finanzjarji tal-UE huma għalhekk imħarsa, minbarra mezzi oħra possibbli offruti mir-Regolament Finanzjarju, mill-kontroll ex ante tal-Kummissjoni ta’ tranżazzjonijiet individwali kif ukoll kontrolli jew awditjar sussegwenti, u mill-irkupru li jirriżulta ta’ kull fond mħallas indebitament fejn il-proċeduri miftiehma ma ġewx rispettati, jew fejn l-attivitajiet ma kinux eliġibbli għal finanzjament mill-UE.

    2.6.Il-kosteffettività tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    F’konformità mar-rekwiżit tar-Regolament Finanzjarju, objettiv importanti tal-"baġit iffukat fuq l-istrateġija tar-riżultati” tal-Kummissjoni huwa li tiġi żgurata l-kosteffettività meta jitfasslu u jiġu implimentati sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji. L-istrateġiji ta’ kontroll għandhom għalhekk jikkunsidraw livell ogħla ta’ skrutinju u frekwenza f’oqsma aktar riskjużi u jiżguraw li l-kontrolli jżidu l-valur. Dan huwa importanti għaliex il-kontrolli jimponu piż amministrattiv sinifikanti fuq il-benefiċjarji u jistgħu saħansitra jiskoraġġixxu l-parteċipazzjoni fi programmi. Barra minn hekk, kontrolli ineffiċjenti u ineffettivi jassorbu riżorsi li kieku jistgħu jikkontribwixxu biex jinkisbu r-riżultati.

    Rappurtar dwar il-kosteffettività mtejba fir-rapporti ta’ attività annwali 2014. Is-servizzi kollha tal-Kummissjoni li laħqu konklużjoni dwar il-kosteffettività tas-sistemi tagħhom ta’ ġestjoni u ta’ kontroll iddikjaraw li l-benefiċċji kwantifikabbli u/jew mhux kwantifikabbli jaqbżu l-kostijiet u/jew xejra stabbli pożittiva ta’ indikaturi rilevanti.

    Il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lis-servizzi tagħha biex jiżviluppaw metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-kontroll tagħhom sabiex titjieb il-konsistenza u jinkisbu riżultati affidabbli li jistgħu jintużaw biex tiġi determinata l-kosteffettività relattiva tas-sistemi ta’ kontroll li fis-seħħ (ara r-Rapport ta’ Sinteżi tal-Kummissjoni għall-2014). Għal nefqa taħt ġestjoni maqsuma, jeħtieġ li l-kalkolu tal-kostijiet u l-kosteffettività tal-kontrolli jikkunsidra l-attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri.

    3.KORREZZJONIJIET FINANZJARJI U RKUPRI fl-2014 

    3.1.Ħarsa ġenerali

    Tabella 3.1: Ħarsa ġenerali lejn il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri għall-2014

    miljuni ta' EUR

    Intestatura tal-QFP

    Total tal-pagamenti tal-baġit tal-UE fl-2014

    Total tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għaddejjin fi tmiem l-2014

    Total ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri kkonfermati fl-2014

    % tal-pagamenti tal-baġit tal-UE

    Total ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri implimentati fl-2014

    % tal-pagamenti tal-baġit tal-UE

    Tkabbir inklussiv intelliġenti

    67 683

    1 018

    2 198

    3,2 %

    1 828

    2,7 %

    FEŻR 8

    29 841

    360

    1 330

    4,5 %

    1 084

    3,6 %

    Fond ta' Koeżjoni8

    13 464

    22

    292

    2,2 %

    236

    1,8 %

    FSE

    10 623

    636

    343

    3,2 %

    290

    2,7 %

    Il-politiki interni

    13 755

    -

    232

    1,7 %

    218

    1,6 %

    It-tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

    56 584

    4 892

    2 355

    4,2 %

    1 302

    2,3 %

    FAEG

    44 287

    3 789

    1 862

    4,2 %

    946

    2,1 %

    L-Iżvilupp Rurali

    11 191

    960

    385

    3,4 %

    252

    2,3 %

    SFGS/FES

    689

    47

    67

    9,8 %

    66

    9,6 %

    Gwida tal-FAEGG

    6

    95

    18

    294,2 %

    18

    294,2 %

    Il-politiki interni

    411

    -

    23

    5,6 %

    19

    4,6 %

    Sigurtà u ċittadinanza

    1 711

    -

    42

    2,5 %

    42

    2,5 %

    Migrazzjoni u Affarijiet Interni

    400

    -

    5

    1,3 %

    5

    1,3 %

    Il-politiki interni

    1 311

    -

    37

    2,8 %

    37

    2,8 %

    Ewropa Globali

    7 206

    Mhux applikabbli

    127

    1,8 %

    108

    1,5 %

    Politiki esterni

    7 206

    -

    127

    1,8 %

    108

    1,5 %

    Amministrazzjoni

    8 819

    Mhux applikabbli

    5

    0,1 %

    5

    0,1 %

    Amministrazzjoni

    8 819

    -

    5

    0,1 %

    5

    0,1 %

    TOTAL

    142 003*

    5 909

    4 728

    3,3 %

    3 285

    2,3 %

       *    Jeskludi EUR 29 miljun imħallsa lill-Kroazja taħt l-intestatura Kumpensi u EUR 465 miljun imħallsa taħt l-intestatura Strumenti Speċjali.

           Jekk jogħġbok innota li ċ-ċifri ta’ hawn fuq huma differenti minn dawk murija fir-rapport PIF tal-OLAF minħabba li r-rapport tal-OLAF ġie ppubblikat qabel, fi stadju fejn ċifri provviżorji biss kienu disponibbli.

    L-agrikoltura:

    Fl-2014, il-Kummissjoni adottat tliet deċiżjonijiet tal-approvazzjoni ta' konformità 9 , li jkopru 56 korrezzjoni finanzjarja netta individwali għal ammont totali ta’ EUR 443 miljun (0,8 % tan-nefqa tal-PAK ibbaġitjata għall-2013). Deċiżjoni tal-approvazzjoni ta' konformità oħra tħejjiet fi tmiem l-2014 u l-Istati Membri ġew ikkonsultati formalment fil-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli qabel tmiem is-sena, Din id-deċiżjoni, li kienet għall-ammont ta' EUR 1.4 biljun (li tkopri 56 korrezzjoni individwali), ġiet adottota mill-Kummissjoni f'Jannar 2015 10 . Abbażi ta' standards tal-kontabilità aċċettati internazzjonalment għas-settur pubbliku, dan l-ammont ġie inkluż bħala “ikkonfermat” fis-sena finanzjarja 2014.

    Koeżjoni:

    Il-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006:

    L-istadju avvanzat tal-proċess ta' għeluq tal-programmi tal-FEŻR u l-proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni wasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali totali ta’ ammont ta’ EUR 543 miljun imposti u aċċettati mill-Istati Membri fl-2014:

    -    EUR 451 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għeluq tal-programmi tal-FEŻR f’disa' Stati Membri, l-aktar sinifikanti kienet tal-Italja (EUR 231 miljun) u Spanja (EUR 119 miljun);

    -    EUR 92 miljun aċċettat minn 11-il Stat Membru għal proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni, l-akbar fosthom għas-Slovakkja (EUR 70 miljun).

    Għall-FSE, fil-kuntest tal-proċess ta’ għeluq, 239 programm intemmu (209 kompletament u 30 parzjalment). Fl-2014, l-ammont ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati u implimentati kien ta’ EUR 133 miljun. L-Istati Membri bl-ogħla livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati u implimentati kienu Spanja (EUR 99 miljun) u l-Italja (EUR 20 miljun) rispettivament. Il-pajjiżi l-oħra li għalihom ikun ġie ffinalizzat il-proċess ta’ għeluq kienu l-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, l-Awstrija, is-Slovakkja u r-Renju Unit. L-Italja u Spanja għadhom ma aċċettawx xi proposti għall-għeluq u l-proċedura ta' qabel il-korrezzjoni ingħatat bidu - ara t-taqsima 4.2.3 għal aktar dettalji.

    Fl-2014 sar progress sinifikanti b’rabta mal-għeluq tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (SFGS). Fi tmiem tal-2014, 53 minn 60 programm intemmu. Bosta korrezzjonijiet finanzjarji kkonċernati ġew implimentati permezz ta’ ordnijiet ta’ rkupru.

    Il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013:

    Il-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati fl-2014 għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni kienu ta’ EUR 294 miljun 11 . Dan huwa r-riżultat tal-politika stretta ta’ superviżjoni u interruzzjoni tal-Kummissjoni u l-għadd dejjem jikber ta’ pjanijiet ta’ azzjoni inklużi korrezzjonijiet finanzjarji deċiżi mill-Istati Membri u implimentati bħala riżultat ta’ ittri ta' interruzzjoni jew ta’ qabel is-sospensjoni indirizzati lill-Uffiċjali Awtorizzanti b’Delega tal-Kummissjoni.

    Skont l-FSE, EUR 209 miljun ġew ikkonfermati u EUR 156 miljun ġew implimentati, li minnhom EUR 95 miljun kienu kkonfermati fl-2014 u EUR 61 miljun fis-snin preċedenti. 89 % tal-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati matul is-sena 2014 u s-snin ta’ qabel ġew implimentati, li jħalli ammont ta’ EUR 118 miljun li għad iridu jiġu implimentati. L-Istati Membri bl-ogħla livell ta’ korrezzjonijiet huma Spanja (EUR 56 miljun), ir-Rumanija (EUR 43 miljun); il-Polonja (EUR 32 miljun) u Franza (EUR 20 miljun). Fost il-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl-2014, EUR 64 miljun huma korrezzjonijiet finanzjarji fis-sors, li jfisser li dawn il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu applikati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-istess ħin li n-nefqa hija ddikjarata lill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa wara l-awditjar tal-Kummissjoni.

    Il-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) żdiedu b’aktar minn 80 % mill-2013, li jirriżulta b’mod partikolari mill-awditjar u analiżijiet fl-uffiċċju tal-Kummissjoni. L-irtirar tan-nefqa ineliġibbli mit-talba għall-ħlas sussegwenti jippermetti li tali korrezzjonijiet finanzjarji jiġu implimentati malajr.

    Il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020:

    L-ewwel perjodu tal-kontabilità kien fil-proċess matul l-2014 u l-ħatra ta’ awtoritajiet għadha ma saritx għal kważi l-programmi operattivi kollha, u għalhekk l-ebda attività ta’ awditjar relatata mad-dikjarazzjoni tan-nefqa ma ġiet ipproċessata.

    3.2.Korrezzjonijiet finanzjarji fil-proċess fil-31 ta' Diċembru 2014

    Il-korrezzjonijiet finanzjarji li jinsabu fil-proċess huma fl-istadju preliminari fejn proċeduri għal korrezzjoni finanzjarja ingħataw bidu iżda l-proċedura kontradittorja mal-Istat Membru kkonċernat għadha għaddejja. L-ammonti indikati huma biss stimi inizjali mis-servizzi tal-Kummissjoni, soġġetti għal tibdil sad-deċiżjoni finali mill-Kummissjoni.

    3.3.Korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati fl-2014

    Din it-Taqsima tipprovdi opinjonijiet differenti tal-korrezzjonijiet finanzjarji tal-ammonti kkonfermati fl-2014. Tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li d-dejta u l-mapep ippreżentati hawn taħt huma relatati ma’ sena waħda biss, l-2014. Il-livell ta’ kemm l-ammont tal-korrezzjonijiet globali kif ukoll dak maqsum mill-Istati Membri jista’ jinbidel b'mod sinifikanti skont is-sena. Għaldaqstant, valutazzjoni xierqa tal-kapaċità korrettiva tas-sistemi superviżorji u dawk ta' kontroll trid tkun ibbażata, f'konformità man-natura ta' din in-nefqa, fuq perspettiva pluriennali (ara t-Taqsima 4).


    3.3.1. Diżaggregazzjoni skont l-Istat Membru

    Mappa u Tabella 3.3.1: Korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati fl-2014 meta mqabbla mal-pagamenti riċevuti tal-UE; Analiżi skont l-Istat Membru

    Stat Membru

    Pagamenti riċevuti mill-baġit tal-UE fl-2014
    (f’miljuni ta’ EUR)

    Korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati fl-2014 (miljuni ta' EUR)

    Korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati fl-2014 % meta mqabbla mal-pagamenti riċevuti mill-baġit tal-UE fl-2014

    Il-Belġju

    1 028

    25

    2,4 %

    Il-Bulgarija

    2 096

    148

    7,1 %

    Ir-Rep. Ċeka

    4 152

    441

    10,6 %

    Id-Danimarka

    1 212

    9

    0,7 %

    Il-Ġermanja

    9 712

    39

    0,4 %

    L-Estonja

    610

    2

    0,3 %

    L-Irlanda

    1 376

    18

    1,3 %

    Il-Greċja

    6 829

    187

    2,7 %

    Spanja

    10 219

    379

    3,7 %

    Franza

    11 159

    1 383

    12,4 %

    Il-Kroazja

    407

    Mhux applikabbli

    L-Italja

    9 450

    401

    4,2 %

    Ċipru

    237

    Mhux applikabbli

    Il-Latvja

    1 005

    5

    0,5 %

    Il-Litwanja

    1 774

    9

    0,5 %

    Il-Lussemburgu

    79

    0

    0,0 %

    L-Ungerija

    6 342

    189

    3,0 %

    Malta

    221

    0

    0,2 %

    In-Netherlands

    1 285

    (30)*

    (2,3%)

    L-Awstrija

    1 301

    15

    1,2 %

    Il-Polonja

    17 088

    49

    0,3 %

    Il-Portugall

    4 772

    50

    1,0 %

    Ir-Rumanija

    5 775

    295

    5,1 %

    Is-Slovenja

    1 078

    15

    1,4 %

    Is-Slovakkja

    1 577

    142

    9,0 %

    Il-Finlandja

    866

    7

    0,8 %

    L-Iżvezja

    1 338

    4

    0,3 %

    Ir-Renju Unit

    5 685

    62

    1,1 %

    INTERREG

    1 866

    44

    2,4 %

    TOTAL

    110 537

    3 890

    3,5 %

    Il-mappa ta’ hawn fuq tikkunsidra l-piż relattiv tal-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati għal kull Stat Membru meta mqabbel ma’ pagamenti riċevuti mill-baġit tal-UE fis-sena 2014.

     Il-griż ċar juri l-Istati Membri li huma taħt il-medja perċentwali ta’ 3,5 %.

     L-aħmar juri l-Istati Membri li huma 'l fuq mill-medja perċentwali ta’ 3,5 %.

    * L-ammont negattiv għan-Netherlands hawn fuq jirriżulta wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fejn il-Kummissjoni trid tħallas lura lin-Netherlands.



    3.3 2.    Analiżi tal-korrezzjonijiet b’rata fissa kkonfermati fl-2014

    Tabella 3.3.2: Diżaggregazzjoni tal-korrezzjonijiet b’rata fissa kkonfermati fl-2014

    Total ta’ korrezzjonijiet finanzjarji (EUR miljun)

    Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa* kkonfermati fl-2014 (miljuni ta' EUR)

    L-Agrikoltura

    FAEG

    1 649

    644**

    FAEŻR

    220

    168**

    Il-Koeżjoni

    FEŻR u FK

    1 622

    890

    FSE

    342

    223

    Gwida tal-FAEGG

    13

    0

    FES/SFGS

    39

    3

    Il-politiki interni

    5

    5

    TOTAL

    3 890

    1 933

    *    Jinkludi korrezzjonijiet estrapolati

    **    Dan jirrappreżenta l-aħjar stima. Il-maġġoranza tal-korrezzjonijiet finanzjarji jinkludu ammonti bbażati fuq kalkoli preċiżi u rati fissi.

    Il-korrezzjonijiet b’rata fissa huma għodda siewja li tintuża meta l-ammont relatat ma jkunx jista’ jiġi kkalkolat abbażi ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv jew meta l-impatt fuq in-nefqa ta’ żbalji individwali ma jistax jiġi kkwantifikat b’mod preċiż. Madankollu, dan ifisser li l-Istat Membru soġġett għal korrezzjoni fissa jerfa’ l-konsegwenzi finanzjarji minħabba li l-korrezzjonijiet mhumiex marbuta direttament ma’ irregolaritajiet individwali fil-livell tal-proġett, jiġifieri ma hemm l-ebda benefiċjarju finali individwali li mingħandu jiġu rkuprati l-fondi.

    3.3.3. Diżaggregazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula fis-sors

    Tabella 3.3.3: Diżaggregazzjoni tal-korrezzjonijiet fis-sors ikkonfermati fl-2014

    L-Istat Membru

    Korrezzjonijiet finanzjarji fis-sors ikkonfermati fl-2014 (miljuni ta' EUR)

    Il-Bulgarija

    28

    Ir-Repubblika Ċeka

    407

    L-Irlanda

    0

    Il-Greċja

    88

    Spanja

    0

    Franza

    20

    L-Italja

    4

    Il-Litwanja

    0

    L-Ungerija

    152

    Il-Polonja

    14

    Il-Portugall

    0

    Ir-Rumanija

    133

    Is-Slovakkja

    56

    Ir-Renju Unit

    0

    TOTAL

    903

    Il-korrezzjonijiet fis-sors għall-programmi tal-FEŻR/FK 2007-2013 ġew irrapportati għall-ewwel darba fl-2014. Dawn jirrigwardaw ammonti rrapportati mill-Istati Membri 12 fl-2014, wara talba speċifika mis-servizzi tal-Kummissjoni (talbiet immirati fuq każijiet ewlenin fejn ġew applikati korrezzjonijiet b’rati fissi għal problemi marbuta mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku jew ta’ nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri). Bħala riżultat ta’ dan l-eżerċizzju, EUR 782 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fis-sors ġew identifikati f’sitt Stati Membri b’mod kumulattiv sa mill-2012 u sa tmiem l-2014. Billi kienet l-ewwel sena ta’ rapportar ta' tali informazzjoni, l-ammont sħiħ ta’ korrezzjonijiet fis-sors ġew attribwiti għall-2014, anki jekk xi ammonti li kienu inklużi f'talbiet għall-pagament mibgħuta lill-Kummissjoni fl-2012 u l-2013.

    Il-korrezzjonijiet finanzjarji prinċipali għall-FEŻR/FK huma r-Repubblika Ċeka (EUR 398 miljun), l-Ungerija (EUR 136 miljun), ir-Rumanija (EUR 92 miljun), il-Greċja (EUR 72 miljun) u s-Slovakkja (EUR 56 miljun).

    Għall-FSE, l-Istati Membri prinċipali kkonċernati minn korrezzjonijiet b’rata fissa applikata fl-istess ħin flimkien mad-dikjarazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni, u konsegwentement jikkoreġu n-nefqa ġdida huma: ir-Rumanija (EUR 41 miljun), Franza (EUR 20 miljun), l-Ungerija (EUR 16-il miljun), il-Polonja (EUR 14-il miljun), b’total ta’ EUR 100 miljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji fis-sors ikkonfermati fl-2014.

    Rigward ir-Rumanija, sabiex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-problemi rikorrenti identifikati skont l-FSE, il-Kummissjoni qed taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex issaħħaħ is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom u ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni miftiehem. Barra minn hekk, l-awtorità ta’ awditjar nazzjonali vverifikat kwistjonijiet ta’ akkwist għal għadd ta’ proġetti ta’ riskju għoli u l-iżbalji li nstabu qed jiġu kkoreġuti permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-livell tal-proġetti kkonċernati (li jissostitwixi l-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 25 %). Il-Kummissjoni qed tappoġġa wkoll l-awtoritajiet Rumeni biex tittejjeb is-simplifikazzjoni u l-użu ta’ għodda tal-prevenzjoni u ta' identifikazzjoni tal-frodi, Arachne.

    3.4.Korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl-2014

    Din it-Taqsima tipprovdi opinjonijiet differenti tal-korrezzjonijiet finanzjarji tal-ammonti kkonfermati fl-2014. Tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li d-dejta u l-mapep ippreżentati hawn taħt huma relatati ma’ sena waħda biss, l-2014. Il-livell tal-ammont tal-korrezzjonijiet globali u dak maqsum mill-Istati Membri jinbidel b'mod sinifikanti skont is-sena - ara t-taqsima 4 għall-istampa pluriennali.


    3.4.1. Diżaggregazzjoni skont l-Istat Membru

    Mappa u Tabella 3.4.1: Korrezzjonijiet finanzjarji fl-2014 meta mqabbla mal-pagamenti riċevuti tal-UE; Diżaggregazzjoni skont l-Istat Membru

    L-Istat Membru

    Pagamenti riċevuti mill-baġit tal-UE fl-2014 (miljuni ta' EUR)

    Korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl-2014 (miljuni ta' EUR)

    Korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl-2014 bħala % meta mqabbla mal-pagamenti riċevuti mill-baġit tal-UE fl-2014

    Il-Belġju

    1 028

    17

    1,7 %

    Il-Bulgarija

    2 096

    31

    1,5 %

    Ir-Rep. Ċeka

    4 152

    336

    8,1 %

    Id-Danimarka

    1 212

    9

    0,7 %

    Il-Ġermanja

    9 712

    28

    0,3 %

    L-Estonja

    610

    1

    0,2 %

    L-Irlanda

    1 376

    37

    2,7 %

    Il-Greċja

    6 829

    321

    4,7 %

    Spanja

    10 219

    391

    3,8 %

    Franza

    11 159

    462

    4,1 %

    Il-Kroazja

    407

    Mhux applikabbli

    L-Italja

    9 450

    324

    3,4 %

    Ċipru

    237

     -

    Mhux applikabbli

    Il-Latvja

    1 005

    5

    0,5 %

    Il-Litwanja

    1 774

    0

    0,0 %

    Il-Lussemburgu

    79

    0

    0,2 %

    L-Ungerija

    6 342

    25

    0,4 %

    Malta

    221

    0

    0,0 %

    In-Netherlands

    1 285

    34

    2,7 %

    L-Awstrija

    1 301

    7

    0,5 %

    Il-Polonja

    17 088

    65

    0,4 %

    Il-Portugall

    4 772

    73

    1,5 %

    Ir-Rumanija

    5 775

    93

    1,6 %

    Is-Slovenja

    1 078

    7

    0,6 %

    Is-Slovakkja

    1 577

    137

    8,7 %

    Il-Finlandja

    866

    8

    0,9 %

    L-Iżvezja

    1 338

    4

    0,3 %

    Ir-Renju Unit

    5 685

    89

    1,6 %

    INTERREG

    1 866

    43

    2,3 %

    TOTAL

    110 537

    2 549

    2,3 %

    Il-mappa ta’ hawn fuq tikkunsidra l-piż relattiv tal-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati għal kull Stat Membru meta mqabbel ma’ pagamenti riċevuti mill-baġit tal-UE fis-sena 2014.

     Il-griż ċar juri l-Istati Membri li huma taħt il-medja perċentwali ta’ 2,3 %.

     L-aħmar juri l-Istati Membri li huma 'l fuq mill-medja perċentwali ta’ 2,3 %.

    3.4.2. Diżaggregazzjoni tal-korrezzjonijiet b’rata fissa implimentati fl-2014

    Tabella 3.4.2: Diżaggregazzjoni tal-korrezzjonijiet b’rata fissa implimentati fl-2014

    Total ta’ korrezzjonijiet finanzjarji (EUR miljun)

    Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa* implimentati fl-2014 (miljuni ta' EUR)

    Il-Koeżjoni

    FEŻR u FK

    1 319

    520

    FSE

    289

    185

    FES/SFGS

    41

    4

    FAEGG

    13

    0

    Il-politiki interni

    5

    5

    TOTAL

    1 667

    714

           * Jinkludi korrezzjonijiet estrapolati

    Iċ-ċifri għall-Agrikoltura mhumiex disponibbli.

    3.4.3. Diżaggregazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula.fis-sors

    Tabella 3.4.3: Diżaggregazzjoni tal-korrezzjonijiet ta' Koeżjoni fis-sors ikkonfermati fl-2014

    L-Istat Membru

    Korrezzjonijiet finanzjarji fis-sors implimentati fl-2014 (miljuni ta' EUR)

    Ir-Repubblika Ċeka

    274

    L-Irlanda

    0

    Il-Greċja

    60

    Spanja

    0

    Franza

    20

    L-Italja

    4

    Il-Litwanja

    0

    L-Ungerija

    21

    Il-Polonja

    13

    Il-Portugall

    0

    Ir-Rumanija

    50

    Is-Slovakkja

    56

    Ir-Renju Unit

    0

    TOTAL

    499

    Għall-FEŻR/FK, minn total ta’ EUR 782 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fis-sors irrapportati fl-2014 EUR 430 miljun (55 %) jistgħu jitqiesu bħala li diġà ġew implimentati. L-Istati Membri prinċipali kkonċernati huma r-Repubblika Ċeka (EUR 271 miljun), il-Greċja (EUR 60 miljun) u s-Slovakkja (EUR 56 miljun). Għall-FSE, fil-kuntest tal-korrezzjonijiet fis-sors, l-Istati Membri kkonċernati minn korrezzjonijiet b’rata fissa applikata fl-istess ħin flimkien mad-dikjarazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni, u konsegwentement jikkoreġi n-nefqa ġdida huma: Franza (EUR 20 miljun), l-Ungerija (EUR 16-il miljun), il-Polonja (EUR 13-il miljun) u r-Rumanija (EUR 11-il miljun).

    3.5.Irkupri 

    Tabella 3.5: Irkupri kkonfermati u implimentati fl-2014

    miljuni ta' EUR

    Intestatura tal-QFP

    Total tal-irkupri kkonfermati fl-2014

    Total tal-irkupri implimentati fl-2014

    Tkabbir inklussiv u intelliġenti

    233

    220

    FEŻR

    0

    1

    Fond ta' Koeżjoni

    0

    0

    FSE

    1

    1

    Il-politiki interni

    232

    218

    Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

    435

    366

    FAEG

    213

    150

    L-Iżvilupp Rurali

    165

    167

    SFGS/FES

    29

    25

    Gwida tal-FAEGG

    5

    5

    Il-politiki interni

    23

    19

    Sigurtà u ċittadinanza

    37

    37

    Il-politiki interni

    37

    37

    Ewropa Globali

    127

    108

    Politiki esterni

    127

    108

    Amministrazzjoni

    5

    5

    TOTAL

    838

    736

    L-agrikoltura:

    Matul il-perjodu 2008-2014, il-Kummissjoni awditjat l-applikazzjoni korretta tar-regoli dwar irkupri permezz ta’ 32 missjoni ta’ awditjar fi 19-il Stat Membru (inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE-15 b’livell baxx ta’ rata ta’ rkupru għall-każijiet indikati mill-2007). In-nuqqasijiet li ġew identifikati matul dawn l-awditi qegħdin jiġu segwiti fil-kuntest tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità. Ħlief għal żewġ każijiet, (l-Italja u l-Irlanda), b’mod ġenerali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkollhom proċeduri adegwati fis-seħħ biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE.

    Id-diliġenza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-irkupru tal-każijiet individwali tal-irregolarità l-aktar sinifikanti hija vvalutata fil-kuntest ta’ 25 proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità aktar li għadhom għaddejjin (awditi mhux fuq il-post).

    Fl-2012, investigazzjoni tal-OLAF żvelat xi kwistjonijiet serji għall-Aġenzija tal-Pagamenti Taljana rigward il-kompletezza tal-ktieb tad-debituri, il-preskrizzjoni ta’ ċertu dejn, u xi skemi nazzjonali allegatament iffinanzjati mill-baġit tal-UE. Barra minn hekk, fil-qafas tal-eżerċizzju tal-awditjar tal-2013, il-QEA qajmet ukoll tħassib serju dwar sistemi ta’ ġestjoni tad-dejn implimentati fl-Italja (AGEA), u l-Irlanda (DAFF). Il-Kummissjoni ikkunsidrat dan fl-analiżi tar-riskju tagħha u wettqet missjoni ta’ awditjar fl-Italja f’Settembru 2014, filwaqt li awditjar fl-Irlanda se jsir fis-sena tal-awditjar 2015-2016.

    3.6.Nuqqasijiet fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Istati Membri li ġew identifikati fl-2014 u l-miżuri meħuda 

    3.6.1.     L-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

    In-nuqqasijiet materjali nnutati fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri, kif identifikati minnhom, il-Kummissjoni, il-QEA, u/jew l-OLAF (investigazzjonijiet ta’ frodi) jiġu segwiti mill-qrib mill-Kummissjoni sakemm ikun hemm evidenza affidabbli li d-dgħufijiet ikunu ġew irranġati permezz tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet xierqa mill-Istat Membru, in-nefqa irregolari ddikjarata tkun ġiet ikkoreġuta, u s-sistema l-ġdida turi l-affidabilità tagħha fil-prattika.

    Għall-pagamenti diretti, id-DĠ AGRI fir-RAA 2013 tiegħu għamel riżervi fir-rigward ta’ 15-il Aġenzija tal-Pagamenti Spanjola, Franza, ir-Renju Unit (l-Ingilterra), l-Ungerija, il-Greċja u l-Portugall. Għal Franza, Spanja u l-Ingilterra, il-pjanijiet ta’ azzjoni ta’ rimedju stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali jkomplu jiġu sorveljati mill-Kummissjoni. Għall-Portugall, ġie implimentat il-pjan ta’ azzjoni. Għall-Greċja, għalkemm is-sitwazzjoni kienet tjiebet b’mod sinifikanti, il-pjan ta’ azzjoni nstab li ma ġiex implimentat bis-sħiħ skont is-sett ta’ miri u skadenzi li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tnaqqas il-pagamenti ta’ kull xahar tas-sena ta' talba 2014 għan-nefqa fir-rigward in-nuqqasijiet. Għall-Ungerija, ma tqiesx meħtieġ li jiġi stabbilit pjan ta’ azzjoni formali għal problemi speċifiċi li kienu jeżistu fl-2013 u l-2014. Dawn jirrigwardaw il-kontroll stabbilit li għandu jiġi riformat fil-kuntest tar-reġim ġdid ta’ pagamenti diretti mis-sena ta’ talba 2015. Għal Franza, il-pjan ta’ azzjoni li ġie ffinalizzat fil-15 ta’ Novembru 2013 qed jiġi segwit permezz ta’ rapportar ta’ kull tliet xhur u, fejn meħtieġ, missjonijiet ta’ awditjar.

    Għar-RAA tal-2013, id-DĠ AGRI aġġusta l-istatistika tal-kontroll tal-Istati Membri biex tirrifletti l-erruri mhux identifikati u b’hekk mhux irrapportati u ikkalkula rata ta’ errur ta’ 5,2 %. Minħabba li din il-ħidma twettqet fil-livell tal-Aġenzija tal-Pagamenti, approċċ immirat kien possibbli fir-rigward tar-riżervi u dan wassal li d-Direttur Ġenerali jkun jista' joħroġ riżervi għall-31 Aġenzija tal-Pagamenti minflok matul il-perjodu kollu tal-attività ABB.

    Fl-2014, il-Kummissjoni saħħet aktar il-pjanijiet ta’ azzjoni eżistenti li jindirizzaw ir-riżervi msemmijin hawn fuq, abbażi ta’ kooperazzjoni mtejba u analiżi fis-servizzi tal-Kummissjoni u djalogu intensiv mal-Istati Membri. B’segwitu ta’ dan l-approċċ, it-Task Force ad hoc tal-AGRI li nħoloq fl-2012 kompla jiltaqa’ u jiżviluppa analiżi u strateġija fil-Kummissjoni, filwaqt li ġiet implimentata sistema mtejba ta’ rapportar mill-Istati Membri kollha dwar il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis tar-rati ta’ erruri. Dan jinkludi enfasi aktar qawwi fuq segwitu regolari dwar ir-riżultati tal-awditjar, kif ukoll l-indikaturi mtejba u l-istadji importanti għal skopijiet ta’ monitoraġġ. Fl-2014, il-Kummissjoni żviluppat ukoll għodda ġdida fl-IT li tippermettilha li tiġbor u tuża informazzjoni meħuda minn pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali b’mod aktar effiċjenti u b’mod konsistenti.

    Mill-2013, ġew organizzati erba’ seminars dwar ir-rati ta’ erruri, li tnejn minnhom saru fl-2014, biex jiġi ppreżentat l-istat attwali rigward l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni, jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u tiġi pprovduta gwida. Dawn is-seminars ta' darbtejn fis-sena jiġu organizzati b’mod konġunt fil-qafas tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, sabiex ikun żgurat l-involviment ta’ kemm l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u l-Aġenziji ta’ Pagament. Għalhekk, kull semestru titwettaq analiżi tal-azzjonijiet tal-proċess ta’ segwitu immonitorjat mill-qrib. Sadattant, l-uffiċċji ġeografiċi żguraw is-segwitu ta’ din il-kwistjoni mal-Istati Membri f'laqgħat annwali u ad hoc, kumitati ta’ monitoraġġ u jekk ikun rilevanti fil-kuntest ta’ emendi fil-programm.

    B’mod parallel, issaħħet il-kapaċità tal-awditjar rilevanti tal-Kummissjoni. L-għadd ta’ missjonijiet ta’ awditjar żdied u l-awditjar jiffoka fuq kwistjonijiet speċifiċi relatati mar-rati ta’ erruri.

    Barra minn hekk, il-qafas ġuridiku jippermetti għal interruzzjoni u sospensjoni ta’ pagamenti f’każ ta’ nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-infiq imwettqa taħt il-FAEŻR fil-perjodu 2007-2013 jew 2014-2020. Rigward il-qafas ġuridiku l-ġdid (ir-Regolament 1305/2013), l-Artikolu 62 jiżgura li kemm l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u l-Aġenzija tal-Pagamenti jwettqu valutazzjoni ex-ante ta’ kull proposta ta' programm, li tiddikjara li l-miżuri pprogrammati huma verifikabbli u kontrollabbli. Qabel ma japprovaw il-programmi is-servizzi tal-Kummissjoni janalizzaw bir-reqqa din il-valutazzjoni.

    Fl-aħħar nett, in-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali se jkollu rwol ikbar fit-tixrid ta’ prattiki tajba relatati mat-tnaqqis tar-rati ta’ erruri. Fl-ewwel semestru tal-2015, ġie organizzat taħriġ għall-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni dwar is-suġġetti li ġejjin: għażliet ta’ kostijiet simplifikati, raġunijiet jew kostijiet, l-akkwist pubbliku u pagamenti agroambjentali orjentati lejn il-kisba ta’ riżultati: approċċ kollettiv.

    3.6.2.     Il-Koeżjoni

    Għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni 2007-2013, ix-xogħol ta’ awditjar tal-Kummissjoni fl-2014 iffoka fuq ħames inkjesti ta’ awditjar, kif ukoll missjonijiet speċifiċi ta’ ġbir ta’ fatti sabiex jiġu ivvalidati r-rati ta’ erruri magħżula tal-ACR. Sabiex ir-riżultati tal-awditjar tal-awtoritajiet tal-awditjar ikunu jistgħu jiġu vvalidati jitwettaq awditjar fuq il-post fil-livell ta’ programmi tal-awtoritajiet u/jew korpi intermedjarji, u normalment jinkludi awditjar ta’ evidenza għall-awditjar fis-sors, fuq il-post, fil-livell tal-benefiċjarji/proġetti. Ir-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju tal-awditjar huwa li l-Kummissjoni ġeneralment tista’ sserraħ fuq ix-xogħol ta’ 42 minn 47 awtorità tal-awditjar li ġew awditjati, li huma responsabbli mill-awditjar ta’ 91 % tal-allokazzjonijiet tal-FEŻR/FK għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

    Ix-xogħol ta’ awditjar imwettaq bejn l-2010 u l-2014 jikkonferma li l-verifiki ta' ġestjoni (kontrolli tal-ewwel livell) immexxija mill-Istati Membri jibqgħu kwistjoni ewlenija. Fil-fatt, l-awditi tal-verifiki ta' ġestjoni mwettqa fl-2014 mill-Kummissjoni, ikkonfermaw li ġew identifikati nuqqasijiet fl-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kontrolli f’66 % tal-missjonijiet imwettqa, b’mod partikolari fil-qasam tal-akkwist pubbliku (kwistjonijiet identifikati fi 58 % tal-missjonijiet).

    Kwistjonijiet oħra ġew identifikati f’oqsma bħalma huma l-eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet (l-awditi mwettqa dwar l-għażla ta’ operazzjonijiet fl-Ungerija, ir-Rumanija, il-Greċja, l-Italja u s-Slovenja) u l-għajnuna mill-Istat (indirizzata f’awditjar fuq programmi ta’ kompetittività fis-Slovenja, l-Ungerija, il-Greċja, ir-Rumanija, l-Italja u fil-missjoni lejn Spanja fil-livell taż-żewġ korpi intermedjarji). F’dawn it-tliet oqsma (l-akkwist pubbliku, l-eliġibbiltà, l-għajnuna mill-Istat) hemm problemi wkoll irrapportati fl-awditi mill-QEA.

    Analiżi dettaljata dwar ir-riżervi maħruġa mid-Direttur Ġenerali u l-pjanijiet ta’ azzjoni relatati fuq il-livell tal-programm tingħata fir-RAA tal-2014 tad-DĠ REGIO.

    Għall-FSE, ir-riżultati ewlenin fl-awditi tas-sistema jikonċernaw: għażla tal-operazzjonijiet, verifiki ta’ ġestjoni mhux adegwati, nuqqas ta’ rekord tal-awditjar, sistemi tal-IT mhux affidabbli, nuqqasijiet fil-proċess taċ-ċertifikazzjoni, affidabbiltà mhux suffiċjenti ta’ rapporti ta’ awditjar tas-sistema nazzjonali, ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku u nuqqas ta' eliġibbiltà tan-nefqa.

    Il-verifiki tal-ġestjoni mwettqa mill-Istati Membri jibqgħu kwistjoni ewlenija. L-awditi tal-verifika tal-ġestjoni mwettqa fl-2014 mill-Kummissjoni ikkonfermaw id-dgħufijiet prinċipali li ġejjin fl-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kontrolli, li kienu diġà ġew identifikati fl-2013: in-natura formali ta’ verifiki amministrattivi, verifiki mhux suffiċjenti ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku, in-nuqqas ta' struttura/organizzazzjoni tal-awtorità ta’ ġestjoni jew il-korp intermedju, nuqqas ta’ taħriġ u superviżjoni f’każ ta’ delega ta’ responsabbiltajiet, il-verifiki tal-ġestjoni mwettqa wara ċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa u nuqqas ta’ gwida u ta’ taħriġ għall-benefiċjarji.

    Fl-2014, saru riżervi tar-RAA minħabba nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ta’ dawn il-programmi operattivi tal-EFF: Il-Ġermanja (Mecklenburg-Vorpommern), l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja u r-Rumanija. Il-ħames programmi operazzjonali kollha kkonċernati ġew affettwati minn żball materjali, kif rapportat fl-ACRs. Ittri bi pjanijiet ċari ta’ azzjoni ntbagħtu fl-Istati Membri kollha affettwati, li jispeċifikaw l-azzjoni korrettiva meħtieġa li għandha tittieħed biex il-pagamenti jkunu jerġgħu jistgħu jibdew.

    4.KORREZZJONIJIET FINANZJARJI KUMULATTIVI U RKUPRI FI TMIEM l-2014

    4.1.Ħarsa ġenerali

    Iċ-ċifri kumulattivi jipprovdu informazzjoni utli dwar is-sinifikat tal-mekkaniżmi korrettivi użati mill-Kummissjoni, b'mod partikulari minħabba li jikkunsidraw in-natura pluriennali tal-programmi u l-proġetti u jinnewtralizzaw l-impatt ta’ avvenimenti ta’ darba:



    4.1.1.    Perjodu 2009-2014

    Il-grafiki ta’ hawn taħt juru l-evoluzzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri kkonfermati u implimentati matul dawn l-aħħar sitt snin:

    Graffi 4.1: Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri 2009-2014 (f'biljuni ta' EUR):

    Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri kkonfermati 2009-2014 (f'biljuni ta' EUR):

    Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri implimentati 2009-2014 (f'biljuni ta' EUR)

    Il-medja tal-ammont tal-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri kkonfermati kull sena matul il-perjodu mill-2009 sal-2014 kienet ta' EUR 3,2 biljun jew 2,4 % tal-medja tal-ammont tal-pagamenti mill-baġit tal-UE ta' EUR 133 biljun (ġestjoni konġunta: EUR 2,8 biljun jew 2,8 % tal-medja tal-ammont tal-pagamenti ta' EUR 102 biljun; it-tipi l-oħra kollha ta’ ġestjoni: EUR 366 miljun jew 1,2 % tal-medja tal-ammont tal-pagamenti ta' EUR 30.5 biljun.) Ix-xejra għal ammonti kkonfermati qed tiżdied ftit, u dan juri li l-qafas ta’ kontroll pluriennali jipproteġi l-baġit tal-UE b’suċċess matul iż-żmien.

    Il-medja tal-ammont ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri implimentati għall-2009-2014 kienet ta’ EUR 2,8 biljun, li tirrappreżenta 2,1 % tal-ammont medju ta’ pagamenti mill-baġit tal-UE f’dak il-perjodu (ġestjoni konġunta: EUR 2,5 biljun jew 2,4 % tal-medja tal-ammont tal-pagamenti; it-tipi l-oħra kollha ta’ ġestjoni: EUR 356 miljun jew 1,2 % tal-medja tal-ammont tal-pagamenti). Ix-xejra li qed tiżdied murija hawn fuq tista' tiġi spjegata bl-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, billi għadd sinifikanti ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri huma implimentati biss f’dak l-istadju (ara hawn taħt). Għall-Agrikoltura, l-impatt ta’ eżekuzzjoni ta’ xi korrezzjonijiet finanzjarji netti permezz ta’ tliet pagamenti parzjali annwali huwa rifless f’żieda aktar baxxa mill-ammonti li fil-fatt ġew implimentati meta mqabbla mal-ammonti deċiżi mill-Kummissjoni.

    4.1.2.    Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar korrezzjonijiet finanzjarji tal-politika Reġjonali

    Matul l-2015, inħarġu sentenzi mill-Qorti tal-Ġustizzja li jannullaw għadd ta’ deċiżjonijiet ta' korrezzjonijiet finanzjarji tal-politika reġjonali meħuda bejn l-2008 u l-2010. Dawn il-korrezzjonijiet kienu jammontaw għal kważi EUR 0,5 biljun u relatati mal-perjodu ta’ programmazzjoni 1994-1999. Is-sentenzi jirriflettu kwistjonijiet proċedurali li jirriżultaw mir-Regolament 1083/2006. Il-Kummissjoni qiegħda tanalizza l-impatt.

    4.2.Korrezzjonijiet finanzjarji

    4.2.1.    Ħarsa ġenerali

    Tabella 4.2.1: Korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi kkonfermati u perċentwal ta' implimentazzjoni sa tmiem l-2014

    miljuni ta' EUR

    Perjodu ta’ Programmazzjoni

    Deċiżjonijiet akkumulati tal-FAEG

    Total tal-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati fi tmiem l-2014

    Implimentazzjoni fi tmiem l-2014 (f'%)

    Korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati fi tmiem l-2013

    Implimentazzjoni fi tmiem l-2013 (f'%)

    Perjodu 1994-1999

    Perjodu 2000-2006

    Perjodu 2007-2013

    L-Agrikoltura

    -

    126

    580

    10 808

    11 514

    82,8 %

    9 634

    89,6 %

    FAEG

    -

    -

    -

    10 808

    10 808

    83,7 %

    9 148

    90,0 %

    L-Iżvilupp Rurali

    -

    126

    580

    Mhux applikabbli

    706

    69,3 %

    486

    83,2 %

    Il-Politika ta' Koeżjoni

    2 723

    8 437

    3 043

    Mhux applikabbli

    14 203

    92,2 %

    12 189

    93,8 %

    FEŻR

    1 794*

    5 638

    1 541

    Mhux applikabbli

    8 973

    91,9 %

    7 643

    93,8 %

    Il-Fond ta' Koeżjoni

    268

    780

    448

    Mhux applikabbli

    1 496

    88,7 %

    1 204

    90,7 %

    FSE

    560

    1 811

    1 029

    Mhux applikabbli

    3 399

    96,5 %

    3 057

    97,9 %

    SFGS/FES

    100

    125

    25

    Mhux applikabbli

    250

    60,4 %

    211

    51,8 %

    Gwida tal-FAEGG

    2

    83

    -

    Mhux applikabbli

    85

    100,0 %

    73

    100 %

    Oħrajn

    -

    -

    -

    Mhux applikabbli

    9

    100,0 %

    4

    100 %

    Total

    2 723

    8 563

    3 623

    10 808

    25 726

    88,0 %

    21 827

    91,9 %

    * Fl-2015 il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet favur l-Istati Membri benefiċjarji għal numru ta’ każijiet legali (EUR 0,5 biljun) rigward il-korrezzjonijiet finanzjarji tal-FEŻR implimentati fl-2008/10 (ara t-taqsima 4.1.2.).

    Il-perjodi ta’ programmazzjoni differenti fil-politika ta’ Koeżjoni juru b’mod ċar in-natura pluriennali taċ-ċiklu tal-baġit tal-UE. Billi l-perjodu 2000-2006 riesaq lejn tmiem il-proċess tal-għeluq, l-ammont ta’ korrezzjonijiet finanzjarji huwa konsiderevolment ogħla, speċjalment meta mqabbel mal-perjodu 2007-2013. Il-korrezzjonijiet finanzjarji għal dan il-perjodu aktar riċenti huma mistennija li jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin billi l-programmi jibdew jintemmu (xi wħud qed jilħqu limitu ta’ pagamenti ta’ 95 %) iżda għandhom ikunu ta’ sinifikanza iktar baxxa meta mqabbla mal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti minħabba s-suċċess ta’ miżuri preventivi.

    4.2.2.    Agrikoltura – FAEG: korrezzjonijiet finanzjarji skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità

    Fir-rigward tal-FAEG, l-ammont ta’ korrezzjonijiet finanzjarji deċiż mill-Kummissjoni mill-1999 ‘l hawn jammonta għal EUR 10 808 miljun (minn 47 deċiżjoni adottata). Ir-rata medja ta’ korrezzjoni għal kull sena finanzjarja għall-perjodu 1999-2014 kienet ta' 1,7 % tan-nefqa. Ladarba jiġu deċiżi mill-Kummissjoni, il-korezzjonijiet huma implimentati awtomatikament ħlief jekk Stat Membru jkun ingħata l-possibbiltà tal-ħlas fi tlett pagamenti annwali.

    Tabella 4.2.2: FAEG: Korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi deċiżi skont l-approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet mill-1999 sa tmiem l-2014; Diżaggregazzjoni skont l-Istat Membru

    miljuni ta' EUR

    Stat Membru

    Pagamenti tal-FAEG riċevuti mill-baġit tal-UE

    % tal-pagamenti riċevuti meta mqabbla ma’ pagamenti totali

    Korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi tal-FAEG fi tmiem l-2014

    % meta mqabbla ma’ pagamenti li waslu mill-baġit tal-UE

    % meta mqabbla mal-ammont totali ta’ korrezzjonijiet finanzjarji

    Il-Belġju

    12 243

    1,9 %

    43

    0,4 %

    0,4 %

    Il-Bulgarija

    2 583

    0,4 %

    69

    2,7 %

    0,6 %

    Ir-Repubblika Ċeka

    5 636

    0,9 %

    8

    0,1 %

    0,1 %

    Id-Danimarka

    17 282

    2,7 %

    192

    1,1 %

    1,8 %

    Il-Ġermanja

    87 523

    13,4 %

    198

    0,2 %

    1,8 %

    L-Estonja

    624

    0,1 %

    1

    0,1 %

    0,0 %

    L-Irlanda

    19 570

    3,0 %

    49

    0,3 %

    0,5 %

    Il-Greċja

    39 372

    6,0 %

    2 389

    6,1 %

    22,1 %

    Spanja

    87 622

    13,5 %

    1 496

    1,7 %

    13,8 %

    Franza

    138 554

    21,3 %

    2 519

    1,8 %

    23,3 %

    Il-Kroazja

    7 687

    1,2 %

    -

    Mhux applikabbli

    Mhux applikabbli

    L-Italja

    73 157

    11,2 %

    1 874

    2,6 %

    17,3 %

    Ċipru

    395

    0,1 %

    10

    2,4 %

    0,1 %

    Il-Latvja

    897

    0,1 %

    0

    0,1 %

    0,0 %

    Il-Litwanja

    2 474

    0,4 %

    18

    0,7 %

    0,2 %

    Il-Lussemburgu

    471

    0,1 %

    5

    1,1 %

    0,0 %

    L-Ungerija

    8 614

    1,3 %

    57

    0,7 %

    0,5 %

    Malta

    32

    0,0 %

    0

    0,9 %

    0,0 %

    In-Netherlands

    17 214

    2,6 %

    183

    1,1 %

    1,7 %

    L-Awstrija

    11 173

    1,7 %

    12

    0,1 %

    0,1 %

    Il-Polonja

    19 972

    3,1 %

    92

    0,5 %

    0,9 %

    Il-Portugall

    11 013

    1,7 %

    207

    1,9 %

    1,9 %

    Ir-Rumanija

    6 117

    0,9 %

    196

    3,2 %

    1,8 %

    Is-Slovenja

    766

    0,1 %

    20

    2,6 %

    0,2 %

    Is-Slovakkja

    2 458

    0,4 %

    2

    0,1 %

    0,0 %

    Il-Finlandja

    8 440

    1,3 %

    31

    0,4 %

    0,3 %

    L-Iżvezja

    11 235

    1,7 %

    117

    1,0 %

    1,1 %

    Ir-Renju Unit

    58 272

    8,9 %

    1 018

    1,7 %

    9,4 %

    Total

    651 394

    100,0 %

    10 808

    1,7 %

    100,0 %



    Graff 4.2.2: FAEG: Il-korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi tal-Istati Membri skont l-approvazzjoni ta' konformità tal-kontijiet mill-1999 sa tmiem l-2014 meta mqabbla mal-pagamenti riċevuti mill-baġit tal-UE

    4.2.3.    Il-Politika ta’ Koeżjoni: FEŻR & FSE 2000-2006

    Billi l-għeluq tal-perjodu 2000-2006 qiegħed fl-istadju tat-tlestija, jista' jsir paragun utli tar-riżultati ġenerali tal-azzjonijiet korrettivi mal-flejjes totali minfuqa u għaldaqstant hu possibbli li jkun hemm stampa aktar sħiħa tal-impatt tal-mekkaniżmi korrettivi 13 . Għall-fondi tal-FEŻR u l-FSE fi tmiem l-2014, l-ammont kombinat tal-korrezzjoni finanzjarja, abbażi tal-ħidma ta' superviżjoni tal-Kummissjoni biss, kien ta' EUR 8,2 biljun. Dan jikkorrispondi għal madwar 4,1 % tal-allokazzjonijiet (EUR 196,9 biljun) fi tmiem l-2014. Ir-rata ta’ korrezzjoni tiżdied għal iktar minn 4,6 % meta tqis il-korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali rrappurtati mill-Istati Membri u relatati mal-attività ta’ kontroll tagħhom stess.



    Fi tmiem l-2014, il-Kummissjoni għalqet 338 programm tal-FEŻR (imqabbla ma’ 316 fi tmiem l-2013) minn total ta’ 379 programm. Il-41 programm li jifdal jirrappreżentaw każijiet fejn l-Istati Membri kkontestaw il-korrezzjonijiet finanzjarji proposti mill-Kummissjoni, ippreżentaw informazzjoni addizzjonali biex jiġu kkunsidrati jew talbu l-ħlas lura ta’ ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati. Dawn il-każijiet huma segwiti minn proċeduri ta’ korrezzjoni finanzjarja (seduti) u deċiżjonijiet dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati.

    Għall-FEŻR, il-korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-Kummissjoni fuq l-Istati Membri kollha b’mod kumulattiv sa tmiem l-2014 huma EUR 5,8 biljun, li jirrappreżentaw madwar 4,5 % tal-allokazzjonijiet totali għall-programmi kollha tal-perjodu 2000-2006. Dan il-proċess jista’ jiġi maqsum f’EUR 4,1 biljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programmi u EUR 1,6 biljun oħra ta’ korrezzjonijiet finanzjarji applikati fl-għeluq tal-programmi. L-Istati Membri prinċipali kkonċernati huma Spanja (EUR 2,6 biljun), l-Italja (EUR 1,2 biljun) u l-Greċja (EUR 1,2 biljun).

    Għall-FSE, il-proċess tal-għeluq kien iffinalizzat fi tmiem l-2014. Fit-30 ta’ Ġunju 2015 is-servizzi tal-Kummissjoni jistmaw li l-ammont totali ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 - b’kont meħud tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għaddejjin - se jammontaw għal EUR 2,4 biljun għall-programmi tal-FSE, li jirrappreżentaw 3,6 % tal-allokazzjoni tal-FSE. Dan il-proċess jista’ jiġi maqsum f’EUR 1,2 biljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programmi u EUR 1,2 biljun oħra ta’ korrezzjonijiet finanzjarji applikati fl-għeluq tal-programmi.

    Fil-kuntest tal-għeluq tal-programmi Spanjoli tal-FSE, għal tlieta minn 38 programm il-proposta tal-għeluq ġiet miċħuda mill-awtoritajiet Spanjoli minkejja analiżi tal-għeluq tal-argumenti kollha u l-informazzjoni ppreżentati mill-Kummissjoni. Fi tmiem l-2014, il-korrezzjonijiet finanzjarji li kienu jinsabu għaddejjin għal Spanja kienu jammontaw għal EUR 59 miljun u kienu jirrappreżentaw impenji pendenti mblukkati ta’ EUR 34 miljun. Matul l-2015, proposta waħda (1) ta’ għeluq ġiet aċċettata mill-awtoritajiet lokali. Il-proċedura li tippreċedi l-korrezzjoni ta' programmi oħra ġiet mibdija.

    Graff 4.2.3: Korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi tal-Istati Membri kkonfermati u li jinsabu għaddejjin fil-31 ta' Diċembru 2014 għall-perjodu ta’ programmazzjoni tal-FEŻR u l-FSE 2000-2006 meta mqabbel ma’ kontribuzzjonijiet riċevuti

    4.2.4.    Il-Politika ta’ Koeżjoni: FEŻR/FK u FSE 2007-2013

    F’dan l-istadju tal-perjodu ta’ programmazzjoni, l-ammonti kumulattivi kkorreġuti sa issa jirrappreżentaw 0,9 % tal-allokazzjonijiet baġitarji. Filwaqt li l-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2007-2013 huma mistennija li jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin hekk kif il-programmi jibdew jintemmu, iċ-ċifri sa issa jindikaw volum ġenerali baxx ta’ korrezzjonijiet finanzjarji meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti. Dan jirrifletti t-titjib fil-kapaċità tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jidentifikaw problemi u jikkoreġu żbalji qabel ma tiġi ddikjarata n-nefqa lill-Kummissjoni, kif rifless fir-rati baxxi ta’ żbalji għall-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu 2007-2013 meta mqabbel mal-perjodu 2000-2006. Qed issir referenza wkoll għall-korrezzjonijiet li saru mill-Istati Membri f’dan il-perjodu – ara t-taqsima 7.



    Tabella 4.2.4: Perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 – Korrezzjonijiet finanzjarji għall-FEŻR/FK & FSE ikkonfermati u li kienu għaddejjin fil-31 ta' Diċembru 2014; Diżaggregazzjoni skont l-Istat Membru

    miljuni ta' EUR

    Stat Membru

    L-ammont ta’ kontribuzzjoni tal-FEŻR/FK u FSE għall-2007-2013

    % tal-kontribuzzjoni li jammonta għal kontribuzzjonijiet totali

    Korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati

    Korrezzjonijiet finanzjarji li jinsabu fil-proċess (ittri ta' għeluq mibgħuta)

    Total ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti għall-2007-2013

    Perċentwali tal-korrezzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻR/FK+FES

    Sehem ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti meta mqabbla mat-total ta’ korrezzjonijiet finanzjarji

    Il-Belġju

    2 063

    0,6 %

    22

    1

    23

    1,1 %

    0,7 %

    Il-Bulgarija

    6 674

    1,9 %

    87

    -

    87

    1,3 %

    2,7 %

    Ir-Repubblika Ċeka

    26 540

    7,6 %

    715

    61

    776

    2,9 %

    23,6 %

    Id-Danimarka

    510

    0,1 %

    0

    -

    0

    0,0 %

    0,0 %

    Il-Ġermanja

    25 488

    7,3 %

    26

    9

    35

    0,1 %

    1,1 %

    L-Estonja

    3 403

    1,0 %

    10

    -

    10

    0,3 %

    0,3 %

    L-Irlanda

    751

    0,2 %

    21

    -

    21

    2,8 %

    0,6 %

    Il-Greċja

    20 210

    5,8 %

    219

    88

    306

    1,5 %

    9,3 %

    Spanja

    34 649

    10,0 %

    368

    82

    450

    1,3 %

    13,7 %

    Franza

    13 449

    3,9 %

    48

    2

    50

    0,4 %

    1,5 %

    Il-Kroazja

    858

    0,2 %

    -

    -

    -

    0,0 %

    0,0 %

    L-Italja

    27 923

    8,0 %

    110

    15

    124

    0,4 %

    3,8 %

    Ċipru

    612

    0,2 %

    -

    -

    -

    Mhux applikabbli

    Mhux applikabbli

    Il-Latvja

    4 530

    1,3 %

    23

    -

    23

    0,5 %

    0,7 %

    Il-Litwanja

    6 775

    2,0 %

    0

    -

    0

    0,0 %

    0,0 %

    Il-Lussemburgu

    50

    0,0 %

    0

    -

    0

    0,9 %

    0,0 %

    L-Ungerija

    24 908

    7,2 %

    340

    -

    340

    1,4 %

    10,3 %

    Malta

    840

    0,2 %

    -

    -

    -

    Mhux applikabbli

    Mhux applikabbli

    In-Netherlands

    1 660

    0,5 %

    -

    -

    -

    Mhux applikabbli

    Mhux applikabbli

    L-Ungerija

    1 204

    0,3 %

    12

    6

    18

    1,5 %

    0,5 %

    Il-Polonja

    67 186

    19,3 %

    238

    -

    238

    0,4 %

    7,2 %

    Il-Portugall

    21 412

    6,2 %

    22

    -

    22

    0,1 %

    0,7 %

    Ir-Rumanija

    19 058

    5,5 %

    501

    -

    501

    2,6 %

    15,2 %

    Is-Slovenja

    4 101

    1,2 %

    19

    -

    19

    0,5 %

    0,6 %

    Is-Slovakkja

    11 496

    3,3 %

    169

    0

    169

    1,5 %

    5,1 %

    Il-Finlandja

    1 596

    0,5 %

    0

    -

    0

    0,0 %

    0,0 %

    L-Iżvezja

    1 626

    0,5 %

    1

    -

    1

    0,1 %

    0,0 %

    Ir-Renju Unit

    9 891

    2,8 %

    64

    7

    71

    0,7 %

    2,2 %

    Transfruntier

    7 987

    2,3 %

    3

    -

    3

    0,0 %

    0,1 %

    Total

    347 450

    100,0 %

    3 018

    269

    3 287

    0,9 %

    100,0 %

    Billi l-programmi 2007-2013 għandhom aktar min fond wieħed, ma hemm l-ebda firda bejn il-FEŻR u l-FK fit-tabella ta’ hawn fuq.



    Graff 4.2.4: Korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi tal-Istati Membri kkonfermati u li jinsabu għaddejjin fil-31 ta' Diċembru 2014 għall-perjodu ta’ programmazzjoni tal-FEŻR/FK u FSE 2007-2013 meta mqabbel ma’ kontribuzzjonijiet riċevuti

    Għall-programmi tal-FEŻR/FK, il-Kummissjoni imponiet madwar EUR 2 biljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (li jinkludu EUR 782 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Istati Membri qabel jew fl-istess ħin jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni bħala riżultat ta’ azzjonijiet rimedjali rikjesti, ara wkoll korrezzjonijiet “fis-sors” hawn fuq) u EUR 237 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li għadhom għaddejjin. L-Istati Membri prinċipali kkonċernati huma r-Repubblika Ċeka (EUR 719-il miljun), l-Ungerija (EUR 298 miljun), il-Greċja (EUR 257 miljun), Spanja (EUR 237 miljun), is-Slovakkja (EUR 152 miljun), ir-Rumanija (EUR 146 miljun) u l-Italja (EUR 105 miljun).

    Rigward il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, fl-2014, il-Kummissjoni kompliet teżerċita b’mod rigoruż ir-rwol superviżorju tagħha billi interrompiet/issospendiet pagament hekk kif defiċjenzi ġew identifikati u żgurat li l-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom. L-objettiv kien li jiġi identifikat u indirizzat kull riskju materjali pendenti ewlieni sabiex tiġi żgurata protezzjoni xierqa tal-baġit tal-UE, u sabiex jintlaħaq riskju residwu aċċettabbli mill-għeluq tal-programmi. Dan irriżulta f’titjib ġenerali għall-perjodu 2007-2013 meta mqabbel mal-2000-2006, u b’xejra pożittiva fir-rigward tal-inċidenza ta' żbalji fin-nefqa ta' Koeżjoni matul is-snin, grazzi għal sensiela ta’ azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, kif deskritt hawn taħt.

    Għall-FSE, l-Istati Membri bl-ogħla livell ta’ ċifri ta’ korrezzjoni finanzjarja kumulattiva huma r-Rumanija (EUR 355 miljun), Spanja (EUR 213-il miljun) u l-Polonja (EUR 152 miljun).

    It-titjib li ġej sar għall-perjodu 2007-2013 għall-programmi tal-FEŻR/FK u tal-FSE:

    (A) It-tisħiħ tal-kontrolli nazzjonali

    Il-kapaċità ta' sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji qabel ma tiġi ddikjarata n-nefqa lill-Kummissjoni ġiet imsaħħa. Minn naħa waħda, is-servizzi tal-Kummissjoni investew sforzi ta’ ġestjoni u awditjar sinifikanti fit-titjib tal-funzjonament tal-verifiki tal-ewwel livell tal-Istati Membri. Min-naħa l-oħra, ir-regolamenti 2007-2013 inkludew l-obbligu li l-awtoritajiet tal-awditjar, bħala regola ġenerali, jużaw kampjuni tal-istatistika għall-awditjar tal-operazzjonijiet. Dan, assoċjat ma’ sorveljanza u gwida eżawrjenti tal-awditjar mill-Kummissjoni li jwasslu għal sforzi konsiderevoli tal-bini ta' kapaċità, għen ħafna sabiex tittejjeb l-affidabbiltà tar-rati ta’ żball irrappurtati fuq bażi annwali lill-Kummissjoni fl-ACRs tal-Istati Membri u użati bħala indikaturi tal-effettività tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll fil-proċess ta’ assigurazzjoni tal-Kummissjoni. Il-ħidma tal-awditjar tal-Kummissjoni tista’ b’hekk tinbidel lejn il-ksib ta’ assigurazzjoni fuq il-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar, b’enfasi fuq dawk l-aktar dgħajfa jew fuq dawk li jiżguraw l-ogħla kopertura tal-Fondi tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qiegħda kontinwament issegwi n-nuqqasijiet u l-monitoraġġ identifikati li l-kwalità tal-ħidma tal-awtorità tal-awditjar tibqa’ soddisfaċenti meta jingħata l-istatus tal-awditu uniku lil programm. Il-kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-awditjar tiżgura s-sejba f’waqtha u soluzzjoni ta’ problemi diġà fil-livell nazzjonali. Tikkontribwixxi wkoll għat-titjib tal-proċess tal-assigurazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni.

    (B) Awditi tal-Kummissjoni fuq il-post

    Il-Kummissjoni twettaq ukoll l-awditi tagħha stess fuq il-post ibbażati fuq ir-riskju, inklużi awditi fil-livell tal-benefiċjarji, jekk hija tqis li ċerti nuqqasijiet (partikolarment dwar kwistjonijiet kumplessi bħall-akkwist pubbliku jew kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat għal FEŻR/FK) jistgħu jibqgħu mistura jew ma jinstabux b'mod f’waqtu. Dan jinkludi l-verifikazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni korrettivi f’każ ta’ interruzzjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji. Dawn l-awditi jikkontribwixxu għal titjib fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għal programmi mqegħdin taħt riżerva li tiżgura li n-nefqa tal-passat u tal-futur iddikjarata lill-Kummissjoni hija legali u regolari. Dan jipprovdi wkoll sors addizzjonali u iktar dirett ta’ assigurazzjoni lill-Kummissjoni.

    (C) Identifikazzjoni aħjar tal-problemi

    Il-kapaċità mtejba biex jinqabdu l-problemi intużat b’mod proattiv sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-Istati Membri, filwaqt li jiġu implimentati l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa. L-użu sistematiku u konsistenti mill-Kummissjoni ta' interruzzjonijiet u/jew sospensjonijiet tal-pagamenti għal programmi b’nuqqasijiet sinifikanti fil-ġestjoni tagħhom mill-2008, jew id-deċiżjoni li d-Diretturi Ġenerali jippubblikaw ittri ta’ twissija meta ma jkun hemm l-ebda pagamenti pendenti, evita r-rimborżi tan-nefqa tal-UE b’riskju għoli ta’ żball, filwaqt li pprovda wkoll inċentivi qawwija sabiex l-Istati Membri jtejbu malajr is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom. Fl-istess ħin, il-ħidma konġunta tal-awtoritajiet ta’ kontroll tal-UE u tal-Istati Membri ppermettiet li jkun hemm ftehim aħjar dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji neċessarji u l-implimentazzjoni tagħhom sabiex il-baġit tal-UE jkun debitament protett kontra l-infiq irregolari, inkluż permezz ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa. L-Istati Membri, min-naħa tagħhom, kienu kapaċi jużaw mill-ġdid ir-riżorsi tal-UE li huma affettwati minn dawn il-korrezzjonijiet għal proġetti oħrajn. Madankollu, dawn il-korrezzjonijiet għad għandhom impatt finanzjarju u politiku kbir fl-Istati Membri kkonċernati billi n-nefqa rregolari trid tiġi ffinanzjata minn riżorsi nazzjonali sakemm ma tiġix irkuprata mingħand il-benefiċjarji.

    (D) Azzjonijiet li jibnu l-kapaċità

    Sabiex jiġu mitigati r-riskji u n-nuqqasijiet identifikati li jkun għad fadal fl-Istati Membri u fil-programmi fil-livell tal-awtoritajiet maniġerjali, il-Kummissjoni ħadet ukoll inizjattivi sabiex timplimenta azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità addizzjonali għall-programmi 2007-2013. Twaqqaf Ċentru ta’ Kompetenza ġdid dwar il-bini tal-kapaċità amministrattiva fil-bidu tal-2013 sabiex jiġu appoġġati l-amministrazzjonijiet pubbliċi li jimmaniġġjaw il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni. Għall-akkwist pubbliku, iċ-Ċentru ta’ Kompetenzi stabbilixxa Pjan ta’ Azzjoni għall-Akkwist Pubbliku. Ittieħdu wkoll azzjonijiet sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li qed tiġi żviluppata pjattaforma ta’ skambju bejn l-amministrazzjonijiet li jimmaniġġjaw il-fondi sabiex jibbenefikaw mill-prattiki tajba eżistenti.

    (E) Għażliet Simplifikati ta’ Kostijiet

    Fl-2014, il-Kummissjoni kompliet tippromwovi b’mod attiv l-użu tal-Għażliet ta' Spejjeż Issimplifikati (SCOs). Seminars saru fl-Italja, Franza, l-Irlanda u Malta biex jippromwovu l-użu ta’ SCOs, bħala mezz biex ikomplu jitnaqqsu r-riskji ta’ żbalji fil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, speċjalment fil-kuntest tat-tħejjija għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 li jmiss. Barra minn hekk, nota ta’ gwida għall-Istati Membri dwar is-SCOs ġiet iffinalizzata f’Settembru 2014 u każ ta' studju Taljan dwar l-implimentazzjoni tas-SCOs fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 ġie ppubblikat fl-2014.

    4.3.Irkupri

    It-tabelli ta’ hawn taħt jipprovdu l-ammonti ta’ rkupri kkonfermati u implimentati għall-perjodu 2009-2014. Ara wkoll it-Tabella 5.2 hawn taħt dwar l-impatt fuq il-baġit tal-UE.

    Tabella 4.3.1: Irkupri kkonfermati 2009-2014

    miljuni ta' EUR

     

    Snin

    Total

    Irkupri

     

    2009

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    L-agrikoltura:

     

     

     

     

     

     

     

    FAEG

    163

    178

    174

    162

    227

    213

    1 117

    L-Iżvilupp Rurali

    25

    114

    161

    145

    139

    165

    750

    Il-Koeżjoni

    102

    24

    50

    22

    83

    35

    315

    Oqsma tal-politika interna

    100

    188

    270

    252

    393

    293

    1 495

    Oqsma tal-politika esterna

    81

    137

    107

    107

    93

    127

    652

    Amministrazzjoni

    9

    5

    8

    7

    6

    5

    40

    Total

    480

    646

    770

    695

    941

    838

    4 368

    Tabella 4.3.2: Irkupri implimentati 2009-2014

    miljuni ta' EUR

     

    Snin

    Total

    Irkupri

     

    2009

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    L-agrikoltura:

     

     

     

     

     

     

     

    FAEG

    148

    172

    178

    161

    155

    150

    964

    L-Iżvilupp Rurali

    25

    114

    161

    166

    129

    167

    763

    Il-Koeżjoni

    102

    25

    48

    14

    81

    32

    301

    Oqsma tal-politika interna

    100

    162

    268

    229

    398

    274

    1 432

    Oqsma tal-politika esterna

    81

    136

    77

    99

    93

    108

    594

    Amministrazzjoni

    9

    5

    2

    9

    6

    5

    36

    Total

    464

    614

    734

    678

    862

    736

    4 089

    5.KORREZZJONIJIET NETTI

    It-tip tal-implimentazzjoni tal-baġit, il-ġestjoni settorjali u r-regoli finanzjarji tal-qasam tal-politika jinfluwenzaw kif il-baġit tal-UE jintlaqat mill-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni differenti. Fil-każijiet kollha, il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni jwasslu li l-baġit tal-UE ikun protett minn nefqa mġarrba bi ksur tal-liġi.

    5.1.Korrezzjonijiet finanzjarji netti 2014 

    Korrezzjoni finanzjarja netta hija korrezzjoni li jkollha impatt fuq il-baġit tal-UE, (jiġifieri l-ammonti kkoreġuti u rkuprati jitħallsu lura lill-baġit tal-UE). B’konsegwenza ta’ dan, il-finanzjament tal-UE jitnaqqas għall-Istat Membru kkonċernat.

    Kif spjegat hawn fuq, taħt il-perjodi ta'programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2013 korrezzjonijiet netti saru primarjament skont il-politika Agrikola.

    Tabella 5.1.1: Diżaggregazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji netti kkonfermati fl-2014

    miljuni ta' EUR

    Intestatura tal-QFP

    Korrezzjonijiet finanzjarji netti kkonfermati fl-2014

    Korrezzjonijiet finanzjarji b’sostituzzjoni tan-nefqa kkonfermati fl-2014

    Total tal-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati fl-2014

    Tkabbir inklussiv u intelliġenti

    315

    1 649

    1 964

    FEŻR

    185

    1 145

    1 330

    Il-Fond ta' Koeżjoni

    31

    261

    292

    FSE

    99

    243

    342

    Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

    1 903

    17

    1 921

    FAEG

    1 649

    -

    1 649

    L-Iżvilupp Rurali

    220

    -

    220

    SFGS/FES

    21

    17

    39

    Gwida tal-FAEGG

    13

    -

    13

    Sigurtà u ċittadinanza

    5

    -

    5

    Migrazzjoni u affarijiet interni

    5

    -

    5

    TOTALI

    2 224

    1 666

    3 890

    Total ta’ EUR 113-il miljun għad iridu jiġu kklassifikati u huma ttrattati bħala korrezzjonijiet mhux netti f’din it-tabella.

    Kif muri hawn fuq, il-korrezzjonijiet tal-Agrikoltura (FAEG, FAEŻR, FAEGG) huma dejjem netti billi, minħabba l-qafas ġuridiku, għall-Politika ta’ Koeżjoni, il-korrezzjonijiet finanzjarji netti li jwasslu għar-ritorn ta’ ammonti mħallsa preċedentement fil-baġit tal-UE kienu ġeneralment l-eċċezzjoni – ara t-taqsima 3.1 għal aktar spjegazzjoni tal-ammonti.

    Skont il-qafas ġuridiku applikabbli għall-Politika ta’ Koeżjoni sal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, fluss ta’ flus reali lura għall-baġit tal-UE iseħħ biss:

    -Jekk l-Istati Membri ma jkunux f'pożizzjoni li jippreżentaw nefqa eliġibbli suffiċjenti;

    -Wara l-għeluq ta’ programmi fejn it-tibdil tan-nefqa ineliġibbli b'waħda eliġibbli ma jkunx iktar possibbli;

    -F'każ ta' nuqqas ta' qbil mal-Kummissjoni (ara t-taqsima 2.4.1).

    Madankollu, ġiet introdotta bidla importanti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020: Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tapplika korrezzjoni finanzjarja netta meta nuqqasijiet serji li ma kinux instabu qabel, irrappurtati u lanqas ikkoreġuti fil-livell ta’ Stat Membru, ikunu skoperti minn awditi tal-UE. F’każijiet bħal dawn il-possibbiltà attwali għall-Istat Membru sabiex jaċċetta l-korrezzjoni u juża mill-ġdid il-fondi tal-UE inkwistjoni titneħħa (ara t-taqsima 2.4.2).

    Tabella 5.1.2: Diżaggregazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji netti kkonfermati fl-2014

    miljuni ta' EUR

    Intestatura tal-QFP

    Korrezzjonijiet finanzjarji netti implimentati fl-2014

    Korrezzjonijiet finanzjarji b’sostituzzjoni ta’ nefqa implimentati fl-2014

    Total tal-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl-2014

    Tkabbir inklussiv u intelliġenti

    358

    1 250

    1 608

    FEŻR

    204

    879

    1 083

    Il-Fond ta' Koeżjoni

    55

    181

    236

    FSE

    99

    190

    289

    Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

    918

    18

    936

    FAEG

    796

    -

    796

    L-Iżvilupp Rurali

    86

    -

    86

    SFGS/FES

    23

    18

    41

    Gwida tal-FAEGG

    13

    -

    13

    Sigurtà u ċittadinanza

    5

    -

    5

    Migrazzjoni u affarijiet interni

    5

    -

    5

    TOTAL

    1 281

    1 268

    2 549

    L-applikazzjoni miżjuda ta’ implimentazzjoni b’pagament u differimenti tispjega għaliex f’dawn l-aħħar tliet snin (2012 sa 2014) l-ammonti implimentati għall-Agrikoltura kienu inqas mill-ammonti li ġew deċiżi. Id-differenza tisparixxi ladarba tintlaħaq veloċità moderata.

    5.2.Impatt fuq il-baġit tal-UE

    Tabella 5.2: Impatt fuq il-Baġit tal-UE

                                miljuni ta' EUR

    Impatt totali fuq il-baġit tal-UE

    Korrezzjonijiet finanzjarji netti implimentati*

    1 281

    Irkupri implimentati**

    736

    TOTAL

    2 017

    *    Il-kapitoli ewlenin tan-nefqa kkonċernati huma 0502, 0503, 0504, 1303, 1304, 0402, 1106 u 1803.

    **    Il-kapitoli ewlenin tan-nefqa kkonċernati huma 0502, 0503, 1303, 1304, 0402 u 1106. Għal aktar tagħrif dwar irkupri ara 4.3.

    Kif spjegat hawn fuq, dħul li joriġina minn korrezzjonijiet finanzjarji netti (ara t-taqsima 5.1.) u rkupri (ara t-taqsimiet 2.2.2. u 4.3.) huwa ttrattat bħala dħul assenjat 14 , filwaqt li jiġi nnotat li l-Kummissjoni timplimenta l-irkupri wkoll “fis-sors” billi tnaqqas l-infiq ineliġibbli (li ġie identifikat fi pretensjonijiet ta’ kostijiet attwali jew preċedenti) minn pagamenti magħmula. Apparti minn żewġ eċċezzjonijiet, ir-Regolament Finanzjarju 15 ma jinkludix provvedimenti speċifiċi dwar kif id-dħul assenjat iġġenerat minn korrezzjoni finanzjarja netta jista’ jintuża. Madankollu, l-Artikolu 7 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni jiddetermina li l-kummentarju tal-baġit juri liema linji baġitarji jistgħu jirċievu l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat. B'mod ġenerali, dħul assenjat imur lura lejn il-linja baġitarja jew fond li minnhom tkun tħallset oriġinarjament in-nefqa u jista’ jerġa' jintefaq iżda ma jkunx allokat għal Stati Membri speċifiċi.

    5.3.L-impatt fuq il-baġits nazzjonali 

    B'ġestjoni konġunta, il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji kollha għandhom impatt fuq il-baġits nazzjonali indipendentement mill-metodu ta’ implimentazzjoni tagħhom. Ta' min jenfasizza li anke jekk ma jsir l-ebda rimborż fil-baġit tal-UE, l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji huwa dejjem negattiv fuq livell tal-Istat Membru. Dan għaliex sabiex ma jintilifx finanzjament tal-UE, l-Istat Membru jrid jissostitwixxi n-nefqa ineliġibbli permezz ta' operazzjonijiet eliġibbli. Dan ifisser li l-Istat Membru jġorr, bir-riżorsi proprji tiegħu (mill-baġit nazzjonali) il-konsegwenzi finanzjarji tat-telf ta’ kofinanzjament tal-UE tan-nefqa ikkunsidrata ineliġibbli skont ir-regoli tal-programm tal-UE (fil-forma ta' kost ta’ opportunità), sakemm ma jirkuprax l-ammonti minn benefiċjarji individwali. Dan mhuwiex dejjem possibbli, pereżempju fil-każ ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa fuq il-livell tal-programm (minħabba nuqqasijiet fl-amministrazzjoni nazzjonali li timmaniġġa l-programm) li mhumiex marbuta direttament ma’ irregolaritajiet individwali fil-livell tal-proġett.

    6.MIŻURI PREVENTIVI

    6.1.L-Agrikoltura

    6.1.1.    Interruzzjonijiet, sospensjonijiet u tnaqqis

    Fl-2014, skont il-bażi ġuridika preċedenti 16 , kien hemm 17-il interruzzjoni ta’ pagamenti. Barra minn hekk, deċiżjoni ta' tnaqqis abbażi tal-Artikolu 41(1) għal żewġ kwarti għall-Greċja ġiet adottata fil-bidu tal-2015. Dawn l-interruzzjonijiet u tnaqqis ikkonċernaw xi miżuri ta’ investiment mhux ġestiti skont is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) f’sitta minn 92 Programm ta’ Żvilupp Rurali.

    Għall-FAEG, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tnaqqas mis-sena ta’ talba 2014 il-pagamenti diretti fil-Greċja. Din id-deċiżjoni kienet abbażi tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 u tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE kontra l-problemi li jkun fadal, limitati u kkwantifikati b’mod preċiż bl-inklużjoni ta’ mergħa permanenti ineliġibbli fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS).

    6.1.2.     Miżuri preventivi oħrajn

    Ġiet stabbilita struttura amministrattiva obbligatorja fil-livell tal-Istati Membri (ara t-taqsima 7.1):

    Il-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa hija fdata lill-aġenziji tal-pagamenti iddedikati, li jridu jkunu akkreditati mill-Istat Membru qabel l-operazzjonijiet tagħhom abbażi ta’ sett komprensiv ta’ kriterji tal-akkreditazzjoni stabbiliti fil-liġi tal-UE. Il-konformità tal-aġenziji tal-pagamenti ma' dawn il-kriterji hija soġġetta għal rieżami dettaljat minn korp tal-awditjar estern, kif ukoll għal superviżjoni kontinwa mill-awtorità nazzjonali kompetenti, u jeżistu proċeduri ċari dwar kif għandha tiġi indirizzata u rrimedjata kull problema.

    Barra minn hekk, il-kapijiet ta' kull aġenzija tal-pagamenti huma mitluba jipprovdu dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni annwali li tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti, kif ukoll dikjarazzjoni ta' aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażi. Dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni huma vverifikati minn korpi ta’ ċertifikazzjoni indipendenti, li huma meħtieġa li jipprovdu opinjoni fuqhom. Għal dawk l-Istati Membri b’aġenzija tal-pagamenti waħda, din id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni riċevuta mid-direttur tal-aġenzija tal-pagamenti, flimkien maċ-ċertifikat u l-opinjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, tikkostitwixxi, skont id-definizzjoni tagħha, is-“sommarju annwali”.

    6.2.Il-Koeżjoni

    6.2.1. Interruzzjonijiet u sospensjonijiet

    Tabella 6.2.1: Interruzzjonijiet

    miljuni ta' EUR

    Fond

    Il-politika ta’ koeżjoni: Il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013

    Total ta' każijiet miftuħin fil-31.12.2013

    Każijiet ġodda 2014

    Każijiet magħluqa matul l-2014

    Total ta' każijiet miftuħin fil-31.12.2014

    Għadd ta’ każijiet

    Ammont

    Għadd ta’ każijiet

    Ammont

    Għadd ta’ każijiet

    Ammont

    Għadd ta’ każijiet

    Ammont

    FEŻR u Fond ta’ Koeżjoni

    101

    1 608

    134

    6 227

    137

    3 998

    98

    3 837

    FSE

    20

    272

    31

    1 323

    19

    625

    32

    970

    FES

    10

    97

    13

    103

    15

    186

    8

    14

    Total

    131

    1 977

    178

    7 653

    171

    4 809

    138

    4 821

    It-tabella ta’ hawn fuq tippreżenta għall-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni, l-FSE u l-FES, stampa tal-evoluzzjoni ta’ każijiet ta' interruzzjoni kemm fl-għadd kif ukoll fl-ammonti. Il-bilanċ tal-ftuħ jinkludi l-każijiet kollha li għadhom miftuħin fi tmiem l-2013, irrispettivament mis-sena meta l-interruzzjoni ġiet notifikata lill-Istat Membru. Il-każijiet il-ġodda jirreferu biss għall-interruzzjonijiet innotifikati fis-sena 2014. Il-każijiet li ngħalqu jirrappreżentaw il-każijiet li għalihom il-pagament tal-pretensjonijiet tal-kostijiet issoktaw fl-2014, irrispettivament mis-sena meta bdiet l-interruzzjoni. Il-każijiet li għadhom miftuħa fi tmiem l-2014 jirrappreżentaw l-interruzzjonijiet li jibqgħu attivi fil-31 ta’ Diċembru 2014, jiġifieri l-iskadenza tal-pagament tal-pretensjonijiet tal-kostijiet tibqa' interrotta sakemm jittieħdu l-miżuri korrettivi mill-Istat Membru kkonċernat.

    Fl-2014, l-għadd ta’ ittri ta’ twissija, l-interruzzjonijiet u pre-sospensjonjiet għall-programmi tal-FEŻR/FK kienu għadhom f’livell għoli ħafna. Intbagħtu 16-il ittra ta’ twissija ġodda u 36 interruzzjoni ġdida ġew deċiżi u kkomunikati lill-Istati Membri f'dik is-sena. Il-Kummissjoni tat bidu għal 28 proċedura ta’ qabel is-sospensjoni. 121 programm ġew affettwati minn jew twissija inkella interruzzjoni. Bejn wieħed u ieħor żewġ terzi ta’ dawn l-interruzzjonijiet u pre-sospensjonjiet huma bbażati fuq ir-riżultati tal-awditjar irrappurtati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet tal-awditjar matul is-sena jew fi tmiem is-sena.

    Rigward l-FSE, fi tmiem l-2013, 20-il interruzzjoni baqgħet miftuħa. Matul l-2014, 31 interruzzjoni ġew deċiżi u 19-il interruzzjoni tneħħew. Dan ifisser li 32 pagament baqgħu interrotti fi tmiem l-2014 (Ir-Repubblika Ċeka (1), Spanja (18), Franza (3), l-Italja (8) u r-Renju Unit (2)), li minnhom 13 kienu diġà interrotti sa tmiem l-2013.

    Għall-FES, il-biċċa l-kbira tal-interruzzjonijiet jirrigwardaw kwistjonijiet li jirriżultaw mill-analiżi tal-ACRs ipprovduti mill-Istati Membri fil-bidu ta’ kull sena (rapporti mhux ipprovduti, mhux affidabbli jew li juru rati għolja ta’ żball). It-tnaqqis sinifikanti fl-ammonti interrotti bejn is-sentejn irriżulta minħabba t-tneħħija tal-interruzzjoni għal Spanja.

    Sospensjonijiet

    Rigward il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, ħames 17  deċiżjonijiet ta’ sospensjoni kienu għadhom fis-seħħ fi tmiem l-2013. Fl-2014 ittieħdu deċiżjonijiet biex jitneħħew is-sospensjonijiet għall-korpi intermedjarji AENA fi Spanja u l-Affarijiet Soċjali fl-Estonja. It-tliet deċiżjonijiet oħra ta’ sospensjoni għal Spanja u l-Italja baqgħu fis-seħħ fi tmiem l-2014. Erba’ deċiżjonijiet ġodda ta’ sospensjoni ġew adottati fl-2014: tlieta kienu relatati ma’ Spanja, u waħda relatata ma’ programm IPA CBC (Adrijatiku -Prijorità ta’ assistenza teknika). Tnejn mid-deċiżjonijiet ta’ sospensjoni relatati ma’ Spanja kienu għadhom fis-seħħ u waħda tneħħiet qabel tmiem is-sena.

    Rigward l-FSE, deċiżjoni ta’ sospensjoni waħda adottata fl-2011 għal Franza kienet għadha għaddejja fil-31 ta’ Diċembru 2014. Seba’ deċiżjonijiet ta’ sospensjoni adottati fl-2013 kienu għadhom għaddejja fil-31 ta’ Diċembru 2014: il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja (3), l-Italja u s-Slovakkja. Matul l-2014, ħdax-il deċiżjoni ta’ sospensjoni ġew adottati (ir-Repubblika Ċeka, Spanja (9) u l-Italja) u kollha kienu għadhom għaddejjin fil-31 ta’ Diċembru 2014.

    Pagamenti interim għall-programm operattiv tal-FES għall-Estonja ġew sospiżi f’Mejju 2014. Wara d-deċiżjoni ta’ sospensjoni, saru għadd ta’ skambji bejn l-Estonja u s-servizzi tal-Kummissjoni biex jiġu analizzati u indirizzati l-miżuri meħuda mill-Estonja, li wasslu biex titneħħa s-sospensjoni f’April 2015.    

    6.2.2.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi

    Il-frodi, meta sseħħ, tiġbed attenzjoni sinifikanti u tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-UE. F’dan ir-rigward, inizjattiva importanti li ttieħdet mill-Kummissjoni kienet li l-ewwel nett tkun organizzata konferenza f’Diċembru 2013 dwar miżuri kontra l-frodi għall-Istati Membri kollha. It-tieni nett, din kien segwita minn għadd ta’ konferenzi fl-2014-2015 fil-Greċja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Rumanija, l-Italja, is-Slovenja u Spanja, il-Polonja u l-Latvja (għal tliet Stati Baltiċi). Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproduċiet gwida speċifika sabiex tappoġġa l-valutazzjoni tar-riskju tal-frodi tal-Istati Membri u żviluppat għodod tal-IT imfassla apposta sabiex tgħinhom jimmiraw l-isforzi tagħhom kontra l-frodi fuq proġetti ta’ riskju għoli. Dawn l-azzjonijiet huma konformi mar-responsabbiltajiet miżjuda fil-livell tal-Istati Membri li jirriżultaw minn regolament ġdid tal-Politika ta’ Koeżjoni (l-Artikolu 125(4)(c)) li jirrikjedi lill-Istati Membri li “ipoġġu fis-seħħ miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi filwaqt li jqisu r-riskji identifikati".

    Dawn l-avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni imsemmija hawn fuq taw riżultati pożittivi; pereżempju, ir-reġjun ta’ Andalusija (Spanja) diġà ddeċieda li jibda juża l-għodda ta’ evalwazzjoni tar-riskju ta' frodi ARACHNE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Il-Kummissjoni qed tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex tiġi stabbilita s-sistema u tassisti l-awtoritajiet reġjonali fil-ħolqien ta’ fajls ta’ dejta rilevanti meħtieġa. L-awtoritajiet ta’ Andalusija ntrabtu wkoll (komunikazzjoni bil-miktub ta’ Diċembru 2014) li jkollhom aġenzija apposta għall-ġlieda kontra l-frodi li twettaq attivitajiet ta’ identifikazzjoni u prevenzjoni.

    ARACHNE ġiet ippreżentata fi 22 Stat Membru. S’issa, 16 bagħtu dejta tal-programm u t-tnedija tas-sistema għadha għaddejja. Tmien Stati Membri diġà qegħdin jużaw l-għodda ARACHNE, u l-Kummissjoni qed tkompli timmonitorja l-użu tagħha. Tmien Stati Membri oħra kellhom aċċess sa mill-ewwel kwart tal-2015. Preżentazzjonijiet ulterjuri għas-sitta li jifdal se jseħħu fl-2015. ARACHNE għandha l-għan li tistabbilixxi bażi ta' dejta komprensiva ta’ dejta finanzjarja u operazzjonali fuq proġetti u l-benefiċjarji sabiex iwettaq, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, evalwazzjoni ta’ riskju li jippermetti l-identifikazzjoni tal-aktar proġetti riskjużi u l-aktar programmi operattivi riskjużi.

    7.AZZJONIJIET KORRETTIVI LI SARU MILL-ISTATI MEMBRI B'INIZJATTIVA TAGĦHOM STESS

    B'ġestjoni konġunta, l-Istati Membri għandhom l-obbligu primarju li jipprevjenu u jiskopru l-irregolaritajiet, u b’hekk jagħmlu sforzi maġġuri u jimpenjaw riżorsi sabiex jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji u jirkupraw l-ammonti mhux dovuti mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, iwettqu verifiki ta’ ġestjoni, kontrolli u awditi fl-ewwel istanza, b’dawn tal-aħħar ikunu b’żieda ma’ dawk tal-Kummissjoni dettaljati hawn fuq. Il-figuri ta’ hawn taħt huma apparti l-korrezzjonijiet irrappurtati mill-Kummissjoni hawn fuq.

    7.1.L-Agrikoltura

    L-Istati Membri huma meħtieġa li jistabbilixxu sistemi għal kontrolli ex-ante u sanzjonijiet dissważivi:

    Għal kull skema ta’ appoġġ ta’ għajnuna ffinanzjata mill-FAEG jew il-FAEŻR, jitwettqu verifiki ex-ante amministrattivi u fuq il-post u jiġu applikati sanzjonijiet dissważivi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-benefiċjarju. Dawn is-sistemi ta’ kontroll għandhom jiġu applikati mill-aġenziji tal-pagamenti u jkopru fatturi komuni u regoli speċjali mfassla għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ kull sistema ta’ għajnuna. Huma mfasslin biex jipprovdu verifiki amministrattivi ex-ante eżawrjenti ta’ 100 % tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, kontroverifiki ma’ bażijiet tad-dejta oħrajn fejn xieraq, kif ukoll verifiki fuq il-post ta’ pagamenti bil-quddiem fuq kampjun ta’ tranżazzjonijiet li jvarjaw minn 1 % sa 100 % tal-popolazzjoni, skont ir-riskju marbut mas-sistema kkonċernata. Jekk il-verifiki fuq il-post jiżvelaw għadd kbir ta’ irregolaritajiet, iridu jitwettqu kontrolli addizzjonali.

    F’dan il-kuntest, l-aktar sistema importanti hija s-SIAK, li kopriet 94 % tan-nefqa tal-FAEG fis-sena finanzjarja 2014 (92 % fl-2013). Sa fejn ikun possibbli, is-SIAK tintuża wkoll biex jiġu mmaniġġjati u kkontrollati miżuri ta’ Żvilupp Rurali relatati ma’ rqajja' tal-art jew bhejjem, li ammontaw għal 40 % tal-pagamenti skont il-FAEŻR fl-2014. Għaż-żewġ Fondi, is-SIAK tkopri 83 % tan-nefqa totali fl-2014.

    Fil-leġiżlazzjoni hemm previst rappurtar dettaljat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar il-verifiki mwettqa minnhom u dwar is-sanzjonijiet applikati. Is-sistema ta’ rappurtar tippermetti kalkolu, għall-iskemi ewlenin ta’ għajnuna, tal-livell ta’ żbalji li nstabu mill-Istati Membri fil-livell tal-benefiċjarji finali. L-eżattezza tal-informazzjoni statistika rrappurtata u l-kwalità tal-verifiki fuq il-post sottostanti hija vverifikata u vvalidata wkoll mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni għal għajnuniet diretti u miżuri ta’ Żvilupp Rurali.

    Ir-rapporti tal-aħħar mill-Istati Membri jiżvelaw l-effett preventiv tal-kontrolli mwettqa amministrattivi ex-ante u fuq il-post.



    Tabella 7.1: Il-korrezzjonijiet proprji tal-Istati Membri applikati qabel ma jiġu eżegwiti l-pagamenti lill-benefiċjarji fl-2014 (barra mir-rappurtar tal-Kummissjoni)

    miljuni ta' EUR

    Stat Membru

    Miżuri tas-Suq FAEG

    Pagamenti Diretti FAEG

    FAEŻR

    Total tal-2014

    Il-Belġju

    1

    1

    1

    3

    Il-Bulgarija

    0

    14

    9

    24

    Ir-Repubblika Ċeka

    0

    0

    1

    2

    Id-Danimarka

    0

    1

    1

    2

    Il-Ġermanja

    1

    6

    7

    14

    L-Estonja

    0

    0

    1

    2

    L-Irlanda

    1

    5

    2

    8

    Il-Greċja

    0

    10

    5

    14

    Spanja

    12

    24

    20

    56

    Franza

    4

    3

    4

    11

    Il-Kroazja

    0

    1

    -

    1

    L-Italja

    3

    17

    9

    30

    Ċipru

    0

    1

    0

    1

    Il-Latvja

    0

    1

    1

    3

    Il-Litwanja

    0

    1

    2

    3

    Il-Lussemburgu

    0

    0

    0

    0

    L-Ungerija

    1

    14

    5

    20

    Malta

    0

    0

    0

    0

    In-Netherlands

    3

    1

    2

    5

    L-Awstrija

    0

    1

    5

    6

    Il-Polonja

    9

    11

    14

    34

    Il-Portugall

    1

    1

    4

    6

    Ir-Rumanija

    2

    9

    18

    29

    Is-Slovenja

    0

    0

    1

    2

    Is-Slovakkja

    0

    2

    1

    4

    Il-Finlandja

    0

    0

    2

    2

    L-Iżvezja

    0

    1

    1

    3

    Ir-Renju Unit

    0

    3

    4

    7

    Total

    39

    128

    122

    289

    7.2.Il-Koeżjoni

    Skont ir-regolamenti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, l-Istati Membri jridu jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull sena l-korrezzjonijiet li jirriżultaw mill-kontrolli kollha mwettqa. Il-Kummissjoni qed tagħmel awditi bbażati fuq ir-riskji biex tittestja l-kredibbiltà ta' dawn iċ-ċifri bħala parti mill-proċess tagħha ta’ assigurazzjoni.

    Ta' min jenfasizza li l-Kummissjoni ħadet approċċ prudenti, minħabba ċerti nuqqasijiet fiċ-ċifri tal-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti ma jkunux sopravvalutati – b'riżultat ta’ dan xi wħud minnhom jistgħu fil-verità jkunu ogħla. Dan, madankollu, ma għandu l-ebda impatt fuq l-affidabilità taċ-ċifri proprji tal-Kummissjoni. L-ammonti inkwistjoni huma sinifikanti ħafna u, meta jiżdiedu mar-riżultati tal-ħidma tal-Kummissjoni, dawn jagħtu indikazzjoni ċara ħafna tas-suċċess tal-kontrolli fis-seħħ miż-żewġ partijiet.



    Tabella 7.2: Korrezzjonijiet kumulattivi fi tmiem l-2014 irrappurtati mill-Istati Membri għall-Politika ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013

    miljuni ta' EUR

    Stat Membru

    FEŻR/FK

    FSE

    FES

    Total

    Il-Belġju

    4

    20

    -

    24

    Il-Bulgarija

    14

    3

    0

    17

    Ir-Repubblika Ċeka

    364

    9

    1

    374

    Id-Danimarka

    1

    0

    0

    1

    Il-Ġermanja

    266

    78

    1

    345

    L-Estonja

    2

    1

    0

    3

    L-Irlanda

    0

    18

    0

    19

    Il-Greċja

    301

    25

    3

    329

    Spanja

    466

    221

    38

    725

    Franza

    140

    71

    1

    212

    Il-Kroazja

    0

    0

    -

    0

    L-Italja

    280

    46

    3

    329

    Ċipru

    1

    1

    0

    2

    Il-Latvja

    46

    3

    1

    50

    Il-Litwanja

    18

    0

    0

    18

    Il-Lussemburgu

    0

    1

    -

    1

    L-Ungerija

    255

    -

    0

    255

    Malta

    2

    0

    0

    2

    In-Netherlands

    7

    3

    -

    10

    L-Awstrija

    14

    2

    0

    16

    Il-Polonja

    444

    -

    1

    444

    Il-Portugall

    169

    46

    2

    216

    Ir-Rumanija

    136

    -

    -

    136

    Is-Slovenja

    45

    6

    -

    51

    Is-Slovakkja

    34

    7

    0

    41

    Il-Finlandja

    2

    1

    1

    3

    L-Iżvezja

    8

    1

    0

    9

    Ir-Renju Unit

    95

    8

    3

    105

    Transfruntier

    31

    -

    -

    31

    IMPLIMENTAZZJONIJIET TOTALI

    3 142

    570

    56

    3 769

    8.IRKUPRU TA' AMMONTI TA' PREFINANZJAMENT

    Sabiex tiġi pprovduta stampa sħiħa tal-għodda kollha użati mill-Kummissjoni biex tipproteġi l-baġit tal-UE, huwa wkoll meħtieġ li jitqiesu l-irkupri magħmula fl-oqsma tal-prefinanzjament, li huwa l-irkupru ta' ammonti mhux użati ta' prefinanzjament (jiġifieri mhux minfuqa).

    Meta benefiċjarju ma jkunx uża (nefaq) il-pagament bil-quddiem li rċieva mill-UE fuq in-nefqa eliġibbli, il-Kummissjoni toħroġ ordni ta’ rkupru sabiex dan jirritorna l-flejjes lill-baġit tal-UE. Din il-proċedura tirrappreżenta pass importanti fis-sistema tal-kontroll tal-UE biex tiżgura li l-ebda flus żejda ma jinżammu mill-benefiċjarju mingħajr ġustifikazzjoni xierqa tal-ispejjeż, u b’hekk isir kontribut għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE. L-ammonti huma r-riżultat tal-ħruġ tal-ordni ta’ rkupru mill-Kummissjoni, u huma rreġistrati fis-sistema tal-kontabbiltà bħala tali. L-irkupru muri hawn taħt ta' ammonti mhux użati ta' prefinanzjament ma għandux jiġi konfuż ma’ rkupru ta' nefqa irregolari. Fejn is-servizzi tal-Kummissjoni jidentifikaw u jirkupraw din in-nefqa fir-rigward ta’ ammonti tal-prefinanzjament imħallsa, dawn jiġu inklużi fil-proċessi ta' korrezzjoni finanzjarja jew irkupru normali kif deskritti hawn fuq.

    Tabella 8: Irkupru ta’ ammonti tal-prefinanzjament

    miljuni ta' EUR

     

    2014

    Il-Politika ta’ Koeżjoni:

     

    FSE

     

    9

    SFGS/FES

     

    10

    Gwida tal-FAEGG

     

    6

    Oqsma tal-politika interna

     

    278

    Oqsma tal-politika esterna

     

    95

    Amministrazzjoni

    2

    Total ta' prefinanzjament irkuprat

     

    400

    (1)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47.
    (2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
    (4)  Il-proċedura li biha l-Kummissjoni taċċetta l-kontijiet tal-Istati Membri u b’hekk in-nefqa li tkun saret mill-aġenziji tal-pagamenti lill-bdiewa u l-benefiċjarji. L-ewwel, il-kontijiet tal-aġenziji ta’ pagament jiġu kkontrollati għall-affidabbiltà mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni fl-Istati Membri u mbagħad ikunu soġġetti għal deċiżjoni ta’ approvazzjoni finanzjarja annwali mill-Kummissjoni. It-tieni, il-Kummissjoni stess imbagħad twettaq il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità bbażata fuq verifiki li jippermettu biex jidentifikaw u jeskludu (fis-snin ta’ wara) il-pagamenti li ma jkunux konformi mar-regoli.
    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 375/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 885/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 118, 3.5.2012, p. 4–5).
    (6)   Din id-data tista' tkun estiża sal-1 ta' Marzu f'każijiet eċċezzjonali fuq talba tal-Istat Membru, (l-Artikolu 59(5)).
    (7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5-44).
    (8)  Ammonti tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni jinkludu, għall-ewwel darba fl-2014, korrezzjonijiet finanzjarji “fis-sors”.
    (9)  Id-Deċiżjoni 2014/191/EU tal-4 ta' April 2014, ĠU L104 (deċiżjoni ad hoc Nru. 44), Id-Deċiżjoni 2014/458/EU tad-9 ta' April 2014, ĠU L204 (deċiżjoni ad hoc Nru. 45), Id-Deċiżjoni 2014/950/EU tal-24 ta' Diċembru 2014, ĠU L369 (deċiżjoni ad hoc Nru. 46),
    (10)  Id-Deċiżjoni 2015/103/EU tas-16 ta' Jannar 2015, ĠU L16 (deċiżjoni ad hoc Nru. 47),
    (11)  Barra minn dan l-ammont, EUR 782 miljun ta’ korrezzjoni finanzjarja “fis-sors” ġew irrappurtati għall-ewwel darba fl-2014 għall-FEŻR/FK — ara t-taqsima 3.3.3. 
    (12)  Minħabba li ma hemm l-ebda obbligu legali għall-Istati Membri biex jirrapportaw dwar dawn l-ammonti, u lanqas ta’ rapportar strutturat mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, din it-taqsima tippreżenta ammont prudenti u mhux eżawrjenti ta’ korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali għal każijiet li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni tista' tirrikostitwixxi rekord tal-awditjar fil-livell tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni.
    (13)  Għal spjegazzjoni aktar eżawrjenti tal-mekkaniżmu korrettiv impoġġi fis-seħħ mill-Kummissjoni għall-għeluq 2000-2006, ara r-Rapport dwar korrezzjonijiet finanzjarji mwettqa għall-FEŻR u l-FSE għall-programmi tal-2000-2006 (Ares(2013)689652 – 12 ta’ April 2013).
    (14)  Artikolu 21(3)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
    (15)  Għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), l-approprjazzjonijiet huma assenjati lill-"oriġini tad-dħul" (Art. 174(1)) u għall-istrumenti finanzjarji għall-"istess strument finanzjarju" (Art. 140(6)).
    (16) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta' ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas ta' l-EAGF u tal-EAFRD (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1–34).Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320–469).Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320–469).
    (17)  Id-deċiżjoni li titneħħa s-sospensjoni relatata mal-Estonja ttieħdet fl-2013 iżda nnotifikata uffiċjalment fl-2014.
    Top